EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0936

Id-Deċiżjoni tal-kummissjoni tat-28 ta' Diċembru ta' l-2001 li tidderoga mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2001/822/KE, rigward ir-regoli ta'oriġini tal-gambli u gambli kbar, li huma preparati u priservati, ġejjin mill-Groenlandja (notifikata bid-dokument numru K(2001) 4648)

ĠU L 345, 29.12.2001, p. 91–93 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013D0755

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/936/oj

32001D0936



Official Journal L 345 , 29/12/2001 P. 0091 - 0093


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta' Diċembru ta' l-2001

li tidderoga mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2001/822/KE, rigward ir-regoli ta'oriġini tal-gambli u gambli kbar, li huma preparati u priservati, ġejjin mill-Groenlandja

(notifikata bid-dokument numru K(2001) 4648)

(2001/936/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta'Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji barranin mal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 37(8)(a) ta' L-Anness III ma' dan,

Billi:

(1) Fit-28 ta'Settembru 2001 il-Groenlandja talbet għal deroga mir-regoli ta' oriġini mniżżla f' l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/482/KEE [2] rigward kwantità annwali ta' 2100 tunnellata ta' gambli u gambli kbar, li huma preparati u priservati ta' l-ispeċje (Gambli tan-Nofsinhar), li jiġu esportati mill-Groenlandja fuq perjodu ta'ħames snin.

(2) Il-Groenlandja ibbażat it-talba tagħha fuq il-fatt li matul ċerti perjodi tas-sena jkun hemm nuqqas fil-provvisti tal-gambli u gambli kbar li joriġinaw minn hemm.

(3) B'effett mit-2 ta'Diċembru 2001, id-Deċiżjoni Nru 91/482/KEE, kienet imħassra u minflokha daħlet fis-seħħ id-Deċiżjoni Nru 2001/822/KE.

(4) L-Artikolu 37 ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti li joriġinaw" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva jipprevedi li derogi mir-regoli ta' oriġini huma permessi meta dan huwa ġustifikat bl-iżvilupp ta' industrji eżistenti jew bil-ħolqien ta'industrji ġodda f'pajjiż jew territorju.

(5) L-Artikolu 37 ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE jipproduċi mill-ġdid, id-disposizzjonijiet ta' l--Artikolu 30 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 91/482/KEE.

(6) Huwa għalhekk xieraq li t-talba tal-Groenlandja tiġi eżaminata skond l-Artikolu 37 ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE.

(7) Id-deroga mitluba hija ġustifikata skond l-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE u, speċifikament, skond l-Artikolu 37(7) tagħha, sakemm il-valur miżjud mal-prodotti użati fil-Groenlandja li ma joriġinawx minn hemm ikun ta'aktar minn 45 % tal-valur tal-prodott finali u peress li ma ssirx ħsara serja lis-settur ekonomiku tal-Komunitá jew ta'wieħed jew aktar Stati Membri, iżda jridu jiġu rispettati ċerti kondizzjonijiet rigward il-kwantitajiet, sorveljanza u tul ta'żmien.

(8) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'deroga mid-disposizzjonijiet ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE, gambli u gambli kbar, li huma preparati u priservati ta'l-ispeċje (Gambli tan-Nofsinhar), mħaddna f'CN kodiċi ex160520, proċessati fil-Groenlandja minn gambli u gambli kbar li ma joriġinawx mir-reġjun, għandhom jitqiesu li fil-fatt joriġinaw fil-Groenlandja skond din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-kwantitajiet murija fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni li huma importati fil-Komunità mill-Groenlandja matul il-perjodu ta' l-1 ta'Jannar 2002 sal-31 ta'Diċembru 2006.

Artikolu 3

1. Il-kwantitajiet imsemmijja fl-Anness għanhom ikunu immaniġġjati mill-Kummissjoni, li għandha tieħu kwalunkwe azzjoni amministrattiva li tikkonsidra xierqa għall-immaniġġjar effettiv.

2. Meta impurtatur jippreżenta, fi Stat Membru, dikjarazzjoni ta' dħul għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, kif ukoll applikazzjoni skond din id-Deċiżjoni, l-Istat Membru għandu, jekk id-dikjarazzjoni kienet aċċettata mill-awtoritajiet tad-dwana, jgħarraf lill-Kummissjoni bix-xewqa tiegħu li jaċċetta l-ammont li jikkorrispondi mal-ħtiġijiet tagħha.

L-applikazzjonijiet biex ikunu jistgħu jiġu irċevuti, għandhom juru d-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet, u jintbaghtu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-irtiri għandhom jiġu mogħtija mill-Kummissjoni skond id-data meta d-dikjarazzjonijiet għad-dħul għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jkunu ġew aċċettati mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, sakemm il-bilanċ disponibbli jippermetti dan.

Fil-każ li Stat Membru jonqos milli juża irtir għandu jirritorna mill-aktar fis possibli, għall-kwota xierqa.

Jekk it-talbiet ikunu aktar mill-bilanċ disponibbli ta' kwota mogħtija, l-kwantitajiet għandhom jiġu allokati fuq bażi pro-rata. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar l-irtirar fuq il-kwoti.

Kull Stat Membru għandu jassigura li l-importaturi jkollhom aċċess kontinwu u ugwali għall-ammonti disponibbli sakemm il-bilanċ jippermetti dan.

Artikolu 4

L-awtoritajiet tad-dwana tal-Groenlandja għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jagħmlu kontrolli kwantitattivi fuq esporti tal-prodotti msemmijja fl-Artikolu 1. Minn dak il-għadd, iċ-ċertifikati kollha li joħorġu wara din id-Deċiżjoni għandhom jinkludu riferenza għalihom. L-awtoritajiet kompetenti tal-Groenlandja għandhom kull tliet xhur jibagħtu lill-Kummissjoni, rendikont tal-kwantitajiet li għalihom inħarġu ċertifikati ta' moviment EUR.1, skond din id-Deċiżjoni u n-numri tas-serje ta' dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Kaxxa 7 of EUR.1 ċertifikati maħruġa skond din id-Deċiżjoni għandhom jinkludu waħda mir-referenzi għal din id-Deċiżjoni, li ġejjin:

- "Excepción -…";

- "Undtagelse - Beslutning…";

- "Abweichung - Entscheidung…";

- "Derogation – Decision…";

- "Deroga - Deċiżjoni…";

- "Dérogation - Décision…";

- "Deroga -…";

- "Afwijking - Beschikking…";

- "Derrogação - Decisão…";

- "Poikkeus - Päätös…";

- "Undantag - beslut nr…".

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2006.

Artikolu 7

Dan id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-28 Diċembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 314, tat-30.11.2001, p. 1.

[2] ĠU L 263, tad-19.03.1991, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Groenlandja

In-Nru ta' l-Ordni | Il-Kodiċi ta' l-NM | Id-deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Il-perjodu | (tunnellati) |

09.0691 | ex160520 | Gambli preparati jew priservati u gambli gbar ta' l-ispeċi Gambli tan-Nofsinhar | ta' l- 1.1.2002 sal- 31.12.2002 | 2100 |

ta' l- 1.1.2003 sal- 31.12.2003 | 2100 |

ta' l- 1.1.2004 sal- 31.12.2004 | 2100 |

ta' l- 1.1.2005 sal- 31.12.2005 | 2100 |

ta' l- 1.1.2006 sal- 31.12.2006 | 2100 |

--------------------------------------------------

Top