EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R2262

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2262 tal-15 ta' Diċembru 2016 li jemenda għall-257 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

C/2016/8857

ĠU L 342, 16.12.2016, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/2262/oj

16.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2262

tal-15 ta' Diċembru 2016

li jemenda għall-257 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-12 ta' Diċembru 2016 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna fiżika mal-elenku tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta' min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan,

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

“Rustam Magomedovich Aselderov (kitba originali: Рустам Магомедович Асельдеров) (magħruf ukoll bħala (a) Abu Muhammad (kitba orġinali: Абу Мухаммад), (b) Abu Muhammad Al-Kadari (kitba oriġinali: Абу Мухаммад Аль-Кадари), (c) Muhamadmuhtar (kitba oriġinali: Мухамадмухтар). Data tat-twelid: 9.3.1981. Post tat-twelid: Iki-Burul Village, Iki-Burulskiy District, ir-Repubblika ta' Kalmykia, il-Federazzjoni Russa. Nazzjonalità: Il-Federazzjoni Russa. Nru tal-passaport: Passaport Russu 8208 No. 555627, maħruġ mill-Uffiċċju Leninskiy, Direttorat tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni tal-Federazzjoni Russa għar-Repubblika tad-Dagestan. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): it-12.12.2016.”


Top