EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XC0326(03)

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

OJ C 72, 26.3.2009, p. 58–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/58


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

(2009/C 72/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SOMMARJU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“GRELOS DE GALICIA”

Nru tal-KE: ES-PGI-0005-0469-13.06.2005

DPO ( ) IĠP ( X )

Dan is-sommarju jippreżenta l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'finijiet ta' informazzjoni biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Identità:

Subdirección General de Calidad y Agricultura ecológica — Dirección General de Industrias y Mercados Agroalimentarios — Secretaría General de Medio Rural del Ministerio de Medio Ambiente, y Medio Rural y Marino de España

Indirizz:

Paseo Infanta Isabel 1

28071 Madrid

ESPAÑA

Tel.

+34 913475394

Feks

+34 913475410

Posta elettronika:

sgcaae@mapya.es

2.   Grupp:

Identità:

CHAMPIVIL, S.L. y otros

Indirizz:

Mourence, 6

27820 Villalba (Lugo)

ESPAÑA

Tel.

+34 9825112 22

Feks

+34 982512135

Posta elettronika:

info@champivil.com

Kompożizzjoni:

Produtturi/Proċessaturi ( X ) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6 — Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati.

4.   Speċifikazzjoni:

(Sommarju tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem tal-prodott

“Grelos de Galicia”

4.2.   Deskrizzjoni

Il-prodott protett mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Grelos de Galicia” hija l-parti veġetativa, destinata għall-konsum mill-bniedem, ta' pjanti tal-ispeċi Brassica rapa L. var. rapa (isem komuni nevew), mill-varjetà tal-gruppi ekwivalenti għall-ekotipi Santiago u Lugo, u l-varjetajiet kummerċjali rreġistrati “Grelos de Santiago” u “Globo blanco de Lugo”, li jirrappreżentaw dawn iż-żewġ ekotipi u li jinbiegħu friski, iffriżati u ppreservati.

Il-karatteristiċi morfoloġiċi tal-pjanta huma dawn: għerq prinċipali (taproot), b'parti minfuħa li hija magħquda maz-zokk dritt li jofroq mill-basla. Weraq żgħar tawwalin u muswafa fuq il-parti t'isfel, b'lobi laterali żgħar u wesgħin, li jkunu ikbar iktar il fuq. Weraq fuq il-parti superjuri tal-pjanta fil-livell tal-fjuri ta' forma tawwalija ppuntata, b'żewġ awrikoli ttundjati, mingħajr suf u li jħaddnu z-zokk.

Id-denominazzjoni “grelos” tintuża indiskriminatament bħala referenza għall-weraq u z-zkuk veġetativi li jinġabru matul iċ-ċiklu ta' ħajja tal-pjanta, li tissejjaħ “nabizaz”; u l-weraq u l-irjus tal-fjuri li jinġabru immedjatament qabel il-perjodu ta' fjoritura, magħruf f'bosta partijiet ta' Galicia bħala “cimos”

Il-brassika ħadra friska tinbiegħ f'partijiet uniformi skont l-oriġini u l-varjetà, billi jintużaw għenieqed tradizzjonali li jiżnu bejn wieħed u ieħor 0,5 kg jew 1 kg, marbutin b'zkuk veġetali jew materjali oħra awtorizzati fil-Manwal ta' Kwalità.

Il-brassika ħadra iffriżata tiġi mqassma skont id-daqs, maħsula, mismuta u f'xi każijiet titpoġġa f'kaxxi qabel ma tiġi ffriżata, u tiġi ppakkjata f'kontenituri ta' piżijiet u magħmula minn materjali awtorizzati mill-leġiżlazzjoni attwali u espliċitament stipulati fil-Manwal ta' Kwalità.

Il-brassika ħadra ppreservata tiġi pproċessata b'mod naturali, u jiġi miżjud biss l-ilma tat-tisjir u melħ għall-likwidu li jgħattiha, mingħajr aċidifikazzjoni, u titpoġġa f'laned jew vażetti tal-ħġieġ ta' piżijiet awtorizzati mill-leġiżlazzjoni attwali u espliċitament stipulati fil-Manwal ta' Kwalità.

Karatteristiċi organolettiċi: Il-brassika ħadra ma tittikilx nejja. Biex tkun tista' tittiekel, għandha tiġu msajjra għal perjodu li jvarja skont l-iżvilupp fenoloġiku tagħha. Għaldaqstant il-karatteristiċi organolettiċi tagħha jirreferu għal brassika ħadra li hija lesta għall-konsum, fi kliem ieħor imsajjra, jew mill-konsumaturi jew ipproċessati b'mod industrijali.

Dawn il-karatteristiċi huma kif ġej: Kulur aħdar skur, li jiskura iktar meta l-pjanta teqreb il-fażi ta' fjoritura. Togħma ftit aċiduża, u morra. b'konsistenza ftit fibruża, iktar qawwija jekk il-varjetà għandha weraq iktar dojoq, b'perċenwali iktar għolja ta' weraq żgħar. ftit ratba minħabba l-kontenut baxx ta' fibri.

4.3.   Żona ġeografika:

Iż-żona ta' produzzjoni hija mifruxa għall-muniċipalitajiet kollha tal-Komunità Awtonoma ta' Galicia. Iż-żona tal-preparazzjoni u l-ippakkjar hija l-istess żona.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Hija biss il-brassika ħadra kkultivata skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet u l-Manwal ta' Kwalità f'għelieqi żgħar u minn kultivaturi rreġistrati fir-reġistru ekwivalenti li tista' tingħata l-IĠP “Grelos de Galicia” jew tintuża għall-ipproċessar ta' brassika ħadra koperta minn din l-IĠP Bl-istess mod, tista' tuża d-denominazzjoni IĠP “Grelos de Galicia”, biss il-brassika ħadra li tiġi pproċessata jew ippakkjat fil-faċilitajiet korrispondenti fir-reġistru.

Kull persuna, naturali jew ġuridika, li għandha proprjetà mniżżla fir-reġistri, l-għelieqi, il-ħwienet, l-industrija u l-prodotti, tista' tiġi spezzjonati u verifikati mill-entità ta' kontroll, bil-għan li jiġi żgurat li l-prodotti li jaqgħu taħt id-denominazzjoni Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Grelos de Galicia”, huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Manwal ta' Kwalità.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

Iż-żerriegħa li għandha tintuża għall-pjanti għandha tkun mill-ekotipi Santiago u ta' Lugo, dawn iż-żewġ tipi huma ekwivalenti għall-varjetajiet kummerċjali awtorizzati “Grelos de Santiago” u “Globo blanco de Lugo” u dawk mill-gruppi rispettivi ta' varjetà li jirriżultaw mill-użu tal-istess art jew minn għelieqi oħra li huma rreġistrati fir-Reġistru tal-Pjantazzjonijiet tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Grelos de Galicia” Iż-żerriegħa tiġi miżrugħa minn nofs Awwissu, bid-data tvarja skont iż-żona u kemm il-varjetà tkun bikrija. Il-ħsad isir bl-idejn, preferibbilment f'ħin fejn ma taħkimx ix-xemx. Il-pjanti jeħtieġu maniġġar b'attenzjoni sabiex tiġi evitata l-ħsara lill-weraq li taffettwa d-dehra tagħhom u tikkawża wkoll punt ta' dħul għal mikro-organiżmi li jġorru l-mard. Meta l-prodott ikun destinat għall-industrija tal-ipproċessar jistgħu jintużaw metodi mekkaniċi ta' ħsad. Fl-istess ġurnata tal-ħsad, billi tingħata attenzjoni partikolari biex ma ssirx ħsara lill-prodott, il-brassika ħadra tintbagħat fil-ħażna għall-ippakkjar jew l-impriżi ta' proċessar skont il-każ.

L-ipproċessar u l-ippakkjar tal-brassika ħadra għandu jsir fiż-żona ġeografika definita minħabba l-kundizzjonijiet delikati li fihom għandha tiġi pproċessata u ppreservata wara l-ħsad. Dawn l-operazzjonijiet għandhom isiru fiż-żona ġeografika definita sabiex:

Tiġi evitata d-degradazzjoni tal-prodott: Il-brassika ħadra hija ħaxixa bil-weraq li tiddeterjora malajr ħafna bejn il-ħsad u l-wasla fiċ-ċentru ta' proċessar. It-telf tal-kontenut tal-ilma flimkien mad-danni fiċ-ċelluli jġegħlu l-weraq jisfaru u jkunu inqas wieqfa, u b'hekk jitnaqqas l-ammont ta' prodott li jista' jitpoġġa fis-suq. Il-brassika ħadra għandha valur miżjud bħala ikel funzjonali minħabba l-kontenut għoli ta' glukosinolat, flavonoidi u vitamini u komposti oħra. Madankollu, ladarba jsir il-ħsad dawn il-komposti u oħrajn jiddeterjoraw malajr ħafna u dan iwassal għal telf konsiderevoli fil-valur nutritiv. Huwa magħruf li iktar minn 50 % tal-kontenut tal-vitamina Ċ jintilef fi żmien jumejn, u li l-glukosinolati (komposti anti-karsinoġeniċi) jiddeterjoraw malajr wara l-ħsad. Dan kollu jfisser li huwa meħtieġ li l-maniġġjar, it-trasport, il-ħażna u l-ipproċessar isiru mhux iktar tard minn 24 siegħa wara l-ħsad, u għalhekk huwa essenzjali li jitnaqqsu kemm jista' jkun id-distanzi bejn il-punti ta' ħsad u d-distribuzzjoni, l-ippakkjar u/jew punti oħra ta' proċessar.

Il-garanzija ta' traċċabbiltà u l-iżgurar tal-kontroll. Iż-żona ġeografika tal-awtorità ta' ispezzjoni hija limitata għaż-żona ġeografika definita, li hija l-Komunità Awtonoma ta' Galicia. Taħt is-sistema ta' kontroll u ċertifikazzjoni, l-oriġini u t-traċċabbiltà ta' 'Grelos de Galicia' huma garantiti sakemm huma ppreparati, ipproċessati u ppakjati f'din il-Komunità.

Iż-żamma tal-karatteristiċi tipiċi u l-ippreservar tal-kwalità “Grelos de Galicia”. Hemm tradizzjoni antika tal-konsum u l-preparazzjoni ta' dan il-prodott fil-Komunità Awtonoma ta' Galicia. Il-fatt li l-ippakkjar isir f'żona ġeografika definita jikkontribwixxi b'mod deċiżiv għall-protezzjoni tal-karatteristiċi speċjali u l-kwalità ta' “Grelos de Galicia”. Dan jippermetti lill-produtturi u l-Awtorità ta' ispezzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta l-kariga li jimplimentaw u jikkontrollaw ir-regoli dwar it-trasport, l-ipproċessar u l-ippakkjar tan-nevew. Dawn l-entitajiet għandhom l-għarfien u l-ħiliet neċessarji biex jiggarantixxu l-maniġġar xieraq tal-“Grelos de Galicia”

4.6.   Rabta

L-inklużjoni tal-brassika ħadra fil-kultivazzjoni b'rotazzjoni hija dokumentata f'bosta testi muniċipali u ta' bejgħ fis-seklu XIII li jirreferu għal ażjendi tan-“nevew”. Din ir-rotazzjoni kienet tippermetti li l-art tiġi sfruttata bis-sħiħ billi jkun hemm alternazzjoni bejn kultivazzjoni sajfija taċ-ċereali man-nevew u ma' ċereali li jiġu kkultivati fix-xitwa

Il-brassika ħadra hija pjanta adattata għal klima moderata u tikber fi klima umda u hija reżistenti għall-ġelu. Teħtieġ ħamrija fertili, b'kontenut għoli ta' materjal organiku, ta' konsistenza medja, fonda u ħafifa, ftit xotta u fl-istess ħin umda. Dawn il-kondizzjonijiet klimatiċi jinsabu f'bosta partijiet ta' Galicia.

Il-brassika ħadra hija ingredjent essenzjali f'xi uħud mill-pjatti l-iktar tipiċi ta' Galicia bħal “Caldo” jew “Pote gallego”, “Cocido” u “Lacón con Grelos”, u hija l-element li jiddistingwi t-tisjir ta' Galicia minn dak ta' reġjuni oħra.

Hemm bosta referenzi storiċi u gastronomiċi għal dan il-prodott, li juru influwenza qawwija fil-kultura u l-poplu ta' Galicia. Bosta awtori mil-qasam etnografiku u gastronomiku enfasizzaw unanimament il-preżenza u n-natura speċifika tal-brassika ħadra bħala punt ta' referenza fit-tradizzjoni kulinarja ta' Galicia. Bħala referenza, il-kittieb famuż Ramón Otero Pedrayo (Guía de Galicia. 1926), il-kritiku gastronomiku Ángel Muro (Almanaque y conferencias culinarias. 1890-1905), l-awtur Emilia Pardo Bazán (La cocina española antigua. 1912), Manuel María Puga y Parga (La cocina práctica. 1905) y Álvaro Cunqueiro (A cociña galega. 1973).

Fl-aħħarnett, dan il-prodott huwa msemmi bħala ħaxixa tipika ta' Galicia fl-“Inventario Español de Productos Tradicionales” (Inventarju Spanjol ta' prodotti tradizzjonali) ippubblikat fl-1996 mill-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel.

4.7.   Struttura tal-kontroll

Identità:

Instituto Galego da Calidade Alimentaria (INGACAL)

Indirizz:

Rúa Fonte dos Concheiros, 11 bajo.

15703 Santiago de Compostela

ESPAÑA

Tel.

+34 981540055

Feks

+34 981540018

Posta elettronika:

sxca.agri@xunta.es

4.8.   Tikkettar

Għall-brassika ħadra li tiġi kumerċjalizzata taħt l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Grelos de Galicia”, it-tikketta kummerċjali ekwivalenti għat-trejmark ta' kull produttur/ pakkettatur għandha tidher fuq iċ-ċertifikazzjoni. Għandhom ikollhom ukoll tikketta speċifika li turi l-indikazzjoni ġeografika, u kodiċi sekwenzjali alfanumeriku awtorizzat u maħruġ mill-awtorità ta' ispezzjoni, u l-logo uffiċjali tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta.

Kemm it-tikketta kummerċjali kif ukoll it-tikketta speċifika ta' indikazzjoni ġeografika għandhom ikollhom il-kliem “Indikazzjoni Ġeografika Protetta, Grelos de Galicia”

It-tikketta jista' jkollha l-indikazzjoni tal-istat fenoloġiku tal-pjanta, li tiddistingwi bejn “nabizas” u “cimos”, kif iddikjarat fit-taqsima dwar il-deskrizzjoni tal-prodott.

Barra minn hekk, fir-rigward tal-brassika ħadra li tkun suġġetta għal proċeduri diversi ta' proċessar minn dawk stipulati fl-ispeċifikazzjoni, tista' tingħata awtorizzazzjoni li jiġi ddikjarat fuq it-tikketti tagħhom li huma ppreparati b'brassika ħadra li għandha l-IĠP “Grelos de Galicia” sakemm il-materja prima hija konformi mal-ħtiġijiet fl-ispeċifikazzjoni u r-regoli relevanti stipulati fil-Manwal ta' Kwalità.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Top