EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02015R0061-20200430

Consolidated text: Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/61/2020-04-30

02015R0061 — MT — 30.04.2020 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/61

tal-10 ta' Ottubru 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 011 17.1.2015, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1620 tat-13 ta' Lulju 2018

  L 271

10

30.10.2018




▼B

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/61

tal-10 ta' Ottubru 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



TITOLU I

IL-PROPORZJON TA' KOPERTURA TAL-LIKWIDITÀ

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jispeċifikaw fid-dettall ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità previst fl-Artikolu 412(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni u applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ssorveljati skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

2.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkonformaw ma' dan ir-Regolament fuq bażi individwali f'konformità mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw kompletament jew parzjalment għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fuq bażi individwali b'rabta ma' istituzzjoni ta' kreditu skont l-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fihom jintlaħqu.

3.  Meta grupp jinkludi istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, l-istituzzjoni kkontrollata minn kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew l-istituzzjoni kkontrollata minn kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, japplikaw l-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament fuq bażi kkonsolidata skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-dispożizzjonijiet kollha li ġejjin:

▼M1

(a) 

l-assi ta' pajjiżi terzi miżmumin minn impriża sussidjarja f'pajjiż terz tista' tiġi rikonoxxuta bħala assi likwidi għall-finijiet tal-konsolidazzjoni meta jikkwalifikaw bħala assi likwidi skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz li jistabbilixxu r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità u jekk jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-assi jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stipulati fit-Titolu II ta' dan ir-Regolament;

(ii) 

l-assi jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżit speċifiku stabbilit fit-Titolu II ta' dan ir-Regolament fir-rigward id-daqs tal-ħruġ tagħhom iżda jintlaħqu r-rekwiżiti kollha l-oħra stipulati hemmhekk.

L-assi rikonoxxibbli bis-saħħa tal-punt (ii) jistgħu jiġu rikonoxxuti biss sal-ammont tal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità taħt kundizzjonijiet ta' tensjoni mġarrba f'munita partikolari li fiha jkunu denominati u li jirriżultaw minn din l-istess impriża sussidjarja;

▼B

(b) 

il-flussi ta' ħruġ tal-likwidità f'impriża sussidjarja f'pajjiż terz li, skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità, ikunu soġġetti għal perċentwali ogħla minn dawk speċifikati fit-Titolu III, ikunu soġġetti għal konsolidazzjoni skont ir-rati speċifikati fil-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz;

(c) 

il-flussi ta' dħul tal-likwidità f'impriża sussidjarja f'pajjiż terz li, skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità, ikunu soġġetti għal perċentwali inqas minn dawk speċifikati fit-Titolu III, ikunu soġġetti għal konsolidazzjoni skont ir-rati inqas speċifikati fil-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz;

(d) 

id-ditti tal-investiment fil-grupp ikunu soġġetti għall-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament fuq bażi kkonsolidata u għall-Artikolu 412 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'rabta mad-definizzjoni tal-assi likwidi, il-flussi ta' ħruġ u l-flussi ta' dħul tal-likwidità kemm għal finijiet individwali kif ukoll dawk ikkonsolidati. Minbarra kif speċifikat f'dan il-punt, id-ditti tal-investiment jibqgħu soġġetti għar-rekwiżit iddettaljat tal-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità għad-ditti tal-investiment kif inhu stipulat fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri fin-nuqqas tal-ispeċifikazzjoni ta' rekwiżit ta' proporzjon ta' kopertura tal-likwidità f'konformità mal-Artikolu 508 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e) 

f'livell ikkonsolidat l-ammont ta' flussi ta' dħul li jirriżultaw minn istituzzjoni ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 33, fil-paragrafi (3) u (4), jiġu rikonoxxuti biss sal-ammont tal-flussi ta' ħruġ li jirriżultaw mill-istess impriża.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“assi ta' livell 1” tfisser assi ta' likwidità u kwalità ta' kreditu għoljin ħafna kif inhu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 416(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(2) 

“assi ta' livell 2” tfisser assi ta' likwidità u kwalità ta' kreditu għoljin ħafna kif inhu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 416(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-assi ta' livell 2 jerġgħu jinqasmu f'assi ta' livell 2 A u 2B f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament;

(3) 

“riżervi ta' likwidità” tfisser l-ammont ta' assi likwidi li istituzzjoni ta' kreditu jkollha f'konformità mat-Titolu II ta' dan ir-Regolament;

(4) 

“munita tar-rapportar” tfisser il-munita li fiha l-entrati tal-likwidità msemmijin fit-Titoli II u III tal-Parti Sitta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 iridu jiġu rrapportati lill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 415(1) ta' dan ir-Regolament;

(5) 

“rekwiżit ta' kopertura tal-assi” tfisser il-proporzjon tal-assi meta mqabblin mar-responsabbiltajiet kif iddeterminat għall-finijiet ta' titjib tal-kreditu b'rabta mal-bonds koperti mil-liġi nazzjonali ta' Stat Membru jew pajjiż terz;

(6) 

“SME” tfisser impriża mikro, żgħira u ta' daqs medju kif inhu ddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE ( 2 );

(7) 

“flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità” tfisser l-ammont li jirriżulta mit-tnaqqis tal-flussi ta' dħul tal-likwidità ta' istituzzjoni ta' kreditu mill-ħruġ tal-likwidità tagħha f'konformità mat-Titolu III ta' dan ir-Regolament;

▼M1 —————

▼B

(10) 

“kumpanija ta' investiment personali” (“PIC”) tfisser impriża jew fond li s-sid tiegħu jew is-sid benefiċjaru tagħhom, rispettivament, ikun persuna fiżika jew grupp ta' persuni fiżiċi li jiġu minn xulxin mill-qrib, li twaqqfu bl-għan uniku ta' ġestjoni tal-ġid tas-sidien u li ma jwettqu ebda attività kummerċjali, industrijali jew professjonali oħra. L-għan tal-PIC jista' jinkludi attivitajiet anċillari oħrajn bħal segregazzjoni tal-assi tas-sidien mill-assi korporattivi, tħaffif tat-trażmissjoni tal-assi f'familja jew il-prevenzjoni ta' qsim fl-assi wara l-mewt ta' membru tal-familja, diment li dawn ikunu marbutin mal-għan prinċipali tal-ġestjoni tal-ġid tas-sidien;

▼M1

(11) 

“tensjoni” tfisser deterjorament f'daqqa jew severa fil-pożizzjoni ta' solvenza jew likwidità ta' istituzzjoni ta' kreditu minħabba bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq jew fatturi idjosinkratiċi li b'riżultat tagħhom jista' jkun hemm riskju sinifikanti li l-istituzzjoni ta' kreditu ma tibqax kapaċi tissodisfa l-impenji tagħha hekk kif isiru dovuti fit-30 jum li jkun imiss tal-kalendarju;

▼B

(12) 

“self ta' marġini” tfisser self kollateralizzat estiż lill-klijenti biex jieħdu pożizzjonijiet ta' nnegozjar ingranati.

Artikolu 4

Il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità

1.  Ir-rekwiżit iddettaljat ta' kopertura tal-likwidità f'konformità mal-Artikolu 412(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jkun l-istess bħall-proporzjon tar-riżerva ta' likwidità ta' istituzzjoni ta' kreditu meta mqabbel mal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tul il-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju u jingħata bħala perċentwal. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkalkulaw il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità tagħhom bl-użu tal-formula ta' hawn taħt:

image

2.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jżommu proporzjon ta' kopertura tal-likwidità tal-inqas ta' 100 %.

3.  B'deroga mill-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jimmonetizzaw l-assi likwidi tagħhom biex ikopru l-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tagħhom tul il-perjodi ta' tensjoni, anki jekk it-tali użu ta' assi likwidi jista' jwassal biex il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità jaqa' taħt il-100 % waqt perjodi bħal dawn.

4.  Meta fi kwalunkwe ħin il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità jaqa' jew ikun raġonevolment mistenni li jaqa' taħt il-100 %, japplika r-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 414 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Sakemm il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità jerġa' lura għal-livell imsemmi fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha tirrapporta l-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità lill-awtorità kompetenti f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 ( 3 ).

▼M1

5.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkalkolaw u jimmonitorjaw il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom fil-munita tar-rapportar għall-entrati kollha, irrispettivament mid-denominazzjoni tal-munita attwali tagħhom.

Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkalkolaw u jimmonitorjaw il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom għal ċerti entrati kif ġej:

(a) 

għal entrati li huma soġġetti għal rapportar separat f'munita għajr il-munita tar-rapportar skont l-Artikolu 415(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom separatament jikkalkulaw u jissorveljaw il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità tagħhom f'valuta oħra;

(b) 

għal entrati denominati fil-munita tar-rapportar fejn l-ammont aggregat tal-obbligazzjonijiet denominati f'muniti li mhumiex il-munita tar-rapportar ikun daqs jew jaqbeż il-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni ta' kreditu, minbarra l-kapital regolatorju u l-entrati li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali, istituzzjonijiet ta' kreditu se jikkalkulaw u jimmonitorjaw separatament il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom fil-munita tar-rapportar.

L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jirrapportaw il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità lill-awtorità kompetenti tagħhom f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014.

▼M1

6.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu se jaċċertaw li ma jkun hemm l-ebda għadd doppju ta' assi likwidi, flussi ta' dħul u flussi ta' ħruġ.

▼B

Artikolu 5

Xenarji ta' stress għall-finijiet tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità

Ix-xenarji li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala indikaturi taċ-ċirkostanzi li fihom istituzzjoni ta' kreditu tista' titqies li tkun soġġetta għal stress:

(a) 

meta sseħħ likwidazzjoni ta' proporzjon sinifikanti tad-depożiti fil-livell ta' konsumatur tagħha;

(b) 

telf parzjali jew totali tal-kapaċità ta' finanzjament bl-ingrossa mhux iggarantit, inklużi depożiti bl-ingrossa u sorsi oħrajn ta' finanzjament ta' kontinġenza bħal likwidità jew linji ta' kreditu riċevuti impenjati jew mhux impenjati;

(c) 

telf parzjali jew totali ta' finanzjament fuq terminu qasir iggarantit;

(d) 

flussi ta' ħruġ tal-likwidità addizzjonali bħala riżultat ta' deklassifikazzjoni tal-kreditu sa tliet livelli;

(e) 

volatilità miżjuda tas-suq li taffettwa l-valur tal-kollateral jew il-kwalità tiegħu jew li toħloq bżonnijiet kollaterali addizzjonali;

(f) 

prelevamenti mhux skedati minn faċilitajiet ta' likwidità u ta' kreditu;

(g) 

obbligu potenzjali ta' xiri lura tad-dejn jew it-twettiq ta' obbligi mhux kuntrattwali.



TITOLU II

IR-RIŻERVA TA' LIKWIDITÀ



KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 6

L-għamla tar-riżerva ta' likwidità

Sabiex ikunu eliġibbli biex jiffurmaw parti mir-riżerva ta' likwidità ta' istituzzjoni ta' kreditu, l-assi likwidi għandhom jikkonformaw ma' kull wieħed minn dawn ir-rekwiżiti:

(a) 

ir-rekwiżiti ġenerali stipulati fl-Artikolu 7;

(b) 

ir-rekwiżiti operazzjonali stipulati fl-Artikolu 8;

(c) 

il-kriterji ta' eliġibbiltà rispettivi għall-klassifikazzjoni tagħhom bħala assi ta' livell 1 jew 2 f'konformità mal-Kapitolu 2.

Artikolu 7

Rekwiżiti ġenerali għall-assi likwidi

1.  Sabiex jikkwalifikaw bħala assi likwidi, l-assi ta' istituzzjoni ta' kreditu għandhom jikkonformaw mal-paragrafi 2 sa 6.

▼M1

2.  L-assi għandhom ikunu proprjetà, dritt, intitolament jew interess, miżmuma mill-istituzzjoni ta' kreditu, jew inklużi f'aggregazzjoni msemmija fil-punt (a), u ħielsa minn kull gravami. Għal dawk il-finijiet, assi jitqies li ma jkunx gravat meta ma jkun soġġett għall-ebda restrizzjoni legali, kuntrattwali, regolatorja jew restrizzjoni oħra li żżomm lill-istituzzjoni ta' kreditu milli tillikwida, tbiegħ, tittrasferixxi, tassenja jew, b'mod ġenerali, tiddisponi mill-assi permezz ta' bejgħ dirett jew ftehim ta' riakkwist fi żmien it-30 jum kalendarju li jkun imiss. L-assi li ġejjin għandhom jitqiesu li mhumiex gravati:

(a) 

l-assi inklużi f'aggregazzjoni li huma disponibbli għal użu immedjat bħala kollateral sabiex jinkiseb finanzjament addizzjonali taħt linji ta' kreditu impenjati iżda li għadhom mhumiex iffinanzjati disponibbli għall-istituzzjoni ta' kreditu jew, jekk l-aggregazzjoni titħaddem minn bank ċentrali, taħt linji ta' kreditu mhux impenjati u li għadhom mhumiex iffinanzjati disponibbli għall-istituzzjoni ta' kreditu. Dan il-punt għandu jinkludi l-assi mqiegħda minn istituzzjoni ta' kreditu mal-istituzzjoni ċentrali f'netwerk kooperattiv jew fi skema ta' protezzjoni istituzzjonali. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jassumu li l-assi fl-aggregazzjoni huma aggravati f'ordni ta' likwidità li tiżdied abbażi tal-klassifikazzjoni tal-likwidità stabbilita fil-Kapitolu 2, li tibda bl-assi li mhumiex eliġibbli għar-riżerva ta' likwidità;

(b) 

l-assi li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun irċeviet bħala kollateral għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu fi ftehim ta' riakkwist invers jew titoli li jiffinanzjaw it-tranżazzjonijiet u li l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tiddisponi minnhom.

▼B

3.  L-assi ma jkunux nħarġu mill-istituzzjoni ta' kreditu nnifisha, l-impriża prinċipali tagħha, sakemm ma tkunx entità tas-settur pubbliku li ma tkunx istituzzjoni ta' kreditu, is-sussidjarja tagħha jew sussidjarja oħra tal-impriża prinċipali tagħha jew minn entità bi skop speċjali ta' titolizzazzjoni li l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha rabtiet mill-qrib magħha;

4.  L-assi ma jkunux nħarġu minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

▼M1

(a) 

istituzzjoni ta' kreditu oħra, sakemm ma tiġix issodisfata waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-emittent huwa entità tas-settur pubbliku msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 10(1) jew fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 11(1);

(ii) 

l-assi huwa bond kopert imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1) jew fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 11(1) jew fil-punt (e) tal-Artikolu 12(1);

(iii) 

l-assi jappartjeni għall-kategorija deskritta fil-punt (e) tal-Artikolu 10(1);

▼B

(b) 

ditta tal-investiment;

(c) 

impriża tal-assigurazzjoni;

(d) 

impriża tar-riassigurazzjoni;

(e) 

kumpanija azzjonarja finanzjarja;

(f) 

kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta;

▼M1

(g) 

kwalunkwe entità oħra li twettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE bħala n-negozju ewlieni tagħha. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-SSPEs għandhom jitqiesu li mhumiex inklużi mal-entitajiet imsemmija f'dan il-punt.

▼B

5.  Il-valur tal-assi jkun jista' jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' prezzijiet tas-suq li jixterdu b'mod wiesa' u li jkunu disponibbli faċilment. Fin-nuqqas ta' prezzijiet tas-suq, il-valur tal-assi jrid ikun jista' jiġi ddeterminat abbażi ta' formula li tkun faċilment kalkolabbli u li tuża l-inputs disponibbli pubblikament u li ma tkunx dipendenti wisq fuq suppożizzjonijiet qawwija.

6.  L-assi għandhom ikunu elenkati fuq kambju rikonoxxut jew negozjabbli permezz ta' tranżazzjoni ta' riakkwist sempliċi fi swieq ta' riakkwist ġeneralment aċċettati. Dawn il-kriterji jiġu vvalutati b'mod separat għal kull suq. Assi ammess biex jiġi nnegozjat f'post organizzat li ma jkunx kambju rikonoxxut, fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, jitqies bħala likwidu biss fejn il-post ta' nnegozjar jipprovdi suq attiv u mdaqqas għall-bejgħ dirett tal-assi. L-istituzzjoni ta' kreditu tqis dawn li ġejjin bħala l-kriterji minimi biex tivvaluta jekk post ta' nnegozjar jipprovdix suq attiv u mdaqqas għall-finijiet ta' dan il-paragrafu:

(a) 

evidenza storika tal-wisgħa u l-fond tas-suq kif muri mill-firxiet baxxi bejn it-talba u l-offerta, volum għoli ta' nnegozjar u għadd kbir u varjat ta' parteċipanti tas-suq;

(b) 

il-preżenza ta' infrastruttura soda tas-suq.

7.  Ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 5 u 6 ma japplikawx għal:

(a) 

karti tal-flus u muniti msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 10(1);

▼M1

(aa) 

l-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 10(1);

▼B

(b) 

l-iskoperturi għall-banek ċentrali msemmijin fil-punti (b) u (d) tal-Artikolu 10(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1);

(c) 

il-faċilità ta' likwidità impenjata b'użu ristrett imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 12(1);

(d) 

id-depożiti u finanzjament ieħor f'netwerks kooperattivi u skemi ta' protezzjoni istituzzjonali msemmijin fl-Artikolu 16.

Artikolu 8

Rekwiżiti operazzjonali

1.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jkollhom politiki u limiti fis-seħħ biex jiżguraw li l-investimenti ta' assi likwidi li jikkostitwixxu r-riżerva ta' likwidità tagħhom jibqgħu ddiversifikati b'mod adegwat f'kull ħin. Għal dan l-għan, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jieħdu inkonsiderazzjoni l-firxa tad-diversifikazzjoni bejn id-diversi kategoriji ta' assi likwidi u fi ħdan l-istess kategorija ta' assi likwidi msemmijin fil-Kapitolu 2 ta' dan it-Titolu u kwalunkwe fattur ta' diversifikazzjoni ieħor, bħat-tipi ta' emittenti, il-kontropartijiet jew il-pożizzjoni ġeografika ta' dawn l-emittenti u l-kontropartijiet.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu restrizzjonijiet jew rekwiżiti speċifiċi fuq l-investimenti ta' assi likwidi minn istituzzjoni ta' kreditu biex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti stipulati f'dan il-paragrafu. Madankollu, kull restrizzjoni jew rekwiżit bħal dawn ma għandhomx japplikaw għal:

(a) 

il-kategoriji li ġejjin ta' assi tal-livell 1:

(i) 

karti tal-flus u muniti msemmijin fl-Artikolu 10(1)(a);

▼M1

(ii) 

l-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali msemmija fil-punti (b) u (d) tal-Artikolu 10(1);

▼B

(iii) 

assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti minn banek ta' żvilupp multilaterali u minn organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikolu 10(1)(g);

(b) 

il-kategoriji ta' assi tal-livell 1 jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-gvernijiet ċentrali jew reġjonali, mill-awtoritajiet lokali jew mill-entitajiet tas-settur pubbliku msemmijin fl-Artikolu 10(1)(c) u (d), diment li l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha l-assi relevanti biex tkopri l-flussi tal-ħruġ netti tal-likwidità taħt kundizzjonijiet ta' stress fil-munita tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz, jew l-assi jkun maħruġ mill-gvernijiet ċentrali jew reġjonali, mill-awtoritajiet lokali jew mill-entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni ta' kreditu;

(c) 

il-faċilità ta' likwidità impenjata b'użu ristrett imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 12(1).

2.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jkollhom aċċess faċli għall-investimenti tagħhom ta' assi likwidi u għandhom ikunu jistgħu jimmonetizzawhom fi kwalunkwe ħin tul il-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju permezz ta' bejgħ dirett jew ftehim ta' riakkwist fi swieq ta' riakkwist ġeneralment aċċettati. Assi likwidu jitqies bħala aċċessibbli faċilment għal istituzzjoni ta' kreditu meta ma jkunx hemm ostakoli legali jew prattiċi sabiex l-istituzzjoni ta' kreditu tkun tista' timmonetizza t-tali assi fil-ħin.

L-assi użati biex jipprovdu titjib fil-kreditu fi tranżazzjonijiet strutturati jew biex ikopru l-kostijiet operattivi tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ma jitqisux bħala aċċessibbli faċilment għal istituzzjoni ta' kreditu.

L-assi miżmumin f'pajjiż terz fejn ikun hemm restrizzjonijiet fuq it-trasferibbiltà ħielsa tagħhom għandhom jitqiesu bħala faċilment aċċessibbli biss diment li l-istituzzjoni ta' kreditu tuża dawk l-assi biex tilħaq il-flussi ta' ħruġ tal-likwidità f'dak il-pajjiż terz. L-assi li jinżammu f'munita mhux konvertibbli għandhom jitqiesu faċilment aċċessibbli biss diment li l-istituzzjoni ta' kreditu tuża dawk l-assi biex tilħaq il-flussi ta' ħruġ tal-likwidità f'dik il-munita.

3.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jiżguraw li l-assi likwidi tagħhom ikunu kkontrollati minn funzjoni ta' ġestjoni tal-likwidità speċifika fl-istituzzjoni ta' kreditu. Il-konformità ma' dan ir-rekwiżit għandha tintwera lill-awtorità kompetenti billi:

(a) 

tqiegħed l-assi likwidi f'pula separata taħt il-ġestjoni diretta tal-funzjoni tal-likwidità u bl-intenzjoni unika li tużahom bħala sors ta' fondi kontinġenti, inkluż waqt perjodi ta' tensjoni;

▼M1

(b) 

l-implimentazzjoni ta' sistemi u kontrolli interni li jagħtu lill-funzjoni ta' ġestjoni tal-likwidità kontroll operattiv effettiv sabiex timmonetizza l-holdings ta' assi likwidi fi kwalunke ħin fil-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum kalendarju u sabiex ikun hemm aċċess għall-fondi kontinġenti mingħajr ma jkun hemm kunflitt dirett ma' strateġiji tan-negozju jew tal-ġestjoni tar-riskji eżistenti. B'mod partikolari, assi ma għandux jiġi inkluż fir-riżerva ta' likwidità meta l-monetizzazzjoni tal-assi mingħajr sostituzzjoni tul il-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum kalendarju tneħħi ħeġġ li joħloq pożizzjoni ta' riskju miftuħa li teċċedi l-limiti interni tal-istituzzjoni ta' kreditu;

▼B

(c) 

ikun hemm taħlita ta' għażliet (a) u (b), diment li l-awtorità kompetenti tkun qieset it-tali taħlita aċċettabbli.

4.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmonetizzaw regolarment, u tal-anqas darba f'sena, kampjun rappreżentattiv biżżejjed tal-investimenti tal-assi likwidi tagħhom permezz ta' bejgħ dirett jew ta' ftehim ta' riakkwist sempliċi f'suq tar-riakkwist ġeneralment aċċettat. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jiżviluppaw strateġiji biex iċedu kampjuni ta' assi likwidi li jkunu adattati biex:

(a) 

jittestjaw l-aċċess għas-suq għal dawn l-assi u l-użu tagħhom;

(b) 

jiċċekkjaw li l-proċeduri tal-istituzzjoni ta' kreditu għall-monetizzazzjoni f'waqtha tal-assi jkunu effettivi;

(c) 

jimminimizzaw ir-riskju li jibagħtu sinjal negattiv lis-suq bħala riżultat tal-monetizzazzjoni tal-assi mill-istituzzjoni ta' kreditu waqt il-perjodi ta' tensjoni.

Ir-rekwiżit stipulat fl-ewwel subparagrafu ma japplikax għall-assi ta' livell 1 imsemmijin fl-Artikolu 10, ħlief bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna, għall-faċilità ta' likwidità impenjata b'użu ristrett imsemmija fis-sottoparagrafu (d) tal-Artikolu 12(1) jew għad-depożiti u finanzjament ieħor ta' likwidità f'netwerks kooperattivi u skemi ta' protezzjoni istituzzjonali msemmijin fl-Artikolu 16.

5.  Ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 2 ma jżommx lill-istituzzjonijiet ta' kreditu milli jiħħeġġjaw ir-riskju tas-suq assoċjat mal-assi likwidi tagħhom diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni ta' kreditu timplimenta l-ftehimiet interni xierqa skont il-paragrafi 2 u 3 biex tiżgura li dawn l-assi jkomplu jkunu disponibbli faċilment u jkunu kkontrollati mill-funzjoni ta' ġestjoni tal-likwidità;

(b) 

il-flussi ta' ħruġ u dħul netti tal-likwidità li jirriżultaw fl-għeluq kmieni ta' ħeġġ jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-assi relevanti skont l-Artikolu 9.

6.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jiżguraw li d-denominazzjoni tal-munita tal-assi likwidi tagħhom tkun konsistenti mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tagħhom. Madankollu, fejn ikun xieraq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jirrestrinġu l-ispariġġ bejn il-muniti billi jistabbilixxu limiti fuq il-proporzjon tal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità f'munita li tista' tintlaħaq waqt perjodu ta' tensjoni biż-żamma ta' assi likwidi mhux iddenominati f'din il-munita. Dik ir-restrizzjoni tista' tiġi applikata biss għall-munita tar-rapportar jew munita li tista' tiġi soġġetta għal rapportar separat skont l-Artikolu 415(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Fid-determinazzjoni tal-livell ta' kwalunkwe restrizzjoni fuq spariġġ bejn il-muniti li tista' tiġi applikata skont dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw tal-inqas:

(a) 

jekk l-istituzzjoni ta' kreditu jkollhiex il-ħila li twettaq kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

tuża l-assi likwidi biex tiġġenera likwidità fil-munita u l-ġurisdizzjoni li fihom jirriżultaw il-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità;

(ii) 

tagħmel swap tal-muniti u tiġbor fondi fi swieq ta' muniti barranin waqt li jkun hemm kundizzjonijiet ta' tensjoni f'konformità mal-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju stipulat fl-Artikolu 4;

(iii) 

tittrasferixxi eċċess ta' likwidità minn munita għal oħra u bejn il-ġurisdizzjonijiet u l-entitajiet legali fil-grupp tagħha waqt li jkun hemm kundizzjonijiet ta' stress f'konformità mal-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju stipulat fl-Artikolu 4;

(b) 

l-impatt ta' movimenti mhux mistennija u ħżiena fir-rata tal-kambju fuq pożizzjonijiet ta' spariġġ eżistenti u fuq l-effettività ta' kwalunkwe ħeġġ ta' skambju barrani li hemm fis-seħħ.

Kull restrizzjoni fuq l-ispariġġ bejn il-muniti, imposta skont dan il-paragrafu, titqies li tikkostitwixxi rekwiżit ta' likwidità speċifiku kif msemmi fl-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 9

Valutazzjoni tal-Assi Likwidi

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità tagħha, istituzzjoni ta' kreditu tuża l-valur tas-suq tal-assi likwidi tagħha. Il-valur tas-suq tal-assi likwidi jitnaqqas skont it-telf impost stipulat fil-Kapitolu 2 u skont l-Artikolu 8(5)(b), fejn ikun applikabbli.



KAPITOLU 2

Assi Likwidi

Artikolu 10

Assi ta' livell 1

1.  L-assi ta' livell 1 jinkludu biss assi li jaqgħu taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin u li f'kull każ jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà stipulati fihom:

(a) 

muniti u karti tal-flus;

(b) 

l-iskoperturi li ġejjin għall-banek ċentrali:

(i) 

assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew bank ċentrali ta' Stat Membru;

(ii) 

assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-banek ċentrali ta' pajjiżi terzi, diment li l-iskoperturi għall-bank ċentrali jew għall-gvern ċentrali tiegħu jkunu assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu nominata (ECAI) li tal-anqas ikollha kwalità tal-kreditu tal-iskala 1 skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M1

(iii) 

riżervi miżmumin mill-istituzzjoni ta' kreditu f'bank ċentrali msemmi fil-punti (i) u (ii) dment li din l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha permess tirtira t-tali riżervi fi kwalunkwe ħin waqt il-perjodi ta' tensjoni u l-kundizzjonijiet għat-tali prelevament ikunu ġew speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità kompetenti rilevanti tal-istituzzjoni ta' kreditu u l-bank ċentrali fejn qed jinżammu r-riżervi, jew fir-regoli applikabbli tal-pajjiż terz;

Għall-finijiet ta' dan il-punt, għandu japplika dan li ġej:

— 
fejn ir-riżervi jkunu miżmuma minn istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja, il-kundizzjonijiet għall-irtirar għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bejn l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tal-istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja u l-bank ċentrali fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, jew fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz, kif applikabbli;
— 
fejn ir-riżervi jkunu miżmuma minn fergħa, il-kundizzjonijiet għall-irtirar għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn tinsab il-fergħa u l-bank ċentrali fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, jew fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz, kif applikabbli;

▼B

(c) 

l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-gvernijiet ċentrali jew reġjonali, l-awtoritajiet lokali jew l-entitajiet tas-settur pubbliku li ġejjin:

(i) 

il-gvern ċentrali ta' Stat Membru;

(ii) 

il-gvern ċentrali ta' pajjiż terz, diment li jiġi assenjat valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tal-inqas ikollha kwalità tal-kreditu tal-iskala 1 skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii) 

il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali fi Stat Membru, diment li jkunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iv) 

gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali f'pajjiż terz tat-tip imsemmi fil-punt (ii), diment li jkunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tal-pajjiż terz f'konformità mal-Artikolu 115(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(v) 

entitajiet tas-settur pubbliku, diment li jkunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew għal wieħed mill-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali msemmijin fil-punt (iii) skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M1

(d) 

l-assi li ġejjin:

(i) 

l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew garantiti mill-gvern ċentrali jew mill-bank ċentrali ta' pajjiż terz li ma jiġix assenjat klassifikazzjoni tal-ewwel skala tal-kwalità tal-kreditu tal-mertu tal-kreditu minn ECAI nominata f'konformità mal-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

riżervi miżmumin mill-istituzzjoni ta' kreditu f'bank ċentrali msemmi fil-punt (i), dment li din l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha permess tirtira dawn ir-riżervi fi kwalunkwe ħin waqt il-perjodi ta' tensjoni u l-kundizzjonijiet għat-tali prelevament ikunu ġew speċifikati jew fi ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz u l-bank ċentrali fejn qed jinżammu r-riżervi, jew fir-regoli applikabbli tal-pajjiż terz.

Għall-finijiet tal-punt (ii), għandu japplika dan li ġej:

— 
fejn ir-riżervi jkunu miżmuma minn istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja, il-kundizzjonijiet għall-irtirar għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tal-istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja u l-bank ċentrali fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, jew fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz;
— 
fejn ir-riżervi jkunu miżmuma minn fergħa, il-kundizzjonijiet għall-irtirar għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn tinsab il-fergħa u l-bank ċentrali fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, jew fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz.

L-ammont aggregat ta' assi li jaqgħu taħt il-punti (i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu u denominati f'munita partikolari li l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tirrikonoxxi bħala assi ta' livell 1 ma għandux jaqbeż l-ammont ta' tensjoni tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità netti mġarrba taħt tensjoni mill-istituzzjoni ta' kreditu mġarrbin fl-istess munita.

Barra minn hekk, fejn parti jew l-assi kollha li jaqgħu taħt il-punti (i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu huma denominati f'munita li mhijiex il-munita domestika tal-pajjiż terz inkwistjoni, l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tirrikonoxxi biss dawk l-assi bħala assi ta' livell 1 sa ammont ugwali għall-ammont tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità netta ta' tensjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu mġarrba f'dik il-munita barranija li tikkorrispondi għall-operazzjonijiet tal-istituzzjoni ta' kreditu fil-ġuriżdizzjoni fejn jkun qed jittieħed ir-riskju tal-likwidità;

▼B

(e) 

l-assi maħruġin mill-istituzzjonijiet ta' kreditu li jissodisfaw tal-inqas wieħed minn dawn iż-żewġ rekwiżiti:

(i) 

l-emittent ikun istituzzjoni ta' kreditu inkorporata jew stabbilita mill-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew mill-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali fi Stat Membru, il-gvern jew l-awtorità lokali jkollha l-obbligu legali li tipproteġi l-bażi ekonomika tal-istituzzjoni ta' kreditu u li żżomm il-vijabbiltà finanzjarja tagħha tul il-ħajja tagħha u kwalunkwe skopertura għal dak il-gvern reġjonali jew awtorità lokali, kif ikun applikabbli, tiġi trattata bħala skopertura għall-gvern ċentrali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

l-istituzzjoni ta' kreditu tkun mutwant promozzjonali li, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, tinftiehem bħala kwalunkwe istituzzjoni ta' kreditu li l-għan tagħha jkun li tmexxi 'l quddiem l-objettivi tal-politika pubblika tal-Unjoni jew tal-gvern ċentrali jew reġjonali jew ta' awtorità lokali fi Stat Membru primarjament permezz tal-għoti ta' self promozzjonali fuq bażi mhux kompetittiva u mhux bi profitt, sakemm tal-inqas 90 % tas-self li tagħti jkun direttament jew indirettament iggarantit mill-gvern ċentrali jew reġjonali jew minn awtorità lokali u li kwalunkwe skopertura għall-gvern ċentrali jew awtorità lokali, kif ikun applikabbli, tkun trattata bħala skopertura għall-gvern ċentrali tal-Istat Membru skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f) 

skoperturi f'forma ta' bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna, li għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i) 

ikunu bonds kif inhu msemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE jew jissodisfaw ir-rekwiżiti biex ikunu eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

►M1  l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet fil-pula ta' kopertura jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 129(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew, fejn l-awtorità kompetenti tkun tat eżenzjoni parzjali msemmija fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kundizzjonijiet msemmija f'dak is-subparagrafu; ◄

(iii) 

l-istituzzjoni ta' kreditu li tinvesti fil-bonds koperti u l-emittent jissodisfaw r-rekwiżiti ta' trasparenza msemmijin fl-Artikolu 129(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iv) 

id-daqs tal-ħruġ tagħhom ikun tal-anqas ta' EUR 500 miljun (jew l-ammont ekwivalenti fil-munita domestika);

(v) 

il-bonds koperti jkunu assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tal-inqas ikollha l-iskala 1 tal-kwalità kreditizja f'konformità mal-Artikolu 129(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-iskala tal-kwalità kreditizja ekwivalenti f'każ ta' valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir jew, fin-nuqqas ta' klassifiakzzjoni tal-kreditu, ikunu assenjati piż tar-riskju ta' 10 % f'konformità mal-Artikolu 129(5) ta' dan ir-Regolament;

(vi) 

il-pula ta' kopertura tissodisfa f'kull ħin rekwiżit ta' kopertura tal-assi tal-anqas ta' 2 % aktar mill-ammont meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet marbutin mal-bonds koperti;

(g) 

l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-banek ta' żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikolu 117(2) u l-Artikolu 118, rispettivament, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

▼M1

2.  Il-valur tas-suq tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal telf impost ta' mill-inqas 7 %. Ħlief għal kif inhu speċifikat fir-rigward tal-ishma u l-unitajiet fis-CIUs fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 15(2), ma għandu jkun meħtieġ ebda telf impost fuq il-valur tal-assi tal-livell 1 li jifdal.

▼B

Artikolu 11

Assi ta' livell 2 A

1.  Assi ta' livell 2 A għandhom jinkludu biss assi li jaqgħu taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin u f'kull każ jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti hawn:

(a) 

l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-gvernijiet reġjonali, l-awtoritajiet lokali jew l-entitajiet tas-settur pubbliku fi Stat Membru, meta l-iskoperturi għalihom ikunu assenjati piż tar-riskju ta' 20 % skont l-Artikolu 115(1) u (5) u l-Artikolu 116(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ikun applikabbli;

(b) 

l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-gvern ċentrali jew mill-bank ċentrali ta' pajjiż terz jew minn gvern reġjonali, awtorità lokali jew entità tas-settur pubbliku f'pajjiż terz, diment li dawn ikunu assenjati piż tar-riskju ta' 20 % skont l-Artikoli 114(2), 115 jew 116 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ikun applikabbli;

(c) 

l-iskoperturi fil-forma ta' bonds koperti ta' kwalità għolja, li għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i) 

ikunu bonds kif inhu msemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE jew jissodisfaw ir-rekwiżiti biex ikunu eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M1

(ii) 

l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet fil-pula ta' kopertura jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 129(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew, fejn l-awtorità kompetenti tkun tat eżenzjoni parzjali msemmija fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kundizzjonijiet msemmija f'dak is-subparagrafu;

▼B

(iii) 

l-istituzzjoni ta' kreditu li tinvesti fil-bonds koperti u l-emittent jissodisfaw r-rekwiżiti ta' trasparenza stipulati fl-Artikolu 129(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iv) 

id-daqs tal-ħruġ tagħhom ikun tal-anqas ta' EUR 250 miljun (jew l-ammont ekwivalenti fil-munita domestika);

(v) 

il-bonds koperti jkunu assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tal-inqas ikollha l-iskala 2 tal-kwalità kreditizja f'konformità mal-Artikolu 129(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-iskala tal-kwalità kreditizja ekwivalenti f'każ ta' valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir jew, fin-nuqqas ta' klassifiakzzjoni tal-kreditu, ikunu assenjati piż tar-riskju ta' 20 % f'konformità mal-Artikolu 129(5) ta' dan ir-Regolament;

(vi) 

il-pula ta' kopertura tissodisfa f'kull ħin rekwiżit ta' kopertura tal-assi tal-anqas ta' 7 % aktar mill-ammont meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet marbutin mal-bonds koperti. Madankollu, meta l-bonds koperti b'valutazzjoni tal-kreditu tal-iskala 1 tal-kwalità kreditizja ma jissodisfawx id-daqs tal-ħruġ minimu għal bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna skont il-punt (f)(iv) tal-Artikolu 10(1) iżda jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-bonds koperti ta' kwalità għolja stipulati fil-punti (i), (ii), (iii) u (iv), dawn minflok ikunu soġġetti għar-rekwiżit minimu għall-kopertura tal-assi ta' 2 %;

(d) 

l-iskoperturi fil-forma ta' bonds koperti minn istituzzjonijiet ta' kreditu ta' pajjiżi terzi, li jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i) 

ikunu bonds koperti skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz li għandha tiddefinixxihom bħala titoli tad-dejn maħruġin mill-istituzzjonijiet ta' kreditu, jew minn sussidjarja akkwiżita totalment minn istituzzjoni ta' kreditu li tiggarantixxi l-ħruġ, u ggarantiti minn pula ta' kopertura ta' assi, li fir-rigward tagħha d-detenturi tal-bonds ikollhom rikors dirett għar-ripagament ta' prinċipal u mgħax fuq bażi ta' prijorità f'każ ta' inadempjenza tal-emittent;

(ii) 

l-emittent u l-bonds koperti huma soġġetti mil-liġi nazzjonali fil-pajjiż terz għal superviżjoni pubblika speċjali maħsuba biex tipproteġi lid-detenturi tal-bonds u l-arranġamenti superviżorji u regolatorji applikati fil-pajjiż terz iridu jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni;

(iii) 

il-bonds koperti jkunu ggarantiti minn pula ta' assi ta' tip wieħed jew aktar deskritti fil-punti (b), (d)(i), (f)(i) jew (g) tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta l-pula tikkostitwixxi self iggarantit minn proprjetà immobbli, iridu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fl-Artikoli 208 u 229(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M1

(iv) 

l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet fil-pula ta' kopertura jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 129(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew, fejn l-awtorità kompetenti tkun tat eżenzjoni parzjali msemmija fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kundizzjonijiet msemmija f'dak is-subparagrafu;

▼B

(v) 

l-istituzzjoni ta' kreditu li tinvesti fil-bonds koperti u l-emittent jissodisfaw r-rekwiżiti ta' trasparenza stipulati fl-Artikolu 129(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(vi) 

il-bonds koperti jkunu assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tal-inqas ikollha l-iskala 1 tal-kwalità kreditizja f'konformità mal-Artikolu 129(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-iskala tal-kwalità kreditizja ekwivalenti f'każ ta' valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir jew, fin-nuqqas ta' klassifiakzzjoni tal-kreditu, ikunu assenjati piż tar-riskju ta' 10 % f'konformità mal-Artikolu 129(5) ta' dan ir-Regolament; u

(vii) 

il-pula ta' kopertura tissodisfa f'kull ħin rekwiżit ta' kopertura tal-assi tal-anqas ta' 7 % aktar mill-ammont meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet marbutin mal-bonds koperti. Madankollu, meta d-daqs tal-ħruġ ta' bonds koperti huwa ta' EUR 500 miljun (jew l-ammont ekwivalenti f'munita domestika) jew ogħla, dawn minflok ikunu soġġetti għar-rekwiżit minimu għall-kopertura tal-assi ta' 2 %;

(e) 

titoli ta' dejn korporattiv li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i) 

ikunu assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tal-inqas ikollha l-iskala 1 tal-kwalità kreditizja skont l-Artikolu 122 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew skala tal-kwalità kreditizja ekwivalenti f'każ ta' valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir;

(ii) 

id-daqs ta' ħruġ tat-titoli huwa ta' mill-inqas EUR 250 miljun (jew l-ekwivalenti fil-munita domestika);

(iii) 

iż-żmien massimu għall-maturità tat-titoli fil-ħin tal-ħruġ ikun ta' 10 snin;

2.  Il-valur tas-suq ta' kull assi tal-livell 2 A jkun soġġett għal telf impost tal-inqas ta' 15 %.

Artikolu 12

Assi ta' livell 2B

1.  Assi ta' livell 2B jinkludu biss assi li jaqgħu taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin u f'kull każ jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti hawn:

(a) 

skoperturi fil-forma ta' titoli garantiti b'assi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13;

(b) 

titoli ta' dejn korporattiv li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i) 

ikunu rċivew klassifikazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li hija mill-inqas ta' skala 3 tal-kwalità kreditizja skont l-Artikolu 122 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-iskala tal-kwalità kreditizja ekwivalenti fil-każ ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir;

(ii) 

id-daqs ta' ħruġ tat-titoli jkun ta' mill-inqas EUR 250 miljun (jew l-ekwivalenti fil-munita domestika);

(iii) 

iż-żmien massimu għall-maturità tat-titoli fil-ħin tal-ħruġ ikun ta' 10 snin;

(c) 

ishma, diment li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i) 

jiffurmaw parti minn indiċi ta' stokk maġġuri fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, kif identifikati bħala tali għall-finijiet ta' dan il-punt mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew l-awtorità pubblika rilevanti f'pajjiż terz. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe deċiżjoni mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità pubblika fir-rigward tal-indiċi ta' stokks maġġuri, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jqisu bħala tali l-indiċi ta' stokks magħmul minn kumpaniji ewlenin fil-ġurisdizzjoni rilevanti;

(ii) 

jkunu denominati fil-munita tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni ta' kreditu jew, meta jkunu denominati f'munita differenti, jkunu jgħoddu bħala ta' livell 2B biss sal-ammont li jkopri l-flussi tal-ħruġ netti tal-likwidità f'dik il-munita jew fil-ġurisdizzjoni fejn jittieħed ir-riskju tal-likwidità;

(iii) 

ikollhom rekord ippruvat bħala sors affidabbli ta' likwidità, inkluż matul perjodi ta' tensjoni. Dan ir-rekwiżit jitqies issodisfat meta l-livell ta' tnaqqis fil-prezz tal-istokk tas-sehem jew iż-żieda fit-telf impost tiegħu matul perjodu ta' tensjoni tas-suq ta' 30 jum tal-kalendarju ma jaqbżux l-40 % jew 40 punti perċentwali, rispettivament; u

(d) 

faċilitajiet ta' likwidità impenjati ta' użu ristrett li jistgħu jiġu pprovduti mill-BĊE, minn bank ċentrali fi Stat Membru jew minn bank ċentrali ta' pajjiż terz, diment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14;

(e) 

l-iskoperturi fil-forma ta' bonds koperti ta' kwalità għolja li għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i) 

ikunu bonds kif inhu msemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE jew jissodisfaw ir-rekwiżiti biex ikunu eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

l-istituzzjoni ta' kreditu li tinvesti fil-bonds koperti tissodisfa r-rekwiżit ta' trasparenza stipulat fl-Artikolu 129(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii) 

l-emittent tal-bonds koperti jagħmel diponibbli għall-investituri l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 129(7)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mill-inqas fuq bażi trimestrali;

(iv) 

id-daqs tal-ħruġ tagħhom ikun tal-anqas ta' EUR 250 miljun (jew l-ammont ekwivalenti fil-munita domestika);

(v) 

il-bonds koperti huma kollateralizzati esklussivament mill-assi msemmijin fil-punti (a), (d), (i) u (e) tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(vi) 

il-grupp ta' assi sottostanti jikkonsisti esklussivament minn skoperturi li jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta' 35 % jew inqas, skont l-Artikolu 125 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-riskju ta' kreditu;

(vii) 

il-pula ta' kopertura tissodisfa f'kull ħin rekwiżit ta' kopertura tal-assi tal-anqas ta' 10 % aktar mill-ammont meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet marbutin mal-bonds koperti;

(viii) 

l-istituzzjoni ta' kreditu emittenti trid ta' kull xahar turi pubblikament li l-pula ta' kopertura jilħqu ir-rekwiżit ta' 10 % tal-kopertura tal-assi;

(f) 

għall-istituzzjonijiet ta' kreditu li skont l-istatuti tal-inkorporazzjoni ma jistax għal raġunijiet ta' osservanza reliġjuża jkollhom assi li jagħtu imgħax, ikun hemm assi li ma jagħtux imgħax li jikkostitwixxu ammont riċevibbli jew iggarantit minn banek ċentrali jew minn gvern ċentrali jew minn bank ċentrali ta' pajjiż terz jew minn gvern reġjonali, minn awtorità lokali jew minn entità tas-settur pubbliku f'pajjiż terz, dejjem jekk dawn l-assi jkollhom valutazzjoni tal-kreditu ta' mill-inqas skala 5 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata skont l-Artikolu 114 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew skala ta' kwalità kreditizja ekwivalenti f'każ ta' valutazzjoni ta' kreditu ta' terminu qasir.

2.  Il-valur tas-suq ta' kull wieħed mill-assi ta' livell 2B jkun soġġett għat-telf impost minimu li ġej:

(a) 

it-telf impost applikabbli stabbilit fl-Artikolu 13(14) għal titolizzazzjonijiet ta' livell 2B;

(b) 

telf impost ta' 50 % għal titoli ta' dejn korporattiv imsemmija fil-paragrafu (1)(b);

(c) 

telf impost ta' 50 % għal ishma msemmija fil-paragrafu 1(c);

(d) 

mat-30 % ta' telf impost għall-programmi ta' bonds koperti jew għall-ħruġ imsemmi fil-paragrafu (1)(e);

(e) 

mal-50 % ta' telf impost għal assi li ma jagħtux imgħax msemmija fil-paragrafu 1(f).

3.  Għall-istituzzjonijiet ta' kreditu li skont l-istatuti tal-inkorporazzjoni tagħhom ma jistax għal raġunijiet ta' osservanza reliġjuża ikollhom assi li jagħtu imgħax, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti li ssir deroga mill-punti (ii) u (iii) tal-paragrafu 1(b) ta' dan l-Artikolu, dejjem jekk ikun hemm evidenza ta' nuqqas ta' disponibbiltà ta' assi li ma jagħtux imgħax li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti u li l-assi li ma jagħtux imgħax inkwistjoni huma biżżejjed likwidi fis-swieq privati.

Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-assi li ma jħallux imgħax humiex biżżejjed likwidi għall-għanijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tikkunsidra l-fatturi li ġejjin:

(a) 

id-dejta disponibbli rigward il-likwidità tagħhom fis-suq, inklużi l-volumi ta' negozjar, il-firxiet bejn it-talba u l-offerta osservati, il-volatilità tal-prezzijiet u l-impatt tal-prezzijiet; u

(b) 

fatturi oħrajn rilevanti għal-likwidità tagħhom, inkluża informazzjoni storika dwar il-wisa' u l-profondità tas-suq għal dawk l-assi li ma jagħtux imgħax, l-għadd u d-diversità tal-parteċipanti fis-suq u l-preżenza ta' infrastruttura tas-suq robusta.

Artikolu 13

Titolizzazzjonijiet ta' livell 2B

▼M1

1.  L-iskoperturi fil-forma ta' titoli garantiti b'assi msemmija fl-Artikolu 12(1)(a) għandhom jikkwalifikaw bħala titolizzazzjonijiet tal-livell 2B fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

id-deżinjazzjoni “STS” jew “sempliċi, trasparenti u standardizzata”, jew deżinjazzjoni li tirreferi direttament jew indirettament għal dawk it-termini, hi permessa li tintuża għat-titolizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) u qed tiġi użata b'dan il-mod;

(b) 

il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 u l-paragrafi 10 sa 13 ta' dan l-Artikolu jiġu ssodisfatti.

▼B

2.  Il-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni u tal-iskoperturi sottostanti għall-pożizzjoni jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

▼M1

(a) 

il-pożizzjoni tiġi assenjata valutazzjoni tal-ewwel skala tal-kwalità tal-kreditu minn ECAI nominata skont l-Artikolu 264 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ta' skala ekwivalenti tal-kwalità tal-kreditu fil-każ ta' valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir;

(b) 

il-pożizzjoni hija fl-aktar segment jew segmenti ta' titolizzazzjoni superjuri u għandha l-ħin kollu l-ogħla livell ta' superjorità matul il-ħajja kontinwa tat-tranżazzjoni. Għal dawn il-finijiet, segment jitqies li jkun l-aktar superjuri meta wara l-għoti ta' avviż ta' infurzar u, fejn applikabbli, avviż ta' aċċelerazzjoni, is-segment ma jkunx subordinat għal segmenti oħrajn tal-istess tranżazzjoni ta' titolizzazzjoni jew skema fir-rigward tar-riċevuta ta' pagamenti prinċipali u tal-imgħax, mingħajr ma jitqiesu l-ammonti dovuti taħt kuntratti derivati minn rati tal-imgħax jew muniti, tariffi jew pagamenti oħrajn simili skont l-Artikolu 242(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M1 —————

▼B

(g) 

►M1  il-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni hija sostnuta minn aggregazzjoni ta' skoperturi sottostanti u dawk l-iskoperturi sottostanti jew jappartjenu kollha kemm huma għal waħda biss mis-subkategoriji li ġejjin jew inkella jikkonsistu f'kombinazzjoni ta' self residenzjali msemmi fil-punt (i) u self residenzjali msemmi fil-punt (ii): ◄

(i) 

self residenzjali garantit b'ipoteka tal-ewwel grad mogħtija lil individwi għall-akkwist tar-residenza prinċipali tagħhom, dejjem jekk waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

— 
is-self fil-pula jilħaq bħala medja r-rekwiżit tal-proporzjon bejn il-valur tas-self u dak tal-garanzija stabbilit fil-punt (i) tal-Artikolu 129(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
— 
il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru minn fejn oriġina s-self tipprevedi limitu tal-proporzjon bejn il-valur tas-self u dak tal-introjtu fuq l-ammont li obbligant jista' jissellef f'self residenzjali, u dan l-Istat Membru jkun innotifika din il-liġi lill-Kummissjoni u lill-EBA. Il-limitu tal-proporzjon bejn il-valur tas-self u dak tal-introjtu huwa kkalkulat fuq l-introjtu gross annwali tal-obbligant, filwaqt li jitqiesu l-obbligi tat-taxxa u l-impenji l-oħra tal-obbligant, kif ukoll ir-riskju rigward il-bidliet fir-rati tal-imgħax matul il-perjodu tas-self. Għal kull self residenzjali fil-pula, il-perċentwal tal-introjtu gross tal-obbligant li jista' jintuża għas-servizz tas-self, inklużi l-imgħax, il-kapital u l-pagamenti ta' tariffi, ma jkunx jaqbeż il-45 %;
(ii) 

self residenzjali garantit b'mod sħiħ imsemmi fl-Artikolu 129(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, diment li s-self jissodisfa r-rekwiżiti ta' kollateralizzazzjoni stabbiliti f'dan il-paragrafu u r-rekwiżit tal-proporzjon medju bejn il-valur tas-self u dak tal-garanzija stabbilit fil-punt (i) tal-Artikolu 129(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

(iii) 

self kummerċjali, lokazzjonijiet u faċilitajiet ta' kreditu għal impriżi stabbiliti fi Stat Membru biex jiffinanzjaw nefqiet kapitali jew operazzjonijiet ta' negozju minbarra l-akkwist jew l-iżvilupp ta' proprjetà immobbli kummerċjali, diment li mill-inqas 80 % tal-mutwatarji fil-pula f'termini ta' portafoll tal-bilanċ ikunu intrapriżi żgħar u medji fil-ħin tal-ħruġ tat-titolizzazzjoni, u ebda wieħed mill-mutwatarji ma jkun istituzzjoni kif ddefinit fl-Artikolu 4(1)(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M1

(iv) 

self għal karozzi u lokazzjonijiet lil mutwatarji jew lokatarji stabbiliti jew residenti fi Stat Membru. Għal dawn il-finijiet, self għal karozzi jew lokazzjonijiet se jinkludu self jew lokazzjonijiet għall-finanzjament ta' vetturi bil-mutur jew trejlers kif definiti fil-punti (11) u (12) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), tratturi agrikoli jew forestali msemmija fir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), muturi b'żewġ roti jew triċikli bil-mutur imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) jew vetturi bil-katina msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2007/46/KE. Tali self jew lokazzjonijiet jistgħu jinkludu prodotti anċillari ta' assigurazzjoni u servizz jew partijiet addizzjonali ta' vetturi u, fil-każ ta' lokazzjonijiet, il-valur residwu tal-vetturi mogħtija b'lokazzjoni. Is-self u l-lokazzjonijiet kollha fl-aggregazzjoni għandhom ikunu garantiti bi ħlas jew titolu tal-ogħla klassifikazzjoni fuq il-vettura jew garanzija xierqa favur l-SSPE, bħal provvediment ta' ritenzjoni tat-titolu;

▼B

(v) 

self u faċilitajiet ta' kreditu lil individwi residenti fi Stat Membru għal finijiet personali, familjari jew konsum domestiku.

▼M1 —————

▼B

10.  L-iskoperturi sottostanti ma jkunux oriġinaw mill-istituzzjoni ta' kreditu li żżomm il-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni fir-riżerva ta' likwidità tagħha, fis-sussidjarja tagħha, fl-impriża prinċipali tagħha, fis-sussidjarja tal-impriża prinċipali tagħha jew fi kwalunkwe impriża oħra marbuta mill-qrib ma' din l-istituzzjoni ta' kreditu;

11.  Id-daqs ta' ħruġ tas-segment jkun ta' mill-inqas EUR 100 miljun (jew l-ammont ekwivalenti fil-munita domestika).

12.  Il-ħajja medja peżata li jifdal tas-segment tkun ta' 5 snin jew inqas, li tiġi kkalkolata billi jintuża l-inqas ammont tas-suppożizzjoni ta' ħlas bil-quddiem tal-ipprezzar tat-tranżazzjoni jew ta' rata kostanti ta' ħlas bil-quddiem ta' 20 %, li għaliha l-istituzzjoni ta' kreditu tassumi li s-sejħa hija eżerċitata fuq l-ewwel data msejħa permessa.

13.  L-oriġinatur tal-iskoperturi sottostanti għat-titolizzazzjoni tkun istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew impriża li l-attività prinċipali tagħha hija li ssegwi waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fil-punti 2 sa 12 u l-punt 15 tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE.

14.  Il-valur tas-suq ta' titolizzazzjonijiet ta' livell 2B jkun soġġett għat-telf impost minimu li ġej:

(a) 

25 % għal titolizzazzjonijiet garantiti mis-subkategoriji ta' assi msemmija fil-punti (g)(i), (ii) u (iv) tal-paragrafu 2;

(b) 

35 % għal titolizzazzjonijiet garantiti mis-subkategoriji ta' assi msemmija fil-punti (g)(iii) u (v) tal-paragrafu 2.

Artikolu 14

Faċilitajiet ta' likwidità impenjati ta' użu ristrett

Sabiex jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 2B, il-faċilitajiet ta' likwidità impenjati ta' użu ristrett li jistgħu jiġu pprovduti minn bank ċentrali kif imsemmi fil-paragrafu (1)(d) tal-Artikolu 12 ikunu jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

matul perjodu mingħajr tensjoni, il-faċilità hija soġġetta għal tariffa ta' impenn fuq l-ammont totali impenjat li huwa mill-inqas l-ikbar minn dawn li ġejjin:

(i) 

75 punt bażi fis-sena;

(ii) 

mill-inqas 25 punt bażi fis-sena 'l fuq mid-differenza fir-rendiment fuq l-assi użati biex tiġi appoġġjata l-faċilità u r-rendiment fuq portafoll rappreżentattiv ta' assi likwidi, wara aġġustament għal kull differenza materjali fir-riskju ta' kreditu;

Matul perjodu ta' tensjoni, il-bank ċentrali jista' jnaqqas it-tariffa ta' impenn deskritta fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, diment li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti minimi applikabbli għall-faċilitajiet ta' likwidità skont l-approċċi alternattivi ta' likwidità f'konformità mal-Artikolu 19;

(b) 

il-faċilità tkun sostnuta minn assi mhux gravati ta' tip speċifikat mill-bank ċentrali. L-assi pprovduti bħala kollateral ikunu jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(i) 

jinżammu f'forma li tiffaċilita t-trasferiment tagħhom fil-pront lill-bank ċentrali fl-eventwalità li l-faċilità tiġi msejħa;

(ii) 

il-valur tagħhom wara t-telf impost kif applikat mill-bank ċentrali huwa biżżejjed biex ikopri l-ammont totali tal-faċilità;

(iii) 

ma għandhomx jingħaddu bħala assi likwidi għall-finijiet ta' riżerva ta' likwidità tal-istituzzjoni ta' kreditu;

(c) 

il-faċilità hija kompatibbli mal-qafas politiku tal-kontroparti tal-bank ċentrali;

(d) 

it-terminu ta' impenn tal-faċilità jaqbeż il-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju msemmi fl-Artikolu 4;

(e) 

il-faċilità mhix revokata mill-bank ċentrali qabel il-maturità kuntrattwali tagħha u ma tittieħed ebda deċiżjoni ulterjuri ta' kreditu sakemm l-istituzzjoni ta' kreditu kkonċernata tkompli tiġi evalwata bħala solvent;

(f) 

ikun hemm politika formali ppubblikata mill-bank ċentrali li tiddikjara d-deċiżjoni tagħha li tagħti faċilitajiet ta' likwidità impenjati ta' użu ristrett, il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-faċilità u t-tipi ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma eliġibbli biex japplikaw għal dawn il-faċilitajiet.

Artikolu 15

CIUs

1.  Ishma jew unitajiet f'impriżi ta' investiment kollettiv (“CIUs”) jikkwalifikaw bħala assi likwidi tal-istess livell bħall-assi likwidi sottostanti għall-impriża rilevanti sal-ammont assolut ta' EUR 500 miljun (jew l-ammont ekwivalenti fil-munita domestika) għal kull istituzzjoni ta' kreditu fuq bażi individwali, diment li:

(a) 

tinżamm konformtià mar-rekwiżiti fl-Artikolu 132(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

is-CIU tinvesti biss f'assi u derivattivi likwidi, fil-każ tal-aħħar sa fejn ikun neċessarju biss għall-mitigazzjoni tar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax, tal-valuta jew ta' kreditu fil-portafoll.

2.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu japplikaw it-telf impost minimu li ġej għall-valur tal-ishma jew l-unitajiet tagħhom f'CIUs skont il-kategorija tal-assi likwidi sottostanti:

(a) 

0 % għal muniti u karti tal-flus u skoperturi għal banek ċentrali msemmija fl-Artikolu 10(1)(b);

(b) 

5 % għal assi ta' livell 1 għajr bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna;

(c) 

12 % għal bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fl-Artikolu 10(1)(f);

(d) 

20 % għal assi ta' livell 2 A;

(e) 

30 % għal titolizzazzjonijiet ta' livell 2B sostnuti mis-subkategoriji ta' assi msemmija fil-punti (i), (ii) u (iv) tal-Artikolu 13(2)(g);

(f) 

35 % għal bonds koperti ta' livell 2B msemmija fl-Artikolu 12(1)e;

(g) 

40 % għal titolizzazzjonijiet ta' livell 2B sostnuti mis-subkategoriji ta' assi msemmija fil-punti (iii) u (v) tal-Artikolu 13(2)(g); u

(h) 

55 % għal titoli ta' dejn korporattiv ta' livell 2B msemmija fl-Artikolu 12(1)(b), l-ishma msemmija fl-Artikolu 12(1)(c) u l-assi li ma jagħtux imgħax imsemmija fl-Artikolu 12(1)(f).

3.  L-approċċ imsemmi fil-paragrafu 2 ikun applikat kif ġej:

(a) 

meta l-istituzzjoni ta' kreditu tkun taf bl-iskoperturi sottostanti tas-CIU, tista' tinvestiga dawk l-skoperturi sottostanti sabiex tassenjalhom it-telf impost xieraq skont il-paragrafu 2;

▼M1

(b) 

fejn l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx konxja mill-iskoperturi sottostanti tas-CIU, hi għandha tassumi, għall-finijiet li jiġi ddeterminat il-livell ta' likwidità tal-assi sottostanti u għall-finijiet ta' assenjazzjoni tat-telf impost xieraq għal dawk l-assi, li s-CIU tinvesti f'assi likwidi, sal-ammont massimu permess fil-mandat tagħha, fl-istess ordni axxendenti bħala assi likwidi huma kklassifikati għall-finijiet tal-paragrafu 2, li jibdew mal-assi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 2 u axxendenti sakemm jintlaħaq il-limitu massimu totali tal-investiment.

▼B

4.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jiżviluppaw metodoloġiji u proċessi b'saħħithom biex jikkalkolaw u jirrapportaw il-valur tas-suq u t-telf impost għall-ishma jew unitajiet f'CIUs. Fejn l-iskopertura ma tkunx materjali biżżejjed għal istituzzjoni ta' kreditu biex tiżviluppa l-metodoloġiji tagħha stess u bil-kundizzjoni li, f'kull każ, l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li din il-kundizzjoni ġiet issodisfata, istituzzjoni ta' kreditu tista' sserraħ biss fuq il-partijiet terzi li ġejjin biex tikkalkola u tirrapporta t-telf impost għal ishma jew unitajiet f'CIUs:

(a) 

l-istituzzjoni depożitarja tas-CIU, diment li s-CIU tinvesti b'mod esklussiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha bħal dawn f'din l-istituzzjoni depożitarja;

(b) 

għal CIUs oħra, il-kumpanija maniġerjali tas-CIU, diment li l-kumpanija maniġerjali tas-CIU tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 132(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

▼M1

Il-korrettezza tal-kalkoli magħmula mill-istituzzjoni depożitorja jew mill-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU meta jiddeterminaw il-valur tas-suq u t-telf impost għal ishma jew unitajiet f'CIUs għandha tiġi kkonfermata minn awditur estern, mill-inqas darba fis-sena.

▼B

5.  Meta istituzzjoni ta' kreditu tonqos milli tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' ishma jew unitajiet f'CIU, din tieqaf milli tirrikonoxxihom bħala assi likwidi għall-finijiet ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 18.

▼M1

Artikolu 16

Depożiti u finanzjament ieħor f'netwerks kooperattivi u fi skemi ta' protezzjoni istituzzjonali

1.  Meta istituzzjoni ta' kreditu tkun tappartjeni għal skema ta' protezzjoni istituzzjonali tat-tip imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għal netwerk li jkun eliġibbli għall-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jew għal netwerk kooperattiv fi Stat Membru, id-depożiti liberi li l-istituzzjoni ta' kreditu żżomm mal-istituzzjoni ċentrali jistgħu jiġu ttrattati bħala assi likwidi, sakemm l-istituzzjoni ċentrali li tirċievi d-depożiti ma tittrattahomx bħala depożiti operattivi. Fejn id-depożiti jiġu ttrattati bħala assi likwidi, huma għandhom jiġu ttrattati f'konformità ma' waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

meta, f'konformità mal-liġi nazzjonali jew mad-dokumenti legalment vinkolanti li jirregolaw l-iskema jew in-netwerk, l-istituzzjoni ċentrali tkun obbligata li żżomm jew tinvesti d-depożiti f'assi likwidi ta' livell speċifikat jew kategorija speċifikata, id-depożiti għandhom jiġu ttrattati bħala assi likwidi ta' dak l-istess livell jew dik l-istess kategorija f'konformità ma' dan ir-Regolament;

(b) 

meta l-istituzzjoni ċentrali ma tkunx obbligata li żżomm jew tinvesti d-depożiti f'assi likwidi ta' livell speċifikat jew kategorija speċifikata, id-depożiti għandhom jiġu ttrattati bħala assi tal-livell 2B f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-ammont pendenti tagħhom għandu jkun soġġett għal telf impost minimu ta' 25 %.

2.  Meta skont il-liġi ta' Stat Membru jew id-dokumenti legalment vinkolanti li jirregolaw wieħed min-netwerks jew waħda mill-iskemi deskritti fil-paragrafu 1 l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha aċċess fi żmien 30 jum tal-kalendarju għal finanzjament tal-likwidità mill-istituzzjoni ċentrali jew minn istituzzjoni oħra fl-istess netwerk jew skema, dan il-finanzjament jiġi ttrattat bħala ass ta' livell 2B sakemm ma jkunx kollateralizzat minn assi likwidi ta' livell jew kategorija speċifiċi. It-telf impost minimu ta' 25 % jiġi applikat għall-ammont kapitali impenjat tal-finanzjament tal-likwidità.

▼B

Artikolu 17

It-tiswir tar-riżerva ta' likwidità skont il-livell tal-assi

1.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkonformaw f'kull ħin mar-rekwiżiti li ġejjin dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità tagħhom:

(a) 

minimu ta' 60 % tar-riżerva ta' likwidità jkun kompost minn assi ta' livell 1;

(b) 

minimu ta' 30 % tar-riżerva ta' likwidità jkun kompost minn assi ta' livell 1 esklużi bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fl-Artikolu 10(1)(f);

(c) 

massimu ta' 15 % tar-riżerva ta' likwidità jista' jinżamm f'assi ta' livell 2B.

▼M1

2.  Ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 jiġu applikati wara l-aġġustament għall-impatt fuq l-istokk tal-assi likwidi ta' finanzjament sikur, self garantit jew tranżazzjonijiet ta' swaps kollaterali li jużaw assi likwidi f'mill-inqas stadju wieħed tat-tranżazzjoni fejn dawn it-tranżazzjonijiet jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju, wara li jitnaqqas kull telf impost applikabbli u dment li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun konformi mar-rekwiżiti operattivi stabbiliti fl-Artikolu 8.

▼B

3.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jiddeterminaw il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità tagħhom skont il-formuli stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

▼M1

4.  L-awtorità kompetenti tista', fuq bażi ta' każ b'każ, teżenta l-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 kompletament jew parzjalment, fir-rigward ta' tranżazzjoni waħda jew aktar ta' finanzjament garantit, għoti ta' self garantit jew swap kollaterali bl-użu ta' assi likwidi f'mill-inqas stadju wieħed tat-tranżazzjoni u li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju, dment li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-kontroparti għat-tranżazzjoni jew tranżazzjonijiet tkun il-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;

(b) 

ikunu jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali li joħolqu riskju sistemiku li jaffettwa s-settur bankarju ta' Stat Membru wieħed jew aktar;

(c) 

l-awtorità kompetenti ikkonsultat mal-bank ċentrali li jkun il-kontroparti għat-tranżazzjoni jew it-tranżazzjonijiet, u wkoll mal-BĊE jekk dak il-bank ċentrali huwa bank ċentrali tal-Eurosistema, qabel ma tingħata l-eżenzjoni.

5.  L-EBA għandha, sa 19 ta’ Novembru 2020, tibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza teknika tal-mekkaniżmu ta' riversjar stabbilit fil-paragrafi 2 sa 4 u dwar jekk huwiex probabbli li jkollu impatt detrimentali fuq in-negozji u l-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Unjoni, fuq l-istabbiltà u l-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji, fuq l-ekonomija jew fuq it-trażmissjoni tal-politika monetarja lill-ekonomija. Dan ir-rapport għandu jivvaluta l-opportunità li jinbidel il-mekkaniżmu ta' riversjar stabbilit fil-paragrafi 2 sa 4 u, fejn l-EBA ssib li jew il-mekkaniżmu ta' riversjar attwali huwa teknikament mhux adattat jew li jkollu impatt detrimentali, għandha tirrakkomanda soluzzjonijiet alternattivi u tevalwa l-impatt tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tqis ir-rapport tal-EBA msemmija fis-subparagrafu preċedenti waqt it-tħejjija ta' kwalunkwe att delegat ieħor b'konformità mas-setgħa mogħtija fl-Artikolu 460 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

▼B

Artikolu 18

Ksur tar-rekwiżiti

1.  Meta assi likwidu ma jibqax jikkonforma ma' xi rekwiżit ġenerali applikabbli stipulati fl-Artikolu 7, ir-rekwiżiti operazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 8(2) jew kwalunkwe kriterju applikabbli ta' eliġibilità stipulat f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjoni ta' kreditu tieqaf milli tirrikonoxxih bħala assi likwidu sa mhux aktar tard minn 30 jum tal-kalendarju mid-data ta' meta seħħ il-ksur tal-obbligu.

2.  Il-paragrafu 1 japplika għal ishma jew unitajiet f'CIU li ma jibqgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà biss meta dawn ma jaqbżux l-10 % tal-assi totali tas-CIU.

Artikolu 19

Approċċi alternattivi ta' likwidità

1.  Meta jkun hemm biżżejjed assi likwidi f'munita partikolari għall-istituzzjonijiet ta' kreditu biex jissodisfaw il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità stabbilit fl-Artikolu 4, tapplika waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ir-rekwiżit dwar il-konsistenza tal-munita stabbilit fl-Artikolu 8(6) ma japplikax fir-rigward ta' din il-munita;

(b) 

l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tkopri d-defiċit tal-assi likwidi f'munita bil-faċilitajiet ta' kreditu mill-bank ċentrali fi Stat Membru jew pajjiż terz ta' din il-munita, diment li l-faċilità hija konformi mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i) 

hija impenjata kuntrattwalment b'mod irrevokabbli għat-30 jum tal-kalendarju li jkun imiss;

(ii) 

hija pprezzata b'tariffa li titħallas irrispettivament mill-ammont, jekk ikun hemm, prelevat kontra din il-faċilità;

(iii) 

it-tariffa tiġi ffissata f'tali ammont li r-rendiment nett fuq l-assi użati biex tiġi żgurata l-faċilità ma jridx ikun ogħla mir-rendiment nett fuq portafoll rappreżentattiv ta' assi ta' likwidità, wara aġġustament għal kwalunkwe differenza materjali fir-riskju ta' kreditu.

(c) 

meta jkun hemm defiċit ta' assi ta' livell 1 iżda jkun hemm biżżejjed assi ta' livell 2 A, l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tippossjedi assi addizzjonali ta' livell 2 A fir-riżerva ta' likwidità u l-limiti massimi skont il-livell tal-assi stabbiliti fl-Artikolu 17 jitqiesu bħala emendati kif xieraq. Dawn l-assi addizzjonali ta' livell 2 A jkunu soġġetti għal telf impost minimu ekwivalenti għal 20 %. Kull assi ta' livell 2B miżmum mill-istituzzjoni ta' kreditu jibqa' soġġett għat-telf impost applikabbli għal kull każ skont dan il-Kapitolu.

2.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu japplikaw id-derogi previsti fil-paragrafu 1 fuq bażi proporzjonali b'mod invers fir-rigward tad-disponibbiltà tal-assi likwidi rilevanti. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jivvalutaw il-ħtiġijiet ta' likwidità tagħhom għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu filwaqt li jqisu l-kapaċità tagħhom li jnaqqsu, permezz ta' ġestjoni tajba tal-likwidità, il-ħtieġa ta' dawn l-assi likwidi u ż-żamma ta' dawn l-assi minn parteċipanti oħrajn fis-suq.

3.  Il-muniti li jistgħu jibbenefikaw mid-derogi stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-punt sa fejn deroga waħda jew aktar jistgħu jkunu disponibbli totalment għal munita partikolari jkunu iddeterminati mir-regolament ta' implimentazzjoni li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 419(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.  Il-kundizzjonijiet dettaljati applikabbli għall-użu tad-derogi stabbiliti fil-paragrafu 1(a) u (b) jiġu ddeterminati mill-att delegat li jiġi adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 419(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.



TITOLU III

FLUSSI TA' ĦRUĠ U FLUSSI TA' DĦUL TAL-LIKWIDITÀ



KAPITOLU 1

Flussi ta' ħruġ netti tal-Likwidità

Artikolu 20

Definizzjoni ta' flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità

1.  Il-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità jkunu s-somma tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità fil-punt (a) mnaqqsa mis-somma tal-flussi ta' dħul tal-likwidità, iżda ma jkunux inqas minn żero, u jkunu kkalkulati kif ġej:

(a) 

is-somma tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità kif definit fil-Kapitolu 2;

(b) 

is-somma tal-flussi ta' dħul tal-likwidità kif definit fil-Kapitolu 3, ikkalkolata kif ġej:

(i) 

il-flussi ta' dħul eżentati mil-limitu massimu kif imsemmi fl-Artikolu 33(2) u (3);

(ii) 

il-fluss ta' dħul l-aktar baxx imsemmi fl-Artikolu 33(4) u 90 % tal-flussi ta' ħruġ msemmija f'(a) imnaqqsa bil-flussi eżentati ta' dħul fl-Artikolu 33(2) u (3), iżda mhux anqas minn żero;

(iii) 

il-fluss ta' dħul l-aktar baxx minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 33(2), (3) u (4) u 75 % tal-flussi ta' ħruġ msemmijin f'(a) imnaqqsin bil-flussi eżentati ta' dħul fl-Artikolu 33(2) u (3) u l-flussi ta' dħul fl-Artikolu 33(4), diviżi b'0,9 li jippermetti l-effett ta' limitu massimu ta' 90 %, iżda ta' mhux inqas minn żero.

2.  Il-flussi ta' dħul tal-likwidità u l-flussi ta' ħruġ tal-likwidità jiġu vvalutati fuq perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju, bis-suppożizzjoni ta' xenarju ta' stress kombinat idjosinkratiku u fis-suq kollu kif imsemmi fl-Artikolu 5.

3.  Il-kalkolu stabbilit fil-paragrafu 1 jsir skont il-formula stabbilita fl-Anness II.

▼M1

Artikolu 21

Netting tat-tranżazzjonijiet derivattivi

1.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkalkulaw il-flussi ta' ħruġ u ta' dħul tal-likwidità mistennija fuq perjodu ta' 30 jum kalendarju għall-kuntratti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għad-derivattivi ta' kreditu fuq bażi netta mill-kontraparti soġġett għall-eżistenza ta' ftehimiet ta' netting bilaterali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 295 ta' dak ir-Regolament.

2.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta' kreditu se jikkalkulaw il-flussi ta' ħruġ u ta' dħul ta' flus li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' derivattivi f'munita barranija li jinvolvu skambju sħiħ ta' ammonti ta' kapital fuq bażi simultanja (jew fl-istess jum) fuq bażi netta, anki meta dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux koperti minn ftehim ta' netting bilaterali.

3.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-bażi netta titqies li tkun in-nett tal-kollateral li għandu jiġi depożitat jew riċevut fit-30 jum tal-kalendarju li jmiss. Madankollu, fil-każ tal-kollateral li għandu jiġi riċevut fit-30 jum tal-kalendarju li jmiss, il-bażi netta titqies li tkun in-nett ta' dak il-kollateral biss jekk jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-kollateral, meta jiġi riċevut, sejjer jikkwalifika bħala assi likwidu skont it-Titolu II ta' dan ir-Regolament;

(b) 

l-istituzzjoni ta' kreditu ser tkun intitolata legalment u operazzjonalment biex tuża mill-ġdid il-kollateral, meta riċevut.

▼B



KAPITOLU 2

Flussi ta' ħruġ tal-likwidità

Artikolu 22

Definizzjoni ta' flussi ta' ħruġ tal-likwidità

1.  Flussi ta' ħruġ tal-likwidità jiġu kkalkolati billi jiġu mmoltiplikati l-bilanċi pendenti ta' kategoriji jew tipi varji ta' obbligazzjonijiet u impenji li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ bir-rati li bihom huma mistennija li jiġu likwidati jew prelevati kif indikat f'dan il-Kapitolu.

2.  Il-flussi ta' ħruġ tal-likwidità msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu, li f'kull każ jiġi/jiġu mmultiplikat(i) bir-rata tal-fluss ta' ħruġ applikabbli:

▼M1

(a) 

l-ammont pendenti attwali għad-depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur u depożiti oħrajn fil-livell tal-konsumatur determinati f'konformità mal-Artikoli 24 u 25;

(b) 

l-ammonti pendenti attwali ta' obbligazzjonijiet oħrajn li jsiru dovuti, li jistgħu jintalbu jitħallsu mill-emittent jew mill-fornitur tal-finanzjament jew li jinvolvu aspettattiva mill-fornitur tal-finanzjament li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun trid tħallas lura l-obbligazzjoni matul it-30 jum kalendarju li jkun imiss kif stabbilit f'konformità mal-Artikoli 27, 28 u 31a;

▼B

(c) 

il-flussi ta' ħruġ addizzjonali ddeterminati skont l-Artikolu 30;

(d) 

l-ammont massimu li jista' jiġi pprelevat matul it-30 jum tal-kalendarju li jkun imiss minn faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità impenjati mhux prelevati ddeterminati skont l-Artikolu 31;

(e) 

il-flussi ta' ħruġ addizzjonali identifikati fil-valutazzjoni skont l-Artikolu 23.

▼M1

3.  Il-kalkolu tal-ħruġ tal-likwidità skont il-paragrafu 1 se jkun soġġett għal kwalunkwe nettjar ta' flussi ta' dħul interdipendenti li huwa approvat skont l-Artikolu 26.

▼B

Artikolu 23

Flussi ta' ħruġ addizzjonali tal-likwidità għal prodotti u servizzi oħra

▼M1

1.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jivvalutaw regolarment il-probabbiltà u l-volum potenzjali tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità matul 30 jum kalendarju għall-prodotti jew is-servizzi li mhumiex imsemmija fl-Artikoli 27 sa 31 A u li huma joffru jew jisponsorjaw jew li l-akkwirenti potenzjali jqisuhom bħala li huma assoċjati magħhom. Dawn il-prodotti jew is-servizzi se jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal:

(a) 

obbligi oħrajn li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ jew obbligi ta' finanzjament kontinġenti, inklużi, faċilitajiet ta' finanzjament mhux impenjati;

(b) 

avvanzi u self mhux prelevati lil kontropartijiet operaturi;

(c) 

self ipotekarju li ġie miftiehem iżda li għadu mhux prelevat;

(d) 

karti tal-kreditu;

(e) 

self kurrenti;

(f) 

flussi ta' ħruġ ippjanati relatati mat-tiġdid ta' self għall-konsumaturi jew għall-operaturi jew l-estensjoni ta' self ġdid lill-konsumaturi jew lill-operaturi;

(g) 

l-ammonti pagabbli ta' derivattivi, minbarra l-kuntratti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-derivattivi ta' kreditu;

(h) 

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ.

▼B

2.  Il-flussi ta' ħruġ imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu vvalutati bis-suppożizzjoni ta' xenarju ta' stress kombinat idjosinkratiku u fis-suq kollu kif imsemmi fl-Artikolu 5. Għal din il-valutazzjoni, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkunsidraw b'mod partikolari d-dannu materjali fir-reputazzjoni li jista' jirriżulta mill-fatt li ma jkunx ingħata appoġġ ta' likwidità lil tali prodotti jew servizzi. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jirrapportaw mill-inqas darba fis-sena lill-awtoritajiet kompetenti dawk il-prodotti u servizzi li għalihom il-probabbiltà u l-volum potenzjali ta' flussi ta' ħruġ tal-likwidità msemmija fil-paragrafu 1 huma materjali u l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw il-flussi ta' ħruġ li għandhom jiġu assenjati. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw rata tal-flussi ta' ħruġ sa 5 % għal prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ barra mill-karta tal-bilanċ kif imsemmi fl-Artikolu 429 u l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.  L-awtoritajiet kompetenti, tal-inqas darba fis-sena, jagħtu rapport lill-EBA dwar it-tipi ta' prodotti jew servizzi li għalihom ikunu ddeterminaw flussi ta' ħruġ abbażi tar-rapporti mill-istituzzjonijiet ta' kreditu, u jinkludu f'dan ir-rapport spjegazzjoni tal-metodoloġija applikata sabiex jiġu ddeterminati l-flussi ta' ħruġ.

Artikolu 24

Flussi ta' ħruġ minn depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur

1.  Sakemm il-kriterji għal rata ogħla tal-fluss ta' ħruġ skont l-Artikolu 25(2), (3) jew (5) ma jkunux issodisfati, l-ammont ta' depożiti fil-livell tal-konsumatur koperti minn skema ta' garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE jew id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), jew skema ta' garanzija tad-depożiti ekwivalenti f'pajjiż terz, jitqiesu bħala stabbli, u jiġu mmoltiplikati b'5 % meta d-depożitu jkun jew:

(a) 

parti minn relazzjoni stabbilita li tagħmel il-prelevament ferm improbabbli;

(b) 

miżmum f'kont tranżazzjonali.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a) depożitu fil-livell tal-konsumatur jitqies li jkun parti minn relazzjoni stabbilita meta d-depożitant jissodisfa mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

ikollu relazzjoni kuntrattwali attiva mal-istituzzjoni ta' kreditu ta' mill-inqas 12-il xahar;

(b) 

ikollu relazzjoni ta' self mal-istituzzjoni ta' kreditu għal self residenzjali jew self ieħor fit-tul;

(c) 

ikollu mill-inqas prodott wieħed ieħor attiv, minbarra self, mal-istituzzjoni ta' kreditu.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), depożitu fil-livell tal-konsumatur jitqies miżmum f'kont tranżazzjonali meta s-salarji, l-introjtu jew it-tranżazzjonijiet huma regolarment ikkreditati u ddebitati rispettivament f'dan il-kont.

4.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, mill-1 ta' Jannar 2019 l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lil istituzzjonijiet ta' kreditu biex jimmoltiplikaw bi 3 % l-ammont tad-depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur imsemmija fil-paragrafu 1 koperti minn skema ta' garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 2014/49/UE sa livell massimu ta' EUR 100 000 kif speċifikat fl-Artikolu 6(1) ta' din id-Direttiva, diment li l-Kummissjoni tkun ikkonfermat li l-iskema ta' garanzija tad-depożiti rikonoxxuta uffiċjalment tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) 

l-iskema ta' garanzija tad-depożiti għandha mezzi finanzjarji disponibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/49/UE, miżjuda ex ante mill-kontribuzzjonijiet magħmula mill-membri mill-inqas ta' kull sena;

(b) 

l-iskema ta' garanzija tad-depożiti għandha mezzi adegwati li jiżguraw aċċess immedjat għal finanzjament addizzjonali fil-każ ta' sejħa kbira fuq ir-riżervi tagħha, inkluż aċċess għal kontribuzzjonijiet straordinarji minn istituzzjonijiet membri ta' kreditu u arranġamenti adegwati ta' finanzjament alternattiv sabiex jinkiseb finanzjament għal terminu qasir mill-pubbliku jew partijiet terzi privati;

(c) 

l-iskema ta' garanzija tad-depożiti tiżgura perjodu ta' ripagament ta' sebat ijiem tax-xogħol kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/49/UE mid-data tal-applikazzjoni tar-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 3 %.

5.  L-awtoritajiet kompetenti jagħtu biss l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 wara li tkun inkisbet approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni. Tali approvazzjoni tintalab permezz ta' notifika motivata, li tinkludi evidenza li r-rati ta' likwidazzjoni għal depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur jkunu taħt it-3 % matul kwalunkwe perjodu ta' tensjoni esperjenzat l-istess bħal tax-xenarji msemmija fl-Artikolu 5. In-notifika motivata tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mill-inqas tliet xhur qabel id-data li minnha tintalab l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità tal-iskema rilevanti ta' garanzija tad-depożiti mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4(a), (b) u (c). Meta jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet, il-Kummissjoni tapprova t-talba tal-awtorità kompetenti li tagħti l-awtorizzazzjoni sakemm ma jeżistux raġunijiet imperattivi biex tinżamm l-approvazzjoni wara li jiġi kkunsidrat il-funzjonament tas-suq intern għad-depożiti fil-livell tal-konsumatur. L-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha affiljati ma' tali skema approvata ta' garanzija tad-depożiti jkunu intitolati li japplikaw ir-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 3 %. Il-Kummissjoni titlob l-opinjoni tal-EBA dwar il-konformità tal-iskema rilevanti ta' garanzija tad-depożiti mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4(a), (b) u (c).

6.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jkunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti tagħhom li jimmoltiplikaw bi 3 % l-ammont tad-depożiti fil-livell tal-konsumatur koperti minn skema ta' garanzija tad-depożiti f'pajjiż terz ekwivalenti għall-iskema msemmija fil-paragrafu 1 jekk il-pajjiż terz jippermetti dan it-trattament.

Artikolu 25

Flussi ta' ħruġ minn depożiti oħrajn fil-livell tal-konsumatur

1.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw b'10 % depożiti oħrajn fil-livell tal-konsumatur, inkluża dik il-parti tad-depożiti fil-livell tal-konsumatur li mhijiex koperta mill-Artikolu 24, sakemm ma japplikawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

2.  Depożiti oħrajn fil-livell tal-konsumatur ikunu soġġetti għal rati ogħla ta' fluss ta' ħruġ, kif iddeterminat mill-istituzzjoni ta' kreditu, skont il-paragrafu 3, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-bilanċ totali tad-depożiti, inklużi l-kontijiet kollha tad-depożiti tal-klijent f'dik l-istituzzjoni ta' kreditu jew il-grupp, jaqbeż il-EUR 500 000 ;

▼M1

(b) 

id-depożitu jkun kont ta' aċċess bl-Internet biss;

▼B

(c) 

id-depożitu joffri rata tal-imgħax li tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

ir-rata taqbeż b'mod sinifikanti r-rata medja għal prodotti simili għall-konsumatur;

(ii) 

ir-redditu tagħha huwa derivat mir-redditu fuq indiċi tas-suq jew sett ta' indiċijiet;

(iii) 

ir-redditu tagħha huwa derivat minn kwalunkwe varjabbli tas-suq għajr ir-rata tal-imgħax varjabbli;

(d) 

oriġinarjament, id-depożitu tqiegħed għal terminu fiss b'data ta' skadenza li timmatura fil-perjodu ta' 30 jum tal-kalendarju jew id-depożitu jippreżenta perjodu ta' notifika fiss iqsar minn 30 jum tal-kalendarju, skont l-arranġamenti kuntrattwali, għajr dawk id-depożiti li jikkwalifikaw għat-trattament previst fil-paragrafu 4;

(e) 

għal istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Unjoni, il-depożitant huwa residenti f'pajjiż terz jew id-depożitu huwa denominat f'xi munita għajr l-euro jew il-munita domestika ta' Stat Membru. Għal istituzzjonijiet ta' kreditu jew fergħat f'pajjiżi terzi, id-depożitant mhuwiex residenti fil-pajjiż terz jew id-depożitu huwa denominat f'xi munita oħra għajr il-munita domestika tal-pajjiż terz;

3.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu japplikaw rata ogħla tal-fluss ta' ħruġ iddeterminata kif ġej:

(a) 

meta d-depożiti fil-livell tal-konsumatur jissodisfaw il-kriterju fil-punt (a) jew tnejn mill-kriterji mill-punti minn (b) sa (e) tal-paragrafu 2, tiġi applikata r-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' bejn 10 % u 15 %;

(b) 

meta d-depożiti fil-livell tal-konsumatur jissodisfaw il-punt (a) tal-paragrafu 2 u mill-inqas kriterju ieħor imsemmi fil-paragrafu 2, jew tliet kriterji jew aktar mill-paragrafu 2, tiġi applikata r-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' bejn 15 % u 20 %.

Fuq il-bażi ta' każ b'każ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw rata ogħla tal-fluss ta' ħruġ meta dan ikun iġġustifikat miċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni ta' kreditu. L-istituzzjonijiet ta' kreditu japplikaw ir-rata tal-fluss ta' ħruġ imsemmija fil-paragrafu 3(b) għal depożiti fil-livell tal-konsumatur meta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tkunx twettqet jew ma tkunx tlestiet.

4.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jeskludu mill-kalkolu tal-flussi ta' ħruġ ċerti kategoriji ċirkoskritti b'mod ċar ta' depożiti fil-livell tal-konsumatur sakemm f'kull każ l-istituzzjoni ta' kreditu tapplika b'mod rigoruż id-dispożizzjonijiet li ġejjin għall-kategorija sħiħa ta' dawn id-depożiti, għajr meta tkun tista' tiġi ġġustifikata eċċezzjoni fuq il-bażi ta' ċirkostanzi ta' diffikultà għad-depożitant:

(a) 

għal 30 jum tal-kalendarju, id-depożitant ma jitħalliex jiġbed id-depożitu; jew

(b) 

għal prelevamenti kmieni fi żmien 30 jum tal-kalendarju, id-depożitant irid iħallas penali li tinkludi t-telf ta' mgħax bejn id-data tal-prelevament u d-data tal-maturità kuntrattwali flimkien ma' penali materjali li m'għandhiex taqbeż l-imgħax dovut għaż-żmien li jkun għadda bejn id-data tad-depożitu u d-data tal-prelevament.

Jekk sehem mid-depożitu msemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi prelevat mingħajr ma tiġġarrab it-tali penali, dan is-sehem biss għandu jiġi ttrattat bħala depożitu ta' domanda u l-bilanċ li jifdal jiġi ttrattat bħala depożitu b'terminu kif imsemmi f'dan il-paragrafu. It-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 100 % tiġi applikata għad-depożiti kkanċellati b'maturità residwa ta' inqas minn 30 jum tal-kalendarju, u meta jkun intlaħaq ftehim għall-ħlas f'istituzzjoni ta' kreditu oħra.

5.  B'deroga mill-paragrafi minn 1 sa 4 u l-Artikolu 24, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw depożiti fil-livell tal-konsumatur li jkunu ħadu f'pajjiżi terzi b'rata tal-fluss ta' ħruġ ta' perċentwal ogħla jekk tali perċentwal ikun previst mil-liġi nazzjonali li tistabbilixxi r-rekwiżiti ta' likwidità f'dan il-pajjiż terz.

Artikolu 26

Flussi ta' ħruġ bi flussi ta' dħul interdipendenti

Soġġett għal approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jikkalkolaw il-fluss ta' ħruġ nett tal-likwidità ta' fluss ta' dħul interdipendenti li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-fluss ta' dħul interdipendenti huwa marbut direttament mal-fluss ta' ħruġ u ma jkunx ikkunsidrat fil-kalkolu tal-flussi ta' dħul tal-likwidità fil-Kapitolu 3;

(b) 

il-fluss ta' dħul interdipendenti huwa meħtieġ skont impenn legali, regolatorju jew kuntrattwali;

(c) 

il-fluss ta' dħul interdipendenti jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

jinħoloq bilfors qabel il-fluss ta' ħruġ;

(ii) 

ikun riċevut fi żmien 10 ijiem u jkun iggarantit mill-gvern ċentrali ta' Stat Membru.

▼M1

L-awtoritajiet kompetenti jgħarrfu lill-EBA dwar liema istituzzjonijiet jibbenefikaw minn nettjar ta' flussi ta' ħruġ bi flussi ta' dħul interdipendenti skont dan l-artikolu. L-EBA tista' titlob dokumentazzjoni ta' sostenn.

▼B

Artikolu 27

Flussi ta' ħruġ minn depożiti operazzjonali

1.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw b'25 % l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn depożiti li jinżammu kif ġej:

(a) 

mid-depożitant sabiex jinkisbu servizzi ta' kklerjar, kustodja jew ta' mmaniġjar tal-flus jew servizzi oħrajn komparabbli fil-kuntest ta' relazzjoni operazzjonali stabbilita mill-istituzzjoni ta' kreditu;

(b) 

fil-kuntest ta' qsim ta' kompiti komuni fi ħdan skema ta' protezzjoni istituzzjonali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew fi ħdan grupp ta' istituzzjonijiet ta' kreditu kooperattivi affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(6) ta' dan ir-Regolament, jew bħala depożitu legali jew stabbilit kuntrattwalment minn istituzzjoni ta' kreditu oħra li hija Membru tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali jew netwerk kooperattiv, diment li dawn id-depożiti mhumiex rikonoxxuti bħala assi likwidi għall-istituzzjoni ta' kreditu depożitanti kif imsemmi fil-paragrafu 3 u l-Artikolu 16;

(c) 

mid-depożitant fil-kuntest ta' relazzjoni operazzjonali stabbilita għajr dik imsemmija f'punt (a);

(d) 

mid-depożitant sabiex jinkisbu servizzi ta' kklerjar tal-flus u dawk ta' istituzzjonijiet ċentrali, u meta l-istituzzjoni ta' kreditu tkun tappartjeni għal wieħed min-netwerks jew waħda mill-iskemi msemmija fl-Artikolu 16.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw b'5 % is-sehem ta' obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn depożiti msemmija fil-paragrafu 1(a) li huwa kopert minn skema ta' garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE jew id-Direttiva 2014/49/UE jew skema ta' garanzija tad-depożiti ekwivalenti f'pajjiż terz.

3.  Depożiti minn istituzzjonijiet ta' kreditu mqiegħda f'istituzzjoni ċentrali li jitqiesu bħala assi likwidi għall-istituzzjoni ta' kreditu depożitanti skont l-Artikolu 16 jiġu mmoltiplikati bir-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 100 % għall-istituzzjoni ċentrali fuq l-ammont ta' dawn l-assi likwidi wara t-telf impost. Dawn l-assi likwidi ma jingħaddux sabiex jiġu koperti l-flussi ta' ħruġ, ħlief il-fluss ta' ħruġ msemmi fl-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, u ma jitqisux fil-kalkoli għat-tiswir ta' riżerva ta' likwidità li tibqa', skont l-Artikolu 17, għall-istituzzjoni ċentrali f'livell individwali.

4.  Servizzi ta' kklerjar, kustodja jew ta' mmaniġjar tal-flus jew servizzi paragunabbli oħrajn imsemmija fil-punti (a) u (d) tal-paragrafu 1 ikopru biss dawk is-servizzi sakemm jingħataw fil-kuntest ta' relazzjoni stabbilita li hija ta' importanza kritika għad-depożitant. Depożiti msemmija fil-punti (a), (c) u (d) tal-paragrafu 1 jkollhom limitazzjonijiet legali jew operazzjonali sinifikanti li jagħmlu l-prelevamenti sinifikanti fi żmien 30 jum tal-kalendarju mhux probabbli. Fondi li jaqbżu dawk meħtieġa għall-forniment ta' servizzi operazzjonali jiġu ttrattati bħala depożiti mhux operazzjonali.

5.  Depożiti li jirriżultaw minn relazzjoni bankarja korrispondenti jew mill-forniment ta' servizzi ta' senserija primarja ma jiġux ittrattati bħala depożitu operazzjonali u jirċievu rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 100 %.

6.  Sabiex jiġu identifikati d-depożiti msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, istituzzjoni ta' kreditu tqis li hemm relazzjoni operazzjonali stabbilita ma' klijent mhux finanzjarju, esklużi depożiti b'terminu, depożiti ta' tfaddil u depożiti b'senserija, fejn il-kriterji kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

ir-rimunerazzjoni tal-kont hija pprezzata mill-inqas b'5 punti bażi inqas mir-rata prevalenti għal depożiti bl-ingrossa b'karatteristiċi paragunabbli, iżda mhux bilfors ikunu negattivi;

(b) 

id-depożitu jinżamm fil-kontijiet speċifikament magħżula u jiġi pprezzat mingħajr il-ħolqien ta' inċentivi ekonomiċi għad-depożitant, li jaqbżu lil dawk li huma meħtieġa għar-relazzjoni operazzjonali, sabiex iżomm fondi fid-depożitu;

(c) 

tranżazzjonijiet materjali huma kkreditati u ddebitati fuq bażi frekwenti fuq il-kont ikkunsidrat;

(d) 

huwa sodisfatt wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i) 

ir-relazzjoni mad-depożitant ilha teżisti għal mill-inqas 24 xahar;

(ii) 

id-depożitu huwa użat għall-minimu ta' żewġ (2) servizzi attivi. Dawn is-servizzi jistgħu jinkludu aċċess dirett jew indirett għal servizzi ta' pagament nazzjonali jew internazzjonali, titoli għan-negozjar jew servizzi depożitarji.

Hija biss dik il-parti tad-depożitu meħtieġa biex jintuża s-servizz li d-depożitu huwa prodott inċidentali tiegħu li tiġi ttrattata bħala depożitu operazzjonali. L-eċċess jiġi ttrattat bħala mhux operazzjonali.

Artikolu 28

Flussi ta' ħruġ minn obbligazzjonijiet oħrajn

1.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn depożiti minn klijenti li huma klijenti mhux finanzjarji, emittenti sovrani, banek ċentrali, banek multilaterali tal-iżvilupp, entitajiet tas-settur pubbliku, għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpaniji ta' investiment personali jew minn klijenti li huma sensara tad-depożiti, diment li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 27 b'40 %.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, meta l-obbligazzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu jkunu koperti minn skema ta' garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE jew id-Direttiva 2014/49/UE jew skema ta' garanzija tad-depożiti ekwivalenti f'pajjiż terz, jiġu mmoltiplikati b'20 %.

2.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-ispejjeż operazzjonali tal-istituzzjoni stess b'0 %.

▼M1

3.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jimmultiplikaw l-obbligazzjonijiet li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju u li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' għoti ta' self garantit jew dawk immotivati mis-swieq tal-kapital kif definiti fil-punti (2) u (3), rispettivament, tal-Artikolu 192 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bi:

(a) 

0 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 1 imsemmija fl-Artikolu 10, bl-eċċezzjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1);

(b) 

7 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi tal-kategorija msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1);

(c) 

15 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 11 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2 A msemmija fl-Artikolu 11;

(d) 

25 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 13 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (i), (ii) jew (iv) tal-punt (g) tal-Artikolu 13(2);

(e) 

30 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 12 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi tal-kategorija ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 12(1);

(f) 

35 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 13 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (iii) jew (v) tal-punt (g) tal-Artikolu 13(2);

(g) 

50 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 12 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (b), (c) jew (f) tal-Artikolu 12(1);

(h) 

il-perċentwal tat-telf impost minimu stabbilit f'konformità mal-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament jekk ikunu kollateralizzati minn ishma jew unitajiet fis-CIUs li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 15 bħala assi likwidi tal-istess livell bħall-assi likwidi sottostanti;

(i) 

100 % meta jkunu kollateralizzati minn assi li ma jaqgħux taħt kwalunkwe wieħed mill-punti (a) sa (h) ta' dan is-subparagrafu.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn kontroparti għal self garantit jew tranżazzjoni mmotivata mis-swieq kapitali huwa l-bank ċentrali domestiku tal-istituzzjoni ta' kreditu, ir-rata tal-fluss ta' ħruġ għandha tkun ta' 0 %. Madankollu, f'każijiet fejn it-tranżazzjoni ssir permezz ta' fergħa mal-bank ċentrali ta' dak l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn tinsab il-fergħa, rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 0 % għandha tiġi applikata biss jekk fergħa għandha l-istess aċċess għal-likwidità ta' bank ċentrali, inkluż matul perjodi ta' tensjoni, bħala istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati f'dak l-Istat Membru jew il-pajjiż terz għandhom.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, għal self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali li jirrikjedu rata ta' fluss ta' ħruġ skont l-ewwel subparagrafu ogħla minn 25 %, ir-rata tal-fluss ta' ħruġ għandha tkun ta' 25 % fejn il-kontroparti għat-tranżazzjoni huwa kontroparti eliġibbli.

4.  L-iswaps kollaterali u tranżazzjonijiet oħrajn b'forma simili, li jimmaturaw fit-30 jum kalendarju li jmiss, għandhom iwasslu għal fluss ta' ħruġ meta l-assi meħud b'self ikun soġġett għal telf impost skont il-Kapitolu 2 li jkun aktar baxx minn dak tal-assi mogħti b'self. Il-fluss ta' ħruġ għandu jiġi kkalkulat billi l-valur tas-suq tal-assi meħud b'self jiġi mmultiplikat bid-differenza bejn ir-rata ta' fluss ta' ħruġ applikabbli għall-assi mogħti b'self u fir-rata ta' fluss ta' ħruġ applikabbli għall-assi b'self determinati f'konformità mar-rati speċifikati fil-paragrafu 3. Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, telf impost fuq il-kredituri ta' 100 % għandu jiġi applikat għal assi li ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn kontroparti għall-iswap kollaterali jew tranżazzjoni oħra fi forma simili huwa l-bank ċentrali domestiku tal-istituzzjoni ta' kreditu, ir-rata tal-fluss ta' ħruġ li għandha tiġi applikata għall-valur tas-suq tal-assi msellef ser tkun ta' 0 %. Madankollu, f'każijiet fejn it-tranżazzjoni ssir permezz ta' fergħa mal-bank ċentrali ta' dak l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn tinsab il-fergħa, rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 0 % għandha tiġi applikata biss jekk fergħa għandha l-istess aċċess għal-likwidità ta' bank ċentrali, inkluż matul perjodi ta' tensjoni, bħala istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati f'dak l-Istat Membru jew il-pajjiż terz għandhom.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, għal swaps kollaterali jew tranżazzjonijiet oħra b'forma simili li tkun tirrikjedi rata ta' flussi ta' ħruġ ogħla minn 25 % skont dak tal-ewwel subparagrafu, ir-rata tal-fluss ta' ħruġ li għandha tiġi applikata fuq il-valur tas-suq tal-ass meħud b'self ikun 25 % fejn il-kontroparti hija kontroparti eliġibbli.

▼B

5.  Il-bilanċi ta' tpaċija miżmuma f'kontijiet segregati relatati ma' reġimi għall-protezzjoni tal-klijent imposti mir-regolamenti nazzjonali jiġu ttrattati bħala flussi ta' ħruġ skont l-Artikolu 32 u jiġu esklużi mill-istokk tal-assi likwidi.

6.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu japplikaw ir-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 100 % għan-noti, bonds u titoli oħrajn ta' dejn kollha maħruġa mill-istituzzjoni ta' kreditu, sakemm il-bond ma jkunx mibjugħ b'mod esklussiv fis-suq tal-konsumatur u jinżamm f'kont fil-livell tal-konsumatur, f'liema każ dawn l-istrumenti jistgħu jkunu ttrattati bħala l-kategorija xierqa ta' depożiti fil-livell tal-konsumatur. Il-limitazzjonijiet jitqiegħdu b'tali mod li dawn l-istrumenti ma jistgħux jintraw u jinżammu minn partijiet oħrajn apparti l-klijenti konsumaturi.

▼M1

7.  L-assi meħuda b'self fuq bażi mhux garantita u li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju li jmiss għandhom jitqiesu li jiġu likwidati kompletament, tant li jwasslu għal fluss ta' ħruġ ta' 100 % tal-assi likwidi, sakemm l-istituzzjoni ta' kreditu ma jkollhiex is-sjieda tal-assi meħuda b'self u l-assi meħuda b'self ma jkunux jifformaw parti mir-riżerva ta' likwidità tal-istituzzjoni ta' kreditu.

8.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “bank ċentrali domestiku” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

kull bank ċentrali tal-Eurosistema fejn l-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni ta' kreditu adotta l-euro bħala l-munita tiegħu;

(b) 

il-bank ċentrali nazzjonali fejn l-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni ta' kreditu adotta l-euro bħala l-munita tiegħu;

(c) 

il-Bank ċentrali tal-pajjiż terz li fih l-istituzzjoni ta' kreditu tiġi inkorporata.

9.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “kontroparti eliġibbli” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-gvern ċentrali, entità tas-settur pubbliku, gvern reġjonali jew awtorità lokali tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni ta' kreditu;

(b) 

il-gvern ċentrali, entità tas-settur pubbliku, gvern reġjonali jew awtorità lokali tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li fih l-istituzzjoni ta' kreditu hija inkorporata għat-tranżazzjonijiet imwettqa minn dik l-istituzzjoni ta' kreditu;

(c) 

bank multilaterali tal-iżvilupp.

Madankollu, entitajiet tas-settur pubbliku, gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali jgħoddu biss bħala kontroparti eliġibbli fejn huma assenjati piż ta' riskju ta' 20 % jew inqas skont l-Artikolu 115 jew l-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikabbli.

▼B

Artikolu 29

Flussi ta' ħruġ fi ħdan grupp jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali

1.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 31, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-applikazzjoni ta' rata inqas tal-fluss ta' ħruġ fuq il-bażi ta' każ b'każ għal faċilitajiet ta' kreditu jew ta' likwidità impenjati mhux prelevati meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ikun hemm raġunijiet sabiex wieħed jistenna fluss ta' ħruġ inqas anke taħt stress kombinat fis-suq u idjosinkratiku tal-fornitur;

(b) 

il-kontroparti hija l-istituzzjoni prinċipali jew is-sussidjarja tal-istituzzjoni ta' kreditu jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew marbuta mal-istituzzjoni permezz ta' relazzjoni skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE ( 9 ) jew membru tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljat ta' netwerk jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament;

(c) 

ir-rata inqas tal-fluss ta' ħruġ ma taqax taħt ir-rata tal-fluss ta' dħul applikata mill-kontroparti;

(d) 

l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru.

2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-kundizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 1 meta jkun applikat l-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. F'dan il-każ, il-kriterji oġġettivi addizzjonali li ġejjin iridu jiġu ssodisfati:

▼M1

(a) 

il-fornitur u r-reċivent tal-likwidità jippreżentaw profil ta' riskju ta' likwidità baxx wara l-applikazzjoni tar-rata ta' fluss ta' ħruġ aktar baxxa minn dik proposta taħt il-paragrafu 1 u l-applikazzjoni tar-rata ta' fluss ta' dħul imsemmija fil-punt (c) ta' dak il-paragrafu;

▼B

(b) 

ikun hemm ftehimiet u impenji legalment vinkolanti bejn l-entitajiet fil-grupp rigward il-linja ta' kreditu jew ta' likwidità mhux prelevati;

▼M1

(c) 

il-profil tar-riskju tal-likwidità tar-riċivent tal-likwidità jiġi kkunsidrat b'mod adegwat fil-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-fornitur tal-likwidità.

▼B

Meta jkun permess li tiġi applikata din ir-rata inqas tal-fluss ta' ħruġ, l-awtorità kompetenti tgħarraf lill-EBA dwar ir-riżultat tal-proċess imsemmi fl-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-awtorità kompetenti tirrieżamina regolarment jekk il-kundizzjonijiet għal dawn il-flussi ta' ħruġ inqas jintleħqux.

Artikolu 30

Flussi ta' ħruġ addizzjonali

1.  Il-kollateral, għajr flus kontanti u assi msemmija fl-Artikolu 10, li jkun ddepożitat mill-istituzzjoni ta' kreditu għal kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-derivati ta' kreditu, jkunu soġġetti għall-fluss ta' ħruġ addizzjonali ta' 20 %.

Il-kollateral f'assi msemmija fl-Artikolu 10(1)(f) li huwa depożitat mill-istituzzjoni ta' kreditu għal kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-derivati ta' kreditu, jkunu soġġetti għall-fluss ta' ħruġ addizzjonali ta' 10 %.

▼M1

2.  L-istituzzjoni ta' kreditu għandha tikkalkula u tinnotifika lill-awtorità kompetenti bi fluss ta' ħruġ addizzjonali għall-kuntratti kollha konklużi, li l-kundizzjonijiet kuntrattwali tagħhom iwasslu, fi żmien 30 jum kalendarju, u wara deterjorament materjali fil-kwalità kreditizja tal-istituzzjoni ta' kreditu, għal flussi ta' ħruġ ta' likwidità addizzjonali jew għal ħtiġijiet ta' kollateral. L-istituzzjoni ta' kreditu għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti b'dak il-fluss ta' ħruġ sa mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tar-rapportar f'konformità mal-Artikolu 415 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta l-awtorità kompetenti tqis dak il-fluss ta' ħruġ bħala materjali fir-rigward tal-flussi ta' ħruġ ta' likwidità potenzjali tal-istituzzjoni ta' kreditu, hija għandha titlob lill-istituzzjoni ta' kreditu żżid fluss ta' ħruġ addizzjonali għal dawk il-kuntratti li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet ta' kollateral jew il-flussi ta' ħruġ ta' flus addizzjonali li jirriżultaw minn deterjorament materjali fil-kwalità kreditizja tal-istituzzjoni ta' kreditu li tikkorrispondi għal tnaqqis fil-grad fil-klassifikazzjoni tal-kreditu esterna tagħha b'mill-inqas tliet gradi. L-istituzzjoni ta' kreditu għandha tapplika rata ta' fluss ta' ħruġ ta' 100 % għal dawk il-flussi ta' ħruġ ta' flus jew kollateral addizzjonali. L-istituzzjoni ta' kreditu għandha tagħmel rieżami regolari tal-firxa ta' dan id-deterjorament materjali fid-dawl ta' dak li huwa rilevanti skont il-kuntratti li tkun daħlet għalihom u għandha tinnotifika r-riżultat tar-rieżami tagħha lill-awtorità kompetenti.

3.  L-istituzzjoni ta' kreditu għandha żżid fluss ta' ħruġ addizzjonali li jkun jikkorrispondi għall-ħtiġijiet ta' kollateral li jirriżultaw mill-impatt ta' xenarju negattiv tas-suq fuq it-tranżazzjonijiet derivattivi tal-istituzzjoni ta' kreditu, jekk ikunu materjali. Dan il-kalkolu għandu jsir f'konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/208 ( 10 ).

4.  Il-flussi ta' ħruġ u ta' dħul li jkunu mistennija fuq perjodu ta' 30 jum kalendarju mill-kuntratti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u minn derivattivi ta' kreditu għandhom jitqiesu fuq bażi netta f'konformità mal-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament. Fil-każ ta' fluss ta' ħruġ nett, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha timmultiplika r-riżultat b'rata ta' fluss ta' ħruġ ta' 100 %. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jeskludu minn tali kalkoli dawk ir-rekwiżiti ta' likwidità li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

5.  Fejn l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha pożizzjoni qasira li tkun koperta minn teħid b'self ta' titolu mhux garantit, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha żżid fluss ta' ħruġ addizzjonali li jkun jikkorrispondi għal 100 % tal-valur tas-suq tat-titoli jew ta' assi oħrajn mibjugħa bin-nieqes, sakemm it-termini li fuqhom ikunu meħuda b'self mill-istituzzjoni ta' kreditu ma jkunux jirrikjedu r-ritorn tagħhom biss wara 30 jum kalendarju. Meta l-pożizzjoni qasira tkun koperta minn tranżazzjoni ta' finanzjament ta' titoli kollateralizzati, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha tassumi li l-pożizzjoni qasira se tinżamm matul il-perjodu ta' 30 jum kalendarju u tirċievi fluss ta' ħruġ ta' 0 %.

▼B

6.  L-istituzzjoni ta' kreditu żżid fluss ta' ħruġ addizzjonali li jikkorrispondi għal 100 %:

(a) 

tal-kollateral eċċessiv li l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha, li jista' jissejjaħ kuntrattwalment fi kwalunkwe ħin mill-kontroparti;

(b) 

ta' kollateral li hu dovut li jrid jingħata lil kontroparti fi żmien 30 jum tal-kalendarju;

(c) 

tal-kollateral li jikkorrispondi għal assi li jikkwalifikaw bħala assi likwidi għall-finijiet tat-Titolu II li jistgħu jiġu sostitwiti għall-assi li jikkorrispondu għal assi li ma jkunux jikkwalifikaw bħala assi likwidi għall-finijiet tat-Titolu II mingħajr il-kunsens tal-istituzzjoni ta' kreditu.

▼M1

7.  Id-depożiti riċevuti bħala kollateral ma għandhomx jitqiesu bħala obbligazzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 24, 25, 27, 28 jew 31a, iżda għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 6 ta' dan l-Artikolu, fejn applikabbli. L-ammont ta' flus riċevut li jaqbeż l-ammont ta' flus riċevut bħala kollateral għandu jiġi ttrattat bħala depożiti f'konformità mal-Artikolu 24, 25, 27, 28 jew 31a.

▼B

8.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jassumu l-fluss ta' ħruġ ta' 100 % għal telf ta' finanzjament minn titoli garantiti b'assi, bonds koperti u strumenti oħrajn ta' finanzjament strutturati li jimmaturaw fi żmien 30 jum tal-kalendarju, meta dawn l-istrumenti jinħarġu mill-istituzzjoni ta' kreditu nnifisha jew minn strutturi jew SPVs sponsorjati minn istituzzjoni ta' kreditu.

9.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jassumu l-fluss ta' ħruġ ta' 100 % għal telf ta' finanzjament fuq karti kummerċjali, veikoli, veikoli ta' investiment tat-titoli garantiti b'assi u faċilitajiet oħrajn ta' finanzjament bħal dawn. Din ir-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 100 % tapplika għall-ammont maturat jew għall-ammont ta' assi li potenzjalment jistgħu jiġu rritornati jew għal-likwidità meħtieġa.

10.  Għal dak il-porzjon ta' programmi ta' finanzjament taħt il-paragrafi 8 u 9, l-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma fornituri ta' faċilitajiet ta' likwidità assoċjati m'għandhomx bżonn li jgħoddu darbtejn l-istrument ta' finanzjament maturat u l-faċilità ta' likwidità għall-programmi konsolidati.

▼M1 —————

▼M1

12.  Fir-rigward tal-provvista ta' servizzi ta' senserija primarja, meta istituzzjoni ta' kreditu tkun kopriet bejgħ qasir ta' klijent billi jaqbluhom internament mal-assi ta' klijent ieħor u l-assi ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi, dawk it-tranżazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal rata ta' fluss ta' ħruġ ta' 50 % għall-obbligu kontinġenti.

▼B

Artikolu 31

Flussi ta' ħruġ minn faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità

1.  Għall-fini ta' dan l-Artikolu, faċilità ta' likwidità tinftiehem li tfisser kwalunkwe faċilità ta' riżerva impenjata u mhux prelevata li tintuża biex tiffinanzja mill-ġdid l-obbligi tad-dejn ta' klijent f'sitwazzjonijiet meta t-tali klijent ma jkunx jista' jġedded dak id-dejn fis-swieq finanzjarji. L-ammont tagħha jiġi kkalkolat bħala l-ammont tad-dejn maħruġ mill-klijent li jkun attwalment pendenti u li jimmatura fi żmien 30 jum tal-kalendarju li huwa b'garanzija ta' kontinġenza mill-faċilità. Is-sehem mill-faċilità ta' likwidità li qed isostni dejn li ma jimmaturax fi żmien 30 jum tal-kalendarju jiġi eskluż mill-iskop tad-definizzjoni tal-faċilità. Kwalunkwe kapaċità addizzjonali tal-faċilità tiġi ttrattata bħala faċilità ta' kreditu impenjata, bir-rata tal-ġbid ta' kreditu assoċjata kif speċifikata f'dan l-Artikolu. Faċilitajiet ġenerali ta' kapital imħaddem għal entitajiet korporattivi mhumiex se jiġu kklassifikati bħala faċilitajiet ta' likwidità, iżda bħala faċilitajiet ta' kreditu.

2.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkalkolaw il-flussi ta' ħruġ għall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità billi jimmoltiplikaw l-ammont tal-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità bir-rati tal-flussi ta' ħruġ korrispondenti stabbiliti fil-paragrafi minn 3 sa 5. Flussi ta' ħruġ minn faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità impenjati jiġu ddeterminati bħala perċentwali tal-ammont massimu li jista' jinġibed fi żmien 30 jum tal-kalendarju, netti minn kwalunkwe rekwiżit ta' likwidità li jkun applikabbli skont l-Artikolu 23 għall-elementi għall-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u netti minn kwalunkwe kollateral disponibbli għall-istituzzjoni ta' kreditu u vvalutati skont l-Artikolu 9, diment li l-kollateral jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

jista' jerġa' jintuża jew jiġi ipotekat mill-istituzzjoni ta' kreditu;

(b) 

jinżamm fil-forma ta' assi likwidi, iżda mhuwiex rikonoxxut bħala parti mir-riżerva ta' likwidità;

(c) 

ma jikkonsistix f'assi maħruġa mill-kontroparti tal-faċilità jew waħda mill-entitajiet affiljati tagħha.

Jekk l-informazzjoni meħtieġa tkun disponibbli għall-istituzzjoni ta' kreditu, l-ammont massimu li jista' jinġibed għall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità jiġi ddeterminat bħala l-ammont massimu li jista' jinġibed minħabba obbligi proprji tal-kontroparti jew minħabba l-iskeda kuntrattwali predefinita għall-ġbid ta' kreditu li jkun se jsir dovut fuq perjodu ta' 30 jum tal-kalendarju.

3.  L-ammont massimu li jista' jinġibed minn faċilitajiet ta' kreditu impenjati mhux prelevati u faċilitajiet ta' likwidità impenjati mhux prelevati fi żmien it-30 jum tal-kalendarju li jkun imiss jiġi mmoltiplikat b'5 % jekk dawn jikkwalifikaw għall-klassi ta' skoperturi ta' depożitu fil-livell tal-konsumatur.

4.  L-ammont massimu li jista' jinġibed minn faċilitajiet ta' kreditu impenjati mhux prelevati fi żmien 30 jum tal-kalendarju jiġi mmoltiplikat b'10 % meta dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ma jikkwalifikawx għall-klassi ta' skoperturi ta' depożitu fil-livell tal-konsumatur;

(b) 

ikunu ġew ipprovduti lil klijenti li huma klijenti mhux finanzjarji, inklużi korporazzjonijiet mhux finanzjarji, emittenti sovrani, banek ċentrali, banek multilaterali tal-iżvilupp u entitajiet tas-settur pubbliku;

(c) 

ma jkunux ġew ipprovduti għall-iskop li jiġi sostitwit il-finanzjament tal-klijent f'sitwazzjonijiet fejn il-klijent ma jkunx jista' jikseb ir-rekwiżiti ta' finanzjament fis-swieq finanzjarji.

5.  L-ammont massimu li jista' jinġibed minn faċilitajiet ta' likwidità impenjati mhux prelevati fi żmien it-30 jum tal-kalendarju li jkun imiss jiġi mmoltiplikat bi 30 % fejn dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 il-punti (a) u (b), u b'40 % meta dawn huma pprovduti lil kumpaniji ta' investiment personali.

▼M1

6.  L-ammont impenjat mhux prelevat ta' faċilità ta' likwidità li jkun ġie pprovdut lil SSPE bil-għan li jippermetti lill-SSPE tixtri assi, għajr titoli, mingħand klijenti li mhumiex klijenti finanzjarji, għandu jiġi mmultiplikat b'10 % sal-punt li jaqbeż l-ammont ta' assi attwalment mixtrija mingħand il-klijenti u meta l-ammont massimu li jista' jiġi prelevat ikun kuntrattwalment limitat għall-ammont ta' assi attwalment mixtrija.

▼B

7.  L-istituzzjoni ċentrali ta' skema jew netwerk imsemmija fl-Artikolu 16 timmoltiplika b'rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 75 % il-finanzjament tal-likwidità impenjata lil istituzzjoni ta' kreditu membru fejn tali istituzzjoni ta' kreditu membru tista' tittratta l-finanzjament tal-likwidità bħala assi likwidu skont l-Artikolu 16(2). Ir-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 75 % tiġi applikata fuq l-ammont prinċipali impenjat tal-finanzjament tal-likwidità.

8.  L-istituzzjoni ta' kreditu timmoltiplika l-ammont massimu li jista' jinġibed minn faċilitajiet ta' kreditu impenjati mhux prelevati u ta' likwidità impenjati mhux prelevati oħrajn fi żmien 30 jum tal-kalendarju bir-rata tal-fluss ta' ħruġ korrispondenti kif ġej:

(a) 

40 % għall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità estiżi għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għall-faċilitajiet ta' kreditu estiżi għal istituzzjonijiet irregolati finanzjarji oħrajn, inklużi impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment, CIUs jew skema ta' investiment limitat;

(b) 

100 % għall-faċilitajiet ta' likwidità li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun tat lil SSPEs ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 6 u għall-arranġamenti li bihom l-istituzzjoni hija meħtieġa li tixtri jew tpartat assi minn SSPE;

(c) 

100 % għall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità lil klijenti finanzjarji mhux imsemmija fil-punti (a) u (b) u l-paragrafi 1 sa 7.

9.  Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 sa 8, istituzzjonijiet ta' kreditu li ġew stabbiliti u li huma sponsorjati mill-gvern ċentrali jew reġjonali ta' mill-inqas Stat Membru wieħed jistgħu japplikaw it-trattamenti stipulati fil-paragrafi 3 u 4 għall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità li huma estiżi għal mutwanti promozzjonali għall-iskop uniku ta' finanzjament dirett jew indirett ta' self promozzjonali, diment li dan is-self jissodisfa r-rekwiżiti għar-rati tal-fluss ta' ħruġ imsemmija fil-paragrafi 3 u 4.

▼M1

Permezz ta' deroga mill-punt (g) tal-Artikolu 32(3), meta dan is-self promozzjonali jiġi estiż bħala self ittrasferit permezz ta' istituzzjoni ta' kreditu oħra li taġixxi bħala intermedjarja, l-istituzzjoni ta' kreditu li taġixxi bħala intermedjarja tista' tapplika fluss ta' dħul u fluss ta' ħruġ simmetriċi. Dak il-fluss ta' dħul u fluss ta' ħruġ għandu jiġi kkalkulat billi jiġi applikat il-kreditu jew il-faċilità ta' likwidità impenjati mhux prelevati riċevuti u li estendew ir-rata li hija applikabbli għal dik il-faċilità skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li jirrispettaw il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti imposti f'mod ieħor huma relatati permezz ta' dan il-paragrafu.

▼B

Is-self promozzjonali msemmi f'dan il-paragrafu jkun disponibbli biss għal persuni li mhumiex klijenti finanzjarji fuq bażi mhux kompetittiva, mingħajr skop ta' qligħ, sabiex jiġu promossi l-objettivi tal-politika pubblika tal-Unjoni jew tal-gvern ċentrali jew reġjonali ta' dak l-Istat Membru. Għandu jkun possibbli biss li jsir użu minn faċilitajiet bħal dawn wara t-talba raġonevolment mistennija għal self promozzjonali, u sal-ammont ta' din it-talba, diment li jkun hemm rapportar sussegwenti fuq l-użu tal-fondi mqassma.

▼M1 —————

▼M1

Artikolu 31a

Flussi ta' ħruġ mill-obbligazzjonijiet u l-impenji mhux koperti minn dispożizzjonijiet oħrajn ta' dan il-Kapitolu

1.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jimmultiplikaw b'rata ta' fluss ta' ħruġ ta' 100 % kwalunkwe obbligazzjoni li saret dovuta fi żmien 30 jum kalendarju, minbarra dawk l-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24 sa 31.

2.  Jekk it-total tal-impenji kuntrattwali kollha sabiex il-finanzjament jiġi estiż għall-klijenti mhux finanzjarji sa 30 jum kalendarju, għajr għall-impenji msemmija fl-Artikoli 24 sa 31, jaqbeż l-ammont ta' flussi ta' dħul minn dawk il-klijenti mhux finanzjarji kkalkulat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 32(3), l-eċċess għandu jkun soġġett għal rata ta' fluss ta' ħruġ ta' 100 %. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-klijenti mhux finanzjarji għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, persuni fiżiċi, SMEs, kumpaniji korporattivi, sovrani, banek multilaterali tal-iżvilupp u entitajiet tas-settur pubbliku, u se jeskludu klijenti finanzjarji u banek ċentrali.

▼B



KAPITOLU 3

Flussi ta' dħul tal-likwidità

Artikolu 32

Flussi ta' dħul

1.  Il-flussi ta' dħul tal-likwidità jiġu vvalutati fuq perjodu ta' 30 jum tal-kalendarju. Ikunu jinkludu flussi ta' dħul kuntrattwali biss minn skoperturi li għadhom ma skadewx u li l-istituzzjoni ta' kreditu ma jkollha l-ebda raġuni għalfejn tistenna minnhom nuqqas ta' prestazzjoni fi żmien 30 jum tal-kalendarju.

▼M1

2.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom japplikaw ir-rata tal-fluss ta' dħul ta' 100 % għal flussi ta' dħul msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b'mod partikolari dawn il-flussi ta' dħul:

(a) 

il-flejjes dovuti minn banek ċentrali u klijenti finanzjarji b'maturità residwa ta' mhux aktar minn 30 jum kalendarju;

(b) 

il-flejjes dovuti mit-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tal-kummerċ imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 162(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'maturità residwa ta' mhux aktar minn 30 jum kalendarju;

(c) 

il-flejjes dovuti minn titoli li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju;

(d) 

il-flejjes dovuti minn pożizzjonijiet f'indiċijiet prinċipali ta' strumenti ta' ekwità, dment li l-assi likwidi ma jingħaddux darbtejn. Dawk il-flejjes għandhom jinkludu l-flejjes kuntrattwalment dovuti fi żmien 30 jum kalendarju, bħal dividendi fi flus kontanti minn dawk l-indiċijiet prinċipali u flus kontanti dovuti minn dawk l-istrumenti ta' ekwità mibjugħa iżda li għadhom ma ġewx saldati, jekk ma jiġux rikonoxxuti bħala assi likwidi f'konformità mat-Titolu II.

3.  B'deroga mill-paragrafu 2, il-flussi ta' dħul stabbiliti f'dan il-paragrafu għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

il-flejjes dovuti mingħand klijenti mhux finanzjarji b'maturità residwa ta' mhux aktar minn 30 jum kalendarju, bl-eċċezzjoni tal-flejjes dovuti minn dawk il-klijenti minn tranżazzjonijiet ta' finanzjament tal-kummerċ jew titoli li jimmaturaw, għandhom jitnaqqsu għall-finijiet tal-ħlas tal-kapital b'50 % tal-valur tagħhom. Għall-finijiet ta' dan il-punt, it-terminu ‘klijenti mhux finanzjarji’ għandu l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 31a(2). Madankollu, l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jaġixxu bħala intermedjarji li rċevew impenn kif riferut fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(9) mingħand istituzzjoni ta' kreditu mwaqqfa u sponsorjata mill-gvern reġjonali jew ċentrali ta' mill-inqas Stat Membru wieħed sabiex ikunu jistgħu jiżborżaw self promozzjonali lil riċevitur finali, jew li rċevew impenn simili minn bank multilaterali ta' żvilupp jew entità tas-settur pubbliku, jistgħu jikkunsidraw fluss ta' dħul sal-ammont tal-fluss ta' ħruġ li japplika għall-impenn korrispondenti biex jiġi estiż dak is-self promozzjonali;

(b) 

il-flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet ta' għoti ta' self garantit jew dawk immotivati mis-swieq tal-kapital, kif definiti fil-punti (2) u (3), rispettivament, tal-Artikolu 192 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, b'maturità residwa ta' mhux aktar minn 30 jum kalendarju, għandhom jiġu mmultiplikati bi:

(i) 

0 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 1 imsemmija fl-Artikolu 10, bl-eċċezzjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1);

(ii) 

7 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi tal-kategorija msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1);

(iii) 

15 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 11 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2 A msemmija fl-Artikolu 11;

(iv) 

25 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 13 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (i), (ii) jew (iv) tal-punt (g) tal-Artikolu 13(2);

(v) 

30 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 12 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi tal-kategorija ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 12(1);

(vi) 

35 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 13 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (iii) jew (v) tal-punt (g) tal-Artikolu 13(2);

(vii) 

50 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 12 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (b), (c) jew (f) tal-Artikolu 12(1);

(viii) 

il-perċentwal tat-telf impost minimu stabbilit f'konformità mal-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 15 bħala ishma jew unitajiet fis-CIUs tal-istess livell bħall-assi likwidi sottostanti;

(ix) 

100 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li ma jaqgħux taħt kwalunkwe wieħed mill-punti (i) sa (viii) ta' dan il-punt.

Madankollu, ma għandu jkun rikonoxxut l-ebda fluss ta' dħul jekk il-kollateral jintuża mill-istituzzjoni ta' kreditu sabiex ikopri pożizzjoni qasira f'konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 30(5);

(c) 

il-flejjes dovuti minn self b'marġini kuntrattwali li jimmatura fit-30 jum kalendarju li jkun imiss magħmul kontra kollateral ta' assi mhux likwidi jistgħu jirċievu rata ta' fluss ta' dħul ta' 50 %. Dawk il-flussi ta' dħul jistgħu jiġu kkunsidrati biss fejn l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx qed tuża l-kollateral li oriġinarjament irċeviet kontra s-self sabiex tkopri kwalunkwe pożizzjoni qasira;

(d) 

il-flejjes dovuti li l-istituzzjoni ta' kreditu li għandha tagħti dawk il-flejjes tittratta f'konformità mal-Artikolu 27, bl-eċċezzjoni ta' depożiti fl-istituzzjoni ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3), għandhom jiġu mmultiplikati b'rata ta' fluss ta' dħul simmetrika korrispondenti. Meta r-rata korrispondenti ma tkunx tista' tiġi stabbilita, għandha tiġi applikata rata ta' fluss ta' dħul ta' 5 %;

(e) 

L-iswaps kollaterali u tranżazzjonijiet oħrajn b'forma simili, li jimmaturaw fit-30 jum kalendarju li jmiss, għandhom iwasslu għal fluss ta' dħul meta l-assi meħud b'self ikun soġġett għal telf impost skont il-Kapitolu 2 li jkun aktar baxx minn dak tal-assi mogħti b'self. Il-fluss ta' dħul għandu jiġi kkalkulat billi l-valur tas-suq tal-assi mogħti b'self jiġi mmultiplikat bid-differenza bejn ir-rata ta' fluss ta' dħul applikabbli għall-assi meħud b'self u fir-rata ta' fluss ta' dħul applikabbli għall-assi mogħti b'self f'konformità mar-rati speċifikati fil-punt (b). Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, telf impost fuq il-kredituri ta' 100 % japplika għal assi li ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi;

(f) 

fejn il-kollateral miksub permezz ta' ftehim ta' riakkwist invers, teħid b'self ta' titoli, swaps kollaterali jew tranżazzjonijiet oħrajn b'forma simili li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju, jintuża sabiex ikopri l-pożizzjonijiet qosra li jistgħu jiġu estiżi lil hinn minn 30 jum kalendarju, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha tassumi li tali ftehim ta' riakkwist invers, teħid b'self ta' titoli, swaps kollaterali jew tranżazzjonijiet oħrajn b'forma simili se jiġu riportati u ma jwasslu għal ebda fluss ta' dħul ta' flus li jirrifletti l-ħtieġa li tkompli tiġi koperta l-pożizzjoni qasira jew li jiġu riakkwistati t-titoli rilevanti. Il-pożizzjonijiet qosra se jinkludu ż-żewġ każijiet fejn, f'valur kontabilistiku rikonċiljat, l-istituzzjoni ta' kreditu tkun biegħet direttament titolu b'pożizzjoni qasira bħala parti minn strateġija kummerċjali jew ta' ħħeġġjar, kif ukoll każijiet fejn, f'valur kontabilistiku rikonċiljat, l-istituzzjoni ta' kreditu tkun ħadet titolu b'self għal perjodu partikolari u tat dak it-titolu b'self għal perjodu itwal;

(g) 

faċilitajiet ta' kreditu jew likwidità mhux prelevati, inklużi faċilitajiet ta' likwidità impenjati mhux prelevati minn banek ċentrali u kwalunkwe impenji oħrajn riċevuti, minbarra dawk imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(9) u fl-Artikolu 34, ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala fluss ta' dħul;

(h) 

il-flejjes dovuti minn titoli maħruġa mill-istituzzjoni ta' kreditu nnifisha jew minn entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni li magħha l-istituzzjoni ta' kreditu għandha konnessjonijiet mill-qrib għandhom jiġu kkunsidrati fuq bażi netta b'rata ta' fluss ta' dħul applikata fuq il-bażi tar-rata ta' fluss ta' dħul applikabbli għall-assi sottostanti f'konformità ma' dan l-Artikolu;

(i) 

is-self b'data ta' skadenza kuntrattwali indefinita għandu jiġi kkunsidrat b'rata ta' fluss ta' dħul ta' 20 %, dment li l-kuntratt jippermetti lill-istituzzjoni ta' kreditu tirtira jew titlob li jsir ħlas fi żmien 30 jum kalendarju.

▼B

4.  Il-punt (a) tal-paragrafu 3 ma japplikax għal flejjes dovuti minn self garantit u transazzjonijiet immotivati mis-swieq tal-kapital, kif stipulat fil-punti (2) u (3) tal-Artikolu 192 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jkunu kollateralizzati minn assi likwidi skont it-Titolu II kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3. Il-flussi ta' dħul mir-rilaxx ta' bilanċi miżmuma f'kontijiet segregati skont ir-rekwiżiti regolatorji għall-protezzjoni ta' assi kurrenti ta' klijenti jiġu kkunsidrati b'mod sħiħ, dejjem jekk dawn il-bilanċi segregati jinżammu f'assi likwidi kif definit fit-Titolu II.

▼M1

5.  Il-flussi ta' ħruġ u ta' dħul mistennija fuq perjodu ta' 30 jum kalendarju mill-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u mid-derivattivi ta' kreditu għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi netta f'konformità mal-Artikolu 21 u għandhom jiġu mmultiplikati b'rata ta' flus ta' dħul ta' 100 % fil-każ ta' fluss ta' dħul nett.

▼B

6.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu ma jikkunsidraw l-ebda fluss ta' dħul minn kwalunkwe wieħed mill-assi likwidi msemmija fit-Titolu II għajr il-pagamenti dovuti fuq assi li mhumiex riflessi fil-valur tas-suq tal-ass.

7.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu ma jikkunsidraw l-ebda fluss ta' dħul minn kull obbligu ġdid li jkunu daħlu għalih.

8.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkunsidraw flussi ta' dħul ta' likwidità li għandhom jirċievu f'pajjiżi terzi fejn hemm restrizzjonijiet fuq trasferimenti jew li jkunu denominati f'muniti mhux konvertibbli biss sakemm dawn jikkorrispondu għall-flussi ta' ħruġ rispettivament fil-pajjiż terz jew fil-munita inkwistjoni.

Artikolu 33

Limitu massimu fuq Flussi ta' dħul

1.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jillimitaw ir-rikonoxximent tal-flussi ta' dħul tal-likwidità sa 75 % tal-flussi ta' ħruġ totali tal-likwidità kif definit fil-Kapitolu 2 sakemm fluss ta' dħul speċifiku ma jkunx eżentat kif imsemmi fil-paragrafi 2, 3 jew 4.

2.  Soġġett għal approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni ta' kreditu tista' teżenta kompletament jew parzjalment mil-limitu massimu msemmi fil-paragrafu 1 l-flussi ta' dħul tal-likwidità li ġejjin:

(a) 

flussi ta' dħul fejn il-fornitur huwa istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni ta' kreditu jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew marbuta mal-istituzzjoni ta' kreditu permezz ta' relazzjoni skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

(b) 

flussi ta' dħul minn depożiti li jkunu saru ma' istituzzjonijiet ta' kreditu oħrajn fi ħdan grupp ta' entitajiet li jikkwalifikaw għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 113(6) jew (7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

flussi ta' dħul msemmija fl-Artikolu 26, inklużi flussi ta' dħul minn self relatat ma' self ipotekarju, jew self promozzjonali msemmi fl-Artikolu 31(9) jew minn bank multilaterali tal-iżvilupp jew entità tas-settur pubbliku li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun ittrasferixxiet.

3.  Soġġett għal approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, istituzzjonijiet ta' kreditu speċjalizzati jistgħu jiġu eżentati mil-limitu massimu fuq il-flussi ta' dħul meta l-attivitajiet ewlenin tagħhom ikunu n-negozju ta' lokazzjoni u fatturament, u mhux l-attivitajiet deskritti fil-paragrafu 4, u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5 jiġu ssodisfati.

4.  Soġġett għal approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, istituzzjonijiet ta' kreditu speċjalizzati jistgħu jkunu soġġetti għal limitu massimu fuq flussi ta' dħul ta' 90 % meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5 jiġu ssodisfati u l-attivitajiet ewlenin tagħhom jkunu dawn li ġejjin:

(a) 

il-finanzjament għall-akkwist ta' vetturi;

(b) 

kreditu għall-konsumatur kif definit fid-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

5.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fil-paragrafu 3 jistgħu jiġu eżentati mil-limitu massimu fuq flussi ta' dħul, u l-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fil-paragrafu 4 jistgħu japplikaw limitu massimu ogħla ta' 90 % diment li dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-attivitajiet ta' negozju juru profil baxx ta' riskju tal-likwidità, b'konsiderazzjoni għall-fatturi li ġejjin:

(i) 

l-għażla tal-ħin tal-flussi ta' dħul ikun jaqbel mal-għażla tal-ħin tal-flussi ta' ħruġ;

(ii) 

fil-livell individwali l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx iffinanzjata b'mod sinifikanti minn depożiti fil-livell tal-konsumatur;

(b) 

fil-livell individwali, il-proporzjon tal-attivitajiet ewlenin tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 3 jew 4 ikun jaqbeż it-80 % tal-karta tal-bilanċ totali;

(c) 

id-derogi jkunu żvelati fir-rapporti annwal.

L-awtoritajiet kompetenti jgħarrfu lill-EBA dwar liema istituzzjonijiet ta' kreditu speċjalizzati ġew eżentati jew huma soġġetti għal limitu massimu ogħla flimkien ma' ġustifikazzjoni. L-EBA tippubblika u żżomm lista tal-istituzzjonijiet ta' kreditu speċjalizzati eżentati jew soġġetti għal limitu massimu ogħla. L-EBA tista' titlob dokumentazzjoni ta' sostenn.

6.  L-eżenzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, 4, meta approvati mill-awtorità kompetenti, jistgħu jiġu applikati kemm fil-livelli individwali kif ukoll f'dawk konsolidati soġġetti għall-Artikolu 2(3)(e).

7.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu jiddeterminaw l-ammont tal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità skont l-applikazzjoni tal-limitu fil-fluss ta' dħul, skont il-formula stabbilita fl-Anness II ta' dan ir-Regolament

Artikolu 34

Flussi ta' dħul fi ħdan grupp jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali

1.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 32(3)(g), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-applikazzjoni ta' rata ogħla tal-fluss ta' dħul fuq il-bażi ta' każ b'każ għal faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità mhux prelevati meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

ikun hemm raġunijiet għaliex wieħed jistenna fluss ta' dħul ogħla anke taħt stress kombinat fis-suq u idjosinkratiku tal-fornitur;

(b) 

il-kontroparti hija l-istituzzjoni prinċipali jew is-sussidjarja tal-istituzzjoni ta' kreditu jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew marbuta mal-istituzzjoni ta' kreditu permezz ta' relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE jew membru tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljat ta' netwerk jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

meta r-rata tal-fluss ta' dħul tkun taqbeż l-40 %, il-kontroparti tapplika rata tal-fluss ta' ħruġ simetrika korrispondenti, permezz ta' deroga mill-Artikolu 31;

(d) 

l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru.

2.  Meta l-istituzzjoni ta' kreditu u l-istituzzjoni ta' kreditu tal-kontroparti jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-kundizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 1 meta, minbarra l-kriterji fil-paragrafu 1, ikunu ssodisfati l-kriterji oġġettivi addizzjonali li ġejjin (a) sa (c):

▼M1

(a) 

il-fornitur u r-riċivent tal-likwidità jippreżentaw profil ta' riskju ta' likwidità baxx wara l-applikazzjoni tal-fluss ta' dħul ogħla propost taħt il-paragrafu 1 u l-applikazzjoni tar-rata ta' fluss ta' ħruġ imsemmija fil-punt (c) ta' dak il-paragrafu;

▼B

(b) 

ikun hemm ftehimiet u impenji legalment vinkolanti bejn l-entitajiet fil-grupp fir-rigward tal-linja ta' kreditu jew ta' likwidità;

▼M1

(c) 

il-profil tar-riskju tal-likwidità tar-riċivent tal-likwidità jiġi kkunsidrat b'mod adegwat fil-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-fornitur tal-likwidità.

▼B

L-awtoritajiet kompetenti jaħdmu flimkien u jikkonsultaw lil xulxin bis-sħiħ skont l-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sabiex jiddeterminaw jekk il-kriterji addizzjonali stabbiliti f'dan il-paragrafu jiġux issodisfati.

3.  Meta jiġu ssodisfati l-kriterji addizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tar-riċevent tal-likwidità titħalla tapplika rata tal-fluss ta' dħul preferenzjali ta' mhux aktar minn 40 %. Madankollu, l-approvazzjoni taż-żewġ awtoritajiet kompetenti tkun meħtieġa għal kwalunkwe rata preferenzjali ogħla minn 40 %, li tiġi applikata fuq bażi simetrika.

Meta tkun awtorizzata l-applikazzjoni ta' rata tal-fluss ta' dħul preferenzjali 'l fuq minn 40 %, l-awtoritajiet kompetenti jgħarrfu lill-EBA dwar ir-riżultat tal-proċess imsemmi fil-paragrafu 2. L-awtoritajiet kompetenti jirrieżaminaw regolarment li l-kundizzjonijiet ta' dawn il-flussi ta' dħul ogħla għadhom qed jiġu ssodisfati.



TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 35

Il-klawżola ta' anterjorità għall-assi bankarji ggarantiti minn Stat Membru

1.  Assi maħruġin minn istituzzjonijiet ta' kreditu li jibbenefikaw minn garanzija mill-gvern ċentrali ta' Stat Membru jikkwalifikaw biss bħala assi ta' livell 1 meta l-garanzija:

(a) 

tkun ingħatat jew ġiet impenjata għal ammont massimu qabel it-30 ta' Ġunju 2014;

(b) 

hija garanzija diretta, espliċita, irrevokabbli u inkundizzjonata u tkopri n-nuqqas ta' ħlas tal-kapital u tal-imgħax meta dovuti.

2.  Meta l-garanti jkun gvern reġjonali jew awtorità lokali fi Stat Membru, l-assi garantit jikkwalifika bħala ta' livell 1 biss meta l-iskoperturi għal tali gvern reġjonali jew awtorità lokali jkunu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tagħhom skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-garanzija tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.  L-assi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jibqgħu jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 1 sakemm il-garanzija tibqa' fis-seħħ b'rabta mal-emittent rilevanti jew l-assi tiegħu, kif applikabbli, kif emendata jew mibdula minn żmien għal żmien. Meta l-ammont ta' garanzija favur emittent jew l-assi tiegħu jiżdied fi kwalunkwe ħin wara t-30 ta' Ġunju 2014, l-assi jkunu jikkwalifikaw biss bħala assi likwidi sal-ammont massimu tal-garanzija li kien impenjat qabel din id-data.

4.  L-assi imsemmija f'dan l-Artikolu jkunu soġġetti għall-istess rekwiżiti applikabbli skont dan ir-Regolament għall-assi ta' livell 1 li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew ikunu garantiti mill-gvernijiet ċentrali jew reġjonali, l-awtoritajiet lokali jew l-entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 10(1)(c).

5.  Meta istituzzjoni ta' kreditu jew l-assi tagħha jibbenefikaw minn skema ta' garanzija, l-iskema bħala ħaġa waħda titqies bħala garanzija għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 36

Dispożizzjoni transitorji għal aġenziji tal-ġestjoni tal-assi danneġġati sponsorjati minn Stat Membru

1.  Il-bonds superjuri maħruġa mill-aġenziji tal-ġestjoni tal-assi danneġġati sponsorjati minn Stat Membru li ġejjin jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 1 sal-31 ta' Diċembru 2023:

(a) 

fl-Irlanda, in-National Asset Management Agency (NAMA);

(b) 

fi Spanja, is-Sociedad de Gestión de Activos Procedentes de la Reestructuración Bancaria, SA. (SAREB);

(c) 

fis-Slovenja, il-Bank Asset Management Company kif stabbilita skont l-Att dwar il-Miżuri tar-Repubblika tas-Slovenja sabiex Tissaħħaħ l-Istabbiltà tal-Banek (Measures of the Republic of Slovenia to Strengthen the Stability of Banks Act — MSSBA);

2.  L-assi msemmija fil-paragrafu 1 ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti applikabbli skont dan ir-Regolament għall-assi ta' Livell 1 li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew ikunu garantiti mill-gvernijiet ċentrali jew reġjonali, l-awtoritajiet lokali jew l-entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 10(1)(c).

Artikolu 37

Dispożizzjoni tranżitorja għal titolizzazzjonijiet sostnuti minn self residenzjali

1.  B'deroga mill-Artikolu 13, titolizzazzjonijiet maħruġin qabel l-1 ta' Ottubru 2015, fejn l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali kif imsemmi fil-punt (g)(i) tal-Artikolu 13(2), jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 2B jekk dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stipulati fl-Artikolu 13 minbarra r-rekwiżiti tal-proporzjon bejn il-valur tas-self u dak tal-garanzija jew bejn il-valur tas-self u dak tal-introjtu stipulati f'dan il-punt (g)(i) tal-Artikolu 13(2).

2.  B'deroga mill-Artikolu 13, titolizzazzjonijiet maħruġin wara l-1 ta' Ottubru 2015, fejn l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali kif imsemmi fil-punt (g)(i) tal-Artikolu 13(2) li ma jissodisfawx r-rekwiżiti medji tal-proporzjon bejn il-valur tas-self u dak tal-garanzija jew bejn il-valur tas-self u dak tal-introjtu stipulati f'dan il-punt, jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 2B sal-1 ta' Ottubru 2025, dejjem jekk l-iskoperturi sottostanti jinkludu self residenzjali li ma kienx suġġett għal-liġi nazzjonali li tirregola l-limiti tal-proporzjon bejn il-valur tas-self u dak tal-introjtu fiż-żmien li kien ngħata, u dan is-self residenzjali ngħata f'xi żmien qabel l-1 ta' Ottubru 2015.

Artikolu 38

Dispożizzjoni transitorji għall-introduzzjoni tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità

1.  Skont l-Artikolu 460(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità stabbilit fl-Artikolu 4 jiġi introdott kif ġej:

(a) 

60 % tar-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità mill-1 ta' Ottubru 2015;

(b) 

70 % mill-1 ta' Jannar 2016;

(c) 

80 % mill-1 ta' Jannar 2017;

(d) 

100 % mill-1 ta' Jannar 2018.

2.  Skont l-Artikolu 412(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu mill-istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati domestikament jew mis-subsett ta' tali istituzzjonijiet ta' kreditu li jżommu rekwiżit ogħla ta' kopertura tal-likwidità, sa 100 %, sakemm jiġi introdott kompletament l-istandard minimu vinkolanti bir-rata ta' 100 % skont dan ir-Regolament.

Artikolu 39

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Ottubru 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Formuli għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-bafer tal-likwidità

1. Istituzzjoni ta' kreditu għandha tuża l-formuli stabbiliti f'dan l-Anness biex tiddetermina l-kompożizzjoni tal-bafer tal-likwidità tagħha skont l-Artikolu 17.

2. Kalkolu tal-bafer tal-likwidità: fid-data tal-kalkolu, il-bafer tal-likwidità tal-istituzzjoni ta' kreditu għandu jkun ugwali għal:

(a) 

l-ammont tal-assi tal-livell 1; biż-żieda ta'

(b) 

l-ammont tal-assi tal-livell 2 A; biż-żieda ta'

(c) 

l-ammont tal-assi tal-livell 2 B;

bit-tnaqqis ta' dak li jkun l-inqas minn dawn:

(d) 

is-somma ta' (a), (b), u (c); jew

(e) 

“l-ammont tal-assi likwidi żejda” kif kalkolat skont il-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Anness.

▼M1

3. L-ammont “tal-assi likwidi żejda”: dan l-ammont għandu jkun magħmul mill-komponenti definiti hawnhekk:

(a) 

l-ammont aġġustat tal-assi f'bonds mhux koperti tal-livell 1, li għandu jkun ugwali għall-valur wara t-telf impost tal-assi likwidi kollha tal-livell 1, minbarra l-bonds koperti tal-livell 1, li jinżammu mill-istituzzjoni ta' kreditu mar-riversjar ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' finanzjament garantit, għoti ta' self garantit jew swap kollaterali li timmatura fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-kalkolu u fejn l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jiskambjaw assi likwidi fuq mill-inqas komponent wieħed tat-tranżazzjoni;

(b) 

l-ammont aġġustat tal-bonds koperti tal-livell 1, li għandu jkun ugwali għall-valur wara t-telf impost fuq il-bonds koperti kollha tal-livell 1, li jinżammu mill-istituzzjoni ta' kreditu mar-riversjar ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' finanzjament garantit, għoti ta' self garantit jew swap kollaterali li timmatura fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-kalkolu u fejn l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jiskambjaw assi likwidi fuq mill-inqas komponent wieħed tat-tranżazzjoni;

(c) 

l-ammont aġġustat tal-assi tal-livell 2 A, li għandu jkun ugwali għall-valur wara t-telf impost fuq l-assi kollha tal-livell 2 A, li jinżammu mill-istituzzjoni ta' kreditu mar-riversjar ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' finanzjament garantit, għoti ta' self garantit jew swap kollaterali li timmatura fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-kalkolu u fejn l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jiskambjaw assi likwidi fuq mill-inqas komponent wieħed tat-tranżazzjoni; u

(d) 

l-ammont aġġustat tal-assi tal-livell 2B, li għandu jkun ugwali għall-valur wara t-telf impost fuq l-assi kollha tal-livell 2B, li jinżammu mill-istituzzjoni ta' kreditu mar-riversjar ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' finanzjament garantit, għoti ta' self garantit jew swap kollaterali li timmatura fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-kalkolu u fejn l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jiskambjaw assi likwidi fuq mill-inqas komponent wieħed tat-tranżazzjoni.

▼B

4. Kalkolu tal-“ammont tal-assi likwidi żejda”: dan l-ammont għandu jkun ugwali għal:

(a) 

ammont aġġustat ta' assi f'bonds mhux koperti tal-livell 1; biż-żieda ta'

(b) 

l-ammont aġġustat ta' bond kopert tal-livell 1; biż-żieda ta'

(c) 

l-ammont aġġustat ta' assi tal-livell 2 A; biż-żieda ta'

(d) 

l-ammont aġġustat ta' assi tal-livell 2 B;

bit-tnaqqis ta' dak li jkun l-inqas minn dawn:

(e) 

is-somma ta' (a), (b), (c) u (d);

(f) 

100/30 darbiet (a);

(g) 

100/60 darbiet is-somma ta' (a) u (b);

(h) 

100/85 darbiet is-somma ta' (a), (b) u (c).

▼M1 —————

▼B




ANNESS II

Formula għall-kalkolu tal-fluss tal-ħruġ nett tal-likwidità

NLO

=

fluss tal-ħruġ nett tal-likwidità (Net liquidity outflow)

TO

=

Flussi tal-ħruġ totali (Total outflows)

TI

=

Influssi totali (Total inflows)

FEI

=

Influssi kompletament eżentati (Fully exempted inflows)

IHC

=

Influssi soġġetti għal-limitu massimu ogħla ta' 90 % fi flussi ta' ħruġ (Inflows higher cap)

IC

=

Influssi soġġetti għal-limitu massimu ta' 75 % fi flussi ta' ħruġ (Inflows cap)

Flussi tal-ħruġ netti ta' likwidità huma ugwali għall-flussi tal-ħruġ totali, tnaqqas minnhom it-tnaqqis għall-influssi kompletament eżentati, tnaqqas minnhom it-tnaqqis għall-influssi soġġetti għal-limitu massimu ta' 90 %, tnaqqas minnhom it-tnaqqis għall-influssi soġġetti għal-limitu massimu ta' 75 %

NLO = TO – MIN(FEI, TO) – MIN(IHC, 0,9*MAX(TO – FEI, 0)) – MIN(IC, 0,75*MAX(TO – FEI – IHC/0,9, 0))



( 1 ) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

( 2 ) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

( 3 ) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).

( 5 ) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).

( 7 ) Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).

( 8 ) Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti (ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5).

( 9 ) Is-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1).

( 10 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/208 tal-31 ta' Ottubru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal flussi ta' ħruġ ta' likwidità addizzjonali li jikkorrispondu għal ħtiġijiet ta' kollateral li jirriżultaw mill-impatt ta' xenarju negattiv tas-suq fuq it-tranżazzjonijiet derivattivi ta' istituzzjoni (ĠU L 33, 8.2.2017, p. 14).

Top