EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0646

Kawża T-646/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2017 – Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il-Kummissjoni (“Dritt istituzzjonali — Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej — Protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi u tisħiħ tad-diversità kulturali u lingwistika fl-Unjoni — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Nuqqas manifest ta’ setgħat leġiżlattivi tal-Kummissjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 4(2)(b) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011”)

ĠU C 86, 20.3.2017, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2017 – Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-646/13) (1)

((“Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - Protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi u tisħiħ tad-diversità kulturali u lingwistika fl-Unjoni - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Nuqqas manifest ta’ setgħat leġiżlattivi tal-Kummissjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 4(2)(b) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011”))

(2017/C 086/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bürgerausschuss für die Bürgerinitiative Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe (rappreżentanti: inizjalment E. Johansson, J. Lund u C. Lund, sussegwentement E. Johansson u T. Hieber, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: H. Krämer, aġent)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér, A. Pálfy u G. Szima, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: B. Ricziová, aġent) u r-Rumanija (rappreżentanti: R. Radu, R. Haţieganu, D. Bulancea u A. Wellman, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 5969 finali, tat-13 ta’ Settembru 2013, li tiċħad it-talba għar-reġistrazzjoni tal-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe”

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 5969 finali, tat-13 ta’ Settembru 2013, li tiċħad it-talba għar-reġistrazzjoni tal-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe”, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Bürgerausschuss für die Bürgerinitiative Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe.

3)

L-Ungerija, ir-Repubblika Slovakka u r-Rumanija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 112, 14.4.2014.


Top