Statistiċi dwar il-qligħ u l-kost lavorattiv
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Ir-Regolament (KE) Nru 530/1999 – figuri komparabbli tal-UE għall-qligħ u l-kost lavorattiv
X'INHU L-GĦAN TA' DAN IR-REGOLAMENT?
-
Għandu l-għan li jgħin lill-UE tifformula l-politiki tagħha, fuq il-bażi ta' statistiki affidabbli u komparabbli minn madwar l-UE, fir-reġjuni kollha u għall-oqsma soċjali u ekonomiċi kollha.
-
Għal dan il-għan, ir-Regolament (KE) Nru 530/1999 jistabbilixxi x'tip ta' data għandhom jiġbru l-awtoritajiet statistiċi madwar l-UE, u kif għandhom jagħmlu dan.
PUNTI EWLENIN
-
L-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiżi tal-UE u l-Eurostat jikkooperaw sabiex jipproduċu statistiki, bil-għan li jqabblu l-kostijiet lavorattivi u l-qligħ.
-
Kull 4 snin, il-Eurostat jippubblika data u janalizza għal kull waħda minn dawn l-entrati, bis-suġġett li jalterna kull sentejn, eż.:
-
fl-2014 - il-qligħ
-
fl-2016 - il-kost lavorattiv
-
fl-2018 - il-qligħ, eċċ.
-
Dawn jintużaw sabiex jiġi żviluppati politiki tal-UE għan-negozji u l-impjegati u sabiex jiġi analizzat it-tkabbir tal-UE u l-koeżjoni ekonomika u soċjali tagħha.
It-tipi ta' informazzjoni miġbura
Il-kost lavorattiv
-
Rigward il-livell u l-kompożizzjoni tal-kost lavorattiv, l-informazzjoni trid tippermetti li jiġu prodotti statistiċi fuq:
-
in-negozju jew l-unità tal-produzzjoni li għalihom jaħdmu l-impjegati, speċjalment ir-reġjun fejn huma bbażati, id-daqs u s-settur tal-attività tagħhom;
-
il-kost lavorattiv annwali totali (pagi u salarji, kontribuzzjonijiet soċjali, spejjeż tat-taħriġ vokazzjonali, eċċ.);
-
in-numru annwali medju ta' impjegati, inklużi l-part-timers u l-apprendisti;
-
in-numru annwali ta' sigħat tax-xogħol u mħallsin.
Il-qligħ
-
Rigward l-istruttura u d-distribuzzjoni tal-qligħ, l-informazzjoni li trid tinġabar trid tinkludi data dwar:
-
in-negozju jew l-unità lokali li għalihom jaħdmu l-impjegati, speċjalment oġġetti bħall-forma ta' kontroll ekonomiku u finanzjarju u t-tip ta' ftehim kollettiv applikat fin-negozju, eċċ.;
-
l-impjegati (is-sess, l-età, il-kariga, il-livell ta' edukazzjoni u taħriġ, it-tul tas-servizz, full-time jew part-time, it-tip ta' kuntratt ta' impjieg);
-
il-qligħ gross u n-numru ta' sigħat imħallsin.
Il-ġbir tad-data u l-ipproċessar tar-riżultati
-
L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti jiddefinixxu l-metodi xierqa għall-ġbir tal-informazzjoni u jiżguraw li l-impjegaturi jirrispettaw l-obbligu li jfornu l-informazzjoni sal-iskadenzi stabbiliti. Madankollu, l-istħarriġijiet imwettqin fin-negozji mhumiex obbligatorji jekk jistgħu jinħarġu stimi preċiżi minn sorsi xierqa oħrajn.
-
L-awtoritajiet nazzjonali jridu jipproċessaw it-tweġibiet b'mod konsistenti, sabiex ir-riżultati jkunu jistgħu jitqabblu ma' xulxin.
-
Ir-riżultati jingħaddew lill-Eurostat fi żmien 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' referenza.
-
Dettalji dwar kif trid tinġabar id-data u l-format li bih għandha tintbagħat lill-Eurostat huma pprovduti f'2 atti ta' implimentazzjoni (ir-Regolament (KE) Nri 1726/1999 u 1916/2000).
Kwalità
-
L-awtoritajiet nazzjonali jridu jaraw li r-riżultati tagħhom jipprovdu rappreżentazzjonijiet preċiżi tas-sitwazzjoni f'pajjiżhom.
-
Wara kull perjodu ta' referenza, jgħaddu rapport lill-Eurostat dwar kif qiegħed jiġi implimentat ir-regolament f'pajjiżhom sabiex il-Eurostat ikun jista' jevalwa l-kwalità tad-data.
-
Il-kontenut u l-kriterji ta' evalwazzjoni għar-rapport huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 698/2006.
META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Ilu japplika mill-1 ta’ April 1999.
SFOND
Għal aktar tagħrif, ara:
DOKUMENT EWLIENI
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 tad-9 ta' Marzu 1999 li jikkonċerna l-istatistiċi strutturali dwar il-qligħ u dwar l-ispejjeż tax-xogħol (ĠU L 63, 12.3.1999, pp. 6–10)
Emendi suċċessiv għar-Regolament (KE) Nru 530/1999 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
ATTI RELATATI
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1726/1999 tas-27 ta' Lulju 1999 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 dwar l-istatistika strutturali tad-dħul u ta' l-ispejjeż ta' l-impjieg fir-rigward tad-definizzjoni u t-trasmissjoni ta' l-informazzjoni fuq l-ispejjeż ta' l-impjieg (ĠU L 203, 3.8.1999, pp. 28–40)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1916/2000 tat-8 ta' Settembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 li jirrigwarda l-istatisiki strutturali dwar il-qligħ u dwar in-nefqiet fuq ix-xogħol rigward id-definizzjoni u t-trasmissjoni tat-tagħrif dwar l-istruttura tal-qligħTest b'relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 229, 9.9.2000, pp. 3–13)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 698/2006 tal-5 ta' Mejju 2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 rigward l-evalwazzjoni tal-kwalità ta’ l-istatistiki strutturali dwar l-ispejjeż tax-xogħol u l-qligħ (ĠU L 121, 6.5.2006, pp. 30–35)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 27.07.2016