EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023DC0796

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Valutazzjoni madwar l-UE kollha tal-abbozz tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima aġġornati Pass importanti lejn l-objettivi aktar ambizzjużi għall-2030 skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-pjan RePowerEu

COM/2023/796 final

Brussell, 18.12.2023

COM(2023) 796 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Valutazzjoni madwar l-UE kollha tal-abbozz tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima aġġornati






Pass importanti lejn l-objettivi aktar ambizzjużi għall-2030 skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-pjan RePowerEu






1INTRODUZZJONI - PJANIJIET NAZZJONALI INTEGRATI AĠĠORNATI GĦALL-ENERĠIJA U L-KLIMA: PASS IMPORTANTI LEJN IT-TWETTIQ TAL-PATT EKOLOĠIKU U L-PJAN REPOWEREU

Dawn l-aħħar snin urew b’mod ċar il-ħtieġa li l-UE tibqa’ fit-triq it-tajba u timxi aktar malajr fit-triq lejn in-newtralità klimatika, u li tibni sistema tal-enerġija reżiljenti u ekonomija li hija kemm kompetittiva kif ukoll sostenibbli. Ir-rekords il-ġodda tat-temperatura globali u l-avvenimenti estremi tat-temp aktar frekwenti huma evidenza tal-aċċellerazzjoni tal-kriżi klimatika. Wara pandemija, ir-ritorn tal-gwerra fil-kontinent Ewropew u l-agħar kriżi globali tal-enerġija f’deċennji sħaħ heddew is-sigurtà u l-affordabbiltà tal-enerġija, u l-istabbiltà ekonomika fl-Ewropa. B’reazzjoni għal dan it-theddid, l-UE ħadet azzjoni deċiżiva billi aċċellerat l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, stabbiliet fi żmien rekord il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” u l-Pjan REPowerEU. Issa wasal iż-żmien għall-Unjoni, flimkien mal-Istati Membri, sabiex timplimenta dawk l-impenji filwaqt li tappoġġa lill-unitajiet domestiċi u lin-negozji, u tagħmel l-ekonomija tal-UE valida fil-futur u reżiljenti.

Mill-2018, l-Istati Membri tal-UE użaw ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika 1 bħala l-bażi għal sistema ta’ governanza komprensiva sabiex jilħqu l-miri u l-objettivi tal-klima u tal-enerġija tal-UE għall-2030, u sabiex jibnu Unjoni tal-Enerġija reżiljenti adattata sabiex tindirizza l-isfidi tal-futur.

Il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECPs) huma l-għodda ewlenija għall-ippjanar tal-politika strateġika għall-Istati Membri sabiex jiddeskrivu kif se jilħqu l-objettivi u l-miri stabbiliti fl-Unjoni tal-Enerġija u jibqgħu fit-triq it-tajba sabiex jiksbu n-newtralità klimatika u r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima sal-2050. Dawn jipprovdu prevedibbiltà tal-investiment fit-terminu qasir, medju u twil, u huma għodda ewlenija sabiex jiġi mmobilizzat l-investiment enormi meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan kollettiv tan-newtralità klimatika. Il-pjanijiet jgħinu sabiex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tal-UE tkun soċjalment ġusta, u tipprovdi sigurtà u affordabbiltà tal-enerġija.

Lejn l-aħħar tal-2019, l-Istati Membri ssottomettew l-NECPs finali tagħhom. Fl-2023, huma rrieżaminaw u aġġornaw l-NECPs tagħhom għall-ewwel darba sabiex jilħqu ż-żieda fil-miri u fl-objettivi tal-enerġija u tal-klima skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Liġi Ewropea dwar il-Klima, il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” u l-Pjan REPowerEU tal-2022. Il-pjanijiet aġġornati jqisu l-isfidi akbar għal Unjoni tal-Enerġija aktar reżiljenti, inklużi l-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna, u jirriflettu l-impenji internazzjonali tal-UE skont il-Ftehim ta’ Pariġi.

Wara d-diversi sfidi globali li nħolqu f’dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) sabiex tibni ekonomiji tal-UE aktar sostenibbli u reżiljenti. Bi 23 kapitolu dwar ir-REPowerEU adottati bħala parti mill-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRPs) tal-Istati Membri u b’27 RRP riveduti, aktar minn 42 % (EUR 275 biljun) tal-allokazzjoni totali tal-RRFs riveduti se jiffinanzjaw investimenti u riformi li jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika u l-pjan REPowerEU. Dawk ir-riformi jikkontribwixxu direttament għall-objettivi tal-NECPs. L-NECP aġġornat irid jesplora bis-sħiħ is-sinerġiji mal-RRPs.

L-NECPs aġġornati jagħtu lill-Istati Membri l-qafas it-tajjeb sabiex iwettqu l-impenji tagħhom u jilħqu l-miri tal-2030 ta’ tnaqqis domestiku nett ta’ mill-inqas 55 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra; sehem minimu ta’ 42,5 % tal-enerġija rinnovabbli bil-ħsieb li jintlaħaq il-45 %; u t-tnaqqis tal-konsum finali tal-enerġija fil-livell tal-UE bi 11,7 %.

Bi pjanijiet sodi, it-tranżizzjonijiet tal-klima u tal-enerġija jistgħu jsiru strateġija ta’ tkabbir ekonomiku għall-kontinent tagħna, u b’hekk it-tranżizzjoni ssir kompatibbli ma’ futur ekonomiku li jkun stabbli, innovattiv u prosperu li joħloq impjiegi validi fil-futur u reżiljenti. Fid-djalogu iterattiv mal-Istati Membri dwar l-NECPs aġġornati tagħhom, il-Kummissjoni tpoġġi enfasi mġedda u aktar b’saħħitha fuq il-kompetittività, fuq l-innovazzjoni u fuq l-investimenti fl-Unjoni tal-Enerġija, inkluż ambjent regolatorju simplifikat.

Il-Kummissjoni issa vvalutat il-21 abbozz tal-pjan aġġornati sottomessi mill-Istati Membri sa nofs Novembru 2 . Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri issa ssottomettew l-abbozzi tal-pjanijiet aġġornati tagħhom, il-Kummissjoni tesprimi dispjaċir għad-dewmien sinifikanti fis-sottomissjoni ta’ diversi abbozzi tal-pjanijiet 3 li xekklu b’mod sinifikanti l-proċess, u jistieden lill-Istati Membri kollha jirrispettaw l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-pjanijiet finali f’Ġunju 2024.

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tiżvela li l-Istati Membri jinsabu fit-triq it-tajba, iżda għad hemm diskrepanzi fl-ambizzjoni sabiex jintlaħqu l-miri u l-objettivi akbar miftehmin dan l-aħħar għall-2030 fil-politiki dwar il-klima u l-enerġija. Dan ma huwiex sorprendenti fid-dawl taż-żmien qasir bejn il-finalizzazzjoni tal-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” u s-sottomissjoni tal-abbozzi tal-NECPs aġġornati. It-tagħlimiet meħudin fil-proċess kostruttiv u iterattiv tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni fit-tħejjija tal-abbozzi tal-NECPs se jkunu ta’ għajnuna fl-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki, u meta tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri.

Flimkien ma’ din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tippubblika valutazzjonijiet individwali u rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi 4  għal 21 Stat Membru. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jindirizzaw l-elementi neqsin li għandhom jiġu indirizzati fl-NECPs finali sabiex jgħinu lill-Istati Membri jilħqu l-aktar għanijiet riċenti dwar il-klima u l-enerġija li jirriżultaw mill-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” u mir-REPowerEU.

F’konformità mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, il-Kummissjoni vvalutat ukoll l-ambizzjoni kollettiva u l-progress li sar mis-27 Stat Membru fl-ilħuq tal-objettiv tal-UE li sal-2050 tinkiseb in-newtralità klimatika , u dwar il-progress kollettiv li sar fl-adattament għat-tibdil fil-klima. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-konsistenza tal-miżuri nazzjonali ma’ dawn l-objettivi tirfed sett ta’ rakkomandazzjonijiet maħruġ lill-Istati Membri bħala parti minn dan il-pakkett ta’ politika.



Kaxxa 1. Is-sejbiet ewlenin mill-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet aġġornati.

·Minkejja tnaqqis sostanzjali f’dawn l-aħħar snin, l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra (GHG) fl-2030 huma stmati li huma 51 % anqas mill-1990, 4 % punti perċentwali anqas mill-mira ta’ 55 % stabbilita fil-Liġi dwar il-Klima. Filwaqt li l-azzjonijiet tal-Unjoni jgħinu lill-Istati Membri jilħqu dawn il-miri, huma meħtieġa miżuri ta’ abilitazzjoni mill-Istati Membri sabiex jiġu stabbiliti politiki u miżuri suffiċjenti fit-trasport, fil-bini, fl-iskart agrikolu, u sabiex jittejbu l-assorbimenti tal-karbonju. Dan l-isforz addizzjonali huwa meħtieġ sabiex jitneħħew id-diskrepanzi fl-ilħuq tal-miri skont ir-Regolamenti dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi u LULUCF 5 .

·Is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija jista’ jilħaq bejn it-38,6 % u d-39,3 % fl-2030 fil-livell tal-Unjoni. Dan huwa ogħla b’mod sinifikanti mit-32 % stabbiliti fl-RED II, iżda anqas mill-mira vinkolanti ta’ 42,5 % bl-isforz kollettiv sabiex tintlaħaq mira ta’ 45 % stabbilita fl-REDII riveduta tal-2023. Huma veru ftit l-Istati Membri 6 li ssottomettew kontribut li huwa konformi mal-kontribut nazzjonali mistenni tagħhom skont ir-Regolament dwar il-Governanza u l-RED II riveduta.

·Fl-effiċjenza enerġetika, il-konsum finali tal-enerġija tal-2030 fil-livell tal-Unjoni jista’ jilħaq it-814,3-il Mtoe, li jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 5,8 % meta mqabbel mal-projezzjonijiet tal-2030. Dan huwa anqas mil-livell ta’ konsum finali tal-enerġija ta’ 956 Mtoe stabbilit fl-EED tal-2018; madankollu, huwa ogħla mis-763 Mtoe, li jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 11,7 % meta mqabbel mal-projezzjonijiet tal-2030, stabbiliti fl-EED riformulata tal-2023. Ftit Stati Membri biss jipproponu livell suffiċjenti ta’ ambizzjoni dwar il-konsum ta’ enerġija primarja, il-konsum finali tal-enerġija jew it-tnejn 7 .

·Is-sigurtà tal-enerġija hija indirizzata b’mod differenti ħafna fl-abbozzi tal-pjanijiet. L-importazzjonijiet tal-enerġija tal-UE mir-Russja naqsu b’mod sinifikanti, pereżempju, bl-importazzjonijiet Russi tal-gass naturali li naqsu minn sehem ta’ madwar 45 % tal-importazzjonijiet tal-UE fl-2021 għal 15 % matul l-ewwel 10 xhur tal-2023. Madankollu, xi Stati Membri biss jipprovdu pjanijiet dettaljati għal aċċess diversifikat għal sorsi tal-enerġija tal-gass jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. ’Il quddiem, in-naħa tad-domanda tas-settur tal-elettriku u tal-ħżin tal-enerġija ma humiex koperti biżżejjed minkejja l-importanza dejjem akbar tal-flessibbiltà. Ftit Stati Membri stabbilew kif qegħdin jippjanaw għat-tnaqqis gradwali fl-użu taż-żejt u għall-implikazzjonijiet ta’ dan għas-sigurtà tal-enerġija u għall-infrastruttura taż-żejt.

·L-Istati Membri kollha bdew jeliminaw gradwalment il-fjuwils fossili għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, b’mod partikolari l-fjuwils fossili solidi, iżda ftit biss diġà huma ħielsa mill-faħam, u mhux kollha qegħdin jippjanaw li jsiru ħielsa mill-faħam qabel l-2030. Xi Stati Membri jidhru li qegħdin jirtiraw l-impenji preċedenti fil-Pjanijiet Territorjali għal Tranżizzjoni Ġusta approvati mill-Kummissjoni fl-2022. Dwar is-sussidji għall-fjuwils fossili, huwa neċessarju sforz kollettiv mill-Istati Membri sabiex tiġi stabbilita skeda ta’ żmien ċara u kredibbli għall-eliminazzjoni gradwali tagħhom.

·Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jidentifikaw l-adozzjoni tal-flessibbiltà u tar-rispons tad-domanda bħala karatteristika ewlenija tas-suq intern tal-enerġija sabiex tiġi żgurata penetrazzjoni rapida tal-enerġija rinnovabbli u xi Stati Membri ressqu objettivi nazzjonali ċari sabiex jappoġġaw l-adozzjoni ta’ servizzi bħal dawn. Madankollu, objettivi ċari u qafas regolatorju komprensiv sabiex jissaħħu l-grilji tal-elettriku bl-għan li jiġu integrati s-sorsi rinnovabbli u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi sabiex titħeġġeġ l-adozzjoni ta’ assi ta’ flessibbiltà għadhom neqsin f’numru ta’ pjanijiet.

·Sabiex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku, il-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri għadha trid tistabbilixxi objettivi ċari u metodu għad-definizzjoni u għall-valutazzjoni tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli. Is-sinerġiji mal-politiki strutturali tal-enerġija, u b’mod partikolari l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u qafas aktar b’saħħtu għall-awtonomizzazzjoni tal-konsumatur sabiex itaffu l-faqar enerġetiku, lanqas ma huma esplorati biżżejjed.

·Minħabba dawn l-isfidi kollha, il-Kummissjoni se tixħet enfasi mġedda u aktar b’saħħitha fuq ir-riċerka, fuq l-innovazzjoni u fuq il-kompetittività, inkluż fuq it-tħejjija ta’ forza tax-xogħol tas-sengħa. Il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri sabiex tħejji l-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima għal riformi li għandhom l-għan li jżommu l-prezzijiet tal-enerġija nadifa affordabbli għaċ-ċittadini u għall-unitajiet domestiċi. Hemm bżonn ta’ aktar enfasi fuq il-kompetittività u fuq l-innovazzjoni f’dawn il-pjanijiet, f’ambjent regolatorju simplifikat, sabiex in-negozju tal-UE jkun jista’ jikkonċepixxi, jiżviluppa u jespandi l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni għal teknoloġiji nodfa, u tiġi żgurata l-provvista ta’ komponenti u ta’ materjali fil-katina tal-valur kollha, f’konformità mal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti u mal-Att dwar il-Materja Prima Kritika.

·Valutazzjoni solida tal-ħtiġijiet ta’ investiment appoġġata minn miżuri konkreti sabiex jiġi attirat il-finanzjament privat, billi l-biċċa l-kbira tal-investiment neċessarju sabiex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija trid tiġi minn sorsi privati, għadha prinċipalment nieqsa mill-pjanijiet.

·Sabiex jappoġġaw it-tranżizzjoni ġusta, l-Istati Membri pprovdew biss valutazzjoni parzjali tal-impatti soċjoekonomiċi tat-tranżizzjoni klimatika u tal-enerġija fuq l-individwi, fuq l-unitajiet domestiċi u fuq il-kumpaniji, u l-politiki u l-miżuri relatati spiss ma jkollhomx viżjoni strateġika u li tħares ’il quddiem.

·L-iżgurar tal-pilastri tal-Unjoni tal-Enerġija jeħtieġ ukoll reżiljenza għall-impatti fiżiċi tal-klima. Jeħtieġ li jsir aktar fil-pjanijiet finali sabiex jiġu analizzati l-vulnerabbiltajiet u r-riskji klimatiċi rilevanti, sabiex jiġu inklużi l-għanijiet ta’ adattament fid-dimensjonijiet kollha tal-Unjoni tal-Enerġija u sabiex dawn jitqabblu ma’ politiki u ma’ miżuri sodi.

2VALUTAZZJONI TAL-ABBOZZ TA’ PJANIJIET NAZZJONALI INTEGRATI AĠĠORNATI GĦALL-ENERĠIJA U L-KLIMA

2.1Valutazzjoni madwar l-UE tal-abbozzi tal-NECPs aġġornati fir-rigward tal-miri u tal-objettivi tal-enerġija u tal-klima għall-2030 fil-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija

2.1.1Dekarbonizzazzjoni

L-abbozzi tal-NECPs aġġornati qegħdin iqarrbuna għall-ilħuq tal-mira tal-UE ta’ tnaqqis ta’ 55 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030. Madankollu, hemm ħtieġa ċara għal aktar sforzi mill-Istati Membri sabiex jikkomplementaw l-azzjonijiet tal-UE b’politiki suffiċjenti sabiex titneħħa d-diskrepanza li fadal. Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta fl-abbozzi tal-NECPs aġġornati, l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra fl-2030 huma stmati li se jkunu 51 % anqas mill-1990 8 , 4 % punti perċentwali anqas mill-mira ta’ 55 % stabbilita fil-Liġi dwar il-Klima 9 . Meta jitqies il-kontribut kollu tal-Użu tal-Art, tat-Tibdil fl-Użu tal-Art, u tal-Forestrija (LULUCF) ogħla mil-limitu ta’ 225 Mt ekwivalenti ta’ CO2, it-tnaqqis jilħaq -51,7 %. It-trajettorja identifikata fl-abbozzi tal-NECPs aġġornati hija mistennija li mhix se tilħaq in-newtralità klimatika fl-2050 10 . Filwaqt li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-UE naqsu bi 32,5 % 11 mill-1990, l-analiżi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mbassrin fl-abbozzi tal-NECPs aġġornati tenfasizza l-ħtieġa għal bidla fil-pass. It-tnaqqis tal-emissjonijiet sal-2030 issa jeħtieġ li jipproċedi bi kważi tliet darbiet aktar mit-tnaqqis annwali medju miksub matul l-aħħar 10 snin.

L-abbozz tal-NECPs aġġornat huwa pass fid-direzzjoni t-tajba sabiex tintlaħaq l-ambizzjoni akbar skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR), iżda għad trid tiġi indirizzata diskrepanza sinifikanti fl-NECPs finali. Skont l-ESR, l-emissjonijiet mit-trasport domestiku (eskluża l-avjazzjoni), mill-bini, mill-agrikoltura, mill-industrija żgħira u mill-iskart iridu jitnaqqsu b’40 % sal-2030 meta mqabblin mal-2005. L-aggregazzjoni tal-projezzjonijiet disponibbli turi li l-emissjonijiet jonqsu bi 33,8 % fl-2030 (meta mqabblin mal-livelli tal-2005), 6,2 punti perċentwali anqas mill-mira tal-UE 12 . Il-Kroazja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Lussemburgu, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja biss ma jipprevedux diskrepanza fil-mira nazzjonali tal-ESR tagħhom għall-2030, mingħajr ma jqisu l-flessibbiltajiet li jistgħu jużaw skont l-ESR 13 . Fl-istess ħin, ftit Stati Membri biss iqisu s-sistema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS2) fil-pjanijiet u fix-xenarji ta’ projezzjoni tagħhom (Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Franza, l-Ungerija, il-Litwanja, ir-Rumanija). L-ETS2, li tkopri b’mod speċjali l-fjuwils użati għall-kombustjoni fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq, se tipprovdi inċentiv ulterjuri sabiex jintlaħqu l-miri tal-ESR.

Il-maġġoranza tal-abbozzi tal-NECPs aġġornati ma jurux biżżejjed ambizzjoni u azzjoni fuq l-art. Ftit li xejn Stati Membri juru perkors konkret sabiex jilħqu l-miri nazzjonali tagħhom għall-assorbimenti netti 14 , jew azzjonijiet suffiċjenti sabiex jgħinu lill-bdiewa, lill-forestiera u lil partijiet ikkonċernati oħrajn fil-bini ta’ mudelli ta’ negozju sostenibbli f’konformità ma’ dawn il-miri. L-aggregazzjoni tal-projezzjonijiet tal-LULUCF turi li l-assorbimenti netti ġenerali xorta jwasslu għal diskrepanza ta’ madwar -40 sa -50 Mt ekwivalenti ta’ CO2 meta mqabblin mal-mira tal-2030 ta’ -310 Mt ekwivalenti ta’ CO2 15 . Għad hemm tħassib partikolari għar-Repubblika Ċeka, għall-Estonja, għall-Finlandja u għal Franza, fejn ix-xejra ġenerali ta’ tnaqqis tal-assorbimenti netti sal-2025 jista’ jkollha impatt fuq il-kisba tal-miri tal-2030, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE. Minflok, pjanijiet oħrajn juru l-ambizzjoni t-tajba f’termini ta’ kwantifikazzjoni tal-impatti tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima ta’ diversi politiki u miżuri (il-Litwanja), u politiki siewja bħat-tixrib mill-ġdid jew il-miri ta’ restawr fuq it-torbiera (id-Danimarka, Spanja, in-Netherlands u l-Ġermanja). Kważi l-Istati Membri kollha jeħtieġ li jtejbu l-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tagħhom sabiex jiżguraw ir-robustezza u t-titjib fl-integrazzjoni tal-politika tal-leġiżlazzjoni riveduta. Fl-aħħar nett, il-bijodiversità, ir-restawr tan-natura u s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għandhom jiġu integrati aħjar fil-pjanijiet, sabiex jittejbu l-bjar ta’ karbonju u r-reżiljenza. L-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament tal-UE dwar prodotti li ma jinvolvux id-deforestazzjoni se tikkontribwixxi wkoll sabiex tiġi miġġielda din ix-xejra 16 .

In-nuqqas ta’ tnaqqis fl-l-emissjonijiet fil-qasam tat-trasport jitlob aktar azzjoni dedikata. Ftit pjanijiet biss inkludew mira ġenerali għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tat-trasport (l-Estonja, in-Netherlands, l-Iżvezja). Minkejja dan, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri inkludew firxa wiesgħa ta’ miżuri, li jvarjaw mill-elettrifikazzjoni tat-trasport u l-introduzzjoni ta’ infrastruttura b’emissjonijiet żero għat-toroq, għall-ferroviji, għall-portijiet u għall-ajruporti kif ukoll miżuri li jippromwovu bidliet modali inkluż lejn it-trasport pubbliku u l-mobbiltà mhux motorizzata. Billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-egżost, tali miżuri se jġibu wkoll benefiċċji diretti permezz tat-titjib tal-kwalità tal-arja. L-Istati Membri kollha inkludew miżuri dwar l-adozzjoni tal-elettromobbiltà, b’xi wħud (eż. Spanja u n-Netherlands), li inkludew miri dedikati għall-vetturi elettriċi (EV) sal-2030. Madankollu, xi Stati Membri (eż., l-Italja, Franza, il-Ġermanja) għad għandhom skemi ta’ appoġġ għall-vetturi li jaħdmu bil-fjuwils fossili. Barra minn hekk, diversi pjanijiet ma inkludewx miżuri speċifiċi sabiex jappoġġaw il-produzzjoni u l-varar ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF) sabiex jikkontribwixxu għar-Regolament dwar l-Avjazzjoni ReFuelEU 17 . Il-kapitoli tal-Istati Membri dwar ir-REPowerEU skont il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza jikkontribwixxu wkoll għall-mobbiltà sostenibbli, u l-NECPs finali għandhom ikunu konsistenti ma’ investimenti u ma’ riformi bħal dawn.

Dwar l-azzjoni għall-emissjonijiet mhux tas-CO2, li jammontaw għal 30 % tal-emissjonijiet skont l-ESR fl-2021 18 , l-isforz muri fl-abbozzi tal-NECPs huwa mħallat. Il-pjanijiet tal-Kroazja, tad-Danimarka, ta’ Franza, tal-Ġermanja, tal-Litwanja u tan-Netherlands jindirizzaw firxa relattivament kompluta ta’ sorsi mhux tas-CO2. Il-Litwanja tidentifika wkoll objettivi ċari għall-emissjonijiet mhux tas-CO2 fl-immaniġġjar tal-iskart u fl-emissjonijiet agrikoli. Madankollu, oħrajn, bħall-Estonja, l-Ungerija, is-Slovenja u r-Rumanija, jeħtieġu azzjoni addizzjonali sabiex inaqqsu l-emissjonijiet mhux tas-CO2.

Fil-livell tal-UE, l-emissjonijiet agrikoli b’mod ġenerali qegħdin jistaġnaw, anki jekk il-pjanijiet nazzjonali juru stampa aktar diversifikata. Anke meta l-pjanijiet jinkludu sett komprensiv ta’ politiki u ta’ miżuri, u f’diversi każijiet anke miri speċifiċi dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet agrikoli, l-emissjonijiet imbassrin jidhru li qegħdin jonqsu bil-mod ħafna, filwaqt li jitqies ukoll l-istaġnar tagħhom fl-aħħar 10 snin. Dan jitlob miżuri addizzjonali sabiex jiġu indirizzati l-emissjonijiet agrikoli u l-kwantifikazzjoni tal-impatt mistenni tagħhom. Meta jiffinalizzaw l-NECPs, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu aħjar is-sinerġiji mal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali tal-politika agrikola komuni (CSPs) tagħhom u jispjegaw l-approċċ nazzjonali integrat sabiex iżidu l-isforz.

L-esplorazzjoni ulterjuri tal-benefiċċji tal-politiki ambjentali tista’ ssaħħaħ l-NECPs finali, b’mod partikolari dwar it-tniġġis tal-arja, l-ilma u l-ekonomija ċirkolari. Aktar minn nofs l-abbozzi tal-pjanijiet ma jinkludux l-informazzjoni meħtieġa dwar l-impatt tal-politiki fuq l-emissjonijiet imbassrin tas-sustanzi niġġiesa tal-arja ewlenin irregolati skont id-Direttiva dwar l-Impenji Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Emissjonijiet 19 , u lanqas fuq l-allinjament tal-Programm Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja (NAPCP) mal-programmi dwar l-enerġija u l-klima. B’mod simili, il-biċċa l-kbira tal-pjanijiet jibbenefikaw mill-integrazzjoni tal-prinċipji u tal-prattiki tal-politiki dwar l-ilma u l-ekonomija ċirkolari, għall-potenzjal tagħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u jrawmu awtonomija strateġika u adattament għat-tibdil fil-klima. Il-pjanijiet għandhom iqisu wkoll prattiki oħrajn tal-ekonomija ċirkolari mill-immaniġġjar tal-iskart, inklużi l-ekodisinn u l-mudelli ta’ negozju ċirkolari, għall-prevenzjoni u għat-tnaqqis b’mod aktar effettiv tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

Filwaqt li l-pjanijiet tagħhom juru xi impenn għall-appoġġ tal-kompetittività tal-industrija matul il-proċess ta’ dekarbonizzazzjoni, l-Istati Membri ma jiħdux vantaġġ sħiħ mill-qafas tal-NECP sabiex jistabbilixxu strateġija integrata komprensiva. Madankollu, madwar nofs il-pjanijiet, tal-anqas jiddeskrivu strateġija bħal din. Il-maġġoranza tal-Istati Membri kienu jinkludu miżuri għall-varar tal-idroġenu, u għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-industriji intensivi fl-enerġija, f’xi każijiet marbutin mal-Pjanijiet tagħhom għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRPs).

Il-Qbid, l-Użu u l-Ħżin tal-Karbonju (CCS) neċessarjament se jikkontribwixxu sabiex tintlaħaq in-newtralità klimatika, speċjalment għall-emissjonijiet minn proċessi industrijali diffiċli sabiex jitrażżnu, fejn dawn jistgħu jappoġġaw il-kompetittività tal-industrija. Tmien Stati Membri pprovdew projezzjonijiet tal-volumi ta’ CO2 li għandhom jinqabdu (il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Litwanja u n-Netherlands), li jibdew saħansitra mill-2025 (aggregati għal 15,2-il Mt CO2 kull sena). B’kollox, l-Istati Membri qegħdin jippjanaw li jaqbdu 34,1 Mt CO2 kull sena sal-2030, li minnhom 5,1 Mt CO2 minn sorsi bijoġeniċi. Dan jitqabbel ma’ kapaċità ġenerali ta’ injezzjoni stmata mill-Istati Membri ta’ 39,3 MT fis-sena fl-2030. Diversi pjanijiet aġġornati jirriflettu l-ħtieġa li jiġi żviluppat network ta’ pipelines tas-CO2.

Is-COP 28 20 , li bniet fuq il-Patt Klimatiku ta’ Glasgow 21 , tat momentum qawwi għat-tranżizzjoni lil hinn mill-fjuwils fossili, sabiex jiġu eliminati gradwalment is-sussidji għall-fjuwils fossili, u għall-approvazzjoni tad-deċiżjoni li tittrippla globalment il-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli u tirdoppja l-medja globali tar-rata annwali tat-titjib fl-effiċjenza enerġetika sal-2030. L-abbozzi tal-NECPs aġġornati jikkonfermaw li l-Istati Membri kollha bdew jeliminaw gradwalment l-użu tal-fjuwils fossili solidi, b’mod partikolari għall-ġenerazzjoni tal-enerġija. Xi Stati Membri diġà huma ħielsa mill-faħam u bosta impenjaw irwieħhom li jeliminaw gradwalment il-faħam sal-2030. Madankollu, xi Stati Membri (bħall-Kroazja, il-Ġermanja u r-Rumanija) qegħdin jippjanaw li jużaw il-fjuwils fossili solidi ferm lil hinn mill-2030.

Is-sussidji għall-fjuwils fossili għadhom ostaklu ewlieni għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jżommu lura l-kapaċità tal-UE li tilħaq l-objettivi klimatiċi tagħha. Bħala sussidji oħrajn li jagħmlu ħsara lill-ambjent, dawn jikkontradixxu l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u jfixklu l-mekkaniżmi tas-suq. Fuq il-bażi tal-analiżi tal-Kummissjoni, huwa neċessarju sforz kollettiv mill-Istati Membri kollha sabiex jiġi spjegat kif qed jippjanaw li jeliminaw gradwalment is-sussidji għall-fjuwils fossili u sabiex jistabbilixxu skeda ta’ żmien ċara u kredibbli għall-eliminazzjoni gradwali rapida tagħhom, filwaqt li jadottaw il-miżuri anċillari meħtieġa sabiex jipproteġu lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli u jissalvagwardjaw il-kompetittività.

Jeħtieġ li jitwettaq aktar xogħol fil-pjanijiet finali sabiex jiġu analizzati l-vulnerabbiltajiet u r-riskji klimatiċi rilevanti, sabiex jiġu inklużi l-għanijiet ta’ adattament fid-dimensjonijiet kollha tal-Unjoni tal-Enerġija u sabiex dawn jitqabblu ma’ politiki u ma’ miżuri sodi. Il-Finlandja, il-Lussemburgu u Spanja biss analizzaw l-aktar vulnerabbiltajiet u riskji klimatiċi rilevanti u pproponew politiki u miżuri relatati. Barra minn hekk, il-Greċja, il-Lussemburgu u Spanja biss iddeskrivew kif xieraq ir-rabta bejn l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u l-adattament għat-tibdil fil-klima. Ħames Stati Membri biss (il-Finlandja, Franza, il-Greċja, il-Lussemburgu u l-Portugall) għamlu biżżejjed permezz tal-politiki u l-miżuri ta’ adattament tagħhom sabiex jilħqu l-objettivi strateġiċi nazzjonali tagħhom. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma stabbilewx f’biżżejjed dettall il-politiki u l-miżuri tagħhom relatati mal-ġestjoni tal-ilma u mal-impatti tal-iskarsezza tal-ilma staġunali, tas-sħana, tan-nixfa jew tal-avvenimenti tat-temp fuq il-produzzjoni u fuq l-interruzzjonijiet tal-enerġija.

L-elementi ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri għandhom jissaħħu fil-pjanijiet finali. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri rrapportaw xi informazzjoni dwar ir-rabtiet bejn l-NECPs u l-oqfsa tagħhom għall-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri, pereżempju b’referenza għal pjanijiet ta’ tħejjija għar-riskji għas-settur tal-elettriku, il-kunsiderazzjoni tar-riskji għaċ-ċibersigurtà, u l-inklużjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-provvista. Ċipru, l-Estonja, is-Slovakkja u n-Netherlands ma koprewx dan l-aspett.

2.1.2Enerġija rinnovabbli

L-Unjoni għandha fis-seħħ il-kundizzjonijiet neċessarji kollha sabiex tiżgura li tibqa’ attur globali kompetittiv u diġà tmexxi minn quddiem l-isforzi tad-dinja fil-varar tal-enerġija rinnovabbli. Issa l-Unjoni hija impenjata li żżid il-mira kumplessiva tagħha għall-enerġija rinnovabbli għal tal-anqas 42,5 % bi sforz sabiex tilħaq il-45 % sal-2030.

Il-livell ta’ ambizzjoni ppreżentat mill-Istati Membri 22  jammonta għal sehem tal-enerġija rinnovabbli (RES) ta’ bejn 38,6 % u 39,3 % fl-2030 fil-livell tal-Unjoni. Dan huwa ferm ogħla mit-32 % fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED II) 23 ; madankollu, huwa anqas mis-sehem vinkolanti ta’ 42,5 % stabbilit fl-RED II riveduta 24 . L-isforzi ta’ ċerti Stati Membri li qegħdin imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ ma humiex biżżejjed sabiex jikkumpensaw għall-kontributi ta’ dawk li ma ssottomettewx pjanijiet, jew ta’ dawk li qegħdin jibqgħu lura mil-livell ta’ ambizzjoni meħtieġ tagħhom. B’riżultat ta’ dan, hemm diskrepanza fl-ambizzjoni għall-EU27 u l-Istati Membri jeħtieġ li jżidu l-kontributi tagħhom fl-NECPs aġġornati finali tagħhom sabiex jilħqu b’mod kollettiv il-mira vinkolanti tal-UE għall-enerġija rinnovabbli sal-2030.

Jeżistu differenzi kbar bejn il-kontributi tal-Istati Membri għall-mira tal-RES tal-UE kif ippreżentata u s-sehem tal-RES li jirriżulta mill-formula fl-Anness II tar-Regolament dwar il-Governanza 25 . Seba’ Stati Membri biss (id-Danimarka, Spanja, l-Estonja, il-Greċja, l-Italja, il-Litwanja u l-Lussemburgu) ippreżentaw kontribut li huwa konformi mal-kontribut nazzjonali mistenni tagħhom jew ogħla minnu.

Kważi l-Istati Membri kollha indikaw trajettorji għat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli sal-2030 u f’xi każijiet sal-2040 u sal-2050 b’ħafna minnhom li ffokaw b’qawwa fuq iż-żieda fl-adozzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli, b’mod partikolari għall-enerġija eolika u solari. Pereżempju, il-Litwanja u l-Estonja qegħdin jippjanaw li jilħqu sehem ta’ 100 % mill-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-elettriku tagħhom fl-2030 u d-Danimarka qiegħda tistenna li saħansitra tmur lil hinn minn dan b’117 %. Ħafna Stati Membri jqisu l-importanza tal-enerġija solari u għandhom pjanijiet sabiex jippromwovu l-adozzjoni tagħha l-aktar fis-settur residenzjali permezz ta’ inċentivi u proċeduri simplifikati għall-ħruġ ta’ permessi. Dan huwa kontribut importanti għall-objettivi tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Enerġija Solari 26 . Il-Portugall biss jipprovdi mira indikattiva ta’ 0,2 GW għall-iżvilupp tal-enerġija mill-oċeani sabiex jikkontribwixxi għall-objettiv ta’ 1 GW tal-enerġija mill-oċeani sal-2030. 27 L-Istati Membri huma mħeġġin jinkludu t-trajettorji neqsin, l-ippjanar bir-reqqa u l-kapaċitajiet installati fil-mira għall-varar ta’ teknoloġiji rinnovabbli għall-10 snin li ġejjin, b’perspettiva sal-2040, fl-NECPs finali tagħhom. Dan huwa partikolarment importanti għall-enerġija mir-riħ fil-kuntest tal-objettivi tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Enerġija mir-Riħ 28 .

L-Istati Membri jagħtu d-dettalji dwar il-politiki u l-miżuri fi gradi differenti fl-abbozzi tal-NECPs aġġornati tagħhom. It-tneħħija tal-ostakli għall-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija (PPAs) hija essenzjali sabiex jiġi żgurat il-varar tal-enerġija rinnovabbli bbażat fuq is-suq. Pereżempju, l-Estonja u Spanja għandhom l-għan li jippromwovu investimenti privati sabiex ivaraw l-enerġija rinnovabbli permezz ta’ ftehimiet bħal dawn.

Dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ permessi għal sorsi rinnovabbli, diversi Stati Membri inkludew miżuri sabiex jissimplifikaw il-proċeduri għall-għoti tal-permessi billi jistabbilixxu punt ta’ kuntatt uniku diġitali (eż. Ċipru), billi jgħaqqdu l-permessi individwali f’wieħed (eż., in-Netherlands) u billi jżidu l-allokazzjoni tar-riżorsi lill-awtoritajiet għall-għoti tal-permessi (eż., il-Finlandja). Barra minn hekk, xi Stati Membri għandhom abbozzi ta’ pjanijiet b’saħħithom sabiex jappoġġaw id-deżinjazzjoni ta’ żoni ta’ aċċellerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli (eż., l-Estonja, il-Kroazja, l-Italja u l-Portugall). Xi Stati Membri pprovdew ukoll informazzjoni dwar l-immappjar ta’ teknoloġiji speċifiċi (eż., l-enerġija mir-riħ mill-Iżvezja).

Madwar nofs l-abbozzi tal-pjanijiet jinkludu miri jew projezzjonijiet 29 għaż-żieda fis-sehem tal-RES fit-tisħin u fit-tkessiħ li huma b’mod ċar konformi maż-żieda vinkolanti 30 . Barra minn hekk, sitt pjanijiet biss jinkludu miri xierqa għat-tisħin u għat-tkessiħ distrettwali, sitta jipprovdu mira għall-bini u ħamsa biss ressqu mira għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-industrija. Il-pompi tas-sħana huma enfasizzati f’diversi pjanijiet bħala l-kontribut ewlieni għas-sehem tas-sorsi rinnovabbli tat-tisħin u tat-tkessiħ, filwaqt li hija meħtieġa aktar informazzjoni dwar l-abilitazzjoni tal-integrazzjoni bejn in-networks tal-elettriku u tat-tisħin u t-tkessiħ. Is-sorsi tal-enerġija ġeotermali jissemmew f’diversi abbozzi tal-pjanijiet f’diversi taqsimiet, b’mod partikolari għat-tisħin u għat-tkessiħ (eż., Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, is-Slovakkja), iżda mingħajr ebda dettall sinifikanti dwar il-miżuri sabiex jiġu varati.

Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jinkludu trajettorji għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-trasport, filwaqt li ftit biss (eż. ir-Repubblika Ċeka, Franza) jipprovdu informazzjoni dwar it-trajettorja għat-tnaqqis fl-intensità ta’ gassijiet serra fit-trasport. Huma veru ftit l-Istati Membri (eż. l-Italja) li allinjaw il-pjanijiet tagħhom mal-miri l-ġodda stabbiliti fl-RED II riveduta u mal-bidliet fl-istruttura fil-mira.

Barra minn hekk, għad hemm potenzjal kbir mhux esplorat sabiex tiġi promossa ulterjorment il-kapaċità tal-elettrolizzaturi għall-idroġenu rinnovabbli 31 u għall-prodotti relatati fis-setturi tad-domanda, inkluż permezz ta’ sħubijiet internazzjonali għall-importazzjonijiet tal-idroġenu f’konformità mal-objettivi tal-Pjan REPowerEU. Madankollu, diversi Stati Membri ppjanaw li jieħdu passi ulterjuri f’dan ir-rigward. Pereżempju, il-Ġermanja diġà laħqet ftehim man-Norveġja sabiex tippermetti l-importazzjoni fit-tul tal-idroġenu rinnovabbli. Id-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands, Spanja u l-Portugall waħedhom għandhom l-għan li b’kollox jiżviluppaw bejn 38 u 40 GW tal-kapaċità tal-elettrolizzaturi għall-promozzjoni tal-idroġenu rinnovabbli.

Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma jsemmux b’mod espliċitu l-miżuri nazzjonali li jiżguraw is-sostenibbiltà tal-bijoenerġija li jkopru l-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-RED II riformulata. Fil-projezzjonijiet tagħhom,il-biċċa l-kbira tal-abbozzi tal-pjanijiet ikopru l-provvista tal-bijomassa, id-domanda għal kull settur sal-2030 jew saħansitra sal-2040, u l-provvista tal-bijomassa skont il-materja prima u l-oriġini. Madankollu, ftit li xejn kienu l-Istati Membri li għamlu riferiment għall-prinċipju ta’ kaskata. Il-biċċa l-kbira tal-abbozzi tal-NECPs aġġornati ma jinkludux il-provvista domestika tal-bijomassa forestali għal skopijiet tal-enerġija fl-2021-2030, u lanqas l-użu projettat tal-bijomassa forestali għall-produzzjoni tal-enerġija skont ir-Regolament LULUCF rivedut, b’mod partikolari għall-2026-2030. Kważi l-Istati Membri kollha jsemmu l-bijometan, iżda huma biss anqas minn nofs l-Istati Membri li kkwantifikaw l-objettivi nazzjonali tal-bijometan għall-2030 u dan jammonta biss għal madwar 15-il bcm 32 . Franza tippreżenta l-aktar suq tal-bijometan li qiegħed jikber malajr b’qafas ta’ żvilupp tal-bijometan elaborat sew. Kemm l-Italja kif ukoll id-Danimarka rrapportaw ammonti li ammontaw għal aktar minn terz tat-total tal-UE li jippermettu tnaqqis ulterjuri tal-importazzjonijiet tal-gass fossili sal-2030.

2.1.3Effiċjenza enerġetika

Skont il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” u l-Pjan REPowerEU, l-UE stabbiliet mira sabiex sal-2030 tnaqqas il-konsum tal-enerġija bi 11,7 % meta mqabbel mal-projezzjonijiet tax-Xenarju ta’ Referenza tal-UE tal-2020, kif stabbilit fid-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika (Direttiva EED riformulata) adottata reċentement 33 . Meta mqabbel ma’ dan il-livell ġdid ta’ ambizzjoni, fl-2021 il-konsum tal-enerġija tal-UE kien 31,9 % ogħla mill-mira indikattiva tal-2030 għall-konsum tal-enerġija primarja u 26,9 % ogħla mill-mira vinkolanti tal-2030 għall-konsum finali tal-enerġija.

Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jissottomettu kontributi nazzjonali għall-miri tal-UE għall-effiċjenza enerġetika sal-2030 fl-abbozzi tal-NECPs aġġornati tagħhom, iżda ftit Stati Membri biss jipproponu livell suffiċjenti ta’ ambizzjoni jew dwar il-konsum tal-enerġija primarja (jiġifieri l-Ġermanja u n-Netherlands) jew il-konsum finali tal-enerġija (eż., l-Estonja u r-Rumanija), jew it-tnejn (jiġifieri, ir-Repubblika Ċeka, Franza, l-Italja, il-Litwanja) f’konformità mal-EED riformulata.

Fuq il-bażi tal-kontributi nazzjonali sottomessi mill-Istati Membri 34 , l-UE hija mistennija tilħaq livell ta’ konsum finali tal-enerġija li jammonta għal 814,3-il Mtoe fl-2030 li huwa anqas mil-livell ta’ konsum finali tal-enerġija ta’ 956 Mtoe stabbilit fl-EED tal-2018 35 ; iżda ogħla mis-763 Mtoe tal-EED riformulata. Dan jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 5,8 % meta mqabbel mal-projezzjonijiet tal-2030 li huwa ferm anqas mit-tnaqqis ta’ 11,7 % stabbilit fl-EED riformulata. It-tnaqqis huwa prinċipalment riżultat tal-isforzi tal-Istati Membri li wiegħdu aktar tnaqqis fil-konsum tal-enerġija għall-2030. Madankollu, dan l-isforz ma huwiex biżżejjed sabiex jikkumpensa għall-kontributi ta’ dawk l-Istati Membri li ma jilħqux l-ambizzjoni, jew li ma pprovdewx kontributi nazzjonali dwar l-effiċjenza enerġetika fl-abbozz tal-NECP aġġornat tagħhom.

Il-valutazzjoni aggregata preliminari turi diskrepanza sostanzjali fil-kisba tal-miri tal-UE għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 kemm għall-konsum tal-enerġija primarja kif ukoll għall-konsum finali tal-enerġija. Għall-konsum tal-enerġija primarja, hemm diskrepanza ta’ 75 Mtoe mill-mira indikattiva tal-UE għall-2030. Għall-konsum finali tal-enerġija, id-diskrepanza hija ta’ 53,1 Mtoe mill-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-2030.

L-NECPs aġġornati finali se jkollhom jinkludu kontributi aktar ambizzjużi għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 u jindikaw trajettorji ċari għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija. Huwa neċessarju li l-Istati Membri jiddefinixxu aħjar ukoll l-oqfsa ta’ politika nazzjonali ġenerali li fuqhom huma bbażati l-kontributi nazzjonali sabiex jistabbilixxu pjan kredibbli sabiex jintlaħaq il-livell ta’ ambizzjoni propost mill-UE. Dan japplika b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija, filwaqt li jitqies ukoll l-ammont rivedut tal-iffrankar kumulattiv tal-enerġija mill-użu finali li għandu jinkiseb sal-2030, u r-rwol eżemplari tas-settur pubbliku, bid-dettalji tal-informazzjoni rilevanti dwar it-tnaqqis ippjanat tal-konsum tal-enerġija mill-korpi pubbliċi kollha u r-rinnovazzjoni tal-bini pubbliku.

L-istrateġija tal-Unjoni dwar l-effiċjenza enerġetika hija bbażata fuq il-“prinċipju l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” 36 , li jagħmel l-effiċjenza enerġetika prijorità ewlenija fit-tfassil kollu tal-politika. Huwa importanti li l-NECPs aġġornati finali jkunu aktar espliċiti fl-ispjegazzjoni ta’ kif l-Istati Membri se jimplimentaw dan il-prinċipju. Il-prinċipju tal-effiċjenza enerġetika huwa rifless f’diversi oqsma ta’ politika fl-abbozz aġġornat tal-NECP ta’ Ċipru, filwaqt li l-Greċja, Spanja, il-Litwanja, il-Lussemburgu u r-Rumanija koprew il-prinċipju tal-anqas f’xi oqsma ta’ politika fl-abbozzi tal-NECPs aġġornati tagħhom. Fl-istess ħin, diversi abbozzi tal-pjanijiet ma semmew l-ebda forma tal-prinċipju.

Fis-settur tal-bini, il-pjan dwar il-mira klimatika tal-UE u l-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” stabbilew il-viżjoni għall-kisba ta’ stokk tal-bini b’emissjonijiet żero sal-2050 37 . Iċ-ċiklu kurrenti għall-aġġornament tal-NECPs huwa opportunità għall-Istati Membri sabiex jaġġornaw l-istrateġiji tagħhom ta’ rinnovazzjoni fit-tul għall-2020 38 . L-ambizzjoni aġġornata għandha tinkludi l-istabbiliment ta’ objettivi intermedji għall-2030 u għall-2040 u ta’ indikaturi bħall-użu ġenerali tal-enerġija fis-settur tal-bini, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u r-rati ta’ rinnovazzjoni. Din l-ambizzjoni għandha tkun sostnuta minn politiki, minn miżuri u minn appoġġ ta’ finanzjament suffiċjenti, filwaqt li jitqiesu l-kapaċitajiet tas-settur u l-ostakli ewlenin.

Ċipru, il-Greċja, il-Lussemburgu u n-Netherlands biss s’issa aġġornaw il-livell ta’ ambizzjoni fl-istrateġiji ta’ rinnovazzjoni fit-tul tagħhom. Dawn il-pajjiżi jirriflettu wkoll id-Direttiva riformulata dwar l-Effiċjenza Enerġetika, id-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija rinnovabbli u d-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija b’mod koerenti u sistematiku. In-Netherlands iżidu l-livell ta’ ambizzjoni stabbilit fl-objettiv intermedju tad-dekarbonizzazzjoni tagħhom għall-bini sal-2030 u sal-2050. Il-Lussemburgu u l-Greċja jissottomettu ambizzjoni riveduta tal-iffrankar tal-enerġija u Ċipru jissottometti miżuri ġodda u aġġornati. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jirreferu biss għall-aspetti ewlenin tal-istrateġiji ta’ rinnovazzjoni fit-tul tal-2020. Għalhekk, fl-NECPs aġġornati finali tagħhom, l-Istati Membri jeħtieġ li jagħtu deskrizzjoni aktar ċara u estimu kwantitattiv tal-politiki u tal-miżuri relatati mal-bini f’termini ta’ finanzjament, ta’ kostijiet u ta’ impatti fuq l-iffrankar tal-enerġija u tal-emissjonijiet.

2.1.4Sigurtà tal-Enerġija

L-aħħar sentejn enfasizzaw b’mod partikolari l-importanza tal-ippjanar strateġiku għad-dimensjoni tas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni tal-Enerġija. Is-sigurtà tal-enerġija hija indirizzata b’mod differenti ħafna fl-abbozzi tal-pjanijiet ivvalutati, u dan ifixkel analiżi komprensiva fil-livell tal-UE. L-NECPs aġġornati finali jibbenefikaw mill-użu ta’ indikaturi aktar armonizzati kif indikat ukoll fil-Gwida maħruġa mill-Kummissjoni f’Diċembru 2022 39 .

Il-gass naturali xorta waħda kien jammonta għal 24 % tat-taħlita tal-enerġija primarja tal-UE fl-2021 40 . Ir-Russja kienet il-fornitur ewlieni tal-gass tal-UE, u kienet tipprovdi madwar 45 % tal-importazzjonijiet tal-UE fl-2021. Wara l-gwerra tal-invażjoni tagħha kontra l-Ukrajna, ir-Russja kienet tirrappreżenta 15 % jew 32 bcm tal-importazzjonijiet kollha tal-gass tal-UE, matul l-ewwel 10 xhur tal-2023 41 . Fuq il-bażi tal-abbozzi tal-pjanijiet aġġornati, il-produzzjoni nazzjonali tal-gass hija mistennija tiżdied fil-Kroazja, fl-Italja u fis-Slovakkja. Dawn il-pajjiżi, flimkien mar-Rumanija, qegħdin jippjanaw ukoll li jżidu l-kapaċitajiet ta’ ħżin tal-gass taħt l-art jew l-interkonnessjonijiet tal-gass li se jsaħħu s-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-UE.

Xi Stati Membri biss jipprovdu biżżejjed dettalji fil-pjanijiet tagħhom sabiex jiżguraw portafoll diversifikat ta’ fornituri tal-gass (eż., il-Finlandja, l-Italja, il-Portugall), anki jekk f’diversi każijiet jistabbilixxu ambizzjonijiet għoljin għall-iżvilupp ta’ gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju (eż., id-Danimarka, Franza u l-Italja għall-bijometan). Fir-rigward tat-tħejjija għar-riskji u għall-kriżijiet fis-settur tal-gass, il-Kummissjoni Ewropea tinnota li, fil-ħin tal-kitba, xi Stati Membri huma tard fis-sottomissjoni tal-Valutazzjonijiet tar-Riskju Komuni u Nazzjonali tagħhom, fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni Preventiva tagħhom u fil-Pjanijiet ta’ Emerġenza tagħhom , u tħeġġiġhom jissottomettu l-pjanijiet tagħhom mill-aktar fis possibbli 42 .

Fil-provvista tal-elettriku, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jeħtieġ li jagħtu dettalji u jindirizzaw l-impatt tas-sostituzzjoni gradwali tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-fjuwils fossili (l-aktar il-faħam u l-gass) b’sorsi tal-enerġija rinnovabbli (l-aktar ir-riħ u x-xemx) fil-pjanijiet aġġornati finali tagħhom, b’mod partikolari fuq l-istabbiltà tas-sistema tal-elettriku tagħhom, inklużi l-impatti fuq l-Istati Membri interkonnessi. Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jindirizzaw in-naħa tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, iżda ftit jivvalutaw in-naħa tad-domanda b’mod suffiċjenti. Is-soluzzjonijiet ta’ flessibbiltà bħall-ħżin tal-enerġija u r-rispons fin-naħa tad-domanda huma kruċjali għall-integrazzjoni ta’ sorsi rinnovabbli varjabbli fis-sistema tal-enerġija. Huwa pożittiv li xi Stati Membri, bħal Spanja, stabbilew pjanijiet direzzjonali u miri ċari għall-ħżin tal-enerġija.

L-enerġija nukleari għandha rwol ewlieni f’ċerti Stati Membri sabiex jintlaħqu l-miri ta’ dekarbonizzazzjoni u tiġi żgurata s-sigurtà tal-enerġija. Bħalissa, tnax-il Stat Membru jużaw l-enerġija nukleari sabiex jipproduċu elettriku b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju b’97 GWe f’kapaċità installata totali 43 . Skont l-abbozzi tal-NECPs aġġornati, disa’ Stati Membri qegħdin jikkunsidraw jew jippjanaw estensjonijiet tul il-ħajja tal-flotta eżistenti tagħhom u ħdax-il Stat Membru qegħdin jikkunsidraw li jvaraw enerġija nukleari ġdida. Għaxar Stati Membri jesprimu wkoll interess potenzjali fl-użu ta’ teknoloġiji ta’ Reatturi Modulari Żgħar sabiex jappoġġaw l-istabbiltà u l-affordabbiltà tat-taħlita enerġetika tagħhom.

Fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista, għad-diversifikazzjoni tal-katina tal-provvista nukleari, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja u s-Slovakkja żguraw provvisti alternattivi ta’ fjuwil nukleari u naqqsu b’mod sinifikanti d-dipendenza tagħhom fuq ir-Russja għall-provvista ta’ fjuwil nukleari u għas-servizzi taċ-ċiklu.

Iż-żejt għadu s-sors ewlieni tal-enerġija fl-UE, u kien jirrappreżenta 34 % tat-taħlita tal-enerġija primarja fl-2021. Is-sehem taż-żejt fit-taħlita enerġetika tal-UE huwa mistenni jonqos b’mod moderat sal-2030 u b’mod aktar drastiku sal-2040. Ftit pjanijiet (eż. Franza) fihom previżjonijiet dwar il-konsum nazzjonali taż-żejt sal-2030, u ftit jivvalutaw l-adegwatezza tal-infrastruttura taż-żejt lil hinn mill-2030 (portijiet, raffineriji, pipelines, u ħażniet taż-żejt) għall-bidla mistennija fid-domanda għaż-żejt minħabba d-dekarbonizzazzjoni.

Filwaqt li diversi Stati Membri jiddeskrivu d-diġitalizzazzjoni bħala faċilitatur għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja, iċ-ċibersigurtà se tkun rekwiżit importanti għal sistema tal-enerġija sikura u robusta. Għalhekk, huwa pożittiv li diversi Stati Membri (eż. Spanja) inkludew referenzi adegwati għad-Direttiva NIS-2 44 fl-abbozzi tal-pjanijiet aġġornati tagħhom, jew saħansitra jelaboraw fuq miżuri addizzjonali.

2.1.5Suq intern tal-enerġija

Bil-mira ogħla tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli, u bil-ħtieġa li l-konsumaturi jingħataw il-possibbiltà li jgawdu malajr mill-benefiċċji li ġġib magħha, it-tlestija ta’ suq tal-enerġija integrat tal-UE se tkun assi kruċjali. Filwaqt li jirriflettu l-impetu sabiex iħaffu l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija 45 u l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/944 dwar l-Elettriku 46 , u aktar reċentement l-RED II riveduta 47 , l-Istati Membri se jkollhom jistabbilixxu politiki sodi u jiżguraw l-adozzjoni ta’ sorsi ta’ flessibbiltà, bħar-rispons tad-domanda u l-ħżin. L-aċċess sħiħ u mingħajr xkiel għas-suq għal dawk is-servizzi jrid ikun akkumpanjat minn proġetti ta’ implimentazzjoni u minn oqfsa regolatorji abilitanti ċari.

Diversi abbozzi tal-NECPs aġġornati jinkludu strateġiji sabiex jitneħħew id-distorsjonijiet li fadal fil-prezzijiet u jingħelbu l-ostakli tas-suq sabiex tiġi promossa l-parteċipazzjoni mhux diskriminatorja ta’ parteċipanti ġodda fis-suq, u sabiex jiġi pprovdut għal sorsi ta’ flessibbiltà differenti fis-swieq tal-enerġija. B’mod partikolari, il-biċċa l-kbira tal-abbozzi tal-pjanijiet aġġornati jenfasizzaw miżuri essenzjali sabiex tiżdied il-flessibbiltà permezz tal-adozzjoni tar-rispons tad-domanda, tal-grilji intelliġenti u tal-aggregaturi. Eżempju bħal dan huwa fil-Greċja, fejn il-varar tal-ħżin tal-enerġija huwa inkluż fl-abbozz tal-pjan. Fid-Danimarka u fil-Portugall, il-miżuri mressqin huma mmirati lejn il-promozzjoni tal-iċċarġjar intelliġenti għall-vetturi elettriċi. L-Iżvezja stabbiliet ukoll objettivi nazzjonali ċari għal soluzzjonijiet ta’ flessibbiltà. Diversi Stati Membri jsemmu d-diġitalizzazzjoni fl-abbozzi tal-pjanijiet tagħhom bħala faċilitatur għal aktar integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għall-espansjoni tal-grilja.

Madankollu, għad hemm nuqqas ta’ objettivi nazzjonali ċari għall-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija fil-pjanijiet aġġornati tal-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. F’każijiet li fihom huma inklużi, l-objettivi nazzjonali jvarjaw f’termini ta’ adattabilità u ta’ possibbiltà ta’ kejl. B’mod ġenerali, għalkemm ħafna Stati Membri stabbilew miżuri fil-pjanijiet tagħhom sabiex jegħlbu l-ostakli tas-suq, xi wħud għad ma għandhomx miri u skedi ta’ żmien ċari għall-objettivi tagħhom, b’mod partikolari l-perjodu ta’ żmien sa meta s-suq tal-elettriku tagħhom se jkun kompetittiv u liberalizzat għalkollox. Huwa meħtieġ li jiġu introdotti wkoll miżuri speċifiċi għall-varar ta’ servizzi ta’ aggregazzjoni u ta’ flessibbiltà akkwistati mill-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni (TSOs) u mill-Operaturi tas-Sistemi ta’ Distribuzzjoni (DSOs).

Sabiex iċ-ċittadini Ewropej jitqiegħdu fiċ-ċentru ta’ dawn il-bidliet strutturali, huwa essenzjali li l-konsumaturi jiġu awtonomizzati, u li tingħata spinta lir-rwol tagħhom fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. B’mod partikolari, id-DSOs Litwani qegħdin jippromwovu qafas abilitanti għall-klijent attiv 48 u l-Lussemburgu qiegħed joħloq pjattaforma tad-data dwar l-enerġija sabiex takkumpanja l-parteċipazzjoni reali tal-konsumatur fis-suq tal-enerġija. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-abbozzi tal-pjanijiet aġġornati ma għandhomx biżżejjed dettall (impatti u miri kwantitattivi) dwar miżuri li jippromwovu l-awtokonsum u qafas abilitanti għall-iżvilupp ta’ komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-kondiviżjoni tal-enerġija, kif ukoll il-varar ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi sabiex l-użu tal-enerġija jsir aktar effiċjenti.

Fid-dawl tal-kriżi riċenti tal-enerġija, is-suq intern tal-enerġija jrid joffri protezzjoni suffiċjenti lill-konsumaturi u lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli 49 . Għalhekk, il-pjanijiet aġġornati finali kollha jridu jsaħħu l-azzjoni dwar dan l-aspett. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għad ma għandhomx definizzjoni ċara tal-faqar enerġetiku jew għandhom iwettqu valutazzjoni xierqa tan-numru ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku u jistabbilixxu mira, meta tkun meħtieġa, sabiex jitnaqqas in-numru ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku. Diversi prattiki tajbin jistgħu jiġu enfasizzati fl-abbozz tal-pjanijiet bħad-definizzjoni tal-faqar enerġetiku stabbilita mil-liġi fi Franza, jew il-ħidma li għaddejja fis-Slovakkja sabiex jiġi żviluppat metodu għad-definizzjoni tal-faqar enerġetiku.

Il-biċċa l-kbira tal-NECPs għad ma għandhomx politiki u miżuri strutturali sabiex itaffu l-faqar enerġetiku, b’mod partikolari miżuri tal-effiċjenza enerġetika u tad-dekarbonizzazzjoni sabiex jappoġġaw lil gruppi vulnerabbli u sorsi ta’ finanzjament, inkluż mill-Fond Soċjali għall-Klima.

Interkonnessjonijiet robusti u suffiċjenti huma prerekwiżit sabiex tingħata spinta lir-reżiljenza u lill-integrazzjoni tas-sistema Ewropea tal-enerġija. Għal dan l-għan, il-qafas Ewropew wera li huwa ta’ benefiċċju, u l-Istati Membri għamlu ħafna progress fiż-żieda tal-kapaċità transfruntiera 50 . Fl-abbozzi tal-pjanijiet, l-Istati Membri kollha jagħrfu l-importanza li tintlaħaq jew tinżamm il-mira ta’ interkonnessjoni tal-elettriku ta’ 15 %.

Dwar il-kooperazzjoni reġjonali transfruntiera, ġew iffirmati tmien ftehimiet bilaterali biss għas-sigurtà tal-provvista tal-gass bejn l-Istati Membri ġirien mill-erbgħin meħtieġa u dawn huma inklużi fl-abbozzi tal-pjanijiet ivvalutati, li jirrifletti vulnerabbiltà strutturali fl-arkitettura tas-sigurtà tal-provvista tal-UE 51 . L-abbozzi tal-pjanijiet aġġornati ma għandhomx dettalji dwar l-istatus ta’ ftehimiet bħal dawn u l-Istati Membri kkonċernati huma mħeġġin isegwu l-isforzi tagħhom sabiex imexxu dawn in-negozjati ’l quddiem.

Il-progress sabiex jitlestew diversi Proġetti ta’ Interess Komuni jissemma fil-biċċa l-kbira tal-abbozzi tal-NECPs aġġornati. Madankollu, għad hemm bżonn ta’ azzjoni sinifikanti sabiex jinkiseb u jinżamm il-livell ta’ interkonnettività fid-dawl tal-objettivi tal-2030. Xi Stati Membri (eż., il-Kroazja, id-Danimarka, il-Finlandja, l-Ungerija, il-Lussemburgu, in-Netherlands, is-Slovakkja u s-Slovenja) diġà laħqu jew qed jisbqu l-mira tal-UE. Oħrajn ħadu impenn fl-abbozzi tal-pjanijiet tagħhom li jiżviluppaw interkonnessjonijiet ma’ pajjiżi ġirien billi jinvestu f’kapaċitajiet ta’ trażmissjoni u f’interkonnetturi ġodda, speċjalment f’reġjuni li storikament jiddependu fuq fornitur wieħed u issa għandhom l-għan li jtejbu d-diversifikazzjoni. Barra minn hekk, xi Stati Membri (eż., l-Estonja, il-Finlandja, l-Italja u l-Portugall) qegħdin jippjanaw li jiddiversifikaw it-taħlita enerġetika tagħhom billi jwettqu proġetti konġunti tal-infrastruttura tal-idroġenu.

2.1.6Ir-riċerka, l-innovazzjoni, il-kompetittività u l-ħiliet

Issa aktar minn qatt qabel, huwa kruċjali li tiżdied l-azzjoni dwar ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività fl-Istati Membri kollha sabiex jintlaħqu l-miri tal-UE għall-klima u għall-enerġija sal-2030 u tiġi żgurata ekonomija Ewropea reżiljenti, ċirkolari u dekarbonizzata. Dan jeħtieġ opportunitajiet ekonomiċi attraenti għall-industrija u għan-negozji f’ambjent regolatorju simplifikat, u l-ħolqien ta’ impjiegi validi fil-futur. Għalhekk, l-NECPs aġġornati finali jistgħu jibbenefikaw minn enfasi aktar b’saħħitha fuq din id-dimensjoni tal-Unjoni tal-Enerġija tagħna.

Fl-abbozzi tal-NECPs aġġornati tagħhom, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jelenkaw strateġiji u miżuri nazzjonali sabiex jappoġġaw ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività. Madankollu, maġġoranza vasta ma għandhiex objettivi u miri ta’ finanzjament li jistabbilixxu mogħdijiet speċifiċi għall-2030 u għall-2050 bl-għan li tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji speċifiċi tal-enerġija nadifa u tiġi promossa t-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari żero netta. Bl-eċċezzjonijiet tad-Danimarka, tal-Ġermanja, tal-Estonja, ta’ Franza u tal-Litwanja, l-abbozzi tal-pjanijiet aġġornati ma għandhomx azzjonijiet speċifiċi sabiex jgħinu sabiex tiżdied il-manifattura ta’ teknoloġiji, ta’ tagħmir u ta’ komponenti tal-enerġija nadifa, u sabiex tiġi żgurata r-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista tal-Istati Membri.

Hemm ukoll ħtieġa imperattiva li jiġi esplorat kif l-enerġija u l-klima nazzjonali jistgħu jgħinu sabiex jinkiseb ambjent regolatorju simplifikat sabiex jiġi attirat l-investiment f’teknoloġiji nodfa, u sabiex tiġi ffaċilitata l-espansjoni tagħhom fis-Suq Uniku kollu. Fuq kollox, l-Unjoni u l-Istati Membri jeħtieġ ukoll li jaħdmu flimkien sabiex jiżguraw li fit-tranżizzjoni tal-enerġija u tal-klima, li fiha l-enerġija fossili tiġi eliminata gradwalment, l-alternattivi tal-enerġija nadifa jinġiebu bi prezzijiet affordabbli. Il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima huma għodod importanti sabiex jiġi żgurat li, pereżempju bil-ħtieġa ta’ investimenti sinifikanti fil-grilja tal-elettriku qabel l-2030, isir djalogu dwar ir-riformi u miżuri oħrajn sabiex jiġi żgurat l-aċċess għan-negozji u għall-unitajiet domestiċi għall-enerġija nadifa bi prezzijiet affordabbli. Il-Kummissjoni beħsiebha tuża l-proċess iterattiv mal-Istati Membri dwar il-Pjanijiet Nazzjonali tagħhom għall-Enerġija u l-Klima sabiex tibda tindirizza dawn il-kwistjonijiet.

Ħafna mill-pjanijiet jirrapportaw dwar il-kooperazzjoni reġjonali fir-riċerka u fl-innovazzjoni fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u tal-pjan strateġiku għat-teknoloġija tal-enerġija iżda ma jistabbiliux objettivi li jistgħu jitkejlu u li għandhom jintlaħqu permezz ta’ proġetti konġunti. Madankollu, eżempji tajbin jinkludu l-pjanijiet tad-Danimarka li tesplora l-kooperazzjoni dwar is-CCS/is-CCUs mal-pajjiżi Nordiċi, il-kollaborazzjoni bejn Spanja u l-Portugall f’ċentru konġunt tar-riċerka dwar il-ħżin tal-enerġija u l-pjan tal-Lussemburgu li jikkoopera mal-pajjiżi l-oħrajn tal-BeNeLux dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-idroġenu.

B’mod kumplessiv, l-abbozzi tal-pjanijiet aġġornati tal-Istati Membri ma għandhomx miżuri u finanzjament sabiex jimplimentaw il-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar id-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija 52 . Madankollu, hemm eżempji pożittivi, bħall-pjanijiet tal-Italja għar-riċerka dwar iċ-ċibersigurtà fis-settur tal-elettriku, il-proġett tas-Slovakkja u tar-Repubblika Ċeka dwar l-interess komuni (“Grilji Intelliġenti ACON”) dwar id-diġitalizzazzjoni tas-sistema ta’ distribuzzjoni u l-miżuri tal-Portugall sabiex jespandi l-miters intelliġenti u jiżviluppa grilji intelliġenti.

Qiegħed isir dejjem aktar importanti li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħiliet għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, kif innotat f’diversi inizjattivi tal-Kummissjoni inklużi l-Patt għall-Ħiliet u l-proposta għal Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti bl-akkademji tal-ħiliet tagħha. Diversi Stati Membri bħad-Danimarka, Spanja, l-Estonja, il-Portugall, u s-Slovakkja jidentifikaw b’mod ċar is-setturi li fihom għandhom jiġu ffokati l-azzjonijiet fuq it-taħriġ mill-ġdid/it-titjib tal-ħiliet. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma ppreżentawx objettivi jew miżuri b’finanzjament dedikat sabiex jindirizzaw id-diskrepanzi fil-ħiliet identifikati f’setturi strateġiċi.

2.2Investimenti għal Patt Ekoloġiku Ewropew kompetittiv

Sabiex jintlaħqu l-miri ambizzjużi tal-2030, l-investimenti se jkollhom jiżdiedu b’mod konsiderevoli, filwaqt li r-riżorsi pubbliċi huma mistennijin ikunu limitati. Fir-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika tagħha tal-2023 53 , il-Kummissjoni stmat li huma neċessarji EUR 620 biljun f’investimenti annwali addizzjonali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tar-REPowerEU 54 .

Fl-abbozzi tal-NECPs aġġornati tagħhom, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma jippreżentawx ħarsa ġenerali lejn l-investimenti totali mistennijin li huma meħtieġa għall-perjodu 2020-2030. Disa’ Stati Membri (Ċipru, Spanja, Franza, l-Ungerija, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands u r-Rumanija) jinkludu tal-anqas estimu parzjali tal-ħtiġijiet ta’ investiment. L-ebda Stat Membru ma jipprovdi estimu tad-differenza bejn dawn il-ħtiġijiet u s-sorsi ta’ finanzjament disponibbli. Minkejja dan, ħafna Stati Membri jirrapportaw ħtiġijiet ta’ investiment relatati mal-enerġija fis-setturi tal-bini, tal-industrija u tat-trasport. Ftit jirrapportaw il-ħtiġijiet ta’ investiment mistennijin fis-settur agrikolu, sabiex jgħinu lill-bdiewa jibnu mudelli ta’ negozju sostenibbli. B’mod ġenerali, il-livell ta’ informazzjoni pprovdut mill-Istati Membri fl-abbozzi tal-NECPs aġġornati li bħalissa huma inklużi fil-pjanijiet ma jippermettix li jiġu aggregati l-ħtiġijiet ta’ investiment fil-livell tal-UE.

Estimi robusti tal-ħtiġijiet ta’ investiment u tal-impatti makroekonomiċi tagħhom saru saħansitra aktar importanti fil-kuntest tar-riforma proposta tar-regoli tal-governanza ekonomika tal-UE, fejn fil-proposta tal-Kummissjoni l-pjanijiet fiskali strutturali nazzjonali fit-terminu medju se jkollhom ikunu konsistenti mal-NECPs aġġornati.

L-NECPs huma opportunità sabiex jiġu esplorati modi kif jittejjeb l-ambjent regolatorju sabiex jiġu attirati investimenti privati, u jiġi kkunsidrat kif jintużaw il-fondi pubbliċi (sorsi ta’ finanzjament nazzjonali u tal-UE) sabiex jiġu ingranati investimenti privati. Dan jinkludi kif l-Istati Membri jużaw il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-politika ta’ koeżjoni (inkluż il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta), il-politika agrikola komuni, u l-Fondi għall-Innovazzjoni u għall-Modernizzazzjoni sabiex jappoġġaw l-objettivi tal-NECPs. Barra minn hekk, se jiġi ġġenerat dħul sostanzjali permezz tal-irkant tal-kwoti tal-EU ETS li għandu jappoġġa wkoll it-tranżizzjoni klimatika.

L-informazzjoni dwar is-sorsi ta’ finanzjament jeħtieġ li titlesta aktar fil-pjanijiet aġġornati finali, peress li ftit Stati Membri biss jipprovdu informazzjoni dwar it-tip ta’ sorsi (pubbliċi vs privati, UE vs nazzjonali). Barra minn hekk, xi Stati Membri biss jindirizzaw b’mod espliċitu l-kwistjoni tal-attirazzjoni ta’ investimenti privati. Eċċezzjonijiet notevoli huma l-Estonja u l-Italja li jinkludu miżuri li jappoġġaw l-iżvilupp tal-kapital ta’ riskju, il-Lussemburgu li jippjana li juża l-finanzjament pubbliku sabiex jimmobilizza l-investimenti privati u l-pjattaformi tal-ittestjar u l-ekosistemi tal-innovazzjoni tal-Finlandja.

Huwa vitali li l-Istati Membri jirriflettu bis-sħiħ fil-pjanijiet aġġornati finali tagħhom ir-riformi u l-investimenti tal-enerġija u tal-klima inklużi fi strumenti ta’ finanzjament rilevanti oħrajn tal-UE, speċjalment il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRPs), inklużi l-kapitoli dwar REPowerEU. Is-27 RRP riveduti u t-23 kapitolu dwar REPowerEU se jappoġġaw investimenti u riformi fid-dimensjonijiet kollha tal-unjoni tal-enerġija, pereżempju billi jallokaw aktar minn EUR 46 biljun għar-rinnovazzjonijiet tal-bini għall-effiċjenza enerġetika, minbarra EUR 66 biljun fl-RRPs oriġinali. Eżempji oħrajn jinkludu l-aġġornament ta’ aktar minn 3 000 km ta’ linji ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni tal-grilja tal-elettriku u aktar minn EUR 2,5 biljun f’investimenti għall-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli.

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw jekk, fil-finalizzazzjoni u/jew fl-implimentazzjoni tal-NECPs, jistgħux jibbenefikaw ukoll mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, li jista’ jipprovdi għarfien espert u kapaċità mfasslin apposta sabiex jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ politiki u ta’ miżuri fl-NECPs, anki għall-identifikazzjoni u għall-mobilizzazzjoni tas-sorsi ewlenin ta’ finanzjament.

2.3Tranżizzjoni ġusta

L-iżgurar ta’ tranżizzjoni tal-klima u tal-enerġija ġusta huwa kruċjali sabiex jiġi ggarantit li l-benefiċċji minn dan il-proċess jinqasmu b’mod ġust filwaqt li l-effetti negattivi jiġu mmitigati. Dan huwa neċessarju sabiex jiġi żgurat appoġġ dejjiemi mill-pubbliku għall-implimentazzjoni tar-riformi ambizzjużi li jaffettwaw l-oqsma kollha tal-ekonomija.

S’issa, l-Istati Membri pprovdew biss valutazzjoni parzjali tal-impatti soċjoekonomiċi tat-tranżizzjoni tal-klima u tal-enerġija fuq individwi, fuq unitajiet domestiċi u fuq kumpaniji. L-effetti tal-politiki u l-miżuri ta’ tranżizzjoni fuq id-distribuzzjoni tal-introjtu, fuq il-ħolqien tax-xogħol, fuq it-trasformazzjoni u fuq il-qerda, u fuq il-faqar enerġetiku rarament jiġu diskussi fl-abbozzi tal-pjanijiet. B’mod ġenerali, dawn ma jinkludux analiżi kwantitattiva adegwata u lanqas ma jqisu b’mod suffiċjenti l-impatti distributtivi fuq il-gruppi differenti tal-popolazzjoni. Barra minn hekk, l-ebda wieħed mill-pjanijiet ma jinkludi biżżejjed informazzjoni għat-tħejjija tal- Pjanijiet futuri tal-Klima Soċjali u dwar kif tiġi żgurata l-konsistenza bejn iż-żewġ pjanijiet.

L-analiżi tal-pjanijiet turi li l-biċċa l-kbira minnhom ma għandhomx sett komprensiv ta’ politiki mmirati sabiex jindirizzaw l-impatti soċjali u fuq l-impjiegi tat-tranżizzjoni. Fil-fatt, il-politiki inklużi huma fil-biċċa l-kbira mhux uniformi u spiss ma jmorrux lil hinn mill-indirizzar tal-effetti negattivi tat-tranżizzjoni fir-reġjuni b’użu intensiv tal-faħam u tal-karbonju. Il-biċċa l-kbira tal-pjanijiet jenfasizzaw parzjalment biss is-sinerġiji bejn id-diversi strumenti u fondi li jappoġġaw it-tranżizzjoni ġusta, inkluż il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF), li jiddependi fuq l-implimentazzjoni effettiva tat-tranżizzjoni.

Seba’ Stati Membri (il-Kroazja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja u s-Slovakkja) ipposponew filwaqt li erba’ Stati Membri (Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja u r-Rumanija) ma jirreferux għall-impenji tagħhom għall-eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili fil-Pjanijiet ta’ Tranżizzjoni Territorjali Ġusta (TJTPs) adottati minnhom. F’xi każijiet, ma huwiex ċar kif dan se jkollu impatt fuq il-miżuri ppjanati.

Għalhekk, l-Istati Membri huma mħeġġin itejbu l-iżvilupp ta’ strateġiji nazzjonali komprensivi ta’ tranżizzjoni ġusta appoġġati minn evidenza fl-NECPs finali tagħhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll aktar informazzjoni dwar politiki ta’ tranżizzjoni ġusta, inkluż b’mod partikolari miżuri diġà rrapportati fil-kuntest tal-ewwel eżerċizzju ta’ monitoraġġ tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika 55 .

Ir-riċerka turi li t-tranżizzjoni tal-klima u tal-enerġija taffettwa lin-nisa b’mod differenti mill-irġiel: in-nisa ma humiex irrappreżentati biżżejjed f’setturi li huma mistennijin jiggwadanjaw mit-tranżizzjoni (impjiegi ekoloġiċi) u huma aktar probabbli li jesperjenzaw il-faqar fit-trasport u enerġetiku. Madankollu, jistgħu jkunu wkoll il-forza mexxejja tat-tranżizzjoni minħabba differenzi fl-imġiba fir-rigward tal-konsum tal-enerġija u tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra 56 . Din hija r-raġuni għaliex huwa importanti li jissaħħaħ l-aspett tal-ġeneru tat-tranżizzjoni ġusta fl-NECPs. Erba’ pjanijiet biss jirreferu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politika tal-enerġija u jinkludu impenji u miżuri relatati (ir-Repubblika Ċeka, Spanja, Malta u l-Portugall). Tlieta minn dawn kienu jinkludu wkoll impenji (ir-Repubblika Ċeka, Spanja, Malta), u Spanja biss inkludiet politiki speċifiċi 57 .

2.4Il-parteċipazzjoni pubblika, l-atturi lokali u reġjonali, u r-rwol tal-kooperazzjoni reġjonali transfruntiera għal pjan komprensiv għal kulħadd

Ir-Regolament dwar il-Governanza 58 , u l-obbligu tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus 59 , jeħtieġu parteċipazzjoni pubblika bikrija u inklużiva fit-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima, inklużi l-abbozzi tal-pjanijiet.

Ħafna mill-Istati Membri organizzaw konsultazzjonijiet mal-pubbliku dwar l-abbozzi tal-pjanijiet, iżda l-kwalità tal-proċessi ta’ konsultazzjoni tvarja, u ħafna ma koprewx l-obbligi kollha msemmijin hawn fuq. B’mod partikolari, il-pjanijiet fihom ftit dettalji dwar il-kanali ta’ komunikazzjoni użati sabiex jilħqu lill-pubbliku u dwar il-metodi użati sabiex jinvolvu firxa wiesgħa ta’ gruppi ta’ interess, inklużi s-sħab soċjali 60 u l-membri ordinarji tal-pubbliku. Ħafna pjanijiet ma għandhomx perjodi ta’ żmien raġonevoli sabiex jippermettu lill-pubbliku jesprimi l-fehmiet tiegħu.

Il-biċċa l-kbira tal-abbozzi tal-pjanijiet ma jinkludux is-sommarju tal-fehmiet tal-pubbliku u kif tqiesu. Barra minn hekk, id-dettalji dwar l-informazzjoni pprovduta lill-pubbliku, u kif il-konsultazzjonijiet ikkontribwew għall-kontenut finali tal-abbozzi tal-pjanijiet ma kinux komprensivi ħafna. Ftit Stati Membri (id-Danimarka, Spanja, il-Finlandja, Franza, is-Slovakkja, u l-Iżvezja) jindikaw li kienu wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi mifruxin għall-politiki nazzjonali ewlenin li huma inklużi fl-abbozz tal-pjan aġġornat, iżda mhux fuq l-abbozz tal-pjan kollu kemm hu. Min-naħa l-oħra, il-Litwanja hija eżempju tajjeb ta’ kif tiġi żgurata l-parteċipazzjoni pubblika matul it-tħejjija tal-abbozz tal-NECP.

L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma importanti għall-implimentazzjoni tal-politiki dwar l-enerġija u l-klima. Madankollu, huma tassew ftit l-Istati Membri li juru evidenza konkreta ta’ kif huma jinvolvuhom fil-proċess tat-tħejjija tal-abbozz tal-NECP aġġornat, u saħansitra anqas qegħdin jibnu fuq djalogu stabbilit f’diversi livelli għal dan il-proċess.

Ftit Stati Membri jirreferu għar-rwol ta’ tmexxija u għall-impatt tal-kooperazzjoni reġjonali u għall-ħidma mwettqa fil-qafas tal-gruppi ta’ livell għoli 61 . B’mod simili, ftit Stati Membri jsemmu l-possibbiltà li jużaw il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bbażati fuq ir-rinnovabbli sabiex jilħqu l-kontributi nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija rinnovabbli. Eżempji tajbin jinkludu l-Lussemburgu bil-parteċipazzjoni fil-Mekkaniżmu ta’ Finanzjament tal-Enerġija Rinnovabbli, il-proġetti konġunti tal-Estonja għall-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta u fuq l-art li applikaw għall-appoġġ fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-ftehim tad-Danimarka u tal-Ġermanja sabiex tiżviluppa l-Gżira tal-Enerġija ta’ Bornholm bħala proġett konġunt tal-enerġija rinnovabbli skont l-Artikolu 9 tal-RED II.

3VALUTAZZJONI TAL-PROGRESS FIL-QAFAS TAL-LIĠI EWROPEA DWAR IL-KLIMA

Ir-Rapport ta’ Progress dwar l-Azzjoni Klimatika 62 diġà vvaluta l-miżuri tal-Unjoni u nazzjonali kontra l-objettivi tal-2050, kif ukoll il-progress dwar l-adattament fil-livell tal-UE. In-newtralità klimatika hija diskussa fil-qosor hawnhekk, kif ukoll fit-Taqsima 2 ta’ dan id-dokument, fuq il-bażi tal-informazzjoni l-ġdida pprovduta mill-abbozzi tal-NECPs aġġornati. Il-progress dwar l-adattament fil-livell nazzjonali huwa analizzat hawnhekk u f’Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal dedikat 63 . Ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-objettivi tan-newtralità klimatika u tal-adattament huma bbażati fuq dawn il-valutazzjonijiet.

L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jkomplu jonqsu b’mod kostanti, kif muri mill-aktar data riċenti, u hemm sinjali inkoraġġanti ta’ azzjoni fil-prattika. Madankollu, il-valutazzjoni turi li l-progress fl-objettiv tan-newtralità klimatika tal-UE jidher li ma huwiex biżżejjed.

Il-valutazzjoni dwar il-progress tal-Istati Membri fl-adattament turi li l-adattament u l-ħtieġa għal reżiljenza mtejba qegħdin jikbru fuq l-aġenda politika. Madankollu, dan ma jfissirx li l-politika hija lesta.

Għad hemm lakuni sinifikanti, li jesponu lill-Istati Membri għar-riskji klimatiċi li jisbqu l-kapaċitajiet adattivi, iżidu l-vulnerabbiltà u jikkompromettu r-reżiljenza.

Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri wettqu valutazzjonijiet tar-riskji klimatiċi: 14-il Stat Membru dan l-aħħar aġġorna l-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom u huwa mistenni li Stati Membri oħrajn jagħmlu dan fil-futur. Madankollu, valutazzjonijiet komprensivi robusti tar-riskji klimatiċi f’aktar minn ħames setturi huma eċċezzjoni aktar milli regola. L-Istati Membri kollha adottaw strateġiji jew pjanijiet nazzjonali ta’ adattament, u ħafna ġew irrieżaminati dan l-aħħar jew bħalissa qegħdin jiġu rriveduti. L-istrutturi u l-mekkaniżmi ta’ governanza jvarjaw fost l-Istati Membri, b’livell kbir ta’ diversità fl-arranġamenti istituzzjonali, u b’xi diskrepanzi viżibbli fl-allinjament espliċitu mal-mekkaniżmi ta’ governanza ambjentali. Mekkaniżmi xierqa għall-koordinazzjoni interministerjali dwar l-adattament rarament ikunu fis-seħħ. Tmien Stati Membri inkorporaw elementi ta’ politika ta’ adattament fl-oqfsa legali nazzjonali.

Sar xi progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ adattament, iżda għad hemm diskrepanzi fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ investiment, u l-pajjiżi ma għandhomx baġits dedikati. L-inklużjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura fl-istrateġiji u fil-pjanijiet settorjali hija limitata, u dan ixekkel l-użu sistemiku tagħhom. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-miżuri ta’ adattament fuq it-tnaqqis tal-vulnerabbiltajiet u tar-riskji hija limitata peress li dan il-kompitu għadu ta’ sfida fil-livell kunċettwali u prattiku. Il-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ, ta’ rapportar u ta’ evalwazzjoni għad iridu jiġu stabbiliti f’diversi Stati Membri. Il-progress ġenerali fil-kapaċità adattiva għadu ma huwiex ċar. Fost il-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni trażversali, hemm bżonn li jiżdied l-appoġġ finanzjarju, u li jinbnew kompetenzi amministrattivi wkoll bil-ħsieb li jiġi evitat l-adattament ħażin.

Jeżistu eżempji tajbin fost l-Istati Membri għal kull element taċ-ċiklu ta’ politika ta’ adattament, u għal strutturi, għal approċċi u għal politiki konkreti. Dawn għandhom jiġu sfruttati sabiex titħaffef ir-rieda għall-impatti relatati mal-klima. L-ippjanar tal-ispazju u r-rilokazzjonijiet ippjanati jistgħu jkunu fost l-isfidi li jitqiesu bħala politikament l-aktar diffiċli sabiex jiġu indirizzati, u indikaturi tajbin huma fost l-ostakli teknikament diffiċli, iżda anke f’dawn il-każijiet hemm inizjattivi li jistgħu u għandhom jintużaw bħala bażi.

Dawn is-sejbiet, flimkien mal-Valutazzjoni Ewropea tar-Riskji Klimatiċi li ġejja, se jinfurmaw il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tar-riskji klimatiċi fl-UE, ippjanata sabiex tiġi adottata f’Marzu 2024.

4IL-KONKLUŻJONI U L-PASSI LI JMISS – LEJN IL-PJANIJIET NAZZJONALI AĠĠORNATI FINALI

Il-valutazzjoni u l-analiżi aggregati ġenerali tal-abbozzi tal-NECPs aġġornati huma ġeneralment pożittivi. L-abbozzi tal-NECPs aġġornati juru l-impenn sod tal-Istati Membri li jaħdmu abbażi ta’ proċessi sodi ta’ ppjanar u ta’ monitoraġġ tal-enerġija u tal-klima, u d-determinazzjoni tagħhom li jżidu l-azzjoni fil-livell nazzjonali u reġjonali, li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika miftehmin fl-aġenda tal-enerġija u tal-klima.

Madankollu, il-valutazzjoni tidentifika wkoll diversi diskrepanzi, kemm f’termini taż-żamma tal-ambizzjoni ġenerali tal-UE kif ukoll f’termini tal-issodisfar tar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-UE. Din hija kwistjoni ta’ tħassib serju u kwistjoni ta’ kredibbiltà għal ħafna Stati Membri.

Għalhekk, il-Kummissjoni tistenna li l-Istati Membri jqisu kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet meta jiffinalizzaw il-pjanijiet integrati aġġornati tagħhom, u tħeġġeġ lill-Istati Membri li l-abbozzi tal-pjanijiet aġġornati tagħhom għadhom pendenti sabiex jippreżentawhom mingħajr aktar dewmien.

Il-Kummissjoni tinsab lesta li tappoġġa lill-Istati Membri fit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, sabiex tinkiseb awtonomija akbar fl-enerġija, sabiex jadattaw għat-tibdil fil-klima u sabiex ikomplu jaċċelleraw il-varar ta’ għażliet mingħajr dispjaċir, b’mod partikolari t-teknoloġiji tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli. Hija lesta li tappoġġa l-promozzjoni u l-finanzjament ta’ teknoloġiji nodfa u tgħin sabiex jiġi xprunat l-investiment privat, inkluż f’forza tax-xogħol tas-sengħa. Se jkun kruċjali li jsiru konsultazzjonijiet pubbliċi f’waqthom u organizzati tajjeb dwar il-pjanijiet sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu inklużivi u sabiex tinbena l-aċċettazzjoni għal azzjoni sussegwenti.

Sabiex tappoġġa l-finalizzazzjoni tal-pjanijiet iżda wkoll l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, il-Kummissjoni se tintensifika l-kuntatti mal-Istati Membri fuq bażi ta’ kuntatt individwali u tuża l-fora rilevanti sabiex tiffaċilita l-iskambji tal-aħjar prattiki, inkluż dwar kwistjonijiet trażversali bħall-investimenti u l-ippjanar tal-grilja b’segwitu għall-Pjan tal-Kummissjoni għall-Grilji tal-UE li ġie adottat reċentement 64 . Il-Kummissjoni se żżomm djalogu mill-qrib mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill dwar il-progress miksub mill-Unjoni tal-Enerġija dwar id-dimensjonijiet kollha tal-politiki tal-enerġija u tal-klima.

(1)

     Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(2)

     Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Greċja, Franza, Spanja, il-Finlandja, il-Kroazja, l-Ungerija, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, l-Iżvezja, is-Slovenja u s-Slovakkja. L-abbozz tal-NECP aġġornat tal-Belġju ppreżentat fit-30 ta’ Novembru 2023, u l-abbozzi tal-NECPs aġġornati tal-Irlanda u tal-Latvja, it-tnejn sottomessi fit-8 ta’ Diċembru 2023 ġew ikkunsidrati biss parzjalment f’din il-Komunikazzjoni. Il-Kummissjoni qiegħda tippjana li tippubblika l-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet għall-Belġju, għall-Irlanda u għal-Latvja fil-bidu tal-2024. L-Awstrija, il-Bulgarija u l-Polonja għadhom ma ssottomettewx l-abbozz aġġornat tagħhom tal-NECP. Għalhekk, dawn is-sitt Stati Membri llum jirċievu biss rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq il-Liġi dwar il-Klima, mingħajr preġudizzju għal passi ulterjuri mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dak li ma ssottomettiex abbozz tal-NECP.

(3)

     Ara n-nota f’qiegħ il-paġna ibid.

(4)

     Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, b’mod partikolari fir-rigward tal-obbligu għall-Istati Membri li jinnotifikaw lill-Kummissjoni miżuri li jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat għall-approvazzjoni tagħhom sakemm ma jkunux koperti minn eżenzjonijiet ta’ kategorija.

(5)

     Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u r-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE.

(6)

     Ara t-taqsima 2.1.2

(7)

     Ara t-taqsima 2.1.3

(8)

     L-emissjonijiet netti totali ta’ gassijiet serra, inklużi l-LULUCF u eskluż it-trasport internazzjonali.

(9)

     Ara l-Anness ta’ din il-Komunikazzjoni. Tnaqqis aktar ambizzjuż ta’ 52 % madwar l-UE (bil-limitu tal-LULUCF) jiġi kkalkolat billi titqies il-projezzjoni WAM ipprovduta permezz tal-NECPR għall-Ġermanja u għall-Irlanda. Mingħajr il-limitazzjoni tal-LULUCF, it-tnaqqis jammonta għal 52,6 %.

(10)

     Ir-rapport dwar il-Progress fl-Azzjoni Klimatika għall-2023 jistma li l-Istati Membri tal-UE għad iridu jieħdu miżuri ta’ mitigazzjoni addizzjonali sabiex jiksbu n-newtralità klimatika sal-2050 sabiex inaqqsu madwar 1 600 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 (jew 34 punt perċentwali). Id-data pprovduta fl-NECPs hija konformi ma’ din is-sejba.

(11)

     Inklużi l-LULUCF u eskluż it-trasport internazzjonali.

(12)

     Tnaqqis madwar l-UE ta’ 33,8 % skont l-ESR jirriżulta mill-projezzjonijiet ipprovduti fl-abbozz tal-NECPs aġġornati. Tneħħew id-diskrepanzi bl-aħħar projezzjonijiet irrapportati f’Marzu 2023 għall-NECPR. Tnaqqis aktar ambizzjuż ta’ 35,4 % madwar l-UE jiġi kkalkolat billi titqies il-projezzjoni WAM ipprovduta permezz tal-NECPR għall-Ġermanja u għall-Irlanda, u billi tiġi preżunta l-aktar projezzjoni ambizzjuża WAM fil-medda pprovduta fl-abbozz tal-NECP tal-Italja.

(13)

     Ara l-Anness ta’ din il-Komunikazzjoni.

(14)

     Ir-Regolament (UE) 2023/839

(15)

     Ara l-Anness ta’ din il-Komunikazzjoni.

(16)

     Ir-Regolament (UE) 2023/1115 dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 995/2010.

(17)

     Ir-Regolament (UE) 2023/2405.

(18)

     Inklużi l-emissjonijiet tal-metan, l-ossidu nitruż, il-gassijiet fluworurati.

(19)

     Id-Direttiva 2016/2284

(20)

  https:// unfccc.int/news/cop28-agreement-signals-beginning-of-the-end-of-the-fossil-fuel-era

(21)

     https://unfccc.int/sites/default/files/resource/cop26_auv_2f_cover_decision.pdf

(22)

     Ara l-Anness ta’ din il-Komunikazzjoni.

(23)

     Id-Direttiva (UE) 2001/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, qabel l-emenda bid-Direttiva (UE) 2023/2413.

(24)

     Id-Direttiva (UE) 2001/2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652

(25)

     Ara l-Anness ta’ din il-Komunikazzjoni.

(26)

     COM/2022/221 final

(27)

     Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Twettiq tal-ambizzjonijiet tal-UE rigward l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta”, COM(2023) 668 final, mill-24 ta’ Ottubru 2023.

(28)

     COM(2023) 669 final

(29)

     Informazzjoni dwar jekk hux se jużaw is-sħana u l-kesħa mormijin għall-kisba ta’ dawk il-miri u sa liema punt, kif ukoll ir-rwol tal-elettriku rinnovabbli fil-kontabilità, lanqas ma għadhom huma ċari.

(30)

     Rekwiżit li jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli b’tal-anqas 0,8 pp bħala medja annwali kkalkolata għall-perjodu 2021 sal-2025 u b’tal-anqas 1,1 pp bħala medja annwali kkalkolata għall-perjodu 2026 sal-2030 f’konformità mal-Artikolu 23 tal-RED II riveduta.

(31)

     L-informazzjoni dwar il-varar tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-idroġenu u x-xenarji ta’ adattament għat-tibdil fil-klima tiegħu, speċifikament dwar id-disponibbiltà tal-ilma, kienet nieqsa wkoll fil-biċċa l-kbira tal-abbozzi tal-NECPs aġġornati.

(32)

     Il-format għaċ-ċifri rrapportati ma kienx koerenti u konsistenti mal-bijometan li ma jippermettix aggregazzjoni akkurata.

(33)

     Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (riformulazzjoni), ĠU L 231, 20.9.2023, p. 1.

(34)

     Ara l-Anness ta’ din il-Komunikazzjoni.

(35)

     Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija.

(36)

     L-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament (UE) 1999/2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika, u l-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2023/1791 (“EED riformulata”)

(37)

     Il-bini kien responsabbli għal aktar minn 23 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tas-setturi tal-ESR fl-2022 (sors EES). Huma meħtieġa sforzi sinifikanti ta’ rinnovazzjoni sabiex ikun hemm konformità mal-miri tal-ESR u sabiex jingħata kontribut għan-newtralità klimatika.

(38)

     Ara Rapport tal-JRC dwar il-valutazzjoni tal-LTRS tal-2020 (https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC128067) u SWD/2022/375 li janalizza l-istrateġiji nazzjonali ta’ rinnovazzjoni fit-tul tal-2020 għall-pajjiżi kollha tal-UE (https://energy.ec.europa.eu/system/files/2022-12/SWD-Analysis-of-2020-LTRS.PDF)

(39)

     Il-miri u l-projezzjonijiet għad-dipendenza għall-importazzjoni tal-enerġija fuq pajjiżi terzi, għall-konsum u għall-produzzjoni taż-żejt u tal-gass, għad-domanda għall-elettriku, għall-kapaċitajiet ta’ ħżin tal-gass u tal-enerġija, għall-issodisfar tal-kriterju N-1, għall-enerġija mistennija mhux moqdija u għat-telf tal-indikaturi tal-aspettattivi tat-tagħbija, fost oħrajn.

(40)

     Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija, EU energy in figures – Statistical pocketbook 2023, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2023, https://data.europa.eu/doi/10.2833/502436  

(41)

     Data tal-Kap Ekonomista tal-ENER.

(42)

     Fiż-żmien tal-kitba, ħames Valutazzjonijiet tar-Riskju Nazzjonali (il-Bulgarija, Franza, il-Kroazja, il-Latvja, is-Slovakkja) u Valutazzjoni tar-Riskju Komuni waħda (għall-grupp ta’ riskju reġjonali tal-Grigal) għadhom ma ġewx sottomessi filwaqt li kienu mistennijin sal-1 ta’ Ottubru 2022, u huma neqsin sitt Pjanijiet ta’ Azzjoni Preventiva (il-Bulgarija, il-Ġermanja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja, in-Netherlands) u erba’ Pjanijiet ta’ Emerġenza (il-Bulgarija, il-Kroazja, il-Litwanja, in-Netherlands) li kienu mistennijin sal-1 ta’ Marzu 2023.

(43)

     Fl-2021, 25,4 % tal-elettriku kollu prodott fl-UE kien iġġenerat minn impjanti tal-enerġija nukleari (Eurostat)

(44)

     Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2)

(45)

     COM/2020/299 final

(46)

     Id-Direttiva (UE) 2019/944 dwar l-Elettriku tinkludi obbligi għall-Istati Membri sabiex jippermettu aċċess sħiħ u bla xkiel għas-servizzi ta’ flessibbiltà, għar-rispons tad-domanda u għall-ħżin, b’mod partikolari b’qafas regolatorju abilitanti robust.

(47)

     L-Artikolu 20a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 kif emendata (“RED II riveduta”)

(48)

     Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944 “klijent attiv” tfisser klijent finali, jew grupp ta’ klijenti finali li jaġixxu flimkien, li jikkunsma jew jaħżen jew ibigħ elettriku li jiġġenera fuq il-proprjetà tiegħu li tkun tinsab fi ħdan konfini limitati jew fejn permessi minn Stat Membru, fuq proprjetajiet oħra, jew li jbigħ l-elettriku li jiġġenera huwa stess jew jieħu sehem fi skemi ta’ flessibbiltà jew tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, bil-kondizzjoni li dawk l-attivitajiet ma jkunux jikkostitwixxu l-attività kummerċjali jew professjonali primarja tiegħu.

(49)

     Madwar 40 miljun Ewropew madwar l-Istati Membri kollha li jirrappreżentaw 9,3 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni ma setgħux iżommu d-dar tagħhom sħuna b’mod adegwat fl-2022, żieda qawwija mill-2021 meta 6,9 % tal-popolazzjoni kienet fl-istess sitwazzjoni. Is-sehem żdied b’aktar mid-doppju għan-nies fil-kategoriji b’introjtu inferjuri.

(50)

     Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni. Valutazzjoni tal-progress lejn l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika li Takkumpanja d-dokument Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 2023 (skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika), SWD/2023/646 final.

(51)

      https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM%3A2023%3A572%3AFIN&qid=1696502521767

(52)

     COM(2022) 552 final

(53)

     COM/2023/376 final

(54)

     COM(2023) 376 final; fuq il-bażi ta’ SWD (2023) 68 final u ta’ COM/2022/438 final. Barra minn hekk, l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti jeħtieġ total ta’ EUR 92 biljun matul il-perjodu 2023-2030.

(55)

 Kif indikat fil-messaġġi ewlenin mir-rieżami mill-EMCO u mill-KPS dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika https://www.consilium.europa.eu/mt/meetings/epsco/2023/11/27-28/ . Il-monitoraġġ, konkluż f’Ottubru 2023, iffoka b’mod partikolari fuq: (i) appoġġ attiv għal impjiegi ta’ kwalità fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika; (ii) sistemi tat-taxxa u l-benefiċċji u tal-protezzjoni soċjali fit-tranżizzjoni ekoloġika; u (iii) dispożizzjonijiet orizzontali (approċċ min-naħa tas-soċjetà kollha; it-tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza, l-aħjar użu tal-finanzjament).

(56)

     Skont stħarriġ immexxi mill-EIGE, hemm għadd akbar ta’nisa milli rġiel li jagħżlu alternattivi ekoloġiċi bħar-riċiklaġġ, l-enerġija rinnovabbli, il-prodotti ekoloġiċi. Barra minn hekk, l-irġiel għandhom impronta tal-karbonju akbar minn tan-nisa minħabba l-attivitajiet ta’ divertiment. Ara l-EIGE, (2023). L-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2023. Towards a green transition in transport and energy, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(57)

     Bħala paragun, fl-2020, 10 NECPs irreferew għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

(58)

     L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

(59)

     Il-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali – Dikjarazzjonijiet. ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4–20.

(60)

     Skont il-premessa 28 tar-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2023 dwar it-tisħiħ tad-djalogu soċjali fl-Unjoni Ewropea

(61)

     Ġew stabbiliti erba’ gruppi ta’ livell għoli mill-Kummissjoni Ewropea sabiex jipprovdu tmexxija strateġika u gwida politika dwar l-iżvilupp regolatorju u infrastrutturali u sabiex jimmonitorjaw il-progress tal-proġetti ta’ interess komuni f’reġjuni ta’ prijorità. Dawn jinkludu: Il-Kooperazzjoni tal-Enerġija fl-Ibħra tat-Tramuntana (NSEC); L-Interkonnessjonijiet għal-Lbiċ tal-Ewropa; Il-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku (BEMIP); Il-Konnettività tal-Enerġija fl-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk (CESEC).

(62)

     Ir-Rapport ta’ Progress dwar l-Azzjoni Klimatika 2023, COM(2023) 653 final

(63)

     Il-valutazzjoni tal-progress dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima fl-Istati Membri individwali skont il-Liġi Ewropea dwar il-Klima, SWD (2023) 932.

(64)

     Il-grilji, il-ħolqa nieqsa – Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Grilji. COM (2023) 757 final.

Top

Brussell, 18.12.2023

COM(2023) 796 final

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW , LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Valutazzjoni madwar l-UE kollha tal-abbozz tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima aġġornati























Pass importanti lejn l-objettivi aktar ambizzjużi għall-2030 skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-pjan RePowerEU


ANNESS

1METODOLOĠIJA GĦALL-AGGREGAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET SERRA (GHG) FL-ISTATI MEMBRI KOLLHA

L-aggregazzjoni fl-UE kollha tad-data dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra hija bbażata fuq l-24 NECP sottomessi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta’ din il-valutazzjoni 1 u meta meħtieġ, tkun ikkomplementata b’informazzjoni estratta mill-ewwel rapporti ta’ progress ta’ Marzu 2023 (NECPR).

L-aggregazzjoni tad-data hija bbażata fuq ir-regoli li ġejjin:

-Meta disponibbli, intużaw il-projezzjonijiet b’miżuri addizzjonali (WAM) ipprovduti fl-NECPs.

-Jekk il-projezzjonijiet WAM ikunu neqsin, minflok jintużaw il-projezzjonijiet bil-miżuri eżistenti (WEM) ipprovduti fl-NECP.

-F’każ li la l-projezzjonijiet WAM u lanqas WEM ma jkunu disponibbli fl-NECPs, kif ukoll għall-Istati Membri li ma ppreżentawx l-NECP, intużaw il-projezzjonijiet WAM ta’ Marzu 2023. Jekk il-projezzjonijiet tal-WAM ta’ Marzu 2023 ma jkunux disponibbli, allura jintużaw il-projezzjonijiet tal-WEM ta’ Marzu 2023.



Tabella 1: ħarsa ġenerali lejn id-data dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra użata biex jiġi vvalutat il-progress lejn il-miri klimatiċi

Emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra (li jinkludu l-LULUCF)

Emissjonijiet tal-ESR

2030

2050

2005*

2030

Mt CO2e

EU-27

2 284

1 589

2 517,1

1 656,9

 

 

 

L-Awstrija

61,8

52,3

57,0

41,7

Il-Belġju

82,0

61,6

81,6

46,8

Il-Bulgarija

41,9

21,3

22,3

22,8

Il-Kroazja

19,2

11,4

18,1

15,0

Ċipru

6,0**

4,0**

4,3

3,3**

Iċ-Ċekja

108,7**

46,1

65,0

52,8

Id-Danimarka

28,9

22,6

40,4

24,4

L-Estonja

10,6**

4,6**

6,2

5,5

Il-Finlandja

4,7

-12,5

34,4

18,5

Franza

252,0**

256,2

401,1

215,0**

Il-Ġermanja

449,0**

194,0**

484,7

317,0**

Il-Greċja

44,5**

2,5**

63,0

34,0**

L-Ungerija

51,7

40,4

47,8

36,4**

L-Irlanda

62,5**

55,8**

47,7

42,8**

L-Italja

277,0**

268,7

343,1

219,5**

Il-Latvja

12,2

11,1

8,6

7,9

Il-Litwanja

8,7

7,4

13,1

10,3

Il-Lussemburgu

5,1

1,0

10,1

4,3

Malta

2,6

2,9

1,0

1,5

In-Netherlands

124,0

83,0**

128,1

78,6

Il-Polonja

340,7

276,0

192,5

178,7

Il-Portugall

29,4**

2,8

48,6

28,2

Ir-Rumanija

49,6**

3,1**

78,2

81,7

Is-Slovakkja

28,1

19,8

23,1

20,5

Is-Slovenja

6,4**

0,0

11,8

8,4**

Spanja

156,1

141,0

242,0

133,8

L-Iżvezja

-12,1

-24,4

43,2

16,5

*Iċ-ċifri tas-sena ta’ bażi legali għall-2005 kif stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 2  

** Punt tad-data fl-abbozz tal-NECP aġġornat differenti mill-NECPR



Għal-LULUCF, il-projezzjonijiet (WAM jew, meta ma jkunux disponibbli, WEM) intużaw biex tiġi vvalutata l-konformità tal-Istat Membru mar-regola ta’ “ebda debitu” tal-2021–25 u t-trajettorja lejn il-mira nazzjonali tal-2030 (skont l-Anness IIa, il-kolonna C tar-Regolament 2018/841 rivedut). Barra minn hekk, il-projezzjonijiet sottomessi ġew ivvalutati filwaqt li ġew ikkunsidrati l-inventarji riveduti. F’xi każijiet, dan kellu impatt sinifikanti fuq il-valutazzjoni kumplessiva. Ġiet ikkunsidrata wkoll il-kredibbiltà tal-politiki u l-miżuri proposti fl-oqsma rilevanti.

Għall-valutazzjoni tal-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis sal-2030 ta’ -55 % tal-emissjonijiet domestiċi netti ta’ gassijiet serra (li jinkludu l-LULUCF) meta mqabbla mal-1990, f’konformità mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, il-kontribut tal-assorbimenti netti kien limitat għal 225 miljun tunnellata ekwivalenti ta’ CO2.

2METODOLOĠIJA GĦALL-KALKOLU TAD-DISKREPANZA FL-AMBIZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI FIL-LIVELL TAL-UNJONI FIL-QASAM TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI

Il-kriterji li ġejjin intużaw fil-valutazzjoni tad-diskrepanza fl-ambizzjoni bejn il-kontributi sottomessi lejn is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni kollha ta’ mill-inqas 42,5 % u s-sehem tal-enerġija rinnovabbli li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika 3 :

Jekk x tirreferi għall-kontribuzzjoni tal-ishma tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli tal-Istat Membru fl-abbozz tal-NECP aġġornat

x ≤ -4 % = inqas b’mod sinifikanti

-4 % < x ≤ -2 % = inqas

-2 % < x < 0 % = kemxejn inqas

x = 0 % = allinjati

0% < x < 2%    = kemxejn ogħla

2% ≤ x < 5%    = ogħla

x ≥ 5 % = ogħla b’mod sinifikanti

Is-sehem tal-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri fil-konsum finali gross tal-enerġija (GFEC) u l-livelli assoċjati tal-GFEC tagħhom huma meħtieġa biex jiġi stabbilit jekk il-kontribut kollettiv tal-Istati Membri jammontax għal mill-inqas sehem vinkolanti tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni kollha ta’ mill-inqas 42,5 % tal-GFEC.

Għal dawk l-Istati Membri li ma ppreżentawx il-valuri tal-GFEC, jew li ma ppreżentawx abbozz tal-NECP aġġornat, intużaw il-kontributi tal-2019 ipprovduti fl-NECPs finali rispettivi tagħhom tal-2020 jew, jekk applikabbli, id-data uffiċjali ppreżentata lill-Kummissjoni permezz ta’ djalogu strutturat (EU PILOT) biex jimtlew il-lakuni fid-data li fadal.

Dsatax-il Stat Membru (il-Belġju, Ċipru, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Ungerija, l-Italja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, ir-Rumanija, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja) ippreżentaw abbozz tal-NECP aġġornat li jinkludi kontribut espliċitu jew impliċitu għall-mira vinkolanti tal-enerġija rinnovabbli tal-UE ta’ 42,5 % għall-2030.

Ħames Stati Membri (il-Finlandja, Franza, Malta, in-Netherlands, l-Iżvezja) ippreżentaw abbozz tal-NECP aġġornat iżda ma aġġornawx il-kontribut tagħhom għall-mira vinkolanti tal-enerġija rinnovabbli tal-UE ta’ 42,5 % għall-2030. Erba’ minn dawk il-ħames Stati Membri (il-Finlandja, Malta, in-Netherlands, l-Iżvezja) indikaw li se jaġġornaw il-kontribut tagħhom fl-NECP finali tagħhom.

Żewġ Stati Membri (il-Bulgarija u l-Polonja) ma ppreżentawx l-abbozz tal-NECP aġġornat iżda ppreżentaw il-kontribut tagħhom lill-Kummissjoni permezz tad-djalogu strutturat tal-EU Pilot.

Stat Membru wieħed (l-Awstrija) la ppreżenta abbozz tal-NECP aġġornat u lanqas il-kontribut permezz tal-iskambju tad-djalogu strutturat tal-EU Pilot.



Tabella 2: Ħarsa ġenerali lejn il-kontributi nazzjonali u l-lakuni fl-ambizzjoni lejn il-mira tal-Unjoni ta’ mill-inqas 42,5 % tal-konsum tal-enerġija rinnovabbli

Ishma tal-RES

Mira nazzjonali vinkolanti għall-2020

Valur tal-ISHMA Nazzjonali għall-2021

Kontribut nazzjonali tal-2030 (skont l-abbozz tal-NECP aġġornat)

Ishma tal-2030 allinjati mal-formula

Diskrepanza fl-ambizzjoni

AT

34 %

36,4 %

46 % - 50 %

57 %

Inqas b’mod sinifikanti

BE

13 %

13,0 %

21,7 %

33 %

Inqas b’mod sinifikanti

BG

16 %

17,0 %

29,9 %

33 %

Inqas

CY

13 %

18,4 %

26,5 %

33 %

Inqas b’mod sinifikanti

CZ

13 %

17,7 %

30 %

33 %

Inqas

DE

18 %

19,2 %

40 %

41 %

Kemxejn inqas

DK

30 %

34,7 %

70,9 %

60 %

Ogħla b’mod sinifikanti

EE

25 %

38,0 %

65 %

50 %

Ogħla b’mod sinifikanti

EL

18 %

21,9 %

44 %

39 %

Ogħla b’mod sinifikanti

ES

20 %

20,7 %

47,9 %

43 %

Ogħla

FI

38 %

43,1 %

51 %

62 %

Inqas b’mod sinifikanti

FR

23 %

19,3 %

33 %

44 %

Inqas b’mod sinifikanti

HR

20 %

31,3 %

42,5 %

44 %

Kemxejn inqas

HU

13 %

14,1 %

29 %

34 %

Inqas b’mod sinifikanti

IE

16 %

12,5 %

31,4 % - 34,1 %

43 %

Inqas b’mod sinifikanti

IT

17 %

19,0 %

40,5 %

39 %

Kemxejn ogħla

LT

23 %

28,2 %

55 %

49 %

Ogħla b’mod sinifikanti

LU

11 %

11,7 %

37 %

37 %

Allinjati

LV

40 %

42,1 %

57 %

61 %

Inqas b’mod sinifikanti

MT

10 %

12,2 %

11,5 %

28 %

Inqas b’mod sinifikanti

NL

14 %

13,0 %

27 %

39 %

Inqas b’mod sinifikanti

PL

15 %

15,6 %

23 % - 31 %

32 %

Inqas b’mod sinifikanti

PT

31 %

34,0 %

49 %

51 %

Kemxejn inqas

RO

24 %

23,6 %

34 %

41 %

Inqas b’mod sinifikanti

SE

49 %

62,6 %

65 %

76 %

Inqas b’mod sinifikanti

SI

25 %

25,0 %

30 % - 35 %

46 %

Inqas b’mod sinifikanti

SK

14 %

17,4 %

23 %

35 %

Inqas b’mod sinifikanti



3METODOLOĠIJA GĦALL-KALKOLU TAD-DISKREPANZA FL-AMBIZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI FIL-LIVELL TAL-UNJONI FIL-QASAM TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

Il-kalkolu tas-somma tal-kontributi nazzjonali tal-Istati Membri rrapportati fl-abbozz tal-NECPs aġġornati kemm għall-konsum finali tal-enerġija kif ukoll għall-konsum tal-enerġija primarja (FEC) huwa meħtieġ biex jiġi vvalutat jekk il-kontributi kollettivi tal-Istati Membri jammontawx għal 763 Mtoe għall-konsum finali tal-enerġija u 992,5 Mtoe għall-konsum tal-enerġija primarja.

Għal dawk l-Istati Membri li ma ppreżentaw l-ebda kontribut nazzjonali għall-konsum tal-enerġija finali jew primarja tagħhom, jew għat-tnejn li huma, jew li ma ppreżentawx abbozz tal-NECP aġġornat, intużaw l-kontributi tal-2019 ipprovduti fl-NECPs finali rispettivi tagħhom tal-2020 jew, jekk applikabbli, id-data uffiċjali ppreżentata lill-Kummissjoni permezz ta’ djalogu strutturat (EU PILOT) biex jimtlew il-lakuni fid-data li fadal.

Tlieta u għoxrin Stat Membru (il-Belġju, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Ungerija, l-Italja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, ir-Rumanija, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja, l-Iżvezja) ippreżentaw abbozz tal-NECP aġġornat li jinkludi kontribut espliċitu jew impliċitu għall-mira vinkolanti tal-konsum finali tal-enerġija tal-UE ta’ 11,7 % għall-2030.

Stat Membru wieħed (Malta) ippreżenta abbozz tal-NECP aġġornat iżda ma aġġorax il-kontribut tiegħu għall-mira vinkolanti tal-konsum finali tal-enerġija tal-UE ta’ 11.7 % għall-2030.

Stat Membru wieħed (il-Bulgarija) ma ppreżentax l-abbozz tal-NECP aġġornat iżda ppreżenta l-kontribut tiegħu lill-Kummissjoni permezz tad-djalogu strutturat tal-EU Pilot.

Żewġ Stati Membri (l-Awstrija u l-Polonja) la ppreżentaw abbozz tal-NECP aġġornat u lanqas kontribut permezz tal-iskambju tad-djalogu strutturat tal-EU Pilot.



Tabella 3: Ħarsa ġenerali lejn il-kontributi nazzjonali lejn il-mira tal-effiċjenza enerġetika tal-UE ta’ -11,7 % għall-2030

Konsum Finali tal-Enerġija

Konsum tal-Enerġija Primarja

Kontributi rrapportati mill-Istati Membri jew assunti

Riżultati tal-formula tal-Anness I tar-riformulazzjoni tal-EED

Devjazzjoni tal-kontributi mir-riżultat tal-formula għall-2030

Kontributi rrapportati mill-Istati Membri jew assunti

Riżultati tal-formula tal-Anness I tar-riformulazzjoni tal-EED

Devjazzjoni tal-kontributi mir-riżultat tal-formula għall-2030

AT

25,6

21,4

20,10 %

30,8

24,9

23,60 %

BE

29,9

28,8

4,00 %

36,5

33,8

8,15 %

BG

9,9

8,8

11,30 %

15,3

13,7

11,30 %

CY

1,9

1,8

4,04 %

2,3

2

11,86 %

CZ

20,2

20,2

-0,05 %

28,8

28,8

-0,02 %

DE

160,5

156

2,94 %

193,6

194,2

-0,31 %

DK

14,2

13,7

3,41 %

16,7

15,5

7,58 %

EE

2,6

2,6

1,35 %

5,1

3,9

30,63 %

EL

15,4

14,6

5,20 %

18,2

17,1

6,27 %

ES

70,2

65,4

7,37 %

96,7

81,8

18,24 %

FI

23,2

20,6

12,62 %

31,1

29,8

4,43 %

FR

104

104

-0,05 %

157,3

157,3

-0,05 %

HR

6,6

5,9

11,65 %

8,1

6,8

19,18 %

HU

17,9

16,2

10,62 %

30,7

23,3

31,55 %

IE

12,9

9,9

30,97 %

15,2

11,2

35,61 %

IT

94,4

92,1

2,48 %

115

112,2

2,53 %

LT

4,2

4,2

-1,14 %

5,2

5,2

0,83 %

LU

3

2,7

12,32 %

3,5

2,8

24,06 %

LV

3,4

3,3

4,16 %

4,1

3,7

10,04 %

MT

0,8

0,7

14,47 %

1,1

0,8

26,73 %

NL

43,9

38,4

14,27 %

46,6

46,2

0,84 %

PL

67

57,7

16,06 %

91,3

77,2

18,33 %

PT

14,9

13,4

11,11 %

20,8

15,2

37,17 %

RO

23,2

22,8

1,95 %

31,4

30,2

4,11 %

SE

29,8

25,1

18,84 %

40,4

35,4

14,08 %

SI

4,4

4,3

3,25 %

6

5,8

4,13 %

SK

10,3

8,5

21,38 %

15,7

13,6

15,26 %

Total

814,3

763

 

1067,5

992,5

 

(1)

   Il-Belġju, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja Il-Polonja u l-Bulgarija ppreżentaw informazzjoni parzjali permezz tad-djalogu strutturat tal-EU Pilot. Madankollu, it-trajettorji aġġornati għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ma ġewx inklużi.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-istabbiliment tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2030 skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(3)

   Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1-77.

Top