EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01994D0262-20080731

Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman (94/262/KEFA, KE, Euratom)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/262/2008-07-31

1994D0262 — MT — 31.07.2008 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tad-9 ta' Marzu 1994

rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman

(94/262/KEFA, KE, Euratom)

(ĠU L 113, 4.5.1994, p.15)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW ta' l-14 ta' Marzu 2002

  L 92

13

9.4.2002

►M2

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW tat-18 ta’ Ġunju 2008

  L 189

25

17.7.2008




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tad-9 ta' Marzu 1994

rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman

(94/262/KEFA, KE, Euratom)



IL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattati li jistabbilixxu il-Komunitajiet Ewropej, partikolarment l-Artikolu 138e(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ►M2  ————— ◄ , l-Artikolu 107d(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Kunsill,

Billi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman għandhom ikunu stabbiliti, in konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej;

Billi l-kundizzjonijiet fejn l-ilment jista' jkun riferit lill-Ombudsman għandhom ikunu stabbiliti u kif ukoll ir-relazzjoni bejn it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman u l-proċeduri legali u amministrattivi;

▼M2

Billi l-Ombudsman, li jista’ wkoll jaġixxi fuq inizjattiva proprja tiegħu, għandu jkollu aċċess għall-elementi meħtieġa għat-twettiq ta’ l-obbligi tiegħu; billi għalhekk l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman, fuq talba tiegħu, kwalunkwe tagħrif li jitlob mingħandhom, u mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ l-Ombudsman li ma jiżvelax din l-informazzzjoni; billi l-aċċess għal tagħrif jew dokumenti kklassifikati, l-aktar għal dokumenti sensittivi skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ( 1 ), għandu jkun suġġett għall-konformità mar-regoli dwar is-sigurtà ta’ l-istituzzjoni jew l-entità Komunitarji kkonċernati; billi l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet li jipprovdu tagħrif jew dokumenti kklassifikati kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(2) għandhom jinfurmaw lill-Ombudsman b’din il-klassifikazzjoni; billi, biex ikun hemm l-implimentazzjoni tar-regoli previsti fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(2), irid ikun hemm qbil minn qabel bejn l-Ombudsman u l-istituzzjoni jew l-entità kkonċernati dwar il-kundizzjonijiet għat-trattament ta’ tagħrif jew dokumenti kklassifikati u tagħrif ieħor kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali; billi jekk l-Ombudsman isib li l-assistenza rikjesta mhix qed tiġi sodisfatta, hu għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, li għandu jagħmel ir-rappreżentazzjonijiet xierqa;

▼B

Billi huwa necessarju li jiġu stabbiliti l-proċeduri li jridu jiġu segwiti la darba l-Ombudsman jiżvela każijiet ta' amministrazzjoni ħażina; billi dispożizzjonijiet għandhom ukoll jiġu magħmula għas-sottomissjoni ta' rapport komprensiv mingħand l-Ombudsman lill-Parlament Ewropew fi tmiem kull sessjoni ta' kull sena;

Billi l-Ombudsman u l-istaff tiegħu huma obbligati li jittrattaw kull każ li jirċievu waqt il-qadi ta' dmirijiethom b'mod kunfidenzjali; Billi l-Ombudsman huwa, madankollu, obbligat li jinforma l-awtoritajiet kompetenti dwar il-fatti li skond hu jirrelataw mal-liġi kriminali u li waslu għall-attenzjoni tiegħu waqt l-investigazzjonijiet tiegħu;

Billi dispożizzjoni għandha tiġi magħmula għall-possibilità ta' koperazzjoni bejn l-Ombudsman u awtoritajiet ta' l-istess ġeneru f'ċerti Stati Membri, in konformi mal-liġi domestika applikabbli;

Billi huwa għall-Parlament Ewropew li jaħtar l-Ombudsman fil-bidu tal-mandat tiegħu u għad-durata tiegħu, jintgħażel minn fost ċittadini ta' Stati Membri u joffri kull garanzjia rikjesta ta' independenza u kompetenza;

Billi kundizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti għat-terminazzjoni tad-doveri ta' l-Ombudsman;

Billi l-Ombudsman għandu jaqdi d-doveri tiegħu b'indipendenza kompleta u jagħti impriża solenni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej li jagħmel hekk fil-qadi ta' dmirijietu; Billi l-attivitajiet meqjusa bħala inkompatibbli mad-doveri ta' l-Ombudsman għandhom ikunu stabbiliti u kif ukoll ir-rikompens, privileġġi u immunitajiet ta' l-Ombudsman;

Billi dispożizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti rigward l-uffiċjali u l-impjegati tas-segretarjat ta' l-Ombudsman li se jassistuh u kif ukoll l-estimi tiegħu; Billi s-sede ta' l-Ombudsman għandu jkun dak tal-Parlament Ewropew;

Billi huwa għall-Ombudsman biex jaddotta d-dispożizzjonijiet li se jimplimenta għal din id-Deċiżjoni; Billi ukoll ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji għandhom ikunu stabbiliti għall-ewwel Ombudsman li jiġi maħtur wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:



Artikolu 1

1.  Ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman se jkunu stabbiliti bid-Deċiżjoni bi qbil ma' l-Artikolu 138e (4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej ►M2  ————— ◄ u l-Artikolu 107d (4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

2.  L-Ombudsman għandu jaqdi d-doveri tiegħu bi qbil mal-poteri mogħtija lilu mill-istituzzjonijiet Komunitarji u korporazzjonijiet mit-trattati.

3.  L-Ombudsman ma jistax jintervjeni f'kazijiet quddiem il-qorti jew iressaq dubju dwar il-motivazzjoni ta' sentenza tal-qorti.

Artikolu 2

1.  Fi ħdan it-Trattati msemmija u l-kundizzjonijiet stabbiliti hemmhekk, l-Ombudsman għandu joffri għajnuna biex tiġi żvelata amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta' l-istituzzjoniet Komunitarji u korporazzjonijiet, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti ta' Prim' Istanza fi rwol ġudizzjarju, u jagħmel rakkomandazzjonijiet bl-iskop li jinżamm l-imsemmi. L-ebda azzjoni jew awtorità jew persuna ma tista' tkun soġġetta għal ilment lill-Ombudsman.

2.  Kull ċittadin ta' l-Unjoni jew persuna legali jew naturali li tirrisjedi jew għandha uffiċċju reġistrat ġo Stati Membri ta' l-Unjoni tista', direttament jew permezz ta' Membru tal-Parlament Ewropew, tirreferi ilment lill-Ombudsman rigward amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta' istituzzjoniet Komunitarji, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti ta' Prim' Istanza fi rwol ġudizzjali. L-Ombudsman għandu jinforma lill-istituzzjoni jew korporazzjoni kkonċernata malli l-ilment jasal għandu.

3.  L-ilment għandu jippermetti li l-persuna li rreġistrat l-ilment u l-oġġett ta' l-ilment jiġu identifikati; il-persuna li tirreġistra l-ilment tista' titlob li l-ilment jibqa' kunfidenzali.

4.  L-ilment għandu jiġi rraportat fi żmien sentejn mid-data ta' meta l-fatti fuq liema l-ilment huwa bbażat laħqu l-attenzjoni tal-persuna li qed tagħmel l-ilment u għandu jkun preċedut b'approċċ amministrattiv approprjat lill-istituzzjonijiet u korporazzjoniet konċernati.

5.  L-Ombudsman jista' jirrakkomanda lill-persuna li qed tirreġistra l-ilment biex tindirizzah lil awtorità oħra.

6.  L-ilmenti sottomessi lill-Ombudsman ma jaffettwawx il-limitu ta' żmien għall-appell fi proċeduri amministrattivi jew proċedurali.

7.  Meta l-Ombudsman, minħabba proċeduri ġudizzjarji li għadhom għaddejin jew konkulżi li jikkonċernaw il-fatti li ġew imressqa, għandu jiddikjara l-ilment inammissibbli jew itemm il-konsiderazzjoni tiegħu, ir-riżultat ta' kwalunkwe inkjesta li għamel sa dak il-punt tkun irreġistrata mingħajr iktar azzjoni.

8.  L-ebda ilment ma jista' jsir lill-Ombudsman li jikkonċerna relazzjonijiet ta' xogħol bejn l-istituzzjonijiet Komunitarji u korporazzjonijiet u l-uffiċjali tagħhom u impjegati oħra sakemm il-possibilitajiet kollha għas-sottomissjoni ta' rikjesti amministrattivi interni u ilmenti, partikolarment il-proċeduri riferiti fl-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolamenti tal-Persunal, ġew eżawriti mill-persuna ikkonċernata u l-limitu ta' żmien għar-risposti mill-awtorità petizzjonata skadew.

9.  L-Ombudsman għandu jinforma mill-aktar fis possibbli lill-persuna li rreġistrat l-ilment dwar l-azzjoni li ħa.

Artikolu 3

1.  L-Ombudsman għandu, fuq mozzjoni proprja jew li ġejja minn ilment, jikkonduċi kull inkjesta li tidhirlu ġustifikabbli biex jikkjarifka kull suspett ta' amminstrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet Komunitarji u korporazzjonijiet. Hu għandu jinforma l-istituzzjoni jew korporazzjoni konċernata dwar l-azzjoni, li tista' tissottometti kull kumment meqjus utli lilu.

▼M2

2.  L-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman bi kwalunkwe tagħrif mitlub minnu u jagħtuh l-aċċess għall-fajls ikkonċernati. L-aċċess għal tagħrif jew dokumenti kklassifikati, l-aktar għal dokumenti sensittivi skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/20011, għandu jkun suġġett għall-konformità mar-regoli dwar is-sigurtà ta’ l-istituzzjoni jew l-entità Komunitarji kkonċernati.

L-istituzzjonijiet jew l-entitajiet li jipprovdu tagħrif jew dokumenti kklassifikati kif imsemmi fis-subparagrafu preċedenti għandhom jinfurmaw lill-Ombudsman b’din il-klassifikazzjoni.

Biex ikun hemm l-implimentazzjoni tar-regoli previsti fl-ewwel subparagrafu, għandu jkun hemm qbil minn qabel bejn l-Ombudsman u l-istituzzjoni jew l-entità kkonċernati dwar il-kundizzjonijiet għat-trattament ta’ tagħrif jew dokumenti kklassifikati u tagħrif ieħor kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali.

L-istituzzjonijiet jew l-entitajiet ikkonċernati għandhom biss jagħtu aċċess għal dokumenti li oriġinaw fi Stat Membru u ġew ikklassifikati bħala sigrieti permezz ta’ liġi jew regolament biss fejn dak l-Istat Membru ikun ta l-kunsens tiegħu minn qabel.

Huma għandhom jagħtu aċċess għal dokumenti oħra li joriġinaw fl-Istati Membri wara li jkunu nfurmaw lill-Istat Membru kkonċernat.

Fiż-żewġ każijiet, f’konformità ma’ l-Artikolu 4, l-Ombudsman ma jistax jiżvela l-kontenut ta’ dawn id-dokumenti.

Uffiċjali u impjegati oħra ta’ l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji għandhom jixhdu fuq talba ta’ l-Ombudsman; għandhom jibqgħu jkunu marbuta bir-regoli rilevanti tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, b’mod partikolari d-dmir tagħhom ta’ segretezza professjonali.

▼B

3.  L-awtoritajiet ta' l-“Istati Membri” huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman, kull meta jitlob, permezz tar-Ripreżentazzjonijiet Permanenti ta' l-Istati Membri lill-Komunitajiet Ewropej, b'kull informazzjoni li tista' tkun ta' għajnuna biex jiġu kkjarifikati l-istanzi ta' amministrazzjoni ħażina mill-Istituzzjoniet Komunitarji u korporazzjonijiet sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx koperta minn liġijiet u regolamenti fuq is-segretezza jew b' dispożizzjonijiet li ma jħallux li tiġi kkomunikata. Madankollu, fl-ewwel każ, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jħallu lill-Ombudsman jieħu l-informazzjoni sakemm jassigura li ma jiżvelahiex.

4.  Jekk l-assistenza li qed jirrikjedi mhux qed tiġi sodisfatta, l-Ombudsman għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, li għandu jagħmel rappreżentazzjonijiet xierqa.

5.  Sakemm jista' jkun, l-Ombudsman għandu jfittex soluzzjoni ma' l-istituzzjoni jew korporazzjoni kkonċernata biex tiġi eliminata l-istanza ta' amminstrazzjoni ħażina u jissodisfa l-ilment.

6.  Jekk l-Ombudsman isib li kien hemm amministrazzjoni ħażina, hu għandu jinforma lill-istituzzjoni jew korporazzjoni kkonċernata, u meta approprjat jagħmel abbozz ta' rakkomandazzjonijiet. L-istituzzjoni jew korporazzjoni informata għandha tibgħat lill-Ombudsman l-opinjoni ddettaljata tagħha fi żmien tlett xhur.

7.  L-Ombudsman imbagħad għandu jibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-istituzzjoni jew korporazzjoni kkonċernata. Jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet fir-rapport tiegħu. Il-persuna li rreġistrat l-ilment għandha tiġi informata mill-Ombudsman dwar ir-riżultati ta' l-inkjesti, dwar l-opinjoni ta' l-istituzzjoni jew korporazzjoni kkonċernata u dwar kwalunkwe rakkomandazzjoni magħmula mill-Ombudsman.

8.  Fl-aħħar ta' kull sessjoni annwali l-Ombudsman għandu jagħti lill-Parlament Ewropew rapport fuq ir-riżultati ta' l-inkjesti.

▼M2

Artikolu 4

1.  L-Ombudsman u l-istaff tiegħu, li għalihom japplikaw l-Artikolu 287 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej u l-Artikolu 194 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, għandhom ikunu marbuta li ma jiżvelawx tagħrif jew dokumenti li jiksbu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Huma għandhom, b’mod partikolari, jkunu obligati li ma jgħaddu l-ebda tagħrif jew dokumenti kklassifikati pprovduti lill-Ombudsman, b’mod partikulari dokumenti sensittivi skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, jew dokumenti li jaqgħu fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità rigward il-ħarsien tad-data personali, kif ukoll kull tagħrif li jista’ jippreġudika lill-persuna li rreġistrat l-ilment jew kwalunkwe persuna oħra involuta, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2.

2.  Jekk, waqt xi inkjesti, jiskopri fatti li jaħseb li jistgħu ikollhom x’jaqsmu mal-liġi kriminali, l-Ombudsman għandu minnufih javża lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti permezz tar-Rappreżentazzjonijiet Permanenti ta’ l-Istati Membri u l-Komunitajiet Ewropej u, sa fejn il-każ ikun jaqa’ taħt is-setgħat tagħhom, lill-istituzzjoni, entità jew servizz kompetenti tal-Komunità inkarigati li jiġġieldu l-frodi; jekk ikun il-każ, l-Ombudsman għandu javża ukoll lill-istituzzjoni jew entità Komunitarja li jkollha awtorità fuq l-uffiċjal jew impjegat ikkonċernat, li tista’ tapplika it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 18 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej. L-Ombudsman jista’ wkoll jgħarraf lill-istituzzjoni jew korp Komunitarju kkonċernati bil-fatti li jirrigwardaw l-imġiba ta’ membru ta’ l-istaff tagħhom minn aspett dixxiplinarju.

▼M2

Artikolu 4a

L-Ombudsman u l-istaff tiegħu għandhom jieħdu ħsieb tat-talbiet għall-aċċess mill-pubbliku għad-dokumenti, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 4(1), skond il-kundizzjonijiet u l-limiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

▼M2

Artikolu 5

1.  Sa fejn dan jista’ jgħin biex jagħmel l-inkjesti iktar effiċjenti u biex ikunu salvagwardati aħjar id-drittijiet u l-interessi ta’ persuni li rreġistraw ilmenti lilu, l-Ombudsman jista’ jikkoopera ma’ awtoritajiet ta’ l-istess xorta f’ċerti Stati Membri kemm-il darba jkun konformi mal-liġi nazzjonali applikabbli. L-Ombudsman ma jistax għalhekk jitlob li jara dokumenti li ma kienx ikollu aċċess għalihom skond l-Artikolu 3.

2.  Fl-ambitu tal-funzjonijiet tiegħu kif stipulati fl-Artikolu 195 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 107d tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u filwaqt li jevita kwalunkwe duplikazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet u l-entitajiet l-oħra, l-Ombudsman jista’, taħt l-istess kundizzjonijiet, jikkoopera ma’ l-istituzzjonijiet u l-entitajiet ta’ l-Istati Membri responsabbli għall-promozzjoni u għall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali.

▼B

Artikolu 6

1.  L-Ombudsman ikun maħtur mill-Parlament Ewropew wara kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew għad-durata ta' terminu parlamentari. Hu eliġibbli li jkun re-elett.

2.  L-Ombudsman għandu jkun magħzul minn fost persuni li huma ċittadini ta' l-Unjoni, li għandhom id-drittijiet ċivili u politiċi kollha, joffru kull garanzija ta' indipendenza, jissodisfaw kundizzjonijiet rikjesti biex jeżerċitaw l-ogħla uffiċċju ġudizzjarju tal-pajjiż tiegħu jew għandu l-kompetenzi rikonoxxuti u l-esperjenza biex jimpriża l-obbligi ta' l-Ombudsman.

Artikolu 7

1.  L-Ombudsman għandu jieqaf jeżerċita l-obbligi tiegħu jew fl-aħħar taż-żmien ta' kariga jew mar-rizenja tiegħu jew mad-dimissjoni tiegħu.

2.  Sakemm ma jkunx dimess, l-Ombudsman jibqa' jżomm l-uffiċċju sakemm is-suċċessur tiegħu jkun maħtur.

3.  F'każ ta' terminazzjoni qabel il-waqt, is-suċċessur ikun maħtur fi żmien tlett xhur minn meta l-uffiċċju isir vakanti għall-bqija tat-terminu parlamentari.

Artikolu 8

Ombudsman li ma jibqax jaderixxi mal-kundizzjonijiet rikjesti għat-twettiq ta' l-obbligi tiegħu jew hu ħati ta' kondotta ħażina jista' jkun dimess mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fuq talba tal-Parlament Ewropew.

Artikolu 9

1.  L-Ombudsman għandu jaqdi l-obbligi tiegħu b'indipendenza kompleta, fl-interess ġenerali tal-Komunitajiet u taċ-ċittadini ta' l-Unjoni. Fit-twettiq ta' l-obbligi tiegħu m'għandux ifittex u lanqas jaċċetta istruzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew korporazzjoni oħra. Għandu jirtira milli jagħmel kull att li huwa inkompatibbli man-natura ta' l-obbligi tiegħu.

2.  Meta jieħu l-post, l-Ombudsman għandu jieħu impriża solenni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej li se jippresta l-obbligi tiegħu b'indipendenza kompleta u imparzjalità u li matul u wara ż-żmien ta' kariga hu se jirrispetta l-obbligi li joħorġu minnha, partikolarment l-obbligu li jaġixxi b'integrita' u diskrezzjoni rigward l-aċċettazzjoni, wara li iddeċeda l-uffiċċju, minn ċertu ħatriet u benefiċċji.

Artikolu 10

1.  Waqt iż-żmien ta' kariga, l-Ombudsman ma jistax jiġi mqabbad biex jaħdem f'ebda dover amministrattiv jew politiku, jew kwalunkwe xogħol ieħor, kemm jekk bil-qliegħ jew bla qliegħ.

2.  L-Ombudsman ikollu l-istess grad rigward il-kumpens, allowances u pensjoni daqs imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

3.  L-Artikoli 12 sa 15 u l-Artikoli 18 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jgħoddu għall-Ombudsman u l-uffiċjali u l-impjegati tas-segretarjat tiegħu.

Artikolu 11

1.  L-Ombudsman ikun assistit minn segretarjat, li l-uffiċjal prinċipali tiegħu jinħatar minnu.

2.  L-uffiċjali u l-impjegati tas-segretarjat ta' l-Ombudsman huma soġġetti għar-regoli u r-regolamenti applikabbli għal uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropei. In-numru tagħhom ikun adottat kull sena bħala parti mill-proċedura tal-budget ( 2 ).

3.  Impjegati tal-Komunitajiet Ewropej u ta' l-Istati Membri magħżula għas-segretarjat ta' l-Ombudsman għandhom ikunu issekondati fl-interess tas-servizz u b're-ingaġġ awtomatiku garantit fl-istituzzjoni ta' l-oriġini tagħhom.

4.  F'materji li jikkonċernaw l-impjegati, l-Ombudsman għandu l-istess status ta' istituzzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 1 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 13

Is-sede ta' l-Ombudsman ikun dak tal-Parlament Ewropew ( 3 ).

Artikolu 14

L-Ombudsman għandu jaddotta l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet għal din id-deċiżjoni.

Artikolu 15

L-ewwel Ombudsman li se jkun maħtur wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea se jkun maħtur għall-bqija tat-terminu parlamentari.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 17

Din id-Deċiżjoni tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Din tidħol fis-seħħ fl-istess data tal-pubblikazzjoni.



( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

( 2 ) Prospett kongunt mit-tlett istituzzjonijiet ser iqiegħdu principji gwidatorji għan-numru ta' impjegati ta' l-Ombudsman u l-istatus bhala temporanji jew appalti mpjegati ta' dawk li qed imexxu l-inkjesti.

( 3 ) Ara d-decizjoni mehuda mill-ftehim komuni bejn ir-Rapprezentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri fuq il-lokalità tas-sedi ta' l-istituzzjonijiet u ta' certu korporazzjonijiet u dipartimenti tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 341, tat-23.12.1992, p. 1).

Top