EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01968R0785-19950701

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 785/68 tas- 26 ta’ Ġunju 1968 li jistabbilixxi l-istandard ta’ kwalità u li jipprovdi regoli dettaljati għall-kalkolazzjoni tal-prezz c.i.f. għall-għasel iswed

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1968/785/1995-07-01

1968R0785 — MT — 24.06.1995 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 785/68

tas-26 ta’ Ġunju 1968

li jistabbilixxi l-istandard ta’ kwalità u li jipprovdi regoli dettaljati għall-kalkolazzjoni tal-prezz c.i.f. għall-għasel iswed

(ĠU L 145, 27.6.1968, p.12)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1422/95 tat-23 ta' Ġunju 1995

  L 141

12

24.6.1995




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 785/68

tas-26 ta’ Ġunju 1968

li jistabbilixxi l-istandard ta’ kwalità u li jipprovdi regoli dettaljati għall-kalkolazzjoni tal-prezz c.i.f. għall-għasel iswed



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1009/67/KEE ( 1 ) tat-18 ta’ Diċembru 1967 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq taz-zokkor, u b’mod partikolari l-artikoli 12(6) u 13 (4) tiegħu;

Billi l-artikolu 12(6) tar-Regolament Nru 1009/67/KEE jitlob illi l-istandard ta’ kwalità għall-għasel iswed jiġi stabbilit; billi, aktar u aktar, l-artikolu 13(4) tar-Regolament imsemmi hawn fuq jipprovdi illi regoli dettaljati għandhom ikunu stabbiliti sabiex jiġi ikkalkolat il-prezzijiet c.i.f. u biex dawn ikunu aġġustati ħalli jippermettu devjazzjonijiet mill-istandard ta’ kwalità;

Billi t-total tal-kontenut taz-zokkor ta’ 48 % jista jitqies bħala rappresentattiv ta’ l-ikbar parti ta’ l-għasel iswed prodott fil-komunità; billi huwa għalhekk xieraq illi jintgħażel għasel iswed ta’ kwalità soda u ġusta għas-suq b’kontenut ta’ zokkor totali ta’ 48 % bħala l-kwalità standard u, għall-fini tal-konverżjoni tal-prezzijiet applikabbli għall- kwalità standard, li jiru dispożizzjonijiet għall-aġġustament ta’ parti waħda minn tmienja u erbgħin għall kull punt ta’ perċentwali ta’ kontenut ta’ zokkor totali li bih l-għasel iswed offrut ivarja mit-total tal-kontenut taz-zokkor tal-kwalità standard;

Billi, skond il-paragrafi 1 u 2 ta’ l-artikolu 13 tar-Regolament Nru 1009/67/KEE, l-opportunitajiet ta’ xiri l-aktar favorevoli għall-għasel iswed fis-suq dinji għandhom ikunu stabbiliti għal punt speċifiku fejn tinqasam il-fruntiera;

Billi jidher xieraq illi jiġi ffissat il-prezz c.i.f. għall-għasel iswed darba fil-ġimgħa sabiex jingħata kont tal-karatteristiċi partikolari tas-suq fl-għasel iswed u sabiex jiġi fa¬ilitat l-ippjanar tal-kummerċ mill-industriji tal-ipproċessar u n-negozju; billi, għal dan il-għan, il-kummissjoni għandha tieħu akkont ta’ l-informazzjoni kollha disponibbli għaliha kemm direttament kif ukoll permezz ta’ l-aġenziji ta’ l-istati membri; billi, sabiex tiġi żgurata l-oġġettivita u sabiex il-prezzijiet c.i.f. li għandhom ikunu ikkalkolati huma rappreżentattivi, ċerta informazzjoni għandha tiġi imwarrba meta il-prezzijiet c.i.f. qed jiġu kkalkolati, b’mod partikolari jekk il-kwantitajiet involuti huma żgħar jew jekk l-oġġetti m’humiex ta’ kwalità tajba u ġusta għas-suq; billi, minħabba illi l-prezzijiet ta’ offerta ta’ l-għasel iswed ħafna drabi jimplikaw termini oħra barra t-trasport c.i.f. Rotterdam, dispożizzjonijiet għandhom isiru għall-aġġustament;

Billi jekk prezzijiet illi huma rapresentattivi tax-xejra attwali tas-suq għandu jingħata kont tagħhom sabiex ikunu stabbiliti l-opportunitajiet ta’ xiri l-aktar favorevoli fuq is-suq dinji, b’mod partikolari fejn informazzjoni limitata biss hija disponibbli, il-Kummissjoni għandha tkun libera li tibbaża l-kalkolazzjonijiet tagħha fuq medja meħuda minn diversi prezzijiet;

Billi sabiex ikunu evitati disturbi tas-suq tal-komunità minħabba alterazzjonjiet f’daqqa u konsiderevoli fl-imposta li ma jirriflettux l-movimenti tal-prezz attwali fuq is-suq dinji, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi, f’ċertu ċirkostanzi u għall-perjodu limitat, li tħalli l-prezz c.i.f. mhux mibdul bħala miżura eċċezzjonali;

Billi il-miżuri provduti f’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Il-kwalità standard ta’ l-għasel iswed għandha:

(a) tkun ta’ kwalità soda u ġusta għas-suq;

(b) jkollha kontent totali taz-zokkor ta’ 48 %.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-prezz c.i.f. għall-għasel iswed kull ġimgħa fuq il-bażi ta’ l-opportunitajiet ta’ xiri l-aktar favorevoli fuq is-suq dinji. Dawn għandhom ikunu stabbiliti skond l-artikoli 3 sa 7.

Artikolu 3

Meta l-opportunitajiet ta’ xiri l-aktar favorevoli fuq is-suq dinji ikunu qed jiġu stabbiliti, għandu jingħata kont ta’ l-informazzjoni kollha fir-rigward ta’:

1. l-offerti fuq is-suq dinji,

2. il-prezzijiet irrekordjati fuq swieq importanti f’pajjizi mhux membri,

3. il-bejgħ konkluż f’negozju internazzjonali li jkun magħruf lill-Kummissjoni jew direttament jew permezz ta’ l-aġenzija ta’ l-Istati Membri.

Artikolu 4

Meta l-opportunitajiet ta’ xiri l-aktar favorevoli fuq is-suq dinji ikunu qed jiġu stabbiliti, l-informazzjoni għandha tiġi skartata:

1. jekk l-oġġetti m’humiex ta’ kwalità soda u ġusta għas-suq, jew

2. jekk il-possibbilità li dawn jinkisbu bil-prezz indikat fl-offerta tkun tirrigwarda biss ma’ kwantità żgħira li m’hiex rappreżentattiva tas-suq, jew

3. jekk ix-xejra ġenerali tal-prezzijiet jew l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni twassal lil din ta’ l-aħħar sabiex tassumi li l-prezz indikat fl-offerta m’huwiex rappreżentattiv tax-xejriet attwali tas-suq.

Artikolu 5

1.  prezzijiet li m’humiex validi għat-trasport bl-ingrossa c.i.f. ►M1  Amsterdam ◄ għandha tiġi aġġustata.

2.  meta l-aġġustament ikun sar, għandu jingħata kont b’mod partikolari tad-differenza fl-ispejjez sabiex titrasporta l-oġġetti bejn il-port tat-tluq u l-port tad-destinazzjoni u bejn il-port ta’ tluq u ►M1  Amsterdam ◄ .

Artikolu 6

Prezzijiet stabbiliti meta l-opportunitajiet ta’ xiri l-aktar favorevoli ikunu qed jiġu stabbiliti u li ma’ jirrigwardawx l-istandard ta’ kwalità għandhom ikunu:

1. miżjuda b’parti waħda minn tmienja u erbgħin għal kull punt ta’ perċentwali tal-kontenut totali taz-zokkor meta l-kontenut taz-zokkor ta’ l-għasel iswed ikkonċernat huwa anqas minn 48 %.

2. imnaqqsa b’parti waħda minn tmienja u erbgħin għal kull punt ta’ perċentwali tal-kontenut totali taz-zokkor meta l-kontenut taz-zokkor ta’ l-għasel iswed ikkonċernat huwa aktar minn 48 %.

Artikolu 7

Meta l-opportunitajiet ta’ xiri l-aktar favorevoli fuq is-suq dinji ikunu qed jiġu stabbiliti, il-medja ta’ diversi prezzijiet tista’ tittieħed bħala bażi basta li din il-medja tkun tista’ titqies bħala rappreżentattiva tax-xejriet attwali tas-suq.

Artikolu 8

Prezz c.i.f. jista’, b’eċċezzjoni, jitħalla mingħajr tibdil għal perjodu limitat fejn il-prezz ta’ l-offerta għall-kwantità partikolari jew ta’ oriġini speċifiku li jkun serva bħala bażi għall-iffissar tal-prezz c.i.f ta’ qabel m’hux disponibbli għall-Kummissjoni meta l-prezz c.i.f li jmiss għandu jiġi iffissat u fejn il-prezzijiet ta’ l-offerta li huma disponibbli u li l-Kummissjoni tikkunsidra li m’humiex rappreżentattivi biżżejjed tax-xejriet attwali tas-suq ikunu jwasslu għal tibdil f’daqqa u konsiderevoli fil-prezz c.i.f.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-istati membri kollha.



( 1 ) ĠU N 308, 18.12.1967, Pġ. 1.

Top