EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12012E355

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IS-SEBA' PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 355
(ex Artikolu 299(2), l-ewwel subparagrafu, u (3) sa (6), TKE)

OJ C 326, 26.10.2012, p. 197–198 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2012/art_355/oj

26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

IS-SEBA' PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 355

(ex Artikolu 299(2), l-ewwel subparagrafu, u (3) sa (6), TKE)

Barra mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar il-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

1.

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati għandhom japplikaw għall-Gwadelup, għall-Gujana Franċiża, għall-Martinique, għal Réunion, għal Saint Barthélemy, għal Saint Martin, għall-Azores, għall-Madejra u għall-Gżejjer Kanarji, skond l-Artikolu 349.

2.

L-arranġamenti speċjali għal assoċjazzjoni stabbiliti fil-Parti Erbgħa għandhom japplikaw għall-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej imsemmija fl-Anness II.

It-trattati ma japplikawx għal dawk il-pajjiżi u territorji extra-ewropej li jkollhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq li m' humiex inklużi fil-lista msemmija hawn fuq.

3.

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati għandhom japplikaw għal territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru.

4.

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati ikunu japplikaw għal Gżejjer Åland skond id-dispożizzjonijiet kif indikati fi Protokoll Nru 2 ta' l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja.

5.

B'deroga mill-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mill-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu:

a)

It-Trattati ma japplikawx għal Gżejjer Faeroe;

b)

It-Trattati m'għandhomx japplikaw għall-Arei ta' Bażi Sovrani tar-Renju Unit f'Akrotiri u Dhekelia f'Ċipru għajr safejn hu meħtieġ sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti stabbiliti fil-Protokoll dwar l-Arei ta' Bażi Sovrani tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq f'Ċipru annessi ma' l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka għall-Unjoni Ewropea u skond it-termini ta' dak il-Protokoll.

c)

It-Trattati japplikaw għaċ-Channel Islands u l-Gżira ta' Man sal-limitu biss li hu meħtieg sabiex tiġi aċċertata l-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti għal dawk il-gżejjer stipulati fit-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda mal-Komunita' Ekonomika Ewropeja u mal-Komunita' Ewropea ta' l-Enerġija Atomika iffirmat fit-22 ta' Jannar 1972.

6.

Il-Kunsill Ewropew, fuq l-inizjattiva ta' l-Istat Membru kkonċernat, jista' jadotta deċiżjoni li temenda l-istatus, fir-rigward ta' l-Unjoni, ta' pajjiż jew territorju Daniż, Franċiż jew Olandiż previst fil-paragrafi 1 u 2. Il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jikkonsulta l-Kummissjoni.


Top