EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0074

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2008 tas- 6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 257, 25.9.2008, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/74(2)/oj

25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 74/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT taż-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 57/2008 tal-25 ta' April 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1372/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ kampjun tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1392/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 dwar it-trażmissjoni tad-dejta tal-kontijiet nazzjonali (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 18a (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98):

“—

32007 R 1372: ir-Regolament (KE) Nru 1372/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 42).”

(2)

L-inċiż li jmiss se jkun miżjud fil-punt 19d (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96):

“—

32007 R 1392: ir-Regolament (KE) Nru 1392/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 1).”

(3)

It-test ta' l-adattament (d) fil-punt 19d (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

“fl-Anness B, taħt ‘Id-Derogi skond l-Istat Membru’, għandu jiżdied li ġej wara l-punt 27 (Ir-Renju Unit):

28.   IN-NORVEĠJA

28.1.   Derogi għall-iskedi

Numru ta' l-Iskeda:

Element varjabbli/punt

Deroga

Il-perjodu kopert bid-deroga

L-ewwel trażmissjoni

L-iskedi kollha

Settur S.1314

Settur S.1314 mhux speċifikat (data integrata fis-settur S.1311)

Il-perijodi kollha

M'għandux ikun trażmess

1, 8

Firda ta' l-S2 Il-kumplament tad-dinja

L-ewwel trażmissjoni fl-2009

Data retrospettiva mill-1999 biss

Qabel l-1999

Dejta qabel l-1999 li m'għandhiex tkun trażmessa. Snin oħra: l-ewwel trażmissjoni 2009

3

Il-varjanti kollha skond l-industrija A 60

Dejta skond l-A 60 li trid tkun trażmessa f'T+23

Il-perjodi kollha

Dejta skond l-A 60 li trid tkun trażmessa f'T+23

6

L-elementi varjabbli kollha/punti

Sena 1995 m'għandux ikun trażmess

1995

M'għandux ikun trażmess

10, 12, 13

L-elementi varjabbli kollha/punti

Snin 1995 u 1996 m'għandhomx ikunu trażmessi

Dejta li trid tkun trażmessa f'T+28 xahar

1995, 1996

1995, 1996 m'għandhomx ikunu trażmessi Skedi li jridu jkunu trażmessi f'T+28 xahar

28.2.   Derogi għal varjanti individwali/punti fl-iskeda

Numru ta' l-Iskeda:

Element varjabbli/punt

Deroga

Il-perjodu kopert bid-deroga

L-ewwel trażmissjoni fl-

6, 7

Derivattivi finanzjarji AF.34

Snin 1995-2009: m'għandhomx ikunu trażmessi l-ewwel trażmissjoni fl-2011

1995-2009

M'għandux ikun trażmess

6, 7

Krediti kummerċjali u self antiċipat AF.71

AF.79 oħra

Snin 1995-2006: m'għandhomx ikunu trażmessi l-ewwel trażmissjoni fl-2008

1995-2006

2008”

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1372/2007 u 1392/2007 fl-ilsien Iżlandiz u dak Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Ġunju 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 56.

(2)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 42.

(3)  ĠU L 324, 10.12.2007, p. 1.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top