EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/099/10

Ri-notifika ta' konċentrazzjoni li tkun diġà ġiet avżata – (Każ COMP/M.5454 – DSV/vesterhavet/DFDS) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 99, 30.4.2009, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/12


Ri-notifika ta' konċentrazzjoni li tkun diġà ġiet avżata

(Każ COMP/M.5454 – DSV/vesterhavet/DFDS)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 99/10

1.

Fit-30 Jannar 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Vesterhavet A/S (“Vesterhavet” id-Danimarka) u DSV A/S (“DSV” id-Danimarka) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ tal-impriża DFDS A/S (“DFDS”, id-Danimarka) b’mezz ta’ tpartit ta’ ishma.

2.

Din in-notifika ġiet dikjarata bħala mhux kompluta fil-20/02/2009 L-impriżi kkonċernati issa taw l-informazzjoni addizzjonali mitluba. In-notifika tlestiet fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 fil-20 April 2009.

3.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettulha l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart’ijiem wara d-DATE ta’ din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru +32/2/2964301 jew 2967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5454 - DSV/vesterhavet/DFDS, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta’ l-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top