EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006H0088

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta' Frar 2006 dwar it-tnaqqis tal-preżenza tad-dijossini il-furani u l-PCBs fl-oġġetti ta' l-għalf u l-oġġetti ta' l-ikel (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 235) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 42, 14.2.2006, p. 26–28 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 154–156 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011; Imħassar b' 32011H0516

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2006/88/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

154


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta' Frar 2006

dwar it-tnaqqis tal-preżenza tad-dijossini il-furani u l-PCBs fl-oġġetti ta' l-għalf u l-oġġetti ta' l-ikel

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 235)

(Test b' rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/88/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 211, it-tieni inċiż tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2002/201/KE ta' l-4 ta' Marzu 2002 dwar it-tnaqqis tal-preżenza tad-dijossini, il-furani u l-PCBs fl-oġġetti ta' l-għalf u fl-oġġetti ta' l-ikel (1) huwa parti minn strateġija globali għat-tnaqqis tad-dijossini, l-furani u l-PCBs fl-ambjent, fl-għalf u fl-ikel. Il-għan tagħha huwa li tirrakkomanda livelli ta' azzjoni u biż-żmien, livelli li huma mmirati għall-għalf u l-ikel.

(2)

Minkejja li, minn punt tossikoloġiku, kull livell għandu japplika għad-dijossini u PCBs li jixbħu lid-dijossini, il-livelli massimi fl-oġġetti ta' l-ikel ġew stipolati fl-2001 għad-dijossini biss u mhux għall-PCBs li jixbħu lid-dijossini mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 li jistipola livelli massimi għall-ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel (2) fid-dawl tad-data limitata ħafna li kien hemm disponibbli dwar il-prevalenza tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini. Bl-istess mod livelli massimi ta' oġġetti ta' l-għalf ienu ġew stipolati fl-2001 għad-dijossini biss u mhux għall-PCBs li jixbħu lid-dijossini mid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem (3).

(3)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 466/2001, il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dispożizzjonijiet fir-rigward tad-dijossini fl-ikel għall-ewwel darba sa l-aħħar ta' l-2004 fid-dawl tad-data l-ġdida dwar il-preżenza tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini, b' mod partikolari bil-viżjoni għall-inklużjoni tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini fil-livelli li għandhom jiġu stipola'i. Id-Direttiva 2002/32/KE fiha klawsola ta' reviżjoni simili fir-rigward tad-dijossini fl-oġġetti ta' l-għalf.

(4)

Fl-istess ħin iktar data dwar il-preżenza tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini fl-għalf u fl-ikel saret disponibbli. Bħala konsegwenza, il-livelli massismi ġew stipolati għas-somma tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini li huma espressi bħala ekwivalenzi ta' tossiċità ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), permezz tat-TEFs tal-WHO billi dan huwa l-approċċ l-iktar xieraq minn punt tossikoloġiku. Sabiex ikun aċċertat tranżizzjoni mingħajr tfixkil, il-livelli massimi eżistenti għad-dijossini għandhom jinżammu applikabbli għall-perjodu ta' tranżizzjoni flimkien ma' livelli ġoddi stipolati għad-dijossini u għall-PCBs li jixbħu d-dijossini.

(5)

Livelli ta' azzjoni għad-dijossini ġew stipolati mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2002/201/KE ta' l-4 ta' Marzu 2002 dwar it-tnaqqis tal-preżenza tad-dijossini, tal-furani u l-PCBs fl-oġġetti ta' l-għalf u fl-oġġetti ta' l-ikel sabiex jistimolaw approċċ proattiv għat-tnaqqis tal-preżenza tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini fl-ikel u fl-għalf. Dawn il-livelli ta' azzjoni huma mezz għall-awtoritajiet kompetenti u għall-operaturi biex jenfasizzaw dawk il-każijiet fejn huwa xieraq li jiġu identifikati s-sorsi tal-kontaminazzjoni u jittieħdu miżuri għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tagħha. Billi s-sorsi tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini huma differenti, huwa xieraq li jiġu ddeterminati livelli ta' azzjoni differenti għad-dijossini minn naħa waħda u għall-PCBs li jixbħu lid-dijossini minn naħa l-oħra. Jixraq għalhekk li tiġi mibdula r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2002/201/KE.

(6)

Barra minn hekk, il-livelli ta' azzjoni għandhom jiġu aġġustati perjodikament skond it-tendenza ta' tnaqqis tal-preżenza tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini u l-approċċ attiv segwit biex titnaqqas b' mod gradwali il-preżenza tagħhom fl-oġġetti ta' l-għalf u fl-oġġetti ta' l-ikel.

(7)

Id-Direttiva 2002/32/KE tipprovdi għall-possibbiltà li jiġu stipolati l-livelli ta' azzjoni. Huwa għalhekk xieraq li jiġu trasferiti l-livelli ta' azzjoni għad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini fl-oġġetti ta' l-għalf fid-Direttiva 2002/32/KE.

(8)

Il-livelli fil-mira jindikaw il-livelli ta' kontaminazzjoni li għandhom jitlaħqu fl-għalf u fl-ikel sabiex fl-aħħar l-esponiment għall-bniedem lill-maġġoranza tal-popolazzjoni tal-Komunità jitbaxxa sat-TWI għad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini stipolat mill-Kumitat Permanenti ta' l-Ikel (SCF). Dawn għandhom jiġu stipolati fid-dawl ta' informazzjoni iktar preċiża dwar l-impatt tal-miżuri ambjentali u l-miżuri li huma direzzjonati lejn is-sors fil-livell ta' l-għalf u l-ikel dwar it-tnaqqis tal-preċenza tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini fil-materjali ta' l-għalf differenti, fl-oġġetti ta' l-għalf u l-oġġetti ta' l-ikel. Minħabba li d-determinazzjoni ta' dawn il-livelli kkonċernati tinvolvi l-konsiderazzjoni ta' bosta xaħamturi differenti, l-iffisar ta' dawn il-livelli mixtieqa għanu jiġi pospost sa l-aħħar tas-sena 2008.

B'DAN TIRRAKKOMANDA:

(1)

Li l-Istati Membri jwettqu, proporzjonalment mal-produzzjoni tagħhom, l-użu u l-konsum tal-materjali ta' l-għalf, l-oġġetti ta' l-għalf u l-oġġetti ta' l-ikel monitoraġġ bl-inzertaturi għall-preżenza ta' dijossini u PCBs li jixbħu lid-dijossini u — jekk huwa possibli- PCBs li ma jixbħux lid-dijossini fil-materjal ta' l-għalf, fl-oġġetti ta' l-għalf u fl-oġġetti ta' l-ikel. Dan il-monitoraġġ għandu jitwettaq skond ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2004/704/KE tal-11 ta' Ottubru 2004 dwar il-monitoraġġ ta' l-ivelli fl-isfond tad-dijossini u PCBs li jixbħu lid-dijossini fl-oġġetti ta' l-għalf (4) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2004/705/KE tal-11 ta' Ottubru 2004 dwar il-monitoraġġ tal-livelli ta' sfond tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini fl-oġġetti ta' l-ikel (5).

(2)

Li fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet preċedenti tad-Direttiva 2002/32/KE u r-Regolament (KE) Nru 466/2001, u (soġġett għall-punt 3) fil-każ fejn il-livelli tad-dijossini u/jew tad-dijossini li jixbħu lill-PCBs jaqbżu l-livelli ta' azzjoni speċifikati fl-Anness I ta' din ir-Rakkomandazzjoni fir-rigward ta' l-oġġetti ta' l-ikel u fl-Anness II tad-Direttiva 2002/32/KE fir-rigward ta' l-oġġetti ta' l-għalf

(a)

jitniedu investigazzjonijiet biex jiġu identifikati s-sors tal-kontaminazzjoni,

(b)

jittieħdu miżuri biex jitnaqqsu jew jiġu eliminati s-sors tal-kontaminazzjoni,

(c)

jiċċekkjaw għall-preżenza tal-PCBs li ma jixbħux lid-dijossini.

(3)

Li l-Istati Membri li fihom il-livelli ta' sfond tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini huma partikolarment għoljin jiffissaw livelli ta' azzjoni nazzjonali għall-produzzjoi domestika tagħhom tal-materjali ta' l-għalf, l-oġġetti ta' l-għalf u l-oġġetti ta' l-ikel, sabiex għal bejn wieħed u ieħor 5 % tar-riżultati miksuba fil-monitoraġġ li jissemma fil-punt (1), issir investigazzjoni biex jiġi identifikat is-sors tal-kontaminazzjoni.

(4)

Dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar l-iskoperti tiegħu, ir-riżultati ta' l-investigazzjonijiet tiegħu u l-miżuri li ttieħdu biexinaqqas jew jelimina s-sors tal-kontaminazzjoni.

(5)

Li Stati Membri jittrażmettu l-informazzjoni li tissemma fil-punt (4) sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu ta kull sena għall-oġġetti ta' l-ikel u bħala parti minn rapport annwali li għandu jitressaq lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE (6) għall-oġġetti ta' l-għalf, ħlief fejn l-informazzjoni hija ta' rilevanza immedjata għall-Istati Membri l-oħrajn li għal dak il-każ għandha tiġi trażmessa mill-ewwel. Wara l-implimentazzjoni tal-pjanijiet multi annwali li jissmemewfl-Artikoli 41 u 42 tar-Regolament (KE) 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar kontrolli uffiċjali li saru biex ikun aċċertat il-verifikar tal-konformità mal-lioġijiet dwar l-għalf u l-ikel, regoli tal-benesseri ta' l-annimali u tas-saħħa ta' l-annimali (7), l-informazzjoni tista' tiġi trażmessa bħala parti mir-rapport annwali li għandu jitressaq lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) 882/2004. Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2002/201/KE hija hawnhekk revokata mill-14 ta' Novembru 2006.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

Markus KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 67, 9.3.2002, p. 69.

(2)  ĠU L 77, 16.3.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Reglament (KE) Nru 1822/2005 (ĠU L 293, 9.11.2005, p. 11).

(3)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bid-Direttiva 2005/87/KE (ĠU L 318, 6.12.2005, p. 19).

(4)  ĠU L 321, 22.10.2004, p. 38.

(5)  ĠU L 321, 22.10.2004, p. 45.

(6)  ĠU L 265, 8.11.1995, p. 17. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 234, 2.9.2001, p. 55).

(7)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Corrigendum ippubblikat fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.


ANNESS

Dijossini (somma ta' polychlorinated dibenzo-para-dioxins (PCDDs) u polychlorinated dibenzofurans (PCDFs), espressi bħala ekwivalenzi ta' tossiċita ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) permezz tad-WHO-TEFs (toxic equivalency factors, 1997)), u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini (somma tal-polychlorinated biphenyls, espressi bħala ekwivalenzi ta' tossiċita ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) permezz tad-WHO-TEF (toxic equivalency factors, 1997))

IKEL

LIVELLI TA' AZZJONI G]AD-DIJOSSIN+FURANI (WHO-TEQ) (1)

LIVELLI TA' AZZJONI GĦALL-PCBs LI JIXBĦU LID-DIJOSSIN (WHO-TEQ) (1)

LIVELL FIL-MIRA (SOMMA TAD-DIJOSSINI, FURANI U PCBs LI JIXBĦU LID-DIJOSSINI (WHO-TEQ)) (1)

Laħam u prodotti tal-Laħam (2)

 

 

 

ta' bhejjem li jixtarru (annimali bovini, nagħaġ)

1,5 pg/g xaħam (3)

1,0 pg/g xaħam (3)

 (4)

ta' tjur u għasafar selvaġġi imrobbija

1,5 pg/g xaħam (3)

1,0 pg/g xaħam (3)

 (4)

tal-majjal

0,6 pg/g xaħam (3)

0,5 pg/g xaħam (3)

 (4)

Fwied u prodotti derivati minn annimali terrestri

4,0 pg/g xaħam (3)

4,0 pg/g xaħam (3)

 (4)

Laħam ta' muskoli ta' ħut u ta' prodotti tas-sajd u prodotti tagħhom bl-eċċezzjoni tas-sallur (5), (6), (7)

3,0 pg/g piż frisk

3,0 pg/g piż frisk

 (4)

Laħam tal-muskoli tas-sallur (Anguilla anguilla) u prodotti tagħha (5), (6), (7)

3,0 pg/g piż frisk

6,0 pg/g piż frisk

 (4)

Ħalib (8) u prodotti tal-ħalib inkluż ix-xaħam tal-butir

2,0 pg/g xaħam (3)

2,0 pg/g xaħam (3)

 (4)

Tiġieġ u prodotti ta' bajd (9)

2,0 pg/g xaħam (3)

2,0 pg/g xaħam (3)

 (4)

Żjut u Xaħmijiet

 

 

 

Xaħam ta' l-annimali

 

 

 

– –

minn bhejjem li jixtarru

1,5 pg/g xaħam

1,0 pg/g xaħam

 (4)

– –

ta' tjur u għasafar selvaġġi imrobbija

1,5 pg/g xaħam

1,5 pg/g xaħam

 (4)

– –

tal-ħnieżer

0,6 pg/g xaħam

0,5 pg/g xaħam

 (4)

– –

xaħmijiet imħallta ta' l-annimali

1,5 pg/g xaħam

0,75 pg/g xaħam

 (4)

Xaħmijiet u żjut veġetali

0,5 pg/g xaħam

0,5 pg/g xaħam

 (4)

żejt tal-ħut (żejt tal-ġisem tal-ħut, żejt tal-fwied tal-ħut u żjut ta' organiżmi marini oħrajn intenzjonati għall-konsum mill-bniedem)

1,5 pg/g xaħam

6,0 pg/g xaħam

 (4)

Frott, ħxejjex u ċereali

0,4 ng/kg ta' prodott

0,2 ng/kg ta' prodott

 (4)


(1)  Konċentrazzjonijiet eqreb lejn valuri għoljin: Konċentrazzjonijiet li huma eqreb lejn valuri għoljin huma kkalkulati bl-assunzjoni li l-valuri ta' konġeneri differenti inqas mil-limitu tal-kwantifikazzjoni huma l-istess daqs il-limitu tal-kwantifikazzjoni.

(2)  Laħam minn annimali bovini, nagħaġ, ħnieżer tjur u għasafar selvaġġi imrobbija kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistipola regoli ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, tat-30.4.2004. Verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 226, tal-25.6.2004, p. 22) iżda mhux inkluża l-offal li jittiekel kif definit f' dak l-Anness.

(3)  Il-livelli ta' azzjoni mhumiex applikabbli għall-prodotti ta' l-ikel li fihom < 1 % xaħam.

(4)  Il-livelli fil-mira ser jiġu stipolati fl-aħħar tas-sena 2008.

(5)  Laħam tal-muskoli tal-ħut u ta' prodotti tas-sajd kif definiti fil-kategoriji (a), (b), (c), (e) u (f) tal-lista fl-Artikolu 1 fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 17, tal-21.1.2000, p. 22. Regolament kif l-aħħar emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003). Il-livell ta' azzjoni japplika għall-krostaċeji, li jeskludi l-laħam kannella tal-granċ u r-ras u t-toraċi ta' l-awwista u ta' krostaċeji kbar li huma simili (Nephropidae u Palinuridae) kif ukoll għall-kefalopodi mingħajr vixxeri.

(6)  Fejn il-ħut huwa intenzjonat li jittiekel sħiħ, bil-livelli ta' azzjoni applikabbli għall-ħuta sħiħa.

(7)  Meta jinqabeż i — livell ta' azzjoni, mhux ser ikun neċessarju f' xikażijiet li ssir investigazzjoni fir-rigward tas-sors tal-kontaminazzjoni minħabba li l-livell ta' sfond f' ċerti żoni għal xi speċi ta' ħut ta' l-ilma ħelu huwa viċin jew jaqbeż il-livell ta' azzjoni. Madanakollu huwa xieraq li f' dawn il-każijiet fejn il-livell ta' azzjoni jinqabeż li jsir arkivjar ta' kull informazzjoni bħalma huwa l-perijodu ta' kamjunar, oriġini ġeografika, speċi ta' ħut, fid-dawl ta' miżuri fil-ġejjieni fir-rigward tal-preżenza tad-dijossini u tal-komposti li jixbħu jid-dijossini fil-ħut u fil-prodotti tas-sajd.

(8)  Ħalib (ħalib nej, ħalib għall-manifattura ta' prodotti bbażati fuq ħalib u ħalib ipproċessat bis-sħana kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(9)  Bajd ta' tiġieġ u prodotti tal-bajd kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.


Top