EUR-Lex Acces la dreptul Uniunii Europene

Înapoi la prima pagină EUR-Lex

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 02009L0015-20190726

Text consolidat: Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (Tfassil mill-ġdid) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/15/2019-07-26

02009L0015 — MT — 26.07.2019 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA 2009/15/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi

(Tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 131 28.5.2009, p. 47)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/111/UE Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-17 ta' Diċembru 2014

  L 366

83

20.12.2014

►M2

REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019

  L 198

241

25.7.2019




▼B

DIRETTIVA 2009/15/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi

(Tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri fir-relazzjoni tagħhom mal-organizzazzjonijiet responsabbli mill-ispezzjoni, il-perizja u ċ-ċertifikazzjoni tal-vapuri għall-konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sikurezza fuq il-baħar u l-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar, filwaqt li tmexxi 'l quddiem l-objettiv tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi. Dan jinkludi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ sikurezza għall-buq, il-makkinarju, u l-istallazzjonijiet elettriċi u tal-kontroll tal-vapuri li jidħlu fl-ambitu tal-konvenzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 2

Għall-fini ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “vapur” tfisser vapur li jidħol fl-ambitu tal-konvenzjonijiet internazzjonali;

(b) “vapur li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru” tfisser vapur reġistrat fi Stat Membru u li jtajjar il-bandiera tiegħu skont il-leġislazzjoni tiegħu. Il-vapuri li ma jikkorrispondux ma’ din id-definizzjoni jitqiesu bħala vapuri li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz;

(c) “spezzjonijiet u perizji” tfisser l-ispezzjonijiet u l-perizji li huma mandatorji taħt il-konvenzjonijiet internazzjonali;

▼M1

(d) “konvenzjonijiet internazzjonali” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar tal-1 ta' Novembru 1974 (SOLAS 74) bl-eċċezzjoni tal-kapitolu XI-2 tal-Anness tagħha, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-5 ta' April 1966 u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Vapuri tat-2 ta' Novembru 1973 (MARPOL) flimkien mal-protokolli u l-emendi tagħhom, u l-kodiċijiet ta' status mandatorju relatati magħhom fl-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni tal-paragrafi 16.1, 18.1 u 19 tal-parti 2 tal-Kodiċi għall-Implimentazzjoni tal-Istrumenti tal-IMO, u tat-taqsimiet 1.1, 1.3, 3.9.3.1, 3.9.3.2, 3.9.3.3 tal-parti 2 tal-Kodiċi tal-IMO dwar Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti, fil-verżjoni aġġornata tagħhom;

▼B

(e) “organizzazzjoni” tfisser entità legali, is-sussidjarji tagħha u kwalunkwe entità oħra taħt il-kontroll tagħha, li flimkien jew separatament iwettqu kompiti li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva;

(f) “kontroll” tfisser, għall-fini tal-punt (e), drittijiet, kuntratti jew kwalunkwe mezz ieħor, fil-liġi jew fil-fatt, li, separatament jew flimkien jikkonferixxu l-possibiltà li tkun eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità legali jew jippermettu lil dik l-entità li twettaq il-kompiti li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva;

(g) “organizzazzjoni rikonoxxuta” tfisser organizzazzjoni rikonoxxuta skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009;

(h) “awtorizzazzjoni” tfisser att li bih Stat Membru jagħti awtorizzazzjoni jew jiddelega setgħat lil organizzazzjoni rikonoxxuta;

(i) “ċertifikat statutorju” tfisser ċertifikat maħruġ minn jew f'isem Stat tal-bandiera skont il-konvenzjonijiet internazzjonali;

(j) “regoli u proċeduri” tfisser ir-rekwiżiti ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta għad-disinn, il-kostruzzjoni, it-tagħmir, il-manutenzjoni u l-perizja tal-vapuri;

(k) “ċertifikat tal-klassi” tfisser dokument maħruġ minn organizzazzjoni rikonoxxuta li jiċċertifika li vapur ikun tajjeb għal użu jew servizz partikolari skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti u magħmula pubbliċi minn dik l-organizzazzjoni rikonoxxuta;

(l) “ċertifikat tar-radju ta’ sikurezza tal-vapuri tal-merkanzija” tfisser iċ-ċertifikat introdott permezz tal-Protokoll tal-1988 li jemenda s-SOLAS, adottat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO);

Artikolu 3

1.  Meta jidħlu għar-responsabilitajiet u l-obbligi tagħhom skont il-konvenzjonijiet internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministrazzjonijiet kompetenti tagħhom jistgħu jiżguraw l-infurzar xieraq tad-dispożizzjonijiet tagħhom, b'mod partikolari rigward l-ispezzjoni u l-perizja tal-vapuri u l-ħruġ taċ-ċertifikati statutorji u taċ-ċertifikati ta’ eżenzjoni kif previst mill-konvenzjonijiet internazzjonali. L-Istati Membri għandhom jaġixxu skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness u tal-Appendiċi għar-Riżoluzzjoni A.847(20) tal-IMO dwar linji gwida biex jassistu l-Istati tal-bandiera fl-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-IMO.

2.  Fejn għall-iskop tal-paragrafu 1 Stat Membru jiddeċiedi fir-rigward ta’ vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu:

(i) li jawtorizza lill-organizzazzjonijiet biex iwettqu bis-sħiħ jew f'parti l-ispezzjonijiet u l-perizji relatati maċ-ċertifikati statutorji inklużi dawk għall-valutazzjoni tal-konformità mar-regoli msemmija fl- Artikolu 11(2) u, fejn xieraq, biex joħorġu jew iġeddu ċ-ċertifikati relatati; jew

(ii) li joqgħod fuq l-organizzazzjonijiet sabiex iwettqu bis-sħiħ jew f'parti l-ispezzjonijiet u l-perizji msemmija fil-punt (i);

huwa għandu jafda dawn id-dmirijiet lil organizzazzjonijiet rikonoxxuti biss.

L-amministrazzjoni kompetenti għandha fil-każijiet kollha tapprova l-ewwel ħarġa taċ-ċertifikati ta’ eżenzjoni.

Madankollu, għaċ-ċertifikat tar-radju ta’ sikurezza tal-vapuri tal-merkanzija dawn id-dmirijiet jistgħu jiġu fdati f'idejn korp privat rikonoxxut minn amministrazzjoni kompetenti u li jkollu l-esperjenza biżżejjed u l-persunal ikkwalifikat biex iwettaq ħidma speċifikata ta’ valutazzjoni tas-sikurezza tal-komunikazzjoni bir-radju f'ismu.

3.  Dan l-Artikolu ma jirrigwardax ċertifikazzjoni ta’ oġġetti speċifiċi ta’ tagħmir marittimu.

Artikolu 4

1.  Meta japplikaw l-Artikolu 3(2), l-Istati Membri ma għandhomx fil-prinċipju jirrifjutaw li jawtorizzaw xi waħda mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti milli jassumu dawn il-funzjonijiet, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikoli 5 u 9. Madankollu, jistgħu jirrestrinġu n-numru tal-organizzazzjonijiet li huma jawtorizzaw skont il-ħtiġijiet tagħhom kemm-il darba jkun hemm raġunijiet trasparenti u oġġettivi biex jagħmlu dan.

Fuq it-talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 6(2), tadotta l-applikazzjoni korretta tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fir-rigward tar-rifjut tal-awtorizzazzjoni u tal-Artikolu 8 relattivament għal dawk il-każijiet fejn l-awtorizzazzjoni hija sospiża jew irtirata.

2.  Sabiex Stat Membru jaċċetta li organizzazzjoni rikonoxxuta li tinsab fi Stat terz twettaq id-dmirijiet, kollha jew parti minnhom, msemmijin fl-Artikolu 3 hu jista' jitlob li l-Istat terz imsemmi jagħti trattament reċiproku lil dawk l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jinsabu fil-Komunità.

Barra minn hekk, il-Komunità tista' titlob lill-Istat terz fejn tkun stabbilita organizzazzjoni rikonoxxuta biex jagħti trattament reċiproku lil dawk l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jinsabu fil-Komunità.

Artikolu 5

1.  L-Istati Membri li jieħdu deċiżjoni kif deskritta fl-Artikolu 3(2), għandhom jistabbilixxu “relazzjoni ta’ xogħol” bejn l-amministrazzjoni kompetenti tagħhom u l-organizzazzjonijiet li jaġixxu f'isimhom.

2.  Ir-relazzjoni ta’ xogħol għandha tkun regolata bi ftehim formalizzat bil-miktub u mhux diskriminatorju jew b'arranġamenti legali ekwivalenti li jistabbilixxu d-doveri u l-funzjonijiet speċifiċi meħuda mill-organizzazzjonijiet u jinkludu għall-inqas:

(a) id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi II tar-Riżoluzzjoni A.739(18) tal-IMO dwar linji gwida għall-awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet li jaġixxu f'isem l-amministrazzjoni, filwaqt li tittieħed ispirazzjoni mill-Anness, l-Appendiċi u d-Dokumenti mehmuża maċ-Ċirkolari MSC/710 u ċ-Ċirkolari MEPC 307 tal-IMO dwar mudell ta’ ftehim għall-awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f'isem l-amministrazzjoni;

(b) id-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar ir-responsabbiltà finanzjarja:

(i) jekk ir-resposabbiltà li tirriżulta minn diżgrazzja tal-baħar tiġi imposta b'mod finali u definittiv fuq l-amministrazzjoni minn xi qorti jew bħala parti mir-riżoluzzjoni ta’ disputa permezz ta’ proċeduri ta’ arbitraġġ, flimkien ma’ rekwiżit li jiġu kkumpensati l-partijiet milquta għat-telf ta’ jew il-ħsara lill-proprjetà jew il-korriment fuq il-persuna jew il-mewt, li jkun ġie ippruvat f'dik il-qorti li ġew ikkawżati minn att jew omissjoni intenzjonat(a) jew negliġenza kbira tal-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-entitajiet, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt li tiġi kkumpensata finanzjarjament mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sa fejn dak it-telf, ħsara, korriment jew mewt kienu, kif deċiż minn dik il-qorti, kkawżati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta;

(ii) jekk ir-resposabbiltà li tirriżulta minn diżgrazzja tal-baħar tiġi imposta b'mod finali u definittiv fuq l-amministrazzjoni minn xi qorti jew bħala parti mir-riżoluzzjoni ta’ disputa permezz ta’ proċeduri ta’ arbitraġġ, flimkien ma’ rekwiżit li jiġu kkumpensati l-partijiet milquta għal korriment fuq il-persuna jew mewt, li jkun ġie ippruvat f'dik il-qorti li ġew ikkawżati minn kwalunkwe att jew ommissjoni b’ negliġenza jew b'nuqqas ta’ kont tal-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt li tiġi kkumpensata finanzjarjament mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sa fejn dak il-korriment fuq il-persuna jew mewt kienu, kif deċiż minn dik il-qorti, kkawżati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta; l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont massimu pagabbli mill-organizzazzjoni rikonoxxuta, liema ammont, madankollu, irid ikun mill-anqas EUR 4 miljuni;

(iii) jekk ir-resposabbiltà li tirriżulta minn diżgrazzja tal-baħar tiġi imposta b'mod finali u definittiv fuq l-amministrazzjoni minn xi qorti jew bħala parti mir-riżoluzzjoni ta’ disputa permezz ta’ proċeduri ta’ arbitraġġ, flimkien ma’ rekwiżit li jiġu kkumpensati l-partijiet milquta għal telf ta’ jew ħsara lill-proprjetà, li jkun ġie ippruvat f'dik il-qorti li ġew ikkawżati minn kwalunkwe att jew ommissjoni b’ negliġenza jew b'nuqqas ta’ kont tal-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-impjegati, l-aġenti tagħha jew oħrajn li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni rikonoxxuta, l-amministrazzjoni għandu jkollha d-dritt li tiġi kumpensata finanzjarjament mill-organizzazzjoni rikonoxxuta sa fejn dak it-telf jew ħsara kienu, kif deċiż minn dik il-qorti, kkawżati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta; l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont massimu pagabbli mill-organizzazzjoni rikonoxxuta, liema ammont, madankollu, irid ikun mill-anqas EUR 2 miljuni;

(c) id-dispożizzjonijiet għal verifika perjodika mill-amministrazzjoni jew minn korp imparzjali estern maħtur mill-amministrazzjoni dwar id-dmirijiet li l-organizzazzjonijiet ikunu qegħdin iwettqu f'isimha, kif imsemmija fl-Artikolu 9(1);

(d) il-possibbiltà ta’ spezzjonijiet mhux regolari u dettaljati tal-vapuri;

(e) id-dispożizzjonijiet għar-rappurtar tassattiv ta’ informazzjoni essenzjali dwar il-flotta fil-klassifikazzjoni tagħhom, u t-dwar it-tibdil, is-sospensjonijiet u l-irtirar mill-klassi tal-vapuri,

3.  Il-ftehim jew l-arranġament legali ekwivalenti jista' jeħtieġ li l-organizzazzjoni rikonoxxuta jkollha rappreżentanza lokali fit-territorju tal-Istat Membru li f'ismu twettaq id-dmirijiet imsemmija fl-Artikolu 3. Rappreżentanza lokali b'personalità ġuridika taħt il-liġi tal-Istat Membru u suġġetta għall-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali tagħha tista' tissodisfa din il-ħtieġa.

4.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni preċiża dwar ir-relazzjoni ta’ xogħol stabbilita skont dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha sussegwentement tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

▼M2

Artikolu 5a

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 1 ).

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 7(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 6

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS), stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 7

▼M2

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 5a li jemendaw din id-Direttiva, mingħajr ma jitwessa’ l-ambitu tagħha, sabiex:

(a) tinkorpora, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-emendi sussegwenti għall-konvenzjonijiet, il-protokolli, il-kodiċijiet u r-riżoluzzjonijiet internazzjonali relatati magħha msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 2, fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 5(2), li daħlu fis-seħħ;

(b) tbiddel l-ammonti speċifikati fil-punt (b)(ii) u (iii) tal-Artikolu 5(2).

▼B

2.  Wara l-adozzjoni ta’ strumenti jew protokolli ġodda għall-konvenzjonijiet internazzjonali imsemmija fl-Artikolu 2(d), il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi, b'kont meħud tal-proċeduri parlamentari tal-Istati Membri kif ukoll tal-proċeduri rilevanti fl-IMO, dwar l-arranġamenti dettaljati sabiex jirratifika dawk l-istrumenti jew protokolli ġodda, filwaqt li jiżgura li jiġu applikati b'mod uniformi u simultanju fl-Istati Membri.

L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2(d) u fl-Artikolu 5 jistgħu jkunu esklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

Artikolu 8

Minkejja l-kriterji minimi speċifikati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 fejn Stat Membru jqis li organizzazzjoni rikonoxxuta ma tistax tibqa' awtorizzata li twettaq f'ismu d-dmirijiet speċifikati fl-Artikolu 3, hu jista' jissospendi jew jirtira din l-awtorizzazzjoni. F'dan il-każ l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tiegħu mingħajr dewmien, u għandu jagħti raġunijiet sostanzjati għaliha.

Artikolu 9

1.  Kull Stat Membru għandu jkun żgur li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li qegħdin jaġixxu f'ismu għall-fini tal-Artikolu 3(2) effettivament iwettqu l-funzjonijiet msemmija f'dak l-Artikolu b'mod sodisfaċenti għall-amministrazzjoni kompetenti tiegħu.

2.  Sabiex iwettaq il-kompiti imsemmija fil-paragrafu 1, kull Stat membru għandu, tal-anqas kull sentejn, iwettaq monitoraġġ fuq kull organizzazzjoni rikonoxxuta li taġixxi f'ismu u għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni rapport dwar ir-riżultati ta’ tali attivitajiet ta’ monitoraġġ mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena li fiha jkun wettaq il-monitoraġġ.

Artikolu 10

Fl-eżerċizzju tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom ta’ spezzjoni bħala Stati tal-port, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u jinfurmaw lill-Istat tal-bandiera kkonċernat, jekk isibu li nħarġu ċertifikati statutorji validi minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f'isem Stat tal-bandiera lil vapur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti rilevanti tal-konvenzjonijiet internazzjonali, jew fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ vapur li għandu ċertifikat tal-klassi validu u fir-rigward ta’ oġġetti koperti minn dak iċ-ċertifikat. Huma biss dawk il-każijiet ta’ vapuri li jirrappreżentaw theddida serja għas-sikurezza u għall-ambjent jew li juru evidenza ta’ mġieba partikolarment negliġenti tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li għandhom ikunu rrappurtati għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu. L-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata għandha tkun avżata bil-każ meta ssir l-ewwel spezzjoni sabiex tkun tista' tieħu l-azzjoni ta’ segwitu xierqa minnufih.

Artikolu 11

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu jkunu ddisinjati, mibnija, mgħammra u miżmuma skont ir-regoli u l-proċeduri dwar il-buq, il-makkinarju u r-rekwiżiti dwar l-istallazzjonijiet tal-elettriku u tal-kontroll ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta.

2.  Stat Membru jista' jiddeċiedi li juża regoli li jqis ekwivalenti ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta biss bil-kondizzjoni li jinnotifikahom immedjatament lill-Kummissjoni b'konformità mal-proċedura taħt id-Direttiva 98/34/KE u lill-Istati Membri l-oħrajn u li għalihom ma jkunx hemm oġġezzjoni minn Stati Membri oħra jew mill-Kummissjoni u li jitqiesu, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl- Artikolu 6(2) ta’ din id-Direttiva, li m'humiex ekwivalenti.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li huma jawtorizzaw fl-iżvilupp tar-regoli u l-proċeduri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet. Għandhom jikkonsultaw mal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti bil-għan li jiksbu interpretazzjoni konsistenti tal-konvenzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 12

Il-Kummissjoni,, għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri.

Artikolu 13

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet leġislattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa sas-17 ta’ Ġunju 2011. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Meta jiġu addottati mill-Istati Membri, dawn il-miżuri għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. Huma għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi f'liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttivi mħassra b'din id-Diretttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. Il-metodi ta’ kif għandhom isiru tali riferenzi għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fis-settur kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 14

Id-Direttiva 94/57/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness I, Parti A, għandha tiġi mħassra b'effett minn mis-17 ta’ Ġunju 2009, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl- Anness I, Parti B.

Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw b'mod konformi mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 15

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien mal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 14)



Id-Direttiva 94/57/KE tal-Kunsill

ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/58/KE

ĠU L 274, 7.10.1997, p. 8

Id-Direttiva 2001/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ĠU L 19, 22.1.2002, p. 9

Id-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53

PARTI B

Lista tal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmi fl-Artikolu 14)



Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

94/57/KE

31 ta' Dicembru 1995

97/58/KE

30 ta' Settembru 1998

2001/105/KE

22 ta' Lulju 2003

2002/84/KE

23 ta' Novembru 2003




ANNESS II



Tabella ta' korrelazzjoni

Direttiva 94/57/KE

Din id-Direttiva

Regolament (KE) Nru 391/2009

Artikolu1

Artikolu1

Artikolu1

Artikolu2(a)

Artikolu2(a)

Artikolu2(a)

Artikolu2(b)

Artikolu2(b)

-

Artikolu2(c)

Artikolu2(c)

-

Artikolu2(d)

Artikolu2(d)

Artikolu2(b)

Artikolu2(e)

Artikolu2(e)

Artikolu2(c)

-

Artikolu2(f)

Artikolu2(d)

Artikolu2(f)

Artikolu2(g)

Artikolu2(e)

Artikolu2(g)

Artikolu2(h)

Artikolu2(f)

Artikolu2(h)

Artikolu2(i)

Artikolu2(g)

Artikolu2(i)

Artikolu2(k)

Artikolu2(i)

-

Artikolu2(j)

Artikolu2(h)

Artikolu2(j)

Artikolu2(l)

-

Artikolu2(k)

-

Artikolu2(j)

Artikolu 3

Artikolu3

-

Artikolu 4(1) l-ewwel frażi

-

Artikolu3(1)

Artikolu4(1) it-tieni frażi

-

Artikolu3(2)

Artikolu4(1) it-tielet frażi

-

-

Artikolu4(1) ir-raba' frażi

-

Artikolu4(1)

-

-

Artikolu3(3)

-

-

Artikolu4(2),(3),(4)

-

-

Artikolu5

-

-

Artikolu6

-

-

Artikolu7

Artikolu5(1)

Artikolu4(1)

-

Artikolu5(3)

Artikolu4(2)

-

Artikolu6(1), (2), (3), (4)

Artikolu5 (1), (2), (3), (4)

-

Artikolu6(5)

-

-

Artikolu7

Artikolu6

Artikolu12

Artikolu8(1) l-ewwel inċiż

Artikolu7(1) punt (a) tal-ewwel subparagrafu

-

Artikolu8(1) it-tieni inċiż

-

Artikolu13(1)

Artikolu8(1) it-tielet inċiż

Artikolu7(1) punt (b) tal-ewwel subparagrafu

-

-

Artikolu7(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu13(1) (it-tieni subparagrafu)

Artikolu8(2)

Artikolu7(2)

-

Artikolu8(2) it-tieni subparagrafu

-

Artikolu13(2)

Artikolu9(1)

-

-

Artikolu9(2)

-

-

Artikolu10(1) kliem introduttorju

Artikolu8

-

Artikolu10(1)(a), (b), (c), (2),(3), (4)

-

-

Artikolu11(1),(2)

Artikolu9(1),(2)

-

Artikolu11(3),(4)

-

Artikolu8(1)(2)

Artikolu12

Artikolu10

-

Artikolu13

-

-

Artikolu14

Artikolu11

-

-

Artikolu11(3)

-

-

Artikolu12

-

-

-

Artikolu9

Artikolu15(1)

-

-

-

-

Artikolu10(1)(2)

Artikolu15(2)

-

Artikolu10(3)

Artikolu15(3)

-

Artikolu10(4)

Artikolu15(4)

-

Artikolu10(5)

Artikolu15(5)

-

Artikolu10(6) l-ewwel, it-tieni, it-tielet, il-ħames subparagrafi

-

-

Artikolu10(6)ir-raba' subparagrafu

Artikolu16

Artikolu 13

-

Artikolu17

Artikolu16

-

-

Artikolu14

-

-

Artikolu15

-

-

-

Artikolu11

-

-

Artikolu14

-

-

Artikolu15

-

-

Artikolu16

-

-

Artikolu17

-

-

Artikolu18

-

-

Artikolu19

Anness

-

Anness I

-

Anness I

-

-

Anness II

Anness II



( 1 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 2 ) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.

Sus