EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0522

Kawża T-522/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – Tsujimoto vs UASI – Kenzo (KENZO ESTATE) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark verbali KENZO ESTATE — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti KENZO — Raġuni relattiva għal rifjut — Reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell — Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni”]

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – Tsujimoto vs UASI – Kenzo (KENZO ESTATE)

(Kawża T-522/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali KENZO ESTATE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti KENZO - Raġuni relattiva għal rifjut - Reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni”])

(2016/C 027/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: A. Wenninger Lenz, W. von der Osten-Sacken u M. Ring, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kenzo (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1363/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kenzo u K. Tsujimoto.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kenzo Tsujimoto huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013


Top