EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0582
2010/582/EU: Council Implementing Decision of 27 September 2010 authorising the French Republic and the Italian Republic to introduce a special measure derogating from Article 5 of Directive 2006/112/EC on the common system of value added tax
2010/582/UE: Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ Settembru 2010 li tawtorizza lir-Repubblika ta’ Franza u lir-Repubblika Taljana biex jintroduċu miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
2010/582/UE: Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ Settembru 2010 li tawtorizza lir-Repubblika ta’ Franza u lir-Repubblika Taljana biex jintroduċu miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
ĠU L 256, 30.9.2010, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/26 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Settembru 2010
li tawtorizza lir-Repubblika ta’ Franza u lir-Repubblika Taljana biex jintroduċu miżura speċjali ta’ deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
(2010/582/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 291(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Permezz ta’ ittri rreġistrati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fid-19 ta’ Ġunju 2009 u d-19 ta’ Novembru 2009 rispettivament, l-Italja u Franza talbu awtorizzazzjoni biex jintroduċu miżura speċjali ta’ taxxa fir-rigward tal-operazzjoni, il-manutenzjoni u s-sigurtà tat-Triq fil-Mina Col de Tende, kif ukoll għall-kostruzzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni u s-sigurtà ta’ mina ġdida parallela ma’ dik eżistenti (“il-miżura”). |
(2) |
B’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ ittri ddatati 14 ta’ Diċembru 2009 dwar it-talbiet li saru minn Franza u mill-Italja. Permezz ta’ ittri ddatati s-17 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni nnotifikat lil Franza u lill-Italja li hi kellha l-informazzjoni kollha li kienet tikkunsidra meħtieġa sabiex tqis it-talba. |
(3) |
It-Triq fil-Mina Col de Tende hija triq ta’ kollegament permanenti bejn Franza u l-Italja. Taħt Ftehim tat-12 ta’ Marzu 2007 bejn dawn iż-żewġ Stati Membri l-Italja hija nominata bħala responsabbli għall-operazzjoni, il-manutenzjoni u s-sigurtà tal-mina eżistenti, kif ukoll għall-kostruzzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni u s-sigurtà tal-mina l-ġdida li, meta titlesta, għandha ġġorr it-traffiku fid-direzzjoni opposta għal dak tal-mina eżistenti. |
(4) |
Permezz tal-miżura, is-sit kollu tal-mina eżistenti, kif ukoll il-perimetru u s-sit ta’ kostruzzjoni tal-mina l-ġdida, se jkunu meqjusa li jinsabu fit-territorju tal-Italja għall-finijiet ta’ provvisti ta’ prodotti, servizzi, akkwisti intra-komunitarji ta’ prodotti u importazzjonijiet maħsuba għall-kostruzzjoni, operazzjoni, manutenzjoni u sigurtà rilevanti taż-żewġ mini. Fin-nuqqas ta’ tali miżura, ikun neċessarju, skont il-prinċipju tat-territorjalità, li jiġi aċċertat għal kull provvista jekk il-post ta’ tassazzjoni ikunx fi Franza jew fl-Italja. |
(5) |
L-iskop tal-miżura huwa għalhekk li tiġi ssimplifikata l-proċedura għall-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-operazzjoni, il-manutenzjoni u s-sigurtà tal-mina eżistenti, kif ukoll fuq il-kostruzzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni u s-sigurtà tal-mina l-ġdida. |
(6) |
Id-deroga ma għandha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Repubblika ta’ Franza u r-Repubblika Taljana huma awtorizzati jikkunsidraw is-sit kollu tat-Triq fil-Mina Col de Tende, flimkien mas-sit tal-kostruzzjoni tat-Triq fil-Mina ġdida Col de Tende li se tkun parallela mal-mina eżistenti, bħala li jinsabu fit-territorju tal-Italja għall-finijiet tal-provvista ta’ prodotti, servizzi, akkwisti intra-komunitarji u importazzjonijiet maħsuba għall-kostruzzjoni u għall-operazzjoni, manutenzjoni u sigurtà sussegwenti tal-mina l-ġdida, kif ukoll għall-operazzjoni, manutenzjoni u sigurtà tal-mina eżistenti.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Franza u lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
K. PEETERS
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.