EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013DC0533

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI It-titjib tal-governanza tal-OLAF u t-tisħiħ tas-salvagwardji proċedurali fl-investigazzjonijiet: Approċċ pass pass li jimxi id f'id mal-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

/* COM/2013/0533 final */

52013DC0533

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI It-titjib tal-governanza tal-OLAF u t-tisħiħ tas-salvagwardji proċedurali fl-investigazzjonijiet: Approċċ pass pass li jimxi id f'id mal-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew /* COM/2013/0533 final */


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

It-titjib tal-governanza tal-OLAF u t-tisħiħ tas-salvagwardji proċedurali fl-investigazzjonijiet: Approċċ pass pass li jimxi id f'id mal-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

1. Introduzzjoni:

L-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi ġie stabbilit fit-28 ta’ April 1999 b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-azzjoni biex jiġu miġġielda l-frodi u attivitajiet illegali oħra ta' dannu għall-interessi tal-Komunità. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999, ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM) Nru 1074/1999 u l-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 jistipulaw kif l-OLAF għandu jagħmel l-investigazzjonijiet.

Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiggarantixxi legalment li l-investigazzjonijiet interni jsiru b'kundizzjonijiet ekwivalenti fit-tliet istituzzjonijiet u fil-korpi, uffiċċji u aġenziji Komunitarji l-oħra kollha.

Is-setgħat investigattivi esterni tal-OLAF huma prinċipalment dawk li kienu mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolamenti (KE, Euratom) Nri 2988/95 (il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej) u 2185/96 (il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej). L-OLAF jaħdem ukoll fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 515/97 dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka.

Mindu nħoloq l-OLAF, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni ssaħħet. L-esperjenza miksuba maż-żmien uriet li l-governanza tal-OLAF jeħtieġ tissaħħaħ. Il-Kummissjoni ppreżentat żewġ proposti leġiżlattivi, l-ewwel fl-2004 u t-tieni fl-2006. Iż-żewġ proposti ġew maħsuba biex isaħħu l-garanziji proċedurali applikabbli fl-investigazzjonijiet tal-OLAF, peress li l-qafas regolatorju tal-1999 ma jgħid kważi xejn dwar din il-kwistjoni.

2. Ir-Regolament rivedut tal-OLAF

Fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni ta’ Marzu 2011, u wara negozjati intensivi, ġie approvat (b'mod unanimu) kompromess dwar ir-Regolament rivedut tal-OLAF fil-25 ta’ Frar 2013[1] mill-Kunsill u fit-3 ta’ Lulju 2013 mill-Parlament Ewropew[2].

Ir-regolament rivedut huwa maħsub biex tissaħħaħ il-governanza tal-OLAF, jissaħħu d-drittijiet proċedurali f’investigazzjonijiet interni u esterni u l-iskambju ta’ informazzjoni kemm mal-istituzzjonijiet kif ukoll mal-awtoritajiet tal-Istati Membri.

3. Miżuri intenzjonati li jkomplu jikkonsolidaw il-qafas legali

L-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) se jwassal għal bidla sostanzjali fil-mod kif isiru fl-Unjoni l-investigazzjonijiet dwar frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.

Fil-ġejjieni, kull darba li jqumu suspetti dwar kondotta kriminali li tkun fil-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-investigazzjonijiet li sussegwentement isiru sejrin jitmexxew mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bħala korp ġudizzjarju, minflok — kif isir illum — mill-OLAF li jagħmel investigazzjonijiet amministrattivi. Din il-bidla naturalment se tinvolvi tisħiħ sostanzjali tal-garanziji proċedurali għall-persuni li jkunu s-soġġett ta’ investigazzjonijiet.

Skont ir-Regolament propost tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, kull meta l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiftaħ investigazzjoni, japplikaw il-garanziji proċedurali msaħħa kollha tipiċi tal-investigazzjonijiet ġudizzjarji. Għalhekk meta jkun beħsiebu jwettaq investigazzjonijiet fil-konfront ta' membru tal-persunal ta’ istituzzjoni tal-UE, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollu jitlob l-istituzzjoni biex tneħħi l-immunità tal-individwu(i) li għandu/hom ikun/u investigat(i) skont il-Protokoll Nru 7 tat-Trattati (ara wkoll l-Artikolu 19 tal-proposta għal Regolament tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew). Dawn id-dispożizzjonijiet ikunu japplikaw ukoll għall-membri tal-Istituzzjonijiet, inkluża l-immunità ta’ Membri tal-Parlament Ewropew u l-Membri tal-Kummissjoni.

Barra minn hekk, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew se jwettaq il-miżuri investigattivi tiegħu f’konformità mal-Artikolu 26 tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u r-regoli ddettaljati tal-liġi kriminali nazzjonali li tirregola l-miżura rispettiva. Għal sensiela tal-aktar miżuri investigattivi invażivi kif propost fl-Artikolu 26 (bħal fil-każ ta' tfittxijiet u qbid, interċezzjonijiet ta’ telekomunikazzjonijiet, investigazzjonijiet sigrieti), se jkun hemm rekwiżit armonizzat fil-livell tal-UE biex l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jitlob minn qabel awtorizzazzjoni ġudizzjarja biex iwettaq il-miżura intrużiva. Il-miżuri investigattivi meħuda mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jistgħu jiġu sottomessi għal stħarriġ ġudizzjarju mill-imħallef nazzjonali kompetenti skont ir-regoli nazzjonali ta’ proċedura kriminali (ara l-Artikolu 36 tal-proposta għal Regolament tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew). Il-liġi nazzjonali tista' tipprovdi għal protezzjoni ġudizzjarja diretta kontra att investigattiv, biex b’hekk tippermetti li ssir verifika malajr tal-legalità tiegħu matul il-fażi investigattiva qabel ma kawża tinġieb quddiem il-qorti.

Konsegwenza tal-ħolqien fil-ġejjieni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew hija li se jonqos ir-rwol tal-OLAF f’rabta mal-possibbiltà ta’ kondotta kriminali li tkun taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE f’materji interni (jiġifieri, fl-istituzzjonijiet tal-UE, korpi u aġenziji tal-Unjoni). Ladarba l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun stabbilit, f’dawn il-każijiet, l-OLAF se jipprovdi biss evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet irrapportati lilu. Mhux se jibqa' jagħmel investigazzjonijiet iżda jista' jipprovdi assistenza lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew wara talba tiegħu (kif diġà llum jipprovdi għajnuna lill-prosekuturi nazzjonali). Din il-bidla se tiffaċilita proċess aktar imħaffef ta’ investigazzjoni u se tgħin biex jiġu evitati duplikazzjonijiet ta' investigazzjonijiet amministrattivi u kriminali dwar l-istess fatti. B’dan il-mod, iċ-ċansijiet ta’ sejbin ta' ħtija jiżdiedu.

Huwa ċar li din iċ-ċaqliqa fundamentali fl-approċċ minn investigazzjonijiet amministrattivi għal ġudizzjarji se tkun tinvolvi wkoll bilfors għadd ta' bidliet fir-Regolament tal-OLAF. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess waqt mar-Regolament tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Il-Kummissjoni se tressaq proposti leġiżlattivi għal dan il-għan meta jkun il-waqt. Sadanittant, il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq li taħseb fuq titjib sistemiku ulterjuri tar-Regolament tal-OLAF, b'żieda ma' dak li jkun inkiseb bir-riforma attwali. Dawn huma ispirati mis-salvagwardji proċedurali proposti fir-Regolament tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew li jistgħu jiġu trasposti, mutatis mutandis, fl-investigazzjonijiet amministrattivi tal-OLAF. B'mod speċifiku jridu jitqiesu żewġ elementi prinċipali, jiġifieri:

· il-ħolqien tal-uffiċċju ta' "Kontrollur tas-salvagwardji proċedurali" biex jagħmel verifika ta' miżuri investigattivi fejn tidħol il-legalità, kif ukoll

· il-provvediment ta' salvagwardji proċedurali mtejba fejn l-OLAF ikollu l-intenzjoni jwettaq atti bħal ma huma tfittxijiet u qbid fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE.

L-uffiċċju ta’ "Kontrollur tas-salvagwardji proċedurali" jkun marbut amministrattivament mal-Kummissjoni. L-uffiċċju tal-Kontrollur ikun espressament mogħni b'garanziji ta' indipendenza sħiħa fil-konfront tal-OLAF, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE bis-saħħa tar-Regolament rivedut tal-OLAF. Il-Kontrollur tas-salvagwardji proċedurali għandu jinħatar mill-Kummissjoni wara proċedura li tkun tinvolvi lill-Kumitat ta' Sorveljanza, għal perjodu ta’ ħames snin; il-persuna maħtura għandha tkun ta' formazzjoni ġudizzjarja u tippossjedi kompetenza legali għolja fl-oqsma tad-drittijiet fundamentali u tal-liġi kriminali. Il-persuna għandu jkollha esklużivament il-kompitu li tissorvelja l-osservanza tal-garanziji proċedurali applikabbli għal investigazzjonijiet tal-OLAF u tal-ipproċessar fil-pront tal-investigazzjonijiet biex ikun evitat dewmien bla bżonn. Hi għandha tkun tista' tintervjeni jew b'inizjattiva tagħha stess jew wara ilment minn kull persuna soġġetta ta’ investigazzjoni. Il-Kontrollur ikun obbligat li jisma’ dawn l-ilmenti fi proċedura qasira iżda b'konfrontazzjoni. Il-konklużjonijiet tagħha ma jkunux formalment vinkolanti fuq id-Direttur Ġenerali tal-OLAF, iżda l-OLAF jista' jiddeċiedi li ma jsegwix il-konklużjonijiet tagħha biss permezz ta' nota ta' motivazzjoni mehmuża mar-rapport finali mibgħut lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti. Id-Direttur Ġenerali tal-OLAF ikollu dritt ġenerali li jikkonsulta l-Kontrollur tas-salvagwardji proċedurali dwar kwalunkwe materja relatata mar-rispett tal-garanziji proċedurali u, b’mod partikolari, f’ċerti każijiet fejn persuna konċernata ma għandhiex tiġi mgħarrfa. Il-Kontrollur tas-salvagwardji proċedurali għandu jkollu l-persunal meħtieġ biex ikun jista' jwettaq mingħajr dewien id-dmirijiet tiegħu.

Din il-kariga ġdida ma tiħux post is-sistema attwali ta' kontroll ġudizzjarju fuq l-azzjoni investigattiva tal-OLAF. Madankollu hija tikkumplimentaha b'mod utli: l-individwi li jkunu qed jiġu investigati mill-OLAF jibbenefikaw minn dritt ġdid ta’ rikors, li jfisser li jkun hemm anqas każijiet fejn irregolaritajiet proċedurali li allegatament ikunu twettqu mill-OLAF jispiċċaw taħt skrutinju minn imħallef nazzjonali fl-istadju tal-proċess jew mill-Qorti Ġenerali f’kawża għad-danni. Il-Kontrollur jissorvelja l-konformità fl-investigazzjonijiet kollha li jitwettqu indipendentement mill-OLAF tkun xi tkun in-natura tagħhom (interna/esterna, effett fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew le).

Il-funzjoni tal-Kontrollur tas-salvagwardji proċedurali għandha tkun distinta b’mod ċar minn dik tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF, li għandu jkompli jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu kif definiti fir-Regolament tal-OLAF li qed jiġi rivedut bħalissa. Dawn jinkludu l-monitoraġġ tal-iżviluppi sistemiċi rigward ir-rispett lejn ċerti kundizzjonijiet (bħal drittijiet proċedurali u skadenzi raġonevoli għat-trattament ta’ każijiet) mingħajr ma jkun hemm interferenza f’investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin. Għal dan l-għan, il-Kontrollur tas-salvagwardji proċedurali għandu minn żmien għal żmien jagħti ħarsa ġenerali lill-Kumitat ta’ Sorveljanza dwar l-attivitajiet tiegħu.

It-tieni, jiddaħħlu salvagwardji proċedurali mtejba ġodda fil-każ tal-iktar miżuri investigattivi invażivi li l-OLAF għandu s-setgħa li jieħu f’investigazzjonijiet interni, jiġifieri s-setgħa li jispezzjona uffiċċji u li jieħu kopji ta’ dokumenti jew il-kontenut ta’ kwalunkwe medjum tad-dejta u jieħu l-kustodja ta’ tali dokumenti jew dejta — setgħa simili għal dik tat-"tfittxija u l-qbid". Din hija l-unika setgħa eżistenti tal-OLAF li funzjonalment hija komparabbli mal-miżuri ġudizzjarji investigattivi intrużivi previsti fl-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Bil-maqlub, l-OLAF ma għandu l-ebda waħda mis-setgħat intrużivi l-oħra tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew; pereżempju ma għandu l-ebda setgħa li jinterċetta t-telekomunikazzjonijiet.

Fl-iżvilupp ta’ dawn ir-rekwiżiti proċedurali msaħħa, ir-Regolament ikun jirrifletti d-differenza oġġettiva bejn il-persunal tal-UE u l-membri tal-istituzzjonijiet tagħha, jiġifieri Membri tal-Parlament Ewropew, il-President tal-Kunsill Ewropew, il-membri tal-Kummissjoni, l-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-qrati tal-UE, il-membri tal-Qorti tal-Awdituri u tal-korpi deċiżjonali tal-Bank Ewropew tal-Investiment u tal-Bank Ċentrali Ewropew. Dan huwa ġġustifikat minħabba r-responsabbiltajiet speċjali ta’ dawn il-membri u l-modalitajiet speċjali tal-elezzjoni jew tal-ħatra tagħhom skont it-Trattati, li jiddistingwuhom minn fost il-persunal li d-drittijiet u l-obbligi tagħhom joħorġu mir-Regolamenti tal-Persunal.

Fejn l-OLAF ikollu l-ħsieb li juża s-setgħa tiegħu biex jispezzjona l-uffiċċji tal-persunal u li jieħu kopji ta’ dokumenti jew tal-kontenut ta' xi medjum ta' dejta, għandu jkun obbligat li jikseb l-opinjoni minn qabel tal-Kontrollur tas-salvagwardji proċedurali. Meta l-Kontrollur ikollu dubji dwar il-proporzjonalità tal-miżura intenzjonata, l-OLAF ikun jista' jwettaqha biss wara li jkun iddikjara r-raġunijiet dettaljati f'nota ta' motivazzjoni li tkun mehmuża mar-rapport finali tiegħu.

Meta l-OLAF ikollu l-ħsieb li juża s-setgħa tiegħu li jispezzjona l-uffiċċji ta' xi membru ta’ istituzzjoni tal-UE u li jieħu kopji ta’ dokumenti jew kontenut ta’ kwalunkwe medjum tad-dejta, jeħtieġ li qabel jikseb awtorizzazzjoni kważi ġudizzjarji. Ir-rwol tal-għoti ta' tali awtorizzazzjonijiet lill-OLAF, wara talba mid-Direttur Ġenerali tiegħu, għandu jkun fdat f'idejn persuna li jkollha l-ħiliet meħtieġa biex tinħatar għal kariga ġudizzjarja, idealment eks imħallef tal-Qrati tal-UE. Il-persuna tista’ tinħatar bi proċedura speċjali interistituzzjonali għal terminu stabbilit fir-Regolament, u tkun taħdem part-time. Hija għandha tkun assistita mill-Kontrollur tas-salvagwardji proċedurali u mill-istaff tiegħu.

4.         Konklużjoni

Fil-qosor, il-Kummissjoni tqis li approċ pass pass huwa l-aħjar mod biex tkompli tissaħħaħ il-governanza tal-OLAF u biex jitjiebu s-salvagwardji proċedurali fl-investigazzjonijiet tiegħu.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-fatt li, bħala l-ewwel pass, ir-Regolament rivedut tal-OLAF issa se jidħol fis-seħħ.

Bħala t-tieni pass, il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq li jiġi kkuntemplat titjib sistemiku ulterjuri tar-Regolament tal-OLAF, li jkunu ispirati minn dawk is-salvagwardji proċedurali fil-proposta tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew li jistgħu jiġu trasposti għall-investigazzjonijiet amministrattivi tal-OLAF u ppromulgati anki qabel ma jiġi stabbilit l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Żewġ elementi kruċjali ta' titjib bħal dawn ikunu t-tisħiħ ta' stħarriġ ġudizzjarju ta' miżuri investigattivi permezz tal-uffiċċju l-ġdid ta' Kontrollur indipendenti tas-salvagwardji proċedurali, u salvagwardji proċedurali mtejba għal atti simili ta' tfittxija u qbid imwettqa mill-OLAF fl-istituzzjonijiet. Il-Kummissjoni se tipproponi wkoll il-bidliet meħtieġa għar-Regolament tal-OLAF bħala riżultat tal-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess waqt mar-Regolament tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Dan se jkun ifisser tibdil fis-sistema, lil hinn minn investigazzjonijiet amministrattivi lejn dawk ġudizzjarji, u jsir tibdil sostanzjali fil-mod kif isiru l-investigazzjonijiet dwar il-frodi u attivitajiet kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE. Dan se jwassal għal tisħiħ sostanzjali tas-salvagwardji proċedurali applikabbli.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni

"It-titjib tal-governanza tal-OLAF u t-tisħiħ tas-salvagwardji proċedurali fl-investigazzjonijiet

Approċċ pass-pass li jakkumpanja l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew"

Il-qasam/l-oqsma politiku(iċi) kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB[3]

Qasam Politiku: 24.01. Nefqa amministrattiva tal-qasam ta' politika Ġlieda kontra l-frodi

Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja[4]

X Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni indirizzata mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

Objettiv/i

L-objettiv/i strateġiku(iċi) pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/l-inizjattiva

Il-ġlieda kontra l-frondi Artikolu 325 TFUE

L-objettiv/i speċifiku(iċi) u l-attività/jiet ABM/ABB ikkonċernata(i)

Objettiv speċifiku Nru 7.1a

Attività/jiet ABM/ABB konċernata(i)

24.01. Nefqa amministrattiva tal-qasam ta' politika Ġlieda kontra l-frodi

Riżultat/i u impatt mistenni

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/l-inizjattiva fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-istabbiliment ta' "Kontrollur tas-salvagwardji proċedurali" huwa mistenni li jwassal għal:

- Protezzjoni mtejba tad-drittijiet proċedurali ta' persuni li jkunu s-soġġett ta’ investigazzjonijiet tal-OLAF.

- Aktar trasparenza f'investigazzjonijiet interni u esterni

- Monitoraġġ aħjar tal-konformità mar-rekwiżiti proċedurali fl-investigazzjonijiet

- Il-possibbiltà ta' intervent wara ilment minn xi persuna kkonċernata minn investigazzjoni tal-OLAF quddiem il-"Kontrollur tas-salvagwardji proċedurali".

Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/l-inizjattiva.

- Ipproċessar bla telf ta' żmien tal-ilmenti, mingħajr dewmien mhux xieraq.

- L-organizzazzjon ta' proċedura b'konfrontazzjoni li ma ddumx, li tkun indipendenti mill-OLAF

Raġunijiet għall-proposta/l-inizjattiva:

Rekwiżit/i li għandu(hom) jiġi(u) ssodisfat/i fi żmien qasir jew għat-tul

L-istabbiliment tal-"Kontrollur tas-salvagwardji proċedurali" għandu jtejjeb ir-rispett lejn id-drittijiet proċedurali ta’ persuni li jkunu s-soġġett ta’ investigazzjonijiet interni u esterni tal-OLAF u tgħolli r-responsabbiltà tal-OLAF.

Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-valur miżjud tal-"Kontrollur tas-salvagwardji proċedurali" jikkonsisti mill-abbiltà tiegħu li jimmonitorja l-konformità mad-drittijiet proċedurali pprovduti mir-Regolament tall-OLAF u biex jittratta fil-pront ilmenti minn persuni kkonċernati mingħajr dewmien mhux xieraq. Il-kontrollur se jiżgura li d-drittijiet proċedurali tal-persuni konċernati jkunu rispettati bis-sħiħ mill-OLAF.

Lezzjonijiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

Ir-Regolament rivedut tal-OLAF li għandu jidħol fis-seħħ f’Ottubru 2013 jipprovdi għal sett ta’ drittijiet proċedurali għal persuni li jkunu s-soġġett ta’ investigazzjonijiet interni u esterni tal-OLAF, kif ukoll għax-xhieda.

Il-Kummissjoni kienet introduċiet fil-proposta preċedenti tagħha ta' emenda tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF- COM(2006) 244 finali- il-kunċett ta' "Konsulent reviżur" u fil-proposta emendata tagħha tal-2011 — COM(2011) 135- il-kunċett ta' "proċedura ta’ reviżjoni". Iż-żewġ funzjonijiet proposti kienu mfassla sabiex jiżguraw verifika malajr tal-konformità mad-drittijiet proċedurali ta’ persuni li jkunu s-soġġett ta’ investigazzjonijiet tal-OLAF.

Madankollu, iż-żewġ proposti ma kinux aċċettabbli għal-leġiżlatur minħabba d-diffikultajiet li jiġi rrikonċiljat livell għoli ta’ indipendenza minn OLAF mal-ħtieġa ta' kosteffiċjenza u newtralità fil-kosti.

Il-Kummissjoni issa qed tissuġġerixxi li l-uffiċċju ta' "Kontrollur tas-salvagwardji proċedurali" ikun marbut amministrattivament mal-Kummissjoni. L-uffiċċju tal-Kontrollur ikun espressament mogħni b'garanziji ta' indipendenza sħiħa fil-konfront tal-OLAF, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE bis-saħħa tar-Regolament rivedut tal-OLAF. Il-Kontrollur tas-salvagwardji proċedurali għandu jinħatar mill-Kummissjoni wara proċedura li tkun tinvolvi lill-Kumitat ta' Sorveljanza, għal perjodu ta’ ħames snin; il-persuna maħtura għandha tkun ta' formazzjoni ġudizzjarja u tippossjedi kompetenza legali għolja fl-oqsma tad-drittijiet fundamentali u tal-liġi kriminali. Il-persuna għandu jkollha esklużivament il-kompitu li tissorvelja l-osservanza tal-garanziji proċedurali applikabbli għal investigazzjonijiet tal-OLAF u tal-ipproċessar fil-pront tal-investigazzjonijiet biex ikun evitat dewmien bla bżonn. Hi għandha tkun tista' tintervjeni jew b'inizjattiva tagħha stess jew wara ilment minn kull persuna soġġetta ta’ investigazzjoni.

Din il-funzjoni għandha tkun separat mill-missjoni tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF li se jkompli jissorvelja l-funzjonijiet ta’ monitoraġġ ta' nuqqasijiet sistemiċi u jappoġġja l-indipendenza tal-OLAF.

Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra xierqa

Ir-Regolament rivedut tal-OLAF Fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni ta’ Marzu 2011, u wara negozjati intensivi, ġie approvat (b'mod unanimu) kompromess dwar ir-Regolament rivedut tal-OLAF fil-25 ta’ Frar 2013 mill-Kunsill u fit-3 ta’ Lulju 2013 mill-Parlament Ewropew.

Ir-regolament rivedut huwa maħsub biex tissaħħaħ il-governanza tal-OLAF, jissaħħu d-drittijiet proċedurali f’investigazzjonijiet interni u esterni u l-iskambju ta’ informazzjoni kemm mal-istituzzjonijiet kif ukoll mal-awtoritajiet tal-Istati Membri.

L-uffiċċju tal-Kontrollur jikkompleta r-Regolament rivedut bi trattament indipendenti tal-ilmenti dwar id-drittijiet mogħtija fil-verżjoni riveduta tar-Regolament.

Ir-Regolament dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew: L-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew se jwassal għal bidla sostanzjali fil-mod kif isiru fl-Unjoni l-investigazzjonijiet dwar frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.

Fil-ġejjieni, kull darba li jqumu suspetti dwar kondotta kriminali fil-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-investigazzjonijiet li jsiru jitmexxew mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bħala korp tal-prosekuzzjoni, minflok — bħalma jiġri llum — mill-OLAF li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi. Din il-bidla naturalment se tinvolvi tisħiħ sostanzjali tal-garanziji proċedurali għall-persuni li jkunu s-soġġett ta’ investigazzjonijiet.

It-tisħiħ tal-garanziji proċedurali ta’ persuni li jkunu s-soġġett ta’ investigazzjonijiet tal-OLAF permezz tal-istabbiliment ta' Kontrollur tas-salvagwardji proċedurali jirrappreżenta pass ta’ tħejjija fid-direzzjoni tal-istabbiliment tal-UPPE.

Durata u impatt finanzjarju:

¨ Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien limitat

¨ Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

¨ Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

X Proposta/inizjattiva b'tul taż-żmien illimitat

Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-2015 sal-2016,

u warajh tħaddim fl-iskala kollha.

Il-mod/i ta’ ġestjoni ppjanat/i[5]

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

              ¨ Ġestjoni maqsuma mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni indiretta bil-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit ikunu fdati lil:

¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);

¨il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

¨ korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209;

¨ korpi tal-liġi pubblika;

¨ korpi mmexxija minn liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku sal-punt li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

¨ korpi mmexxija minn liġi privata ta' Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta' sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

¨ persuni inkarigati biex jimplimentaw azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Kummenti

[…]

[…]

MIŻURI TA’ ĠESTJONI

Ir-regoli ta’ sorveljanza u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet

Il-"Kontrollur tas-salvagwardji proċedurali" minn żmien għal żmien għandu jagħti ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tiegħu lill-Kumitat ta' Superviżjoni tal-OLAF.

Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

Ir-riskju(i) identifikat/i

L-ipproċessar ta’ dejta personali f'ilmenti minn persuni li jkunu s-soġġett ta’ investigazzjonijiet tal-OLAF.

Il-metodu(i) tal-kontroll previst/i

Kontrolli ex post mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet:

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

L-adozzjoni ta’ regoli għall-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-kunflitti ta’ interessi għal dak li jirrigwarda l-membri tal-persunal tiegħu.

STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennalii u tal-linja(i) tal-baġit tan-nefqa affettwata:

Linji tal-baġit eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linji baġitjarji.

L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Linja baġitjarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru Intestatura 5 – Nefqa amministrattiva || Diff./mhux diff. ([6]) || minn pajjiżi tal-EFTA[7] || minn pajjiżi kandidati[8] || minn pajjiżi terzi || fit-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

|| XX.YY Il-Kummissjoni Ewropea || DIFF || LE || LE || LE || LE

Linji ġodda tal-baġit mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi u tal-linji baġitjarji tal-qafas finanzjarju pluriennali

L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Linja baġitjarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura …...….] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fit-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

|| [XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

Stima tal-impatt fuq in-nefqa:

Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR Miljuni (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Numru || [Intestatura……………...……………………………………………………………….]

[Korp]: <…….> || || || Sena N[9] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal l-ammont ta’ snin meħtieġa biex turi kemm idum għaddej l-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

Titolu 1: || Impenji || (1) || || || || || || || ||

Pagamenti || (2) || || || || || || || ||

Titolu 2: || Impenji || (1a) || || || || || || || ||

Pagamenti || (2a) || || || || || || || ||

Titolu 3: || Impenji || (3a) || || || || || || || ||

|| Pagamenti || (3b) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għal [korp] <…….> || Impenji || =1+1a +3 || || || || || || || ||

Pagamenti || =2+2a +(3b) || || || || || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 5 || "Nefqa amministrattiva"

EUR Miljuni (sa tliet punti deċimali)

|| || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || || TOTAL

Kontrollur tas-salvagwardja proċedurali ||

Ÿ Riżorsi umani || 0,262 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || || 2,882

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0,012 || 0,025 || 0,025 || 0,025 || 0,025 || 0,025 || || 0,137

TOTAL || Approprjazzjonijiet || 0,274 || 0,549 || 0,549 || 0,549 || 0,549 || 0,549 || || 3,019

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0,274 || 0,549 || 0,549 || 0,549 || 0,549 || 0,549 || || 3,019

EUR Miljuni (sa tliet punti deċimali)

|| || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0,274 || 0,549 || 0,549 || 0,549 || 0,549 || 0,549 || || 3,019

Pagamenti || 0,274 || 0,549 || 0,549 || 0,549 || 0,549 || 0,549 || || 3,019

Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet tal-[korp]

¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi.

¨ Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzonijiet ta’ impenn f’EUR miljuni (sa tliet postijiet deċimali)

Indika l-objettivi u r-riżultati ò || || || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || || || TOTAL

RIŻULTATI

Tip[10] || Kost medju || Le || Kost || Le || Kost || Le || Kost || Le || Kost || Le || Kost || Le || Kost || Le || Kost || Nru totali || Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 1[11]... || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || ||

OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 2 ... || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

KOST TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || ||

Stima tal-impatt fuq ir-riżorsi umani tal-[korp]

Sommarju

¨ Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

þ Il-proposta/l-inizjattiva jeħtiġilha tuża approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR Miljuni (sa tliet punti deċimali)

|| 2015[12] || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || || TOTAL

Uffiċjali (Gradi AD) || 0,196 || 0,393 || 0,393 || 0,393 || 0,393 || 0,393 || || 2,161

Uffiċjali (Gradi AST) || 0,066 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || || 0,721

Personal bil-kuntratt || || || || || || || ||

Persunal temporanju || || || || || || || ||

Esperti Nazzjonali Sekondati || || || || || || || ||

TOTAL || 0,262 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || || 2,882

Riżorsi umani Kontrollur tas-salvagwardja proċedurali || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

Postijiet fit-tabella tal-persunal (individwi) || 2 || 4 || 4 || 4 || 4 || 4

- Li minnhom AD || 1,5 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3

- Li minnhom AST || 0,5 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1

Persunal totali || 2 || 4 || 4 || 4 || 4 || 4

 Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani għad-DĠ prinċipali

¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

þ Il-proposta/l-inizjattiva jeħtiġilha tuża r-riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

|| || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

|| || Ÿ Postijiet tat-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju) ||

|| XX YY Persunal KE || 2 || 4 || 4 || 4 || 4 || 4

|| || || || || || ||

|| XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || ||

|| XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || ||

|| 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || ||

|| || || || || || ||

|| || || Ÿ Persunal estern (f'Ekwivalenti Full Time: FTE)

|| XX 01 02 01 (CA, SNE, INT mill-"global envelope") || || || || || ||

|| XX 01 02 02 (CA, LA, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || ||

|| XX 01 04 ss || - fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || ||

|| - fid-delegazzjonijiet || || || || || ||

|| XX 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka indiretta) || || || || || ||

|| 10 01 05 02 (CA, SNE, INT- Riċerka diretta) || || || || || ||

|| Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || ||

|| TOTAL || 2 || 4 || 4 || 4 || 4 || 4

XX hija l-qasam ta’ politika jew titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa sejrin jiġu sodisfatti mill-persunal mid-DĠ li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Monitoraġġ ta' konformità mal-garanziji proċedurali applikabbli għal investigazzjonijiet tal-OLAF u tal-ipproċessar fil-pront tal-investigazzjonijiet biex ikun evitat dewmien bla bżonn. It-trattament tal-ilmenti bi proċedura ħafifa u kontenzjuża.

Għandha tiġi inkluża deskrizzjoni tal-kalkolu tal-ispiża għall-ekwivalenti FTE fl-Anness, Taqsima 3.

Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali

þ Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

¨ Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

o Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrumenti ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[13].

Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

þ Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal l-ammont ta’ snin meħtieġa biex turi kemm idum għaddej l-impatt (ara l-punt 1.6) || Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

Impatt stmat fuq id-dħul:

þ Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul

¨ Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

¨         fuq ir-riżorsi proprji

¨         fuq introjtu mixxellanju

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Il-linja tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali || It-titolu tal-proposta/inizjattiva[14]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal l-ammont ta’ snin meħtieġa biex turi kemm idum għaddej l-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu …. || || || || || || || ||

Għal dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/linji tan-nefqa tal-baġit affettwat(i).

[…]

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[…]

[1]               Il-Pożizzjoni Nru 2/2013 tal-Kunsill fl-ewwel qari adottata fil-25/02/2013, ĠU C 89, E/27.03.2013.

[2]               P7_TA(2013)0308.

[3]               ABM: immaniġġar ibbażat fuq l-attività – ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.

[4]               Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[5]               Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html

[6]               Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[7]               EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[8]               Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[9]               Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[10]             Ir-riżultati huma l-prodotti u servizzi li għandhom jiġu fornuti (pereż.: l-għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjat, l-għadd ta' km ta' toroq mibnija, eċċ.).

[11]             Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv/i speċifiku(ċi)...”

[12]  Matul l-ewwel sena fil-fażi tal-bidu r-reklutaġġ għandu jiżdied b'mod progressiv, għalhekk fl-2016 se jkunu meħtieja 50 % tal-persunal.

[13]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali għall-perjodu 2007-2013.

[14]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, taxxi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara li minnhom jitnaqqsu 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.

Top