ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 98

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
14 ta' Marzu 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 098/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 098/02

Kawża C-603/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 – Galp Energía España, SA, Petróleos de Portugal (Petrogal), SA, Galp Energia, SGPS, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 81 KE — Akkordji — Suq Spanjol tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Tqassim tas-suq u koordinazzjoni tal-prezzijiet — Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Artikolu 261 TFUE — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Artikolu 31 — Ġurisdizzjoni sħiħa — Artikolu 264 TFUE — Annullament parzjali jew totali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni)

2

2016/C 098/03

Kawża C-74/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – Il-Litwanja) – Eturas UAB et vs Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Akkordji — Prattika miftiehma — Aġenziji tal-ivvjaġġar li jipparteċipaw fis-sistema komuni kompjuterizzata ta’ offerti ta’ vjaġġi — Limitazzjoni awtomatika tar-rati ta’ roħs fuq il-bejgħ ta’ vjaġġi online — Messaġġ tal-amministratur tas-sistema dwar l-imsemmija limitazzjoni — Ftehim taċitu li jista’ jiġi kklassifikat bħala prattika miftiehma — Elementi li jikkostitwixxu ftehim u prattika miftiehma — Evalwazzjoni tal-provi u livell ta’ prova meħtieġ — Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri — Prinċipju ta’ effettività — Preżunzjoni ta’ innoċenza)

3

2016/C 098/04

Kawża C-141/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2009/147/KE — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Żoni ta’ protezzjoni speċjali Kaliakra u Belite skali — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa — Sit ta’ importanza Komunitarja Kompleks Kaliakra — Direttiva 2011/92/UE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent — Applikabbiltà ratione temporis tal-iskema ta’ protezzjoni — Degradazzjoni tal-habitat tal-flora u tal-fawna u perturbazzjoni tal-flora u tal-fawna — Enerġija eolika — Turiżmu)

4

2016/C 098/05

Kawża C-163/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 343 TFUE — Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 3 — Eżenzjonijiet fiskali — Reġjun ta’ Brussell-Kapitali — Kontribuzzjonijiet fuq il-provvista tal-elettriku u tal-gass)

5

2016/C 098/06

Kawża C-234/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – Ostas celtnieks SIA vs Talsu novada pašvaldība, Iepirkumu uzraudzības birojs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Kapaċità ekonomika u finanzjarja — Kapaċitajiet tekniċi u/jew professjonali — Artikoli 47(2) u 48(3) — Speċifikazzjonijiet li jinkludu l-obbligu għal offerent li jikkonkludi kuntratt ta’ partenarjat jew li joħloq soċjetà f’isem kollettiv mal-entitajiet li huwa jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet tagħhom)

6

2016/C 098/07

Kawża C-281/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Jannnar 2016 – Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO) SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea, L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) (Appell — Netwerk tat-trasport trans-Ewropew — Għajnuna finanzjarja — Waqfien — Deċiżjoni li tiddikjara li ċerti spejjeż huma ineliġibbli u li tistabbilixxi l-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Locus standi — Persuna oħra li ma hijiex il-benefiċjarju tal-għajnuna)

6

2016/C 098/08

Kawża C-335/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – il-Belġju) – Les Jardins de Jouvence SCRL vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Sitt Direttiva tal-VAT — Eżenzjonijiet — Artikolu 13(A)(1)(g) — Eżenzjoni tas-servizzi marbuta mal-assistenza soċjali u mas-sigurtà soċjali minn organi rregolati mid-dritt pubbliku jew minn organi oħra rrikonoxxuti bħala li għandhom natura soċjali — Kunċett ta’ provvista ta’ servizzi u ta’ kunsinna ta’ oġġetti marbuta strettament mal-assistenza soċjali u mas-sigurtà soċjali — Organi rrikonoxxuti li għandhom natura soċjali — Residenza li toffri servizzi)

7

2016/C 098/09

Kawżi magħquda C-359/14 u C-475/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus miesto apylinkės teismas, Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – ERGO Insurance SE, irrappreżentata minn ERGO Insurance SE Lietuvos filialas vs If P&C Insurance AS, irrappreżentata minn If P&C Insurance AS filialas (C-359/14), Gjensidige Baltic AAS, irrappreżentata minn Gjensidige Baltic AAS Lietuvos filialas vs PZU Lietuva UAB DK (C-475/14) [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Għażla tal-liġi applikabbli — Regolamenti (KE) Nru 864/2007 u (KE) Nru 593/2008 — Direttiva 2009/103/KE — Inċident ikkawżat minn trakter u karru agganċjat miegħu, b’kull waħda mill-vetturi assigurata minn kumpannija tal-assigurazzjoni differenti — Inċident li jseħħ fi Stat Membru differenti minn dak li fih ġew konklużi kuntratti ta’ assigurazzjoni — Azzjoni ta’ rkupru bejn l-assiguraturi — Liġi applikabbli — Kunċetti ta’ obbligazzjonijiet kuntrattwali u ta’ obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali]

8

2016/C 098/10

Kawża C-373/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2016 – Toshiba Corporation vs Il-Kumnmissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Artikolu 101(1) TFUE — Suq tat-transformers tal-elettriku — Ftehim verbali ta’ tqassim tas-swieq (Gentlemen’s Agreement) — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Ostakoli għad-dħul — Preżunzjoni ta’ parteċipazzjoni f’akkordju illegali — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi (2006) — Punt 18)

9

2016/C 098/11

Kawża C-395/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Vodafone GmbH vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Qafas regolatorju komuni għan-netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/21/KE — Artikolu 7(3) — Proċedura ta’ konsolidazzjoni tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/19/KE — Artikoli 8 u 13 — Operatur identifikat li għandu saħħa sinjifikattiva fuq suq — Obbligi imposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — Kontroll tal-prezzijiet u obbligi relatati mas-sistema ta’ kontabilizzazzjoni tal-ispejjeż — Awtorizzazzjoni ta’ tariffi tat-terminazzjoni tat-telefonati mobbli)

9

2016/C 098/12

Kawża C-399/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Grüne Liga Sachsen e.V. et vs Freistaat Sachsen Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 92/43/KEE — Artikolu 6(2) sa (4) — Reġistrazzjoni ta’ sit fil-lista ta’ żoni ta’ importanza Komunitarja wara l-awtorizzazzjoni ta’ proġett, iżda qabel l-implementazzjoni tiegħu — Eżami tal-proġett a posteriori tar-reġistrazzjoni tas-sit fl-imsemmija lista — Rekwiżiti għal dan l-eżami — Konsegwenzi tat-twettiq tal-proġett għall-għażla ta’ alternattivi

10

2016/C 098/13

Kawża C-428/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – DHL Express (Italy) Srl, DHL Global Forwarding (Italy) SpA vs Autorità Garante della Concorrenza e del mercato (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika tal-kompetizzjoni — Artikolu 101 TFUE — Regolament (KE) Nru 1/2203 — Settur tal-ispedizzjonijiet internazzjonali tal-merkanzija — Awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni — Valur legali tal-istrumenti tan-netwerk Ewropew tal-kompetizzjoni — Programm mudell ta’ dan in-netwerk fil-qasam tal-klemenza — Talba għall-immunità mressqa quddiem il-Kummissjoni — Talba sommarja għal immunità mressqa quddiem l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni — Rabta bejn dawn iż-żewġ talbiet)

11

2016/C 098/14

Kawża C-430/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – Valsts ieņēmumu dienests vs Artūrs Stretinskis [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 29(1)(d) — Determinazzjoni tal-valur doganali — Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Artikolu 143(1)(h) — Kunċett ta’ persuni relatati għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur doganali — Relazzjonijiet ta’ parentela bejn ix-xerrej, persuna fiżika, u d-direttur tal-kumpannija li tbigħ]

12

2016/C 098/15

Kawża C-453/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Vorarlberger Gebietskrankenkasse, Alfred Knauer vs Landeshauptmann von Vorarlberg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikolu 5 — Kunċett ta’ benefiċċji ekwivalenti — Assimilazzjoni tal-benefiċċji tax-xjuħija ta’ żewġ Stati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tieħu inkunsiderazzjoni l-benefiċċji tax-xjuħija riċevuti fi Stati Membri oħra għall-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet soċjali)

13

2016/C 098/16

Kawża C-515/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-persuni — Ħaddiema — Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE — Benefiċċji tax-xjuħija — Differenza fit-trattament marbuta mal-età — Uffiċjali ta’ Stat Membru ta’ età ta’ inqas minn 45 sena u li jitilqu minn dan l-Istat Membru biex jeżerċitaw attività professjonali fi Stat Membru ieħor fi ħdan istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea

13

2016/C 098/17

Kawża C-521/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – SOVAG – Schwarzmeer und Ostsee Versicherungs-Aktiengesellschaft vs If Vahinkovakuutusyhtiö Oy [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Punt 2 tal-Artikolu 6 — Ġurisdizzjoni — Azzjoni dwar garanzija jew intervent minn parti terza kontra parti fi proċedura quddiem il-qorti adita bit-talba oriġinali]

14

2016/C 098/18

Kawża C-50/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 – Kurt Hesse vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Hubert Ampferl, bħala mandatarju stralċjarju ta’ Lutter & Partner GmbH, li kienet Lutter & Partner GmbH, Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) u (5) — Trade mark verbali Carrera — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u Komunitarja CARRERA — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Reputazzjoni miksuba mit-trade mark preċedenti)

15

2016/C 098/19

Kawża C-66/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Karozzi — Kiri jew leasing ta’ karozza minn resident ta’ Stat Membru mingħand fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor — Tassazzjoni ta’ din il-karozza waqt fil-mument tar-reġistrazzjoni tagħha fl-ewwel Stat Membru — Ġbir tal-ammont sħiħ tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni)

15

2016/C 098/20

Kawża C-75/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Markkinaoikeus – il-Finlandja) – Viiniverla Oy vs Sosiaali- ja terveysalan lupa- ja valvontavirasto (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb alkoħoliku — Regolament (KE) Nru 110/2008 — Artikolu 16(b) — Evokazzjoni — Spirtu tas-sidru prodott fil-Finlandja u mibjugħ taħt id-denominazzjoni Verlados — Indikazzjoni ġeografika protetta Calvados)

16

2016/C 098/21

Kawża C-291/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miz-Zalaegerszegi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-15 ta’ Ġunju 2015 – EURO 2004, Hungary Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Nyugat-dunántúli Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

17

2016/C 098/22

Kawża C-616/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

17

2016/C 098/23

Kawża C-638/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší Správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fit-30 ta’ Novembru 2015 – Eko-Tabak s.r.o. vs Generální ředitelství cel

18

2016/C 098/24

Kawża C-658/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van beroep voor het Bedrijfsleven (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Diċembru 2015 – Robeco Holland Bezit N.V. et vs Stichting Autoriteit Financiële Markten (AFM)

19

2016/C 098/25

Kawża C-661/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Diċembru 2015 – X BV vs Staatssecretaris van Financiën

19

2016/C 098/26

Kawża C-684/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

20

2016/C 098/27

Kawża C-690/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour administrative d’appel de Douai (Franza) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Wenceslas de Lobkowicz vs Ministère des Finances et des Comptes publics

21

2016/C 098/28

Kawża C-698/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fit-28 ta’ Diċembru 2015 – Secretary of State for the Home Department vs David Davis, Tom Watson, Peter Brice, Geoffrey Lewis

21

2016/C 098/29

Kawża C-1/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de A Coruña (Spanja) fl-4 ta’ Jannar 2016 – Abanca Corporación Bancaria S.A. vs María Isabel Vázquez Rosende

22

2016/C 098/30

Kawża C-5/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2016 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

23

2016/C 098/31

Kawża C-18/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, sede Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Jannar 2016 – K vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

25

2016/C 098/32

Kawża C-23/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

25

2016/C 098/33

Kawża C-45/16 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 minn d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-18 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-106/13, Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis vs Il-Kummissjoni Ewropea

26

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 098/34

Kawża T-287/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – Heitkamp BauHolding vs Il-Kummissjoni [Għajnuna mill-Istat — Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża li tikkonċerna r-riport tat-telf lejn is-snin fiskali futuri (Sanierungsklausel) — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Interess individwali — Ammissibbiltà — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Natura selettiva — Natura u struttura tas-sistema fiskali]

27

2016/C 098/35

Kawża T-507/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Produzzjoni ta’ tagħmir ta’ divertiment — Għajnuna għar-ristrutturazzjoni — Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tiegħu — Obbligu ta’ motivazzjoni — Imputabbiltà lill-Istat — Kriterju ta’ investitur privat)

27

2016/C 098/36

Kawża T-537/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Zafeiropoulos vs Cedefop (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi mediċi lill-persunal taċ-Cedefop — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Rifjut li jingħata aċċess għal ċerti dokumenti dwar offerenti oħrajn li pparteċipaw fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Protezzjoni tal-interessi kummerċjali u tar-reputazzjoni — Protezzjoni tad-data personali — Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

28

2016/C 098/37

Kawża T-169/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2016 – Benelli Q. J. vs UASI (MOTO B) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MOTO B — Trade marks figurattivi nazzjonali preċedenti mhux irreġistrati preċedenti — Raġuni relattiva għal rifjut — Prova tar-reputazzjoni ta’ trade marks mhux irreġistrati preċedenti — Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi — Provi ppreżentati insostenn tal-oppożizzjoni wara l-iskadenza tat-terminu mogħti — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell — Dispożizzjoni kuntrarja — Ċirkustanzi li jopponu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi ġodda jew addizzjonali — Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 — Regoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — It-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95 — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni]

29

2016/C 098/38

Kawża T-170/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2016 – Benelli Q. J. vs UASI – Demharter (MOTOBI) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja verbali MOTOBI — Użu ġenwin mit-trade mark — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

30

2016/C 098/39

Kawża T-171/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2016 – Benelli Q. J. vs UASI – Demharter (MOTOBI B PESARO) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja figurattiva MOTOBI B PESARO — Użu ġenwin mit-trade mark — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Provi prodotti kontra t-talba għal revoka wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell — Dispożizzjoni kuntrarja — Ċirkustanzi li jipprekludu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi ġodda jew supplimentari — Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 — It-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95]

30

2016/C 098/40

Kawża T-570/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Agriconsulting Europe vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Assistenza teknika operattiva bil-għan li jiġi stabbilit u ġestit mekkaniżmu ta’ netwerk għall-implementazzjoni ta’ sħubija Ewropea ta’ innovazzjoni ‘Produttività u żvilupp durabbli tal-agrikoltura’ — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Offerta anormalment baxxa — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

31

2016/C 098/41

Kawża T-640/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Sto vs UASI – Fixit Trockenmörtel Holding (CRETEO) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CRETEO — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti StoCretec u STOCRETE — Raġuni relattiva għal rifjut — Natura distintiva miksuba mill-użu — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

32

2016/C 098/42

Kawża T-683/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 2 ta’ Frar 2016 – Brammer vs UASI – Office Ernest T. Freylinger (EUROMARKER) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja EUROMARKER — Trade mark verbali Komunitarja EURIMARK — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

32

2016/C 098/43

Kawża T-194/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-28 ta’ Jannar 2016 – Bristol Global vs UASI – Bridgestone (AEROSTONE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva AEROSTONE — Trade marks Komunitarji verbali preċedenti STONE u BRIDGESTONE — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti mhux irreġistrata BRIDGESTONE — Raġuni relattiva għal rifjut — Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni)

33

2016/C 098/44

Kawża T-202/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2016 – LR Health & Beauty Systems vs UASI – Robert McBride (LR nova pure.) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LR nova pure. — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti NOVA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

34

2016/C 098/45

Kawża T-331/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Azarov vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent — Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fil-lista)

34

2016/C 098/46

Kawża T-332/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Azarov vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent — Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fuq il-lista)

35

2016/C 098/47

Kawża T-335/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Davó Lledó vs UASI – Administradora y Franquicias América u Inversiones Ged (DoggiS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva DoggiS — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti DoggiS — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti DOGGIS u DOGGIBOX — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw lil persunaġġ fil-forma ta’ hot-dog — Provi komplementari ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell — Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Mala fide — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali)

36

2016/C 098/48

Kawża T-341/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Klyuyev vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent — Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fuq il-lista)

37

2016/C 098/49

Kawża T-434/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Arbuzov vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent — Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fil-lista)

38

2016/C 098/50

Kawża T-485/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2016 – Bon Net vs UASI – Aldi (Bon Appétit!) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Bon Appétit! — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Бон Аnemú u Bon Apetí — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

39

2016/C 098/51

Kawża T-486/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Stavytskyi vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-foondi u tar-rikors ekonomiċi — Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent — Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fil-lista)

39

2016/C 098/52

Kawża T-541/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2016 – Antica Azienda Agricola Vitivinicola Dei Conti Leone De Castris vs UASI – Vicente Gandía Pla (ILLIRIA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja ILLIRIA — Trade mark verbali preċedenti CASTILLO DE LIRIA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009)

40

2016/C 098/53

Kawża T-667/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Sezzjoni Garanzija — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Verifika ta’ porzjonijiet żgħar — Assenza ta’ prova tad-dubju serju u raġonevoli — Estrapolazzjoni tar-riżultati tal-kontrolli fuq il-post)

41

2016/C 098/54

Kawża T-687/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Novomatic vs UASI – Simba Toys (African SIMBA) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva African SIMBA — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Simba — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]

42

2016/C 098/55

Kawża T-696/14 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2016 – Montagut Viladot vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz Pubbliku — Reklutaġġ — Kompetizzjoni għall-istabbiliment ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi tal-grad AD 5 — Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva — Diploma li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-avviż ta’ kompetizzjoni — Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza)

42

2016/C 098/56

Kawża T-781/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – TVR Automotive vs UASI – Cardoni (TVR ENGINEERING) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Kumunitarja figurattiva TVR ENGINEERING — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti TVR — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

43

2016/C 098/57

Kawża T-120/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2016 – Proforec vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika protetta — Focaccia di Recco col formaggio — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà)

43

2016/C 098/58

Kawża T-189/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2016 – TMG Landelijke Media u Willems vs Il-Kummissjoni [Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Korrispondenza bejn l-awtoritajiet Olandiżi u l-Kummissjoni dwar l-aġġustament annwali tal-kontribuzzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-baġit tal-Unjoni, magħmula abbażi tal-prodott gross nazzjonali — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni]

44

2016/C 098/59

Kawża T-300/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2016 – Oase vs UASI – Compo France (AlGo) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtitrar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

45

2016/C 098/60

Kawża T-726/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2015 – Blaž Jamnik u Blaž vs Il-Parlament

45

2016/C 098/61

Kawża T-730/15 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 minn DI mid-digriet mogħti fil-15 ta’ Ottubru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-113/13 DI vs EASO

46

2016/C 098/62

Kawża T-762/15: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2015 – Sony and Sony Electronics vs Il-Kummissjoni

47

2016/C 098/63

Kawża T-763/15: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2015 – Sony Optiarc u Sony Optiarc America vs Il-Kummissjoni

48

2016/C 098/64

Kawża T-772/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2015 – Quanta Storage vs Il-Kummissjoni

49

2016/C 098/65

Kawża T-1/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2016 – Hitachi-LG Data Storage u Hitachi-LG Data Storage Korea vs Il-Kummissjoni

50

2016/C 098/66

Kawża T-6/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2016 – Awg Allgemeine Warenvertriebs vs UASI – Takko (Southern Territory 23o48’25"S)

51

2016/C 098/67

Kawża T-8/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2016 – Toshiba Samsung Storage Technology u Toshiba Samsung Storage Technology Korea vs Il-Kummissjoni

52

2016/C 098/68

Kawża T-9/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2016 – Skechers USA France vs UASI (IM Production (Żraben))

53

2016/C 098/69

Kawża T-12/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2016 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni

54

2016/C 098/70

Kawża T-19/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2016 – Advanced Drainage Systems vs UASI (THE MOST ADVANCED NAME IN WATER MANAGEMENT SOLUTIONS)

55

2016/C 098/71

Kawża T-21/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2016 – Karl Conzelmann vs UASI (LIKE IT)

55

2016/C 098/72

Kawża T-28/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

56

2016/C 098/73

Kawża T-32/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2015 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

57

2016/C 098/74

Kawża T-47/16: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2016 – Sigma Orionis vs REA

58

2016/C 098/75

Kawża T-48/16: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2016 – Sigma Orionis vs Il-Kummissjoni

59

2016/C 098/76

Kawża T-400/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2016 – Premo vs UASI – Prema Semiconductor (PREMO)

60

2016/C 098/77

Kawża T-440/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2016 – Premo vs UASI – Prema Semiconductor (PREMO)

60

2016/C 098/78

Kawża T-564/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2016 – Ahmed Mohamed Saleh Baeshen vs UASI

61

2016/C 098/79

Kawża T-623/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2016 – Loewe Technologies vs UASI – DNS International (SoundVision)

61

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 098/80

Kawża F-47/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Jannar 2016 – Darchy vs Il-Kummisssjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Allowances tal-familja — Allowance għall-ulied dipendenti — Ulied tal-konjuġi tar-rikorrenti — Ħlas b’effett retroattiv)

62

2016/C 098/81

Kawża F-138/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Jannar 2016 – Schwander vs Il-Kummissjoni

62

2016/C 098/82

Kawża F-66/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-2 ta’ Frar 2016 – de Stefano vs Il-Kummissjoni

63

2016/C 098/83

Kawża F-21/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Jannar 2016 – Goch vs Il-Kunsill

63


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 098/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 90, 7.3.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 78, 29.2.2016

ĠU C 68, 22.2.2016

ĠU C 59, 15.2.2016

ĠU C 48, 8.2.2016

ĠU C 38, 1.2.2016

ĠU C 27, 25.1.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 – Galp Energía España, SA, Petróleos de Portugal (Petrogal), SA, Galp Energia, SGPS, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-603/13 P) (1)

((Appell - Artikolu 81 KE - Akkordji - Suq Spanjol tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Tqassim tas-suq u koordinazzjoni tal-prezzijiet - Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali - Artikolu 261 TFUE - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 31 - Ġurisdizzjoni sħiħa - Artikolu 264 TFUE - Annullament parzjali jew totali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni))

(2016/C 098/02)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Galp Energía España, SA, Petróleos de Portugal (Petrogal), SA, Galp Energia, SGPS, SA (rappreżentanti: M. Slotboom, avukat, G. Gentil Anastácio, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u F. Castillo de la Torre, aġenti, J. Rivas Andrés, avukat, G. Eclair-Heath, solicitor)

Dispożittiv

1.

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tas-16 ta’ Settembru 2013, GALP Energía España et vs Il Kummissjoni (T-462/07, EU:T:2013:459) hija annullata sa fejn tiffissa, fil-punt 3 tad-dispożittiv tagħha, l-ammont il-ġdid tal-multi imposti fuq GALP Energía España SA, Petróleos de Portugal SA u GALP Energía SGPS SA, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-konstatazzjoni, magħmula b’mod żbaljat mill-Qorti Ġenerali, abbażi tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha fil-motivi ta’ din is-sentenza, li tipprovdi li GALP Energía España SA, Petróleos de Portugal SA u GALP Energía SGPS SA kienu jafu bil-parteċipazzjoni ta’ membri oħra tal-akkordju fil-mekkaniżmu ta’ kumpens u li huma setgħu wkoll jipprevedu l-parteċipazzjoni ta’ dawn tal-aħħar fis-sistema ta’ sorveljanza u, għaldaqstant, li huma setgħu jitqiesu responsabbli għal dan.

2.

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3.

L-ammont tal-multa in solidum imposta fuq GALP Energía España SA u fuq Petróleos de Portugal SA fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 4441 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE [Każ COMP/38710 – Bitum (Spanja)] huwa ffissat għas-somma ta’ EUR 7,7 miljun li minnhom GALP Energía SGPS SA, hija responsabbli in solidum għas-somma ta’ EUR 5,72 miljun.

4.

GALP Energía España SA, Petróleos de Portugal SA u GALP Energía SGPS SA għandhom ibati żewġ terzi mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u żewġ terzi mill-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti fil-kuntest tal-appell kif ukoll l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza.

5.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz mill-ispejjeż rispettivi tagħha u terz minn dawk ta’ GALP Energía España SA, Petróleos de Portugal SA u GALP Energía SGPS SA marbuta mal-proċedura tal-appell kif ukoll l-ispejjeż relattivi tagħha relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – Il-Litwanja) – “Eturas” UAB et vs Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba

(Kawża C-74/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Akkordji - Prattika miftiehma - Aġenziji tal-ivvjaġġar li jipparteċipaw fis-sistema komuni kompjuterizzata ta’ offerti ta’ vjaġġi - Limitazzjoni awtomatika tar-rati ta’ roħs fuq il-bejgħ ta’ vjaġġi online - Messaġġ tal-amministratur tas-sistema dwar l-imsemmija limitazzjoni - Ftehim taċitu li jista’ jiġi kklassifikat bħala prattika miftiehma - Elementi li jikkostitwixxu ftehim u prattika miftiehma - Evalwazzjoni tal-provi u livell ta’ prova meħtieġ - Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri - Prinċipju ta’ effettività - Preżunzjoni ta’ innoċenza))

(2016/C 098/03)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Eturas” UAB, “AAA Wrislit” UAB, “Baltic Clipper” UAB, “Baltic Tours Vilnius” UAB, “Daigera” UAB, “Ferona” UAB, “Freshtravel” UAB, “Guliverio kelionės” UAB, “Kelionių akademija” UAB, “Kelionių gurmanai” UAB, “Kelionių laikas” UAB, “Litamicus” UAB, “Megaturas” UAB, “Neoturas” UAB, “TopTravel” UAB, “Travelonline Baltics” UAB, “Vestekspress” UAB, “Visveta” UAB, “Zigzag Travel” UAB, “ZIP Travel” UAB

Konvenuta: Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba

fil-preżenza ta’: “Aviaeuropa” UAB, “Grand Voyage” UAB, “Kalnų upė” UAB, “Keliautojų klubas” UAB, “Smaragdas travel” UAB, “700LT” UAB, “Aljus ir Ko” UAB, “Gustus vitae” UAB, “Tropikai” UAB, “Vipauta” UAB, “Vistus” UAB

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li meta l-amministratur ta’ sistema kompjuterizzata, intiża sabiex tippermetti lil xi aġenziji tal-ivvjaġġar ibigħu vjaġġi fis-sit tal-internet tagħhom skont metodu ta’ riżervazzjoni uniformi, jibgħat lil dawn l-operaturi ekonomiċi, permezz ta’ sistema ta’ messaġġi elettronika personali, messaġġ li javżahom li l-iskontijiet relatati mal-prodotti mibjugħa permezz ta’ din is-sistema issa ser ikunu limitati u li, b’riżultat tat-trażmissjoni ta’ dan il-messaġġ, is-sistema inkwistjoni sarulha l-modifiki tekniċi neċessarji sabiex din il-miżura tiġi implementata, l-imsemmija operaturi ekonomiċi jistgħu, sa mill-mument minn meta saru jafu bil-messaġġ mibgħut mill-amministratur tas-sistema, jiġu preżunti li pparteċipaw fi prattika miftiehma fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, jekk huma astjenew milli jbiegħdu ruħhom b’mod pubbliku minn din il-prattika, ma rrapportawhiex lill-entitajiet amministrattivi jew ma ġabux provi oħra sabiex jikkonfutaw din il-preżunzjoni, bħall-prova ta’ applikazzjoni sistematika ta’ skont li jeċċedi l-limitu inkwistjoni.

2)

Hija l-qorti tar-rinviju li, fuq il-bażi tar-regoli nazzjonali li jirregolaw l-evalwazzjoni tal-provi u l-livell ta’ prova meħtieġ, għandha teżamina jekk, fir-rigward taċ-ċirkustanzi kollha ppreżentati quddiemha, it-trażmissjoni ta’ messaġġ, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tistax tikkostitwixxi prova suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li d-destinatarji tiegħu kienu jafu l-kontenut tiegħu. Il-preżunzjoni ta’ innoċenza tipprekludi li l-qorti tar-rinviju tqis li s-sempliċi trażmissjoni ta’ dan il-messaġġ tista’ tikkostitwixxi prova suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li d-destinatarji tiegħu kellhom neċessarjament ikunu jafu l-kontenut tiegħu.


(1)  ĠU C 142, 12.5.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-141/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2009/147/KE - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Żoni ta’ protezzjoni speċjali Kaliakra u Belite skali - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa - Sit ta’ importanza Komunitarja Kompleks Kaliakra - Direttiva 2011/92/UE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Applikabbiltà ratione temporis tal-iskema ta’ protezzjoni - Degradazzjoni tal-habitat tal-flora u tal-fawna u perturbazzjoni tal-flora u tal-fawna - Enerġija eolika - Turiżmu))

(2016/C 098/04)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, C. Hermes u P. Mihaylova, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: E. Petranova u D. Drambozova, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi:

naqset milli tinkludi l-integralità tat-territorji taż-żoni importanti għall-konservazzjoni tal-għasafar fiż-żona ta’ Protezzjoni Speċjali li tkopri r-reġjun ta’ Kaliakra, ir-Repubblika tal-Bulgarija ma kklassifikatx bħala żona ta’ protezzjoni speċjali t-territorji l-iktar xierqa f’termini ta’ numru u ta’ daqs għall-konservazzjoni, minn naħa, ta’ speċi bijoloġiċi msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi u, min-naħa l-oħra, ta’ speċi migratorji mhux inklużi f’dan l-anness, iżda li jaslu regolarment fiż-żona ġeografika marittima u terrestri ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva u b’hekk naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (2) tal-imsemmija direttiva;

approvat it-twettiq tal-proġetti “AES Geo Energy”, “Disib” u “Longman Investment” fuq it-territorju taż-żona importanti għall-konservazzjoni tal-għasafar li tkopri r-reġjun ta’ Kaliakra li ma ġietx ikklassifikata bħala żona ta’ protezzjoni speċjali meta fil-fatt kellha tkun hekk ikklassifikata, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2009/147;

approvat it-twettiq tal-proġetti Kaliakra Wind Power”, “EVN Enertrag Kavarna” u “Vertikal – Petkov & Cie” kif ukoll “Thracian Cliffs Golf & Spa Resort” fuq it-territorji rispettivament, taż-żoni ta’ protezzjoni speċjali tar-reġjun ta’ Kaliakra u ta’ Belite skali, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa;

naqset, minn naħa, milli tevalwa korrettament l-effett kumulattiv tal-proġetti “Windtech”, “Brestiom”, “Eco Energy” u “Longman Investment” fuq it-territorju taż-żona importanti għall-konservazzjoni li tkopri r-reġjun ta’ Kaliakra li ma ġietx ikklassifikata bħala żona ta’ protezzjoni speċjali meta kellha tkun hekk ikklassifikata, u madankollu awtorizzat, min-naħa l-oħra, it-twettiq tal-proġett “Longman Investment”, dan l-Istat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu, rispettivament, minn naħa taħt l-Artikolu 4(2) u (3) tad- Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif ukoll taħt l-Anness III, punt 1(b) tagħha, u, min-naħa l-oħra, taħt l-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Ir-Repubblika tal-Bulgarija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 159, 26.05.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-163/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 343 TFUE - Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 3 - Eżenzjonijiet fiskali - Reġjun ta’ Brussell-Kapitali - Kontribuzzjonijiet fuq il-provvista tal-elettriku u tal-gass))

(2016/C 098/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u I. Martínez del Peral, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux, S. Vanrie u T. Materne, aġenti, assistiti minn G. Block, D. Remy u H. Delahaije, avukati)

Dispożittiv

1)

Billi ma tax lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea l-eżenzjoni mill-kontribuzzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 26 tad-digriet dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-elettriku fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, kif ukoll mill-Artikolu 20 tad-digriet dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-gass fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, kif emendati, u billi oppona r-rimbors ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet hekk miġbura mir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, tat-8 ta’ April 1965, dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness inizjalment mat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda tal-Komunitajiet Ewropej, u sussegwentement, bis-saħħa tat-Trattat ta’ Lisbona, bħala l-Protokoll Nru 7, mat-Trattati UE, FUE u KEEA.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 184, 16.6.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – “Ostas celtnieks” SIA vs Talsu novada pašvaldība, Iepirkumu uzraudzības birojs

(Kawża C-234/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Kapaċità ekonomika u finanzjarja - Kapaċitajiet tekniċi u/jew professjonali - Artikoli 47(2) u 48(3) - Speċifikazzjonijiet li jinkludu l-obbligu għal offerent li jikkonkludi kuntratt ta’ partenarjat jew li joħloq soċjetà f’isem kollettiv mal-entitajiet li huwa jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet tagħhom))

(2016/C 098/06)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Ostas celtnieks” SIA

Konvenuti: Talsu novada pašvaldība, Iepirkumu uzraudzības birojs

Dispożittiv

L-Artikoli 47(2) u 48(3) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li awtorità kontraenti, fil-kuntest tal-ispeċifikazzjonijiet relatati ma’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, tista’ timponi fuq offerent li jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra l-obbligu, qabel l-għoti tal-imsemmi kuntratt, li jikkonkludi ftehim ta’ partenarjat ma’ dawn l-entitajiet jew li joħloq soċjetà f’isem kollettiv ma’ dawn tal-aħħar.


(1)  ĠU C 212, 7.7.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Jannnar 2016 – Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO) SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea, L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA)

(Kawża C-281/14 P) (1)

((“Appell - Netwerk tat-trasport trans-Ewropew - Għajnuna finanzjarja - Waqfien - Deċiżjoni li tiddikjara li ċerti spejjeż huma ineliġibbli u li tistabbilixxi l-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Locus standi - Persuna oħra li ma hijiex il-benefiċjarju tal-għajnuna”))

(2016/C 098/07)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO) SpA (rappreżentanti: G. Greco, M. Muscardini u G. Carullo, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u E. Montaguti, aġenti, D. Gullo, avukat), L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) (rappreżentanti: I. Ramallo, D. Silhol u Z. Szilvássy, aġenti, A. Lanzi u M. Bozzo, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio (SACBO) SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – il-Belġju) – Les Jardins de Jouvence SCRL vs État belge

(Kawża C-335/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 13(A)(1)(g) - Eżenzjoni tas-servizzi marbuta mal-assistenza soċjali u mas-sigurtà soċjali minn organi rregolati mid-dritt pubbliku jew minn organi oħra rrikonoxxuti bħala li għandhom natura soċjali - Kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi u ta’ kunsinna ta’ oġġetti marbuta strettament mal-assistenza soċjali u mas-sigurtà soċjali” - Organi rrikonoxxuti li għandhom natura soċjali - Residenza li toffri servizzi))

(2016/C 098/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Les Jardins de Jouvence SCRL

Konvenut: État belge

fil-preżenza ta’: AXA Belgium SA

Dispożittiv

L-Artikolu 13(A)(1)(g) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fost is-servizzi pprovduti minn residenza li toffri servizzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li n-natura soċjali tagħha għandha tiġi evalwata mill-qorti tar-rinviju fid-dawl, b’mod partikolari, tal-elementi msemmija f’din is-sentenza, dawk li jikkonsistu fit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ akkomodazzjoni adattata għal persuni anzjani jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni. Is-servizzi l-oħrajn ipprovduti minn din ir-residenza li toffri servizzi jistgħu wkoll jibbenefikaw minn din l-eżenzjoni, sakemm, b’mod partikolari, is-servizzi li għandhom joffru r-residenzi li joffru servizzi, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, huma intiżi li jiżguraw appoġġ għall-persuni anzjani kif ukoll il-kura tagħhom, u jikkorrispondu ma’ dawk li għandhom joffru wkoll id-djar għall-anzjani, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni.

Ma huwiex rilevanti, f’dan ir-rigward, jekk l-operatur ta’ residenza li toffri servizzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tibbenefikax jew le minn sussidji jew minn kwalunkwe forma oħra ta’ benefiċċju jew ta’ parteċipazzjoni finanzjarja min-naħa tal-amministrazzjoni pubblika.


(1)  ĠU C 339, 29.9.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus miesto apylinkės teismas, Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – “ERGO Insurance” SE, irrappreżentata minn “ERGO Insurance” SE Lietuvos filialas vs “If P&C Insurance” AS, irrappreżentata minn “If P&C Insurance” AS filialas (C-359/14), “Gjensidige Baltic” AAS, irrappreżentata minn “Gjensidige Baltic” AAS Lietuvos filialas vs “PZU Lietuva” UAB DK (C-475/14)

(Kawżi magħquda C-359/14 u C-475/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Għażla tal-liġi applikabbli - Regolamenti (KE) Nru 864/2007 u (KE) Nru 593/2008 - Direttiva 2009/103/KE - Inċident ikkawżat minn trakter u karru agganċjat miegħu, b’kull waħda mill-vetturi assigurata minn kumpannija tal-assigurazzjoni differenti - Inċident li jseħħ fi Stat Membru differenti minn dak li fih ġew konklużi kuntratti ta’ assigurazzjoni - Azzjoni ta’ rkupru bejn l-assiguraturi - Liġi applikabbli - Kunċetti ta’ “obbligazzjonijiet kuntrattwali” u ta’ “obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali”])

(2016/C 098/09)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus miesto apylinkės teismas, Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“ERGO Insurance” SE, irrappreżentata minn “ERGO Insurance” SE Lietuvos filialas, (C-359/14), “Gjensidige Baltic” AAS, irrappreżentata minn “Gjensidige Baltic” AAS Lietuvos filialas (C-475/14)

Konvenuti:“If P&C Insurance” AS, irrappreżentata minn “If P&C Insurance” AS filialas (C-359/14), “PZU Lietuva” UAB DK (C-475/14)

Dispożittiv

L-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni ma fiha ebda regola speċjali ta’ kunflitt intiża sabiex tiddetermina l-liġi applikabbli għall-azzjoni ta’ rkupru bejn l-assiguraturi f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

Ir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), u (KE) Nru 864/2007, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-liġi applikabbli għal azzjoni ta’ rkupru mill-assiguratur ta’ trakter, li kkumpensa l-vittmi ta’ inċident ikkawżat mix-xufier ta’ dik il-vettura, fir-rigward tal-assiguratur tal-karru rmunkat f’dan l-inċident huwa ddeterminat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 593/2008 jekk ir-regoli tar-responsabbiltà ta’ delitt applikabbli għal dan l-inċident taħt l-Artikoli 4 et seq. tar-Regolament Nru 864/2007 jipprevedu qsim tal-obbligu tat-tqassim tad-dannu.


(1)  ĠU C 329, 22.9.2014

ĠU C 7, 12.1.2015.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2016 – Toshiba Corporation vs Il-Kumnmissjoni Ewropea

(Kawża C-373/14 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 101(1) TFUE - Suq tat-transformers tal-elettriku - Ftehim verbali ta’ tqassim tas-swieq (“Gentlemen’s Agreement”) - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni “minħabba l-għan” - Ostakoli għad-dħul - Preżunzjoni ta’ parteċipazzjoni f’akkordju illegali - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi (2006) - Punt 18))

(2016/C 098/10)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingli'

Partijiet

Appellanti: Toshiba Corporation (rappreżentanti: J. F. MacLennan, solicitor, A. Schulz, J. Jourdan u P. Berghe, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kumnmisjsoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek, J. Norris-Usher u K. Mojzesowicz, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Toshiba Corporation hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 339, 29.9.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Vodafone GmbH vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-395/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Qafas regolatorju komuni għan-netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/21/KE - Artikolu 7(3) - Proċedura ta’ konsolidazzjoni tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/19/KE - Artikoli 8 u 13 - Operatur identifikat li għandu saħħa sinjifikattiva fuq suq - Obbligi imposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali - Kontroll tal-prezzijiet u obbligi relatati mas-sistema ta’ kontabilizzazzjoni tal-ispejjeż - Awtorizzazzjoni ta’ tariffi tat-terminazzjoni tat-telefonati mobbli))

(2016/C 098/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vodafone GmbH

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva [Qafas]) għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta awtorità nazzjonali regolatorja timponi fuq operatur li ġie identifikat li għandu saħħa sinjifikattiva fuq is-suq li jipprovdi servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati mobbli u ssuġġettat għal awtorizzazzjoni t-tariffi ta’ dawn is-servizzi fi tmiem il-proċedura prevista minn din id-dispożizzjoni, din l-awtorità nazzjonali regolatorja għandha mill-ġdid timplementa din il-proċedura qabel kull għoti, lil dan l-operatur, ta’ awtorizzazzjoni ta’ dawn it-tariffi, peress li din l-aħħar awtorizzazzjoni hija suxxettibbli li jkollha effetti fuq l-iskambji bejn l-Istati Membri fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 372, 20.10.2014


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Grüne Liga Sachsen e.V. et vs Freistaat Sachsen

(Kawża C-399/14) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 92/43/KEE - Artikolu 6(2) sa (4) - Reġistrazzjoni ta’ sit fil-lista ta’ żoni ta’ importanza Komunitarja wara l-awtorizzazzjoni ta’ proġett, iżda qabel l-implementazzjoni tiegħu - Eżami tal-proġett a posteriori tar-reġistrazzjoni tas-sit fl-imsemmija lista - Rekwiżiti għal dan l-eżami - Konsegwenzi tat-twettiq tal-proġett għall-għażla ta’ alternattivi)

(2016/C 098/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grüne Liga Sachsen e.V. et

Konvenut: Freistaat Sachsen

fil-preżenza ta’: Landeshauptstadt Dresden, Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva Tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandu jiġi interpretat fis-sens li pjan jew proġett mhux direttament marbut jew neċessarju għall-ġestjoni ta’ sit u li ma huwiex awtorizzat, wara studju li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva, qabel ir-reġistrazzjoni tas-sit inkwistjoni fil-lista tas-siti ta’ interess Komunitarju, għandu jkun suġġett, mill-awtoritajiet kompetenti, għal eżami a posteriori tal-effetti tiegħu fuq dan is-sit jekk dan l-eżami jikkostitwixxi l-unika miżura xierqa sabiex jiġi evitat li l-eżekuzzjoni tal-imsemmi pjan jew proġett ma joħloqx deterjorament jew tfixkil li jista’ jkollhom effett sinjifikattiv fir-rigward tal-għanijiet ta’ din id-direttiva. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dawn ir-rekwiżiti ġewx issodisfatti.

2)

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, ikun meħtieġ eżami a posteriori tal-effetti fuq is-sit ikkonċernat ta’ pjan jew ta’ proġett li l-eżekuzzjoni tiegħu bdiet wara r-reġistrazzjoni ta’ dan is-sit fil-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja, dan l-eżami għandu jitwettaq konformement għar-rekwiżiti tal-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva. Dan l-eżami għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi eżistenti kollha sad-data ta’ din ir-reġistrazzjoni kif ukoll kwalunkwe effett li jseħħ jew li jista’ jseħħ wara l-eżekuzzjoni parzjali jew totali ta’ dan il-pjan jew ta’ dan il-proġett fuq l-imsemmi sit wara din id-data.

3)

Id-Direttiva 92/43 għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta jitwettaq eżami ġdid tal-effetti fuq sit bil-għan li jiġu rrimedjati żbalji kkonstatati li jirrigwardaw l-evalwazzjoni minn qabel imwettqa qabel ir-reġistrazzjoni ta’ dan is-sit fil-lista tas-siti ta’ interess Komunitarju jew li jirrigwardaw l-eżami a posteriori skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43, minkejja li l-pjan jew il-proġett ikun ġie diġà eżegwit, ir-rekwiżiti ta’ kontroll magħmul fil-kuntest ta’ eżami bħal dan ma jistgħux jiġu emendati minħabba l-fatt, li d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni ta’ dan il-pjan jew ta’ dan il-proġett kienet direttament eżegwibbli, li t-talba għal miżuri provviżorji ġiet miċħuda u li din id-deċiżjoni ta’ ċaħda ma kinitx iktar appellabbli. Barra dan, l-imsemmi eżami għandu jieħu inkunsiderazzjoni r-riskji ta’ deterjorament jew tfixkil li jista’ jkollhom effett sinjifikattiv, skont l-imsemmi Artikolu 6(2) li eventwalment seħħew minħabba t-twettiq tal-pjan jew tal-proġett inkwistjoni.

L-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżiti tal-kontroll imwettaq fil-kuntest tal-eżami tas-soluzzjonijiet alternattivi ma jistgħux jinbidlu minħabba l-pjan jew il-proġett ikun diġà ġie eżegwit.


(1)  ĠU C 448, 15.12.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – DHL Express (Italy) Srl, DHL Global Forwarding (Italy) SpA vs Autorità Garante della Concorrenza e del mercato

(Kawża C-428/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika tal-kompetizzjoni - Artikolu 101 TFUE - Regolament (KE) Nru 1/2203 - Settur tal-ispedizzjonijiet internazzjonali tal-merkanzija - Awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni - Valur legali tal-istrumenti tan-netwerk Ewropew tal-kompetizzjoni - Programm mudell ta’ dan in-netwerk fil-qasam tal-klemenza - Talba għall-immunità mressqa quddiem il-Kummissjoni - Talba sommarja għal immunità mressqa quddiem l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni - Rabta bejn dawn iż-żewġ talbiet))

(2016/C 098/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DHL Express (Italy) Srl, DHL Global Forwarding (Italy) SpA

Konvenuta: Autorità Garante della Concorrenza e del mercato

fil-preżenza ta’: Schenker Italiana SpA, Agility Logistics Srl

Dispożittiv

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, partikolarment l-Artikolu 101 TFUE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE], għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-istrumenti adottati fil-kuntest tan-netwerk Ewropew tal-kompetizzjoni, partikolarment il-programm mudell ta’ dan in-netwerk fil-qasam tal-klemenza, ma għandhomx effett vinkolanti fir-rigward tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni.

2)

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, partikolarment l-Artikolu 101 TFUE u r-Regolament Nru 1/2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma hemm ebda rabta ġuridika bejn it-talba għall-immunità li impriża tkun ressqet jew tkun ser tressaq quddiem il-Kummissjoni Ewropea u t-talba sommarja mressqa quddiem awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni għall-istess ftehim, li tobbliga lil din l-awtorità tevalwa t-talba sommarja fid-dawl tat-talba għall-immunità. Il-fatt li t-talba sommarja tirrifletti jew ma tirriflettix b’mod fidil il-kontenut tat-talba mressqa quddiem il-Kummissjoni huwa, f’dan ir-rigward, irrilevanti.

Meta t-talba sommarja mressqa quddiem awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollha kamp ta’ applikazzjoni materjali iktar ristrett minn dak tat-talba għall-immunità mressqa quddiem il-Kummissjoni, din l-awtorità nazzjonali ma hijiex obbligata li tikkuntattja lill-Kummissjoni jew lill-impriża stess, sabiex tistabbilixxi jekk din l-impriża kkonstatatx l-eżistenza ta’ eżempji konkreti ta’ aġir illegali fis-settur allegatament kopert minn dik it-talba għall-immunità, iżda li ma huwiex kopert minn din it-talba sommarja.

3)

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, partikolarment l-Artikolu 101 TFUE u r-Regolament Nru 1/2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux lil awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni milli taċċetta, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, talba sommarja għall-immunità ta’ impriża li ma tkunx ressqet quddiem il-Kummissjoni, talba għall-immunità totali, iżda talba għat-tnaqqis tal-multi.


(1)  ĠU C 462, 22.12.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – Valsts ieņēmumu dienests vs Artūrs Stretinskis

(Kawża C-430/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 29(1)(d) - Determinazzjoni tal-valur doganali - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 143(1)(h) - Kunċett ta’ “persuni relatati” għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur doganali - Relazzjonijiet ta’ parentela bejn ix-xerrej, persuna fiżika, u d-direttur tal-kumpannija li tbigħ])

(2016/C 098/14)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Valsts ieņēmumu dienests

Konvenut: Artūrs Stretinskis

Dispożittiv

L-Artikolu 143(1)(h) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 46/1999, tat-8 ta’ Jannar 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li xerrej, persuna fiżika, u bejjiegħ, persuna ġuridika li fi ħdanha persuna li tiġi minn dan ix-xerrej ikollha effettivament is-setgħa li tinfluwenza l-prezz tal-bejgħ tal-imsemmija merkanzija favur l-imsemmi xerrej, għandhom jitqiesu li huma persuni relatati fis-sens tal-Artikolu 29(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1996.


(1)  ĠU C 421, 24.11.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Vorarlberger Gebietskrankenkasse, Alfred Knauer vs Landeshauptmann von Vorarlberg

(Kawża C-453/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 5 - Kunċett ta’ “benefiċċji ekwivalenti” - Assimilazzjoni tal-benefiċċji tax-xjuħija ta’ żewġ Stati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tieħu inkunsiderazzjoni l-benefiċċji tax-xjuħija riċevuti fi Stati Membri oħra għall-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet soċjali))

(2016/C 098/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vorarlberger Gebietskrankenkasse, Alfred Knauer

Konvenut: Landeshauptmann von Vorarlberg

fil-preżenza ta’: Rudolf Mathis

Dispożittiv

L-Artikolu 5(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, benefiċċji tax-xjuħija mħallsa minn skema ta’ pensjoni professjonali ta’ Stat Membru u dawk imħallsa minn skema ta’ pensjoni legali ta’ Stat Membru ieħor, liema skemi t-tnejn li huma jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istess regolament, jikkostitwixxu benefiċċji ekwivalenti fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta ż-żewġ kategoriji ta’ benefiċċji jfittxu l-istess għan li jiżguraw lill-benefiċjarji tagħhom iż-żamma ta’ livell tal-għajxien meta mqabbel ma’ dak li dawn tal-aħħar kellhom qabel irtiraw.


(1)  ĠU C 462, 22.12.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

(Kawża C-515/14) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-persuni - Ħaddiema - Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE - Benefiċċji tax-xjuħija - Differenza fit-trattament marbuta mal-età - Uffiċjali ta’ Stat Membru ta’ età ta’ inqas minn 45 sena u li jitilqu minn dan l-Istat Membru biex jeżerċitaw attività professjonali fi Stat Membru ieħor fi ħdan istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea”)

(2016/C 098/16)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u D. Martin, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: N. Ioannou u D. Kalli, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħassritx, b’effett retroattiv mill-1 ta’ Mejju 2004, il-kriterju marbut mal-età li jinsab fl-Artikolu 27 tal-Liġi 97 (Ι)/1997 dwar l-irtirar, li jiddiswadi lill-ħaddiema milli jitilqu mill-Istat Membru tal-oriġini tagħhom biex jeżerċitaw attività professjonali fi Stat Membru ieħor jew fi ħdan istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali oħra u li għandha l-effett li tistabbilixxi trattament differenti bejn il-ħaddiema migranti, inklużi dawk li jaħdmu fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew f’organizzazzjoni internazzjonali oħra, minn naħa, u l-uffiċjali li eżerċitaw l-attività tagħhom f’Ċipru, min-naħa l-oħra, ir-Repubblika ta’ Ċipru naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE kif ukoll skont l-Artikolu 4(3) TUE.

2)

Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 65, 23.02.2015.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – SOVAG – Schwarzmeer und Ostsee Versicherungs-Aktiengesellschaft vs If Vahinkovakuutusyhtiö Oy

(Kawża C-521/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Punt 2 tal-Artikolu 6 - Ġurisdizzjoni - Azzjoni dwar garanzija jew intervent minn parti terza kontra parti fi proċedura quddiem il-qorti adita bit-talba oriġinali])

(2016/C 098/17)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SOVAG SOVAG – Schwarzmeer und Ostsee Versicherungs-Aktiengesellschaft

Konvenuta: If Vahinkovakuutusyhtiö Oy

Dispożittiv

Il-punt 2 tall-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jestendi għal azzjoni li tressaq terza persuna, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, kontra l-konvenut fil-proċedura oriġinali u li jkollha bħala suġġett talba marbuta mill-qrib ma’ din it-talba oriġinali, intiża sabiex tikseb ir-rimbors tal-kumpens imħallas minn din it-terza persuna lir-rikorrent fl-imsemmija proċedura oriġinali, bil-kundizzjoni li din l-azzjoni ma tkunx tressqet sabiex tneħħi lill-imsemmi konvenut mill-ġurisdizzjoni tal-qorti tiegħu.


(1)  ĠU C 34, 02.02.2015.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 – Kurt Hesse vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Hubert Ampferl, bħala mandatarju stralċjarju ta’ Lutter & Partner GmbH, li kienet Lutter & Partner GmbH, Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG

(Kawża C-50/15 P) (1)

((“Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) u (5) - Trade mark verbali Carrera - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u Komunitarja CARRERA - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Reputazzjoni miksuba mit-trade mark preċedenti”))

(2016/C 098/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Kurt Hesse (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent), Hubert Ampferl, bħala mandatarju stralċjarju ta’ Lutter & Partner GmbH, li kienet Lutter & Partner GmbH, Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (rappreżentant: E. Stolz, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Kurt Hesse huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-66/15) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Karozzi - Kiri jew leasing ta’ karozza minn resident ta’ Stat Membru mingħand fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor - Tassazzjoni ta’ din il-karozza waqt fil-mument tar-reġistrazzjoni tagħha fl-ewwel Stat Membru - Ġbir tal-ammont sħiħ tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni))

(2016/C 098/19)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wasmeier u D. Triantafyllou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: K. Boskovits u V. Karrá, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ġabret l-ammont sħiħ tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni tagħha fil-mument tar-reġistrazzjoni ta’ karozza mikrija jew taħt leasing minn klijent residenti fit-territorju tagħha mingħand fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni t-tul tal-kuntratt ta’ kiri jew ta’ leasing u t-tul ta’ użu tal-imsemmija karozza fit-territorju Grieg, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli 56 TFUE sa 62 TFUE.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Markkinaoikeus – il-Finlandja) – Viiniverla Oy vs Sosiaali- ja terveysalan lupa- ja valvontavirasto

(Kawża C-75/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb alkoħoliku - Regolament (KE) Nru 110/2008 - Artikolu 16(b) - Evokazzjoni - Spirtu tas-sidru prodott fil-Finlandja u mibjugħ taħt id-denominazzjoni “Verlados” - Indikazzjoni ġeografika protetta “Calvados”))

(2016/C 098/20)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Markkinaoikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Viiniverla Oy

Konvenuta: Sosiaali- ja terveysalan lupa- ja valvontavirasto

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 16(b) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettjar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx “evokazzjoni” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, hija l-qorti nazzjonali li għandha tirreferi għall-perċezzjoni tal-konsumatur medju normalment informat u raġonevolment attent u avżat, peress li dan l-aħħar kunċett għandu jinftiehem li jirreferi għall-konsumatur Ewropew u mhux biss għall-konsumatur tal-Istat Membru fejn huwa mmanifatturat il-prodott li jagħti lok għall-evokazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta.

2)

L-Artikolu 16(b) tar-Regolament Nru 110/2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi evalwat jekk id-denominazzjoni “Verlados” tikkostitwixxix “evokazzjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Calvados”, għall-prodotti analogi, il-qorti tar-rinviju trid tikkunsidra l-familjarità fonetika u viżiva bejn dawn id-denominazzjonijiet, kif ukoll elementi eventwali li jistgħu jindikaw li tali familjarità ma hijiex il-frott ta’ ċirkustanzi fortuwiti, sabiex jiġi vverifikat li meta l-konsumatur Ewropew medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat, li quddiemu jkollu l-isem tal-prodott, ix-xbieha li tiskatta f’moħħu hija dik tal-prodott li jibbenefika mill-indikazzjoni ġeografika protetta.

3)

L-Artikolu 16(b) tar-Regolament Nru 110/2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu ta’ denominazzjoni kklassifikata bħala “evokazzjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ta’ indikazzjoni ġeografika msemmija fl-Anness III ta’ dan ir-regolament, ma jistax jiġi awtorizzat, anki fl-assenza ta’ kwalunkwe probabbiltà ta’ konfużjoni.


(1)  ĠU C 138, tas-27.4.2015.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miz-Zalaegerszegi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-15 ta’ Ġunju 2015 – EURO 2004, Hungary Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Nyugat-dunántúli Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

(Kawża C-291/15)

(2016/C 098/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Zalaegerszegi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EURO 2004, Hungary Kft.

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Nyugat-dunántúli Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

Domanda preliminari

L-Artikolu 181a tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prassi nazzjonali li tiddetermina l-valur doganali billi tibbaża ruħha fuq il-“valur ta’ operazzjoni [tranżazzjoni] ta’ merkanzija simili” meta l-valur ta’ tranżazzjoni ddikjarat jitqies li huwa anormalment dgħajjef meta mqabbel mal-medja statistika tal-prezzijiet ta’ xiri mitluba fl-importazzjoni ta’ merkanzija simili, u, għalhekk, ineżatt, u dan minkejja l-fatt li l-awtoritajiet doganali ma kkonfutawx, u lanqas qajmu dubji dwar l-awtentiċità tal-fattura u tal-attestazzjoni ta’ trasferiment prodotti bil-għan li jiġi pprovat il-prezz effettivament imħallas għall-merkanziji importati, fejn madankollu l-importatur ma pproduċiex provi oħra sabiex jistabbilixxi l-valur ta’ tranżazzjoni?


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/17


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-616/15)

(2016/C 098/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Owsiany-Hornung u B.-R. Killmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

tikkonstata li, billi rrestrinġiet l-eżenzjoni mill-VAT tal-provvista ta’ servizzi mwettqa minn gruppi indipendenti ta’ persuni li jeżerċitaw attività li hija eżenti jew li għaliha ma humiex persuna taxxabbli, sabiex jagħtu lill-membri tagħhom is-servizzi meħtieġa direttament għall-eżerċizzju ta’ din l-attività, meta dawn il-gruppi sempliċement jitolbu mill-membri tagħhom ir-rimbors eżatt tas-sehem tagħhom tal-ispejjeż konġunti, għal gruppi li l-membri tagħhom jeżerċitaw numru ristrett ta’ professjonijiet, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva dwar il-VAT (1);

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tirrestrinġi għal ċerti gruppi professjonali speċifikati b’mod preċiż l-eżenzjoni mill-VAT għal provvisti ta’ servizzi mwettqa minn gruppi indipendenti ta’ persuni li jeżerċitaw attività li hija eżenti jew li għaliha ma humiex persuna taxxabbli, sabiex jagħtu s-servizzi meħtieġa direttament għall-eżerċizzju ta’ din l-attività. L-eżenzjoni fis-sens tal-leġiżlazzjoni Ġermaniża fil-qasam tal-VAT tapplika biss għall-gruppi li l-membri tagħhom huma jew tobba jew jeżerċitaw professjonijiet paramediċi, kif ukoll għall-isptarijiet jew għal stabbilimenti tal-istess natura.

Dan huwa inkompatibbli mal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud. La l-kliem, la l-għan, u lanqas ix-xogħol preparatorju tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112/KE ma jiġġustifikaw tali restrizzjoni tal-eżenzjoni mill-VAT għal ċerti gruppi professjonali. Bil-kontra, l-eżenzjoni għandha tingħata lill-gruppi ta’ kull kategorija ta’ professjoni, sakemm dawn jeżerċitaw attivitajiet li huma eżenti.

Il-possibbiltà ta’ distorsjoni ġenerali tal-kompetizzjoni lanqas ma tista’ tiġġustifika r-restrizzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża fil-qasam tal-VAT. Fil-fatt, il-preżenza jew l-assenza ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni tista’ titqies, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni, biss skont iċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ma tistax tiġi evalwata b’mod ġenerali fil-każ tas-servizzi pprovduti minn professjonijiet speċifiċi u tas-servizzi ta’ grupp li huma marbuta direttament magħhom.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší Správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fit-30 ta’ Novembru 2015 – Eko-Tabak s.r.o. vs Generální ředitelství cel

(Kawża C-638/15)

(2016/C 098/23)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší Správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eko-Tabak s.r.o

Konvenuta: Generální ředitelství cel

Domandi preliminari

1)

Weraq tat-tabakk imnixxfin, iċċattjati, b’parti irregolari, li z-zokk tagħhom tneħħa parzjalment, li għaddew minn proċess ta’ tnixxif primarju u ta’ umidifikazzjoni kkontrollata ulterjuri, li rrilevaw il-preżenza ta’ gliċerin u li jistgħu jitpejpu wara trasformazzjoni elementari (li tikkonsisti fid-dħin jew it-tqattiegħ tagħhom bl-idejn), jistgħu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu, totalment jew parzjalment, tabakk immanifatturat fis-sens tal-Artikolu 2(1)(c)(ii) jew tal-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE (1) dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (kodifikazzjoni)?

2)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 5, moqri flimkien mal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (kodifikazzjoni), jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta wkoll għad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk immanifatturat, tabakk li mhux imsemmi fl-Artikoli 2 u 5 tal-imsemmija direttiva, li, mingħajr ma jkun intiż għat-tipjip, jista’ madankollu jitpejjep (huwa ta’ natura jew tajjeb għat-titjip) u li huwa ttrasformat biex jinbiegħ lill-konsumatur finali?


(1)  ĠU L 176, p. 24.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van beroep voor het Bedrijfsleven (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Diċembru 2015 – Robeco Holland Bezit N.V. et vs Stichting Autoriteit Financiële Markten (AFM)

(Kawża C-658/15)

(2016/C 098/24)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Robeco Holland Bezit N.V. et

Konvenut: Stichting Autoriteit Financiële Markten (AFM)

Domanda preliminari

Għandha tiġi kklassifikata bħala suq irregolat, fis-sens tal-Artikolu 4(1)(14) tal-MiFID (1), sistema, li fiha jipparteċipaw diversi aġenti tal-fondi u diversi sensara sabiex jirrappreżentaw fi tranżazzjonijiet lil istituzzjonijiet tal-investiment tat-“tip miftuħ” u lil investituri rispettivament, li, fir-realtà, sempliċiment jassistu lil dawn l-istituzzjonijiet tal-investiment tat-“tip miftuħ” fl-obbligu tagħhom li jeżegwixxu l-ordnijiet ta’ xiri u ta’ bejgħ ta’ ishma li jsiru minn investituri, u fil-każ li għandha tiġi hekk ikklassifikata, liema huma l-karatteristiċi determinanti għal dan l-għan?


(1)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263).


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Diċembru 2015 – X BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-661/15)

(2016/C 098/25)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X BV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

1.

a)

L-Artikolu 145(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (1) moqri flimkien mal-Artikolu 29(1) u (3) tar-Regolament li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regola stabbilita fih tkopri wkoll il-każ fejn huwa stabbilit li fid-data ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għal oġġett speċifiku, kien jeżisti riskju, marbut mal-fabbrikazzjoni, li element tal-oġġett isir difettuż mal-użu, u fejn il-bejjiegħ jagħti għal dan il-għan, b’eżekuzzjoni ta’ obbligu kuntrattwali ta’ garanzija fir-rigward tax-xerrej, tnaqqis tal-prezz fil-forma tar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti mix-xerrej fl-adattament tal-oġġett sabiex dan ir-riskju jiġi eskluż?

b)

Jekk ir-regola stabbilita fl-Artikolu 145(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni ma tapplikax fil-każ espost f’(a), l-Artikolu 29(1) u (3) tar-Regolament li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali moqri flimkien mal-Artikolu 78 tar-Regolament li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali jippermetti minnu nnifsu li jitnaqqas il-valur doganali ddikjarat wara l-għoti tat-tnaqqis ta’ prezz imsemmi f’(a)?

2.

Il-kundizzjoni imposta fl-Artikolu 145(3) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni għall-aġġustament tal-valur doganali li jistabbilixxi, li skont din l-aġġustament fil-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-oġġetti irid ikun sar f’perijodu ta’ tnax-il xahar wara d-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera tal-oġġetti, tmur kontra l-Artikoli 78 u 236 tar- Regolament li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali, moqri flimkien mal-Artikolu 29 tar- Regolament li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/20


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-684/15)

(2016/C 098/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Heller u K.-Ph. Wojcik, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u f’kull każ billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 130(1) tal-imsemmija direttiva;

timponi fuq il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, il-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 6 700 kuljum, b’effett mill-qari tas-sentenza f’din il-kawża, minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE skada fil-31 ta’ Diċembru 2014.


(1)  ĠU L 173, p. 190


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour administrative d’appel de Douai (Franza) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Wenceslas de Lobkowicz vs Ministère des Finances et des Comptes publics

(Kawża C-690/15)

(2016/C 098/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Douai

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Wenceslas de Lobkowicz.

Konvenut: Ministère des Finances et des Comptes publics.

Domanda preliminari

Prinċipju tad-dritt tal-Unjoni jipprekludi li uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea jiġi suġġett għall-kontribuzzjoni soċjali ġenerali, għall-imposta soċjali u għall-kontribuzzjonijiet addizzjonali għal din l-imposta, bir-rati ta’ 0,3 % u ta’ 1,1 %, fuq dħul min immobbli miksub fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea?


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fit-28 ta’ Diċembru 2015 – Secretary of State for the Home Department vs David Davis, Tom Watson, Peter Brice, Geoffrey Lewis

(Kawża C-698/15)

(2016/C 098/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Secretary of State for the Home Department

Konvenuti: David Davis, Tom Watson, Peter Brice, Geoffrey Lewis

Domandi preliminari

1)

Is-sentenza Digital Rights Ireland et tal-Qorti tal-Ġustizzja (C-293/12 u C-594/12, EU:C:2014:238) (inkluż, b’mod partikolari, il-punti 60 u 62 tagħha) tistabbilixxi rekwiżiti imperattivi fid-dritt tal-Unjoni Ewropea, applikabbli għar-regoli nazzjonali ta’ Stat Membru dwar l-aċċess għad-data miżmuma konformement mal-leġislazzjoni nazzjonali, sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”)?

2)

Is-sentenza Digital Rights Ireland et tal-Qorti tal-Ġustizzja testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 7 u/jew 8 tal-Karta lil hinn minn dak tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (il-“KEDB”), kif stabbilit mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (il-“QEDB”)?


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de A Coruña (Spanja) fl-4 ta’ Jannar 2016 – Abanca Corporación Bancaria S.A. vs María Isabel Vázquez Rosende

(Kawża C-1/16)

(2016/C 098/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de A Coruña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Abanca Corporación Bancaria S.A.

Konvenuta: María Isabel Vázquez Rosende

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993 (1), dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-effetti ta’ ħlas lura li jirriżultaw mill-konstatazzjoni tan-nullità, minħabba n-natura inġusta tagħha, ta’ “klawżola ta’ rata minima” li tinsab f’kuntratt ta’ self ma humiex retroattivi mid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt, iżda minn data iktar tard?

2)

Il-kriterju tal-bona fide ta’ dawk ikkonċernati li jibbaża l-limitazzjoni tal-effett retroattiv [tal-annullament] ta’ klawżola inġusta huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi mill-Istati Membri kollha?

3)

Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, liema elementi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-eżistenza tal-bona fide tal-partijiet ikkonċernati?

4)

Fi kwalunkwe każ, l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ bona fide tal-partijiet ikkonċernati li tgħid li l-bejjiegħ jew il-fornitur li ta lok, fir-redazzjoni tal-kuntratt, għan-nuqqas ta’ trasparenza fl-oriġini tan-natura inġusta tal-klawżola seta’ aġixxa f’bona fide konformement mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13?

5)

L-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ bona fide tal-partijiet ikkonċernati li tgħid li l-bona fide tal-bejjiegħ jew tal-fornitur tista’ tiġi evalwata b’mod astratt hija konformi mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13 jew għandha minflok tiġi evalwata fid-dawl tal-aġir tal-bejjiegħ jew tal-fornitur fil-każ preċiż tal-kuntratt?

6)

Ir-riskju ta’ diffikultajiet serji li fuqu hija bbażata l-limitazzjoni tal-effett retroattiv tal-annullament ta’ klawżola inġusta huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi mill-Istati Membri kollha?

7)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva, liema kriterji għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni?

8)

Fi kwalunkwe każ, il-fatt li r-riskju ta’ diffikultajiet serji jkun evalwat billi jittieħed inkunsiderazzjoni biss ir-riksju li jista’ jinkorri l-bejjiegħ jew il-fornitur huwa konformi mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13 jew għandu wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni d-dannu kkawżat lill-konsumaturi mill-assenza ta’ ħlas lura sħiħ tas-somom imħallsa abbażi ta’ din il-“klawżola ta’ rata minima”?

9)

Konformement mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13, fil-każ ta’ azzjoni individwali eżerċitata minn konsumatur, ir-riskju ta’ diffikultajiet serji għall-ordni pubbliku ekonomiku għandu jiġi evalwat billi jitqies biss l-impatt ekonomiku ta’ din l-azzjoni speċifika jew għandhom jitqiesu wkoll l-effetti ekonomiċi ta’ azzjoni individwali eventwali eżerċita minn numru kbir ta’ konsumaturi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/23


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2016 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-5/16)

(2016/C 098/30)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni (UE) 2015/1847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (1);

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika tal-Polonja titlob l-anullament tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE u li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiġu kkundannati għall-ispejjeż.

L-għan iddikjarat tad-deċiżjoni kkontestata huwa li jiġu indirizzati l-iżbilanċi strutturali bejn l-offerta u t-talba għal kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-suq tal-Unjoni, li għandhom bħala konsegwenza li l-kwoti ta’ emissjonijiet ma jilħqux fis-suq il-prezz li jikkorrispondi mal-aspettattivi tal-leġiżlatur tal-Unjoni. Prinċipalment, dan l-għan għandu jintlaħaq permezz tal-istabbiliment ta’ mekkanizmu tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq (RSS), li jikkonsisti fit-tnaqqis tan-numru ta’ kwoti ta’ emissjonijiet disponibbli fis-suq permezz tat-tqegħid tagħhom fir-riżerva, meta fis-suq ikun preżenti surplus kunsiderevoli ta’ kwoti ta’ emissjonijiet u meta jiġu ssodisfatti ċerti rekwiżiti partikolari, u fiż-żieda fil-volumi ta’ kwoti suġġetti għal irkant, jekk in-numru ta’ kwoti ta’ emissjonijiet disponibbli fis-suq ikun taħt 400 miljun.

Ir-Repubblika tal-Polonja tressaq il-motivi li ġejjin kontra d-deċiżjoni kkontestata:

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 192(1) TFUE flimkien mal-Artikolu 192(2)(c) TFUE minħabba li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, minkejja li din id-deċiżjoni tikkostitwxxi miżura li taffettwa b’mod sinjifikattiv l-għażla ta’ Stat Membru bejn fonti differenti ta’ enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija.

Skont ir-Repubblika tal-Polonja, id-deċiżjoni kkontestata għandha effett kunsiderevoli fuq l-għażla tas-sors ta’ enerġija u fuq l-istruttura ġenerali tal-provivsta tal-enerġija fil-Polonja. Skont l-Artikolu 192(2) TFUE din id-deċiżjoni kellha għalhekk tiġi adottata milll-Kunsill b’mod unanimu, skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali u fuq ksur tal-kompetenza tal-Kunsill Ewropew skont l-Artikolu 15 TUE permezz tal-adozzjoni ta’ miżuri li jmorru kontra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u tal-24 ta’ Ottubru 2014.

Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-sena 2014, għandu jkun hemm skema għall-iskambju ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet (EU ETS) funzjonanti sew u rriformata bi strument għall-istabbilizzazzjoni tas-suq skont il-proposta tal-Kummissjoni, li fiha hija indikata s-sena 2021 bħala data ta’ dħul fis-seħħ tal-mekkanizmu tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq, u dan iservi bħala strument importanti, sabiex jintlaħaq il-livell ippjanat ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet. Peress li fid-deċiżjoni kkontestata ġiet indikata s-sena 2019 bħala s-sena tadħul fis-seħħ tal-mekkanizmu tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq, dan imur kontra dak stabbilit mill-Kunsill Ewropew fis-sena 2014.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi ttieħdu miżuri li jikkostitwixxu interferenza fl-iskambu ta’ kwoti ta’ emissjonijiet matul il-perijodu ta’ skambju u b’mod partikolari fl-aħħar snin ta’ dan il-perijodu f’din l-iskema.

Id-deċiżjoni kkontestata tintegra direttament fir-riżerva tal-istabbiltà d-900 miljun kwoti li ttieħdu mis-suq matul is-snin 2014 sa 2016, li kellhom jiġu introdotti mill-ġdid fis-suq fis-snin 2019 sa 2020, li jfisser, b’mod definittiv, li dawn ma humiex ser jerġgħu lura fis-suq. Il-volum ta’ dawn il-kwoti għad-dispożizzjoni tal-operaturi tas-suq fil-perijodu attwali ta’ skambju huwa, għalhekk, inqas minn dak previst. L-operaturi tas-suq kellhom l-aspettattiva leġittima li l-kwoti temporanjament meħuda mis-suq kienu ser jerġgħu jitqiegħdu fis-suq fis-snin 2019 u 2020, u bbażaw il-pjan ta’ negozju tagħhom fuq dan. Il-prinċipji dwar il-funzjonament tal-iskema – bħar-regoli li jistabbilixxu n-numru ta’ kwoti ta’ emissjonijiet disponibbli – ma għandhomx jinbidlu matul il-perijodu ta’ skambju, li jistabbilixxi l-prospettiva temporali għall-ippjanar ta’ diversi attivitajiet min-naħa tal-impriżi li jipparteċipaw fl-iskema. Dawn il-prinċipji jirrappreżentaw ir-rekwiżiti fundamentali li jiddeterminaw l-attivitajiet ta’ investiment imwettqa mill-impriżi.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, permezz ta’ teħid ta’ miżuri li permezz tagħhom jintlaħqu għanijiet ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet ogħla minn dawk li jirriżultaw mill-obbligi internazzjonali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan tad-Direttiva 2003/87/KE.

Permezz tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-Unjoni tixtieq tilħaq għanijiet ogħla minn dawk attwalment applikati fuq livell internazzjonali fil-kuntest tal-estensjoni tal-Protokoll ta’ Kyoto deċiża f’Doha f’Diċembru 2012.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu li jiġu eżaminati l-effetti tad-deċiżjoni kkontestata fuq Stati Membri individwali u fuq ksur tal-obbligu li jiġi evalwat suffiċjentement kif l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni ser taffettwa s-suq tal-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet.


(1)  ĠU L 264, p. 1.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, sede Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Jannar 2016 – K vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-18/16)

(2016/C 098/31)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, sede Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: K

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Domandi preliminari

L-Artikolu 8(3)(a) u (b) tad-Direttiva dwar l-Akkoljenza (1) huwa validu fid-dawl tal-Artikolu 6 tal-Karta (2):

1)

f’sitwazzjoni fejn ċittadin ta’ pajjiż terz jiġi detenut skont l-Artikolu 8(3)(a) u (b) tad-Direttiva dwar l-Akkoljenza u, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar Proċeduri għall-Ażil (3) ikollu d-dritt li jibqa’ fi Stat Membru sakemm tittieħed deċiżjoni fl-ewwel istanza dwar l-applikazzjoni tiegħu għal ażil, u

2)

fid-dawl tal-Ispjegazzjoni (ĠU 2007 C 303, p. 17) li l-limitazzjonijiet li jistgħu jiġu imposti b’mod leġittimu fuq id-drittijiet fl-Artikolu 6 tal-Karta ma jistgħux jeċċedu dawk permessi mill-KEDB fil-formulazzjoni tal-Artikolu 5(1)(f), u l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tad-dispożizzjoni msemmija l-aħħar, inter alia, fis-sentenza tat-22 ta’ Settembru 2015, Nabil et vs L-Ungerija, 62116/12, li d-detenzjoni ta’ applikant għall-ażil tmur kontra l-Artikolu 5(1)(f) imsemmi hawn fuq jekk tali detenzjoni ma kinitx imposta bl-għan ta’ deportazzjoni?


(1)  Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, p. 96).

(2)  Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2007, C 303, p. 1).

(3)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, p. 60).


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/25


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-23/16)

(2016/C 098/32)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Hottiaux, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li, billi naqset milli tistabbilixxi reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u tikkonnettjah mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 16(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1);

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-reġistri elettroniċi nazzjonali għandhom jiġu stabbiliti u konnessi mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012.


(1)  ĠU L 300, p. 51.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/26


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 minn d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-18 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-106/13, Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-45/16 P)

(2016/C 098/33)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis (rappreżentanti: Konstantinos Damis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-18 ta’ Novembru 2015, fil-Kawża T-106/13 d.d.Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tilqa’ r-rikors tal-kumpannija tal-20 ta’ Frar 2013 fl-intier tiegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt inkwistjoni.

Il-Qorti Ġenerali żbaljat fl-evalwazzjoni tagħha tal-Artikolu 1134 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni tal-kuntrattt.

2.

Interpretazzjoni żbaljata u applikazzjoni żbaljata tat-termini tal-kuntratt u evalwazzjoni tal-provi manifestament żbaljata.

Il-Qorti Ġenerali żbaljat fl-applikazzjoni tal-Artikolu II.22 Awditi u Kontrolli Finanzjarji fl-Anness II għall-ftehim iffirmat ARTreat – 224297, li huwa l-kuntratt inkwistjoni.

3.

Evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-provi u motivazzjoni insuffiċjenti.

Motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja għall-konstatazzjonijiet tas-sentenza.

Il-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat u b’mod manifest, żnaturat il-provi prodotti.


Il-Qorti Ġenerali

14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – Heitkamp BauHolding vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-287/11) (1)

([“Għajnuna mill-Istat - Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża li tikkonċerna r-riport tat-telf lejn is-snin fiskali futuri (Sanierungsklausel) - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Interess individwali - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Natura selettiva - Natura u struttura tas-sistema fiskali”])

(2016/C 098/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Heitkamp BauHolding GmbH (Herne, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment W. Niemann, M. Kiera-Nöllen u S. Geringhoff, sussegwentement W. Niemann, S. Geringhoff u P. Dodos, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Lyal, T. Maxian Rusche u M. Adam, sussegwentement R. Lyal, T. Maxian Rusche u C. Egerer, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/527/UE, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) implimentata mill-Ġermanja Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà (“Sanierungsklausel”) (ĠU L 235, p. 26).

Dispożittiv

1)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat.

3)

Heitkamp BauHolding GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati terz mill-ispejjeż tagħha.

4)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 238, 13.8.2011.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-507/12) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Produzzjoni ta’ tagħmir ta’ divertiment - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tiegħu - Obbligu ta’ motivazzjoni - Imputabbiltà lill-Istat - Kriterju ta’ investitur privat”))

(2016/C 098/35)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: V. Klemenc u A. Grum, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, T. Maxian Rusche, M. Kocjan u B. Rous Demiri, aġenti, inizjalment assistiti minn M. Ulčar u M. Ménard, sussegwentement minn M. Ménard, P. Božičko u A. Krošel, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/273/UE, tad-19 ta’ Settembru 2012, dwar il-miżuri SA.26379 (C 13/10) (ex NN 17/10), implementati mis-Slovenja favur il-kumpannija Elan d.o.o. (ĠU 2014, L 144, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tbati l-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 32, 2.2.2013.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Zafeiropoulos vs Cedefop

(Kawża T-537/12) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi mediċi lill-persunal taċ-Cedefop - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Rifjut li jingħata aċċess għal ċerti dokumenti dwar offerenti oħrajn li pparteċipaw fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Protezzjoni tal-interessi kummerċjali u tar-reputazzjoni - Protezzjoni tad-data personali - Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2016/C 098/36)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Panteleïmon Zafeiropoulos (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Kontogiorgos, avukat)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (rappreżentanti: M. Fuchs, aġent, assistit inizjalment minn E. Petritsi, sussegwentement minn P. Anestis, avukati)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni taċ-Cedefop tat-8 ta’ Ottubru 2012 li ċaħdet l-offerta ppreżentata mir-rikorrent fil-kuntest ta’ avviż ta’ kuntratt tad-19 ta’ Ġunju 2012, ippubblikat fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2012/S 115-189528) dwar il-provvista ta’ servizzi mediċi lill-persunal taċ-Cedefop f’Tessaloniki (il-Greċja), u tad-deċiżjoni taċ-Cedefop tad-9 ta’ Ottubru 2012 li tagħti l-kuntratt finali fl-imsemmi avviż lil offerent ieħor u mhux lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni taċ-Cedefop li ċaħdet it-talba tar-rikorrent għal aċċess għal ċerti dokumenti fil-kuntest ta’ din il-proċedura ta’ avviż ta’ kuntratt, kif ukoll, it-tieni nett, talba għad-danni għall-ħsara li r-rikorrent sofra bħala konsegwenza tal-ksur allegatament imwettaq miċ-Cedefop.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) tat-8 ta’ Ottubru 2012 li ċaħdet l-offerta magħmula minn Panteleïmon Zafeiropoulos fil-kuntest tal-avviż ta’ kuntratt tad-19 ta’ Ġunju 2012 dwar il-provvista ta’ servizzi mediċi lill-persunal taċ-Cedefop f’Tessaloniki (il-Greċja), u d-deċiżjoni taċ-Cedefop tad-9 ta’ Ottubru 2012 li tagħti l-kuntratt finali fl-imsemmi avviż lil offerent ieħor u mhux lil P. Zafeiropoulos huma annullati.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Iċ-Cedefop għandha tbati l-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż ta’ P. Zafeiropoulos.

4)

P. Zafeiropoulos għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 46, 16.2.2013.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2016 – Benelli Q. J. vs UASI (MOTO B)

(Kawża T-169/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MOTO B - Trade marks figurattivi nazzjonali preċedenti mhux irreġistrati preċedenti - Raġuni relattiva għal rifjut - Prova tar-reputazzjoni ta’ trade marks mhux irreġistrati preċedenti - Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi - Provi ppreżentati insostenn tal-oppożizzjoni wara l-iskadenza tat-terminu mogħti - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Dispożizzjoni kuntrarja - Ċirkustanzi li jopponu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi ġodda jew addizzjonali - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Regoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - It-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95 - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2016/C 098/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Benelli Q. J. Srl (Pesaro, l-Italja) (rappreżentanti: P. Lukácsi u B. Bozóki, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Mattina, sussegwentement minn P. Bullock, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Demharter GmbH (Dillingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kohn, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Jannar 2013 (Każ R 95/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J. Q. Benelli Srl u Demharter GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Benelli Q. J. Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 147, 25.5.2013.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2016 – Benelli Q. J. vs UASI – Demharter (MOTOBI)

(Kawża T-170/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali MOTOBI - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 098/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Benelli Q. J. Srl (Pesaro, l-Italja) (rappreżentanti: P. Lukácsi u B. Bozóki, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Mattina, sussegwentement minn P. Bullock, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Demharter GmbH (Dillingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kohn, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Jannar 2013 (Każ R 2080/2011-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Demharter GmbH u Benelli Q.J. Srl.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Benelli Q. J. Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 147, 25.5.2013.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2016 – Benelli Q. J. vs UASI – Demharter (MOTOBI B PESARO)

(Kawża T-171/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja figurattiva MOTOBI B PESARO - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Provi prodotti kontra t-talba għal revoka wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Dispożizzjoni kuntrarja - Ċirkustanzi li jipprekludu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi ġodda jew supplimentari - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - It-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])

(2016/C 098/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Benelli Q. J. Srl (Pesaro, l-Italja) (rappreżentanti: P. Lukácsi u B. Bozóki, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Mattina, sussegwentement minn P. Bullock, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Demharter GmbH (Dillingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kohn, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Jannar 2013 (Każ R 2590/2011-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Demharter GmbH u Benelli Q. J. Srl,

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Benelli Q. J. Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 147, 25.5.2013.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Agriconsulting Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-570/13) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Assistenza teknika operattiva bil-għan li jiġi stabbilit u ġestit mekkaniżmu ta’ netwerk għall-implementazzjoni ta’ sħubija Ewropea ta’ innovazzjoni ‘Produttività u żvilupp durabbli tal-agrikoltura’ - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Offerta anormalment baxxa - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2016/C 098/40)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Agriconsulting Europe SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: R. Sciaudone, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Cappelletti u L. Di Paolo, aġenti)

Suġġett

Talba għar-riżarċiment tad-danni allegatament subiti minħabba irregolaritajiet mwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-sejħa għal offerti “Stabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ netwerk għall-implementazzjoni ta’ sħubija Ewropea ta’ innovazzjoni “Produttività u żvilupp durabbli tal-agrikoltura” (AGRI-2012-PEI-01).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Agriconsulting Europe SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Sto vs UASI – Fixit Trockenmörtel Holding (CRETEO)

(Kawża T-640/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CRETEO - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti StoCretec u STOCRETE - Raġuni relattiva għal rifjut - Natura distintiva miksuba mill-użu - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 098/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sto SE & Co. KGaA, li kienet Sto AG (Stühlingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Kern u J. Sklepek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fixit Trockenmörtel Holding AG (Baar, l-Isvizzera) (rappreżentanti: K. Lochner u C. Thomas, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Settembru 2013 (Każ R 905/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sto AG u Fixit Trockenmörtel Holding AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sto SE & Co. KGaA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 39, 8.2.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 2 ta’ Frar 2016 – Brammer vs UASI – Office Ernest T. Freylinger (EUROMARKER)

(Kawża T-683/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja EUROMARKER - Trade mark verbali Komunitarja EURIMARK - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 098/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Brammer GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: R. Kornfeld, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u H. Kunz, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Office Ernest T. Freylinger SA (Strassen, il-Lussemburgu)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1653/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Office Ernest T. Freylinger SA u Brammer GmbH.

Dispositif

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1653/2012-1) hija parzjalment annullata, safejn din ikkonkludiet favur l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 38 “provvista ta’ aċċess għal servers ta’ databases għar-riċerkja tad-disponibbiltà u l-preskrizzjonijiet fil-qasam tat-trade marks u d-disinni Komunitarji” koperti mit-trade mark li saret applikazzjoni għaliha.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Brammer GmbH u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 61, 1.3.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-28 ta’ Jannar 2016 – Bristol Global vs UASI – Bridgestone (AEROSTONE)

(Kawża T-194/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva AEROSTONE - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti STONE u BRIDGESTONE - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti mhux irreġistrata BRIDGESTONE - Raġuni relattiva għal rifjut - Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni”))

(2016/C 098/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bristol Global Co. Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Bozhinova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bridgestone Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: M. Blair, solicitor, sussegwentement S. Malynicz, barrister, C. Balme u K. Gilbert, solicitors)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 916/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bridgestone Corp. u Bristol Global Co. Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bristol Global Co. Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk esposti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)u ta’ Bridgestone Corp.


(1)  ĠU C 151, 19.5.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2016 – LR Health & Beauty Systems vs UASI – Robert McBride (LR nova pure.)

(Kawża T-202/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LR nova pure. - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti NOVA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 098/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LR Health & Beauty Systems GmbH (Ahlen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Robert McBride Ltd (Manchester, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2014 (Każ R 272/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Robert McBride Ltd u LR Health & Beauty Systems GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

LR Health & Beauty Systems GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 21.7.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Azarov vs Il-Kunsill

(Kawża T-331/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent - Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fil-lista”))

(2016/C 098/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Mykola Yanovych Azarov (Kiev, l-Ukrajna) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger,)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u F. Naert, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent) u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt, D. Gauci u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, p. 26), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143, tad-29 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU L 24, p. 16), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/318, tad-29 ta’ Jannar 2015, li jemenda r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU L 24, p. 1), sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Mykola Yanovych Azarov.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Mykola Yanovych Azarov fir-rigward tat-talba għal annullament imressqa fir-rikors.

4)

Mykola Yanovych Azarov huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill fir-rigward tat-talba għal annullament imressqa fin-nota ta’ adattament tat-talbiet.

5)

Ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 223, 14.7.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Azarov vs Il-Kunsill

(Kawża T-332/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent - Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fuq il-lista”))

(2016/C 098/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Oleksii Mykolayovych Azarov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u F. Naert, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt, D. Gauci u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, p. 26), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU L 111, p. 91), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014, tal-14 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU L 111, p. 33), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/43, tad-29 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU L 24, p. 16), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/138, tad-29 ta’ Jannar 2015, li jemenda r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU L 24, p. 1), sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014, tal-14 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Oleksii Mykolayovych Azarov.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Oleksii Mykolayovych Azarov fir-rigward tat-talba għal annullament imressqa fir-rikors.

4)

Oleksii Mykolayovych Azarov huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill fir-rigward tat-talba għal annullament imressqa fin-nota ta’ adattament tat-talbiet.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 223, 14.7.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Davó Lledó vs UASI – Administradora y Franquicias América u Inversiones Ged (DoggiS)

(Kawża T-335/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva DoggiS - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti DoggiS - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti DOGGIS u DOGGIBOX - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw lil persunaġġ fil-forma ta’ hot-dog - Provi komplementari ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”))

(2016/C 098/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: José-Manuel Davó Lledó (Cartagena, Spanja) (rappreżentanti: J. V. Gil Martí, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Administradora y Franquicias América, SA (Santiago, Ċili) u Inversiones Ged Ltda (Santiago)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1824/2013-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, Administradora y Franquicias América, SA u Inversiones Ged Ltda u, min-naħa l-oħra, José-Manuel Davó Lledó.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

José-Manuel Davó Lledó huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 253, 04.08.2014


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Klyuyev vs Il-Kunsill

(Kawża T-341/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent - Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fuq il-lista”))

(2016/C 098/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sergiy Klyuyev (Donetsk, l-Ukraiana) (rappreżentanti: R. Gherson u T. Garner, solicitors, u B. Kennelly, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Elera San Miguel Hurtado u J.-P. Hix, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gauci u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, p. 26), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 66, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/876, tal-5 ta’ Ġunju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119, (ĠU L 142, p. 30), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/869, tal-5 ta’ Ġunju 2015, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU L 142, p. 1), sa fejn l-isem tar-rikorrent huwa iskritt fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, huma annullati sa fejn l-isem ta’ Sergiy Klyuyev kien iskritt fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Sergiy Klyuyev fir-rigward tat-talba għal annullament imressqa fir-rikors.

4)

Sergiy Klyuyev huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill fir-rigward tat-talba għal annullament imressqa fin-nota ta’ adattament tat-talbiet.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Arbuzov vs Il-Kunsill

(Kawża T-434/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent - Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fil-lista”))

(2016/C 098/49)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Sergej Arbuzov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: M. Machytková u P. Radošovský, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Westerhof Löfflerová u J.-P. Hix, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, p. 26), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU L 111, p. 91), sa fejn l-isem tar-rikorrent huwa iskritt fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119, hija annullata sa fejn tikkonċerna lil Sergej Arbuzov.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Sergej Arbuzov.


(1)  ĠU C 282, 25.8.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2016 – Bon Net vs UASI – Aldi (Bon Appétit!)

(Kawża T-485/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Bon Appétit! - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Бон Аnemú u Bon Apetí - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 098/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bon Net OOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Ivanova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Hanne u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim/Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Kolks, C. Fürsen, N. Lützenrath u U. Rademacher, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ April 2014 (Każ R 1199/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bon Net OOD u Aldi GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bon Net OOD hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u minn ALDI GmbH & Co. KG.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Stavytskyi vs Il-Kunsill

(Kawża T-486/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-foondi u tar-rikors ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent - Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fil-lista”))

(2016/C 098/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Edward Stavytskyi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta u M. Gambardella, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u J.-P. Hix, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annulament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 111, p. 91), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014, tal-14 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 111, p. 33), sa fejn isem ir-rikorrent ġie inkluż fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014, tal-14 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Edward Stavytskyi.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Edward Stavytskyi.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2016 – Antica Azienda Agricola Vitivinicola Dei Conti Leone De Castris vs UASI – Vicente Gandía Pla (ILLIRIA)

(Kawża T-541/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja ILLIRIA - Trade mark verbali preċedenti CASTILLO DE LIRIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”))

(2016/C 098/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Antica Azienda Agricola Vitivinicola Dei Conti Leone De Castris Srl (Salice Salentino, l-Italja) (rappreżentanti: D. Russo u V. Wellens, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar u H. Kunz, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vicente Gandía Pla SA (Chiva, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Mejju 2014 (Każ R 917/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vicente Gandía Pla, SA u Antica Azienda Agricola Vitivinicola Dei Conti Leone De Castris Srl.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Antica Azienda Agricola Vitivinicola Dei Conti Leone De Castris Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-667/14) (1)

((“FAEGG - Sezzjoni ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Verifika ta’ porzjonijiet żgħar - Assenza ta’ prova tad-dubju serju u raġonevoli - Estrapolazzjoni tar-riżultati tal-kontrolli fuq il-post”))

(2016/C 098/53)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: L. Bembič, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Rous Demiri u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/458/UE, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 205, p. 62), sa fejn teskludi ċertu nfiq li sar mir-Repubblika tas-Slovenja.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/458/UE, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni, fir-rigward tar-Repubblika tas-Slovenja, ammont ta’ EUR 85 780,08 għas-sena finanzjarja 2010, ta’ EUR 115 956,46 għas-sena finanzjarja 2011 u ta’ EUR 131 269,23 għas-sena finanzjarja 2012.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll disa’ partijiet minn għaxra ta’ dawk sostnuti mir-Repubblika tas-Slovenja.

4)

Ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tbati parti minn għaxra tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 395, 10.11.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Novomatic vs UASI – Simba Toys (African SIMBA)

(Kawża T-687/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva African SIMBA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Simba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 098/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Ruhl, avukat)

Suġġett

Rikora ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Lulju 2014 (Każ R 2098/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Simba Toys GmbH & Co. KG u Novomatic AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Novomatic AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2016 – Montagut Viladot vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-696/14 P) (1)

((“Appell - Servizz Pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni għall-istabbiliment ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi tal-grad AD 5 - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva - Diploma li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-avviż ta’ kompetizzjoni - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza”))

(2016/C 098/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Bernat Montagut Viladot (Schaerbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: F.A. Rodríguez-Gigirey Pérez u J.A. Simón Sánchez, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Galindo Martín u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-15 ta’ Lulju 2014, Montagut Viladot vs Il-Kummissjoni (F-160/12, ĠabraSP, EU:F:2014:190), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Bernat Montagut Viladot huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – TVR Automotive vs UASI – Cardoni (TVR ENGINEERING)

(Kawża T-781/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Kumunitarja figurattiva TVR ENGINEERING - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti TVR - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 098/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TVR Automotive Ltd (Whiteley, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Fabio Cardoni (Milan, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2532/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn TVR Automotive Ltd u M. Fabio Cardoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TVR Automotive Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2015.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2016 – Proforec vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-120/15) (1)

((“Rikors għal annullament - Reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika protetta - Focaccia di Recco col formaggio - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”))

(2016/C 098/57)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Proforec Srl (Recco, l-Italja) (rappreżentanti: G. Durazzo, M. Mencoboni u G. Pescatore, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u J. Guillem Carrau, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/39, tat-13 ta’ Jannar 2015, li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Focaccia di Recco col formaggio (IĠP)] (ĠU L 8, p. 7).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Taljana u tal-Consorzio della Focaccia di Recco col formaggio.

3)

Proforec Srl hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

4)

Proforec, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana u l-Consorzio della Focaccia di Recco col formaggio għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2016 – TMG Landelijke Media u Willems vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-189/15) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Korrispondenza bejn l-awtoritajiet Olandiżi u l-Kummissjoni dwar l-aġġustament annwali tal-kontribuzzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-baġit tal-Unjoni, magħmula abbażi tal-prodott gross nazzjonali - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])

(2016/C 098/58)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: TMG Landelijke Media BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Menzo Williams (Voorburg, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentanti: R.S. Le Poole u L. Broers, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Frar 2015 li tirrifjuta parzjalment li tagħti aċċess lil M. Willems għal dokumenti relatati mal-korrispondenza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Olandiżi dwar l-aġġustament annwali tal-kontribuzzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-baġit tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn TMG Landelijke Media BV u Menzo Willems


(1)  ĠU C 190, 8.6.2015.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2016 – Oase vs UASI – Compo France (AlGo)

(Kawża T-300/15) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtitrar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 098/59)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Oase GmbH (Hörstel, il-Ġermaniż) (rappreżentant: T. Weeg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: H. Kunz, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Compo France SAS (Roche-Lez-Beaupré, Franza) (rappreżentant: J. Meyer, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Frar 2015 (Każ R 1049/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Compo France SAS u Oase GmbH.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.

2)

Oase GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). Compo France SAS għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 262, 10.08.2015.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/45


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2015 – Blaž Jamnik u Blaž vs Il-Parlament

(Kawża T-726/15)

(2016/C 098/60)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Jožica Blaž Jamnik (Ljubljana, is-Slovenja) u Brina Blaž (Ljubljana) (rappreżentant: D. Mihevc, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tikkonstata li l-għażla tal-offerent fil-proċedura INLO.AO-2013-051-LUX-UGIMBI-06 kienet illegali;

tannulla l-għażla tal-offerent;

tagħżel lir-rikorrenti inkwantu offerent tal-offerta li hija l-iktar vantaġġuża;

sussidjarjament, tagħti lir-rikorrenti kumpens għad-danni ta’ EUR 3 852 384,60 EUR fil-każ li ma jintgħażlux inkwantu offerent tal-offerta li hija l-iktar vantaġġuża fil-proċedura INLO.AO-2013-051-LUX-UGIMBI-06;

tirrimborsa lir-rikorrenti l-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 113 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1)

Skont ir-rikorrenti, l-għażla tal-offerent tal-offerta li hija l-iktar vantaġġuża saret bi ksur tal-Artikolu 113 tar-regolament imsemmi hawn fuq għaliex il-kriterji stabbiliti minn qabel, indikati fl-ispeċifikazzjonijiet, ma ġewx osservati.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-iżvolġiment tal-proċedura ta’ għażla

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jindikaw li l-proġetti, id-dokumentazzjoni grafika u l-kalkoli statistiċi li huma hemżu mal-offerta tagħhom ma kienu s-suġġett tal-ebda eżami għaliex ma ntbagħtux mill-uffiċċju ta’ Ljubljana lejn il-Lussemburgu għall-finijiet tal-proċess deċiżjonali.


(1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/46


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 minn DI mid-digriet mogħti fil-15 ta’ Ottubru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-113/13 DI vs EASO

(Kawża T-730/15 P)

(2016/C 098/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: DI (Bucharest, ir-Rumanija) (rappreżentanti: I. Vlaic u G. Iliescu, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)

Talbiet tal-appellant:

tannulla d-digriet tal-15 ta’ Ottubru 2015 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-intier tiegħu fil-Kawża F-113/13;

tilqa’ dan l-appell;

tannulla d-deċiżjoni tal-EASO li tkeċċi lill-appellant, u konsegwentement tobbliga lill-EASO jannulla l-effetti legali kollha tal-imsemmija deċiżjoni u li jpoġġi lill-appellant fl-istatus preċedenti kif xieraq;

tobbliga lill-EASO jħallas lill-appellant l-ammont ta’ EUR 90 000 bħala danni materjali, u l-ammont ta’ EUR 500 000 bħala danni morali; u

tobbliga lill-EASO jħallas l-ispejjeż kollha tal-appellant relatati mar-rappreżentazzjoni legali quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku dwar il-Kawża F-113/13, u dwar dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-appell tal-appellant kien ammissibbli u għandu bażi peress li josserva l-korrispondenza bejn l-aggravji, ir-raġunijiet u l-fatti msemmija fi ħdan l-ilment mibgħut waqt il-proċedura amministrattiva u dawk ippreżentati fid-dettall quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ aċċess għal smigħ xieraq u nuqqas ta’ analiżi ġusta fil-fażi ta’ qabel il-kawża. L-ilment tal-appellant waqt il-proċedura amministrattiva kien miċħud mill-istess persuna li inizjalment iddeċidiet li tkeċċi lill-appellant.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/47


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2015 – Sony and Sony Electronics vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-762/15)

(2016/C 098/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Corporation (Tokyo, il-Ġappun) u Sony Electronics, Inc (San Diego, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: N. Levy u E. Kelly, Solicitors, u R. Snelders, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ottubru 2015, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Enonomika Ewropea, mogħtija fil-Każ AT.39639 – apparat li jaqra d-diski ottiċi, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

sussidjarjament, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, tnaqqas l-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti minn din id-deċiżjoni; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u għall-ispejjeż l-oħra tar-rikorrenti relatati ma’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball ta’ fatt u ta’ liġi sa fejn tikkonkludi li r-rikorrenti wettqu ksur tal-Artikolu 101 TFUE minħabba l-għan.

Il-provi invokati kontra r-rikorrenti huma insuffiċjenti sabiex isostnu l-konklużjoni li r-rikorrenti pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE minħabba l-għan.

Il-konklużjoni sussidjarja tad-deċiżjoni li r-rikorrenti wettqu każijiet separati ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE minħabba l-għan ma ġietx ipprovata u kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, għaliex tressqet għall-ewwel darba fid-deċiżjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni sussidjarja li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball ta’ fatt u ta’ liġi u hija bbażata fuq motivazzjoni insuffiċjenti.

Id-deċiżjoni tiżbalja meta tgħodd għal darbtejn id-dħul li ġie ttrasferit mir-rikorrenti lil destinatarju ieħor tad-deċiżjoni.

Id-deċiżjoni tiżbalja meta tonqos milli tirrikonoxxi l-aġir sostanzjalment iktar limitat tar-rikorrenti meta mqabbel ma’ ċerti destinatarji oħra tad-deċiżjoni u għalhekk meta tonqos milli tapplika għar-rikorrenti koeffiċjent ta’ gravità iktar baxx u ammont addizzjonali iktar baxx u/jew tnaqqis minħabba ċirkustanzi attenwanti.

Id-deċiżjoni tiżbalja meta tapplika koeffiċjent ta’ dissważjoni.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/48


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2015 – Sony Optiarc u Sony Optiarc America vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-763/15)

(2016/C 098/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Optiarc, Inc (Atsugi, il-Ġappun) u Sony Optiarc America, Inc (San Jose, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: N. Levy u E. Kelly, Solicitors, u R. Snelders, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ottubru 2015, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Enonomika Ewropea, mogħtija fil-Każ AT.39639 – apparat li jaqra d-diski ottiċi, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

sussidjarjament, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, tnaqqas l-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti minn din id-deċiżjoni; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u għall-ispejjeż l-oħra tar-rikorrenti relatati ma’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball ta’ fatt u ta’ liġi sa fejn tikkonkludi li r-rikorrenti wettqu ksur tal-Artikolu 101 TFUE minħabba l-għan.

Il-provi invokati kontra r-rikorrenti huma insuffiċjenti sabiex isostnu l-konklużjoni li r-rikorrenti pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE minħabba l-għan.

Il-konklużjoni sussidjarja tad-deċiżjoni li r-rikorrenti wettqu każijiet separati ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE minħabba l-għan ma ġietx ipprovata u kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, għaliex tressqet għall-ewwel darba fid-deċiżjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni sussidjarja li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball ta’ fatt u ta’ liġi u hija bbażata fuq motivazzjoni insuffiċjenti.

Id-deċiżjoni tiżbalja meta tgħodd għal darbtejn id-dħul li ġie ttrasferit mir-rikorrenti lil destinatarju ieħor tad-deċiżjoni.

Id-deċiżjoni tiżbalja meta tonqos milli tirrikonoxxi l-aġir sostanzjalment iktar limitat tar-rikorrenti meta mqabbel ma’ ċerti destinatarji oħra tad-deċiżjoni u għalhekk meta tonqos milli tapplika għar-rikorrenti koeffiċjent ta’ gravità iktar baxx u ammont addizzjonali iktar baxx u/jew tnaqqis minħabba ċirkustanzi attenwanti.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/49


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2015 – Quanta Storage vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-772/15)

(2016/C 098/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Quanta Storage, Inc. (Taoyuan City, it-Tajwan) (rappreżentanti: B. Hartnett, Barrister, O. Geiss, avukat, u W. Sparks, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ottubru 2015, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Enonomika Ewropea, mogħtija fil-Każ AT.39639 – apparat li jaqra d-diski ottiċi, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, l-obbligu ta’ motivazzjoni u d-dritt għal amministrazzjoni tajba.

Id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq konstatazzjoni ta’ każijiet ta’ ksur li ma kinux ġew allegati fil-konfront tar-rikorrenti matul il-proċedura amministrattiva.

Id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq preżunzjonijiet dwar it-trasparenza fis-suq li l-Kummissjoni naqset milli tinvestiga fil-fond.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-diskrepanza bejn id-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata u r-raġunament tal-Kummissjoni dwar it-tul tal-ksur f’dak li jirrigwarda Hewlett Packard tirriżulta fi żball manifest ta’ liġi u tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tipprova u milli timmotiva b’mod adegwat l-fatt li r-rikorrenti pparteċipat fi ksur uniku u kontinwu.

Ir-rikorrenti ma pparteċipatx fil-ksur allegat bejn l-14 ta’ Frar 2008 u d-9 ta’ April 2008.

Ir-rikorrenti ma pparteċipatx fil-ksur allegat bejn l-10 ta’ April2008 u s-27 ta’ Ottubru 2008.

Ir-rikorrenti ma pparteċipat f’ebda ksur fit-28 ta’ Ottubru 2008.

Ma ġiex ipprovat b’mod suffiċjenti li r-rikorrenti kienet konxja mill-pjan globali tal-akkordju jew mill-portata ġenerali u mill-karatteristiċi essenzjali tiegħu.

Konsegwenzi legali tan-nuqqas tal-Kummissjoni li tipprova l-ksur allegat.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi suffiċjentement skont il-liġi li hija kellha ġurisdizzjoni sabiex tapplika l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ liġi fil-kalkolu tal-ammont tal-multa u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha.

Il-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ fatt u ta’ liġi meta kkalkolat l-ammont bażiku u ma mmotivatx id-deċiżjoni tagħha.

Il-Kummissjoni naqset milli tuża l-aħjar ċifri disponibbli dwar il-valur tal-bejgħ tar-rikorrenti.

Il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament meta kkalkolat l-ammont bażiku.

Il-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ evalwazzjoni meta kkunsidrat il-gravità u ċ-ċirkustanzi attenwanti.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/50


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2016 – Hitachi-LG Data Storage u Hitachi-LG Data Storage Korea vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1/16)

(2016/C 098/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hitachi-LG Data Storage, Inc. (Tokyo, il-Ġappun) u Hitachi-LG Data Storage Korea, Inc. (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentanti: L. Gyselen u N. Ersbøll, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti mill-Artikolu 2(d) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ottubru 2015, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Enonomika Ewropea, mogħtija fil-Każ AT.39639 – apparat li jaqra d-diski ottiċi, b’mod li jirrifletti ċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha billi naqset milli tirrispondi għat-talba tar-rikorrenti skont il-punt 37 tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) (iktar ’il quddiem il-“linji gwida għall-kalkolu tal-multi”).

Matul il-proċedura amministrattiva quddiem il-Kummissjoni, ir-rikorrenti talbu lill-Kummissjoni tnaqqas l-ammont tal-multa fid-dawl ta’ “ċirkustanzi partikolari” fis-sens tal-punt 37 tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi. It-tim tal-Kummissjoni inkarigat mill-fajl ma rrispondiex għal din it-talba u l-Kummissjoni ma indirizzathiex fid-deċiżjoni tagħha. Ir-rikorrenti għandhom jassumu li d-dipartimenti tal-Kummissjoni jew assolutament ma evalwawx it-talba tagħhom jew li ma kkondividewx tali evalwazzjoni mal-kumitat konsultattiv u mal-kulleġġ tal-kummissarji għall-eżami mill-ġdid tagħhom. Konsegwentement, ma jistax jiġi eskluż li, kieku seħħ dan l-eżami mill-ġdid, il-multa li finalment ġiet imposta fuq ir-rikorrenti setgħet kienet iktar baxxa. Il-Kummissjoni għalhekk kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni żbaljat meta naqset milli teskludi l-metoloġija prevista fil-linji gwida għall-kalkolu tal-multi bil-għan li tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ u tar-rwol tar-rikorrenti. Iċ-“ċirkustanzi partikolari” fis-sens tal-punt 37 tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi huma dawn li ġejjin:

ir-rikorrenti, li l-parti l-kbira tad-dħul tagħhom toriġina minn prodott wieħed (apparat li jaqra d-diski ottiċi), iddiversifikaw in-negozju tagħhom fl-2014, is-sena użata mill-Kummissjoni bħala sena ta’ referenza għall-kalkolu tal-limitu massimu ta’ 10 % previst fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru1/2003;

ir-rikorrenti huma l-uniċi fost il-kumpanniji li ġew immultati li baqgħu joperaw fis-suq tal-apparat li jaqra d-diski ottiċi u l-livell tal-multa imposta fuqhom ser tippreġudika l-kapaċità tagħhom li jservu l-konsumaturi f’dan is-suq b’mod sostenibbli; u

ir-rikorrenti jaffaċċjaw sitwazzjoni finanzjarja prekarja, filwaqt li fl-istess ħin jagħmlu sforzi sinjifikattivi sabiex jegħlbu d-diffikultajiet finanzjarji tagħhom.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/51


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2016 – Awg Allgemeine Warenvertriebs vs UASI – Takko (Southern Territory 23o48’25"S)

(Kawża T-6/16)

(2016/C 098/66)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Awg Allgemeine Warenvertriebs GmbH (Köngen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Sambuc, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Takko Holding GmbH (Telgte, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Southern Territory 23o48’25"S” – Trade mark Komunitarja Nru 10 099 554

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 735/2015-4

Talbiet

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata billi tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 10 099 554 “Southern Territory 23o48’25"S”;

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/52


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2016 – Toshiba Samsung Storage Technology u Toshiba Samsung Storage Technology Korea vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-8/16)

(2016/C 098/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Toshiba Samsung Storage Technology Corp. (Tokyo, il-Ġappun) u Toshiba Samsung Storage Technology Korea Corp. (Gyeonggi-do, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentanti: M. Bay, J. Ruiz Calzado, A. Aresu u A. Scordamaglia Tousis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, kompletament jew parzjalment, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ottubru 2015, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Enonomika Ewropea, mogħtija fil-Każ AT.39639 – apparat li jaqra d-diski ottiċi;

barra minn hekk, jew sussidjarjament, tnaqqas sostanzjalment l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż; u

tordna kwalunkwe miżura li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xierqa fiċ-ċirkustanzi tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, li jirriżulta mill-klassifikazzjoni ġuridika inkonsistenti tal-aġir, mill-motivazzjoni kontradittorja jew, tal-inqas, insuffiċjenti dwar il-klassifikazzjoni ġuridika tal-ksur allegat, min-nuqqas li jingħata aċċess għal provi li jiskaġunaw u mill-invokazzjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, ta’ diversi elementi ġuridiċi u fattwali li ma ġewx indirizzati fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE b’rabta mal-konstatazzjoni ta’ effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi fid-determinazzjoni tal-portata ġeografika tal-ksur tal-Artikolu 101 TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi fl-appliazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE b’rabta mal-konstatazzjoni ta’ ksur uniku.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi fir-rigward tal-allegat fatt li r-rikorrenti kienu konxji mill-ksur uniku kollu kemm hu u, iktar speċifikament, mill-parteċipazzjoni tad-destinatarji l-oħra kollha.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi fir-rigward tal-data tal-bidu tal-allegata parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur uniku kollu kemm hu.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi fir-rigward tal-portata tal-ksur imputat lir-rikorrenti, li jirriżultaw mill-konstatazzjoni li r-rikorrenti kienu involuti fi “ftehimiet” antikompetittivi.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni relatati, li jirriżulta mit-tul manifestament eċċessiv tal-investigazzjoni.

9.

Id-disa’ motiv, ibbażat, sussidjarjament, fuq żbalji fil-kalkolu tal-multa, li jirriżultaw:

min-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni (a) l-fatt li r-rikorrenti huma impriżi monoproduttriċi, (b) ċirkustanzi addizzjonali li jillimitaw il-gravità tal-aġir individwali tar-rikorrenti u ċirkustanzi attenwanti; u

min-nuqqas tal-Kummissjoni li tagħti l-valur xieraq liċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-ksur meta ddeterminat il-livell tal-koeffiċjent ta’ gravità u tat-tariffa għad-dħul.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/53


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2016 – Skechers USA France vs UASI (IM Production (Żraben))

(Kawża T-9/16)

(2016/C 098/68)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Skechers USA France (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J. Horn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IM Production SAS (Paris)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn ikkontestat ikkonċernat: disinn Komunitarju Nru 1 221 584-0023

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 2429/2013-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

Motivi invokati

Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipji ta’ smigħ xieraq;

Ksur tal-Artikoli 4, 5 u 6 u tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/54


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2016 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-12/16)

(2016/C 098/69)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: L. Bembič, aġent)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2098 tat-13 ta’ Novembru 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifikata bid-dokument C(2015) 7716) (ĠU L 303, p. 35) sa fejn tikkonċerna r-Repubblika tas-Slovenja, jiġifieri l-parti li tikkonċerna

l-assenza ta’ proċedura ta’ monitoraġġ (nuqqas ta’ proċedura ta’ kontroll) tal-ħbula agrikoli maħluqa artifiċjalment, li minħabba f’hekk saret korrezzjoni tal-għajnuna diretta diżakkoppjata, li tammonta għal EUR 52 615,90għas-sena 2013 (sena tat-talba 2012), ta’ EUR 45 519,08għas-sena 2014 (sena tat-talba 2013) u EUR 34 211,94għas-sena 2015 (sena tat-talba 2014);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tinvoka tliet motivi relatati mal-verifika tal-ħbula agrikoli, jiġifieri, żball manifest ta’ evalwazzjoni, nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni u ksur tal-prinċipju ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni b’mod żbaljat ikonstatat li fis-Slovenja ma għadx hemmx sistema adegwata ta’ verifika tajba tas-superfiċji minima eliġibbli. F’dan ir-rigward, hija tindika li, fis-Slovenja, il-ħbula agrikoli żgħar huma r-riżultat ta’ kundizzjonijiet naturali u tal-frammentazzjoni fil-passat tal-istrutturi agrikoli tagħha. Barra minn hekk, dawn is-superfiċji ma nħalqux b’mod artifiċjali sabiex jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ ħlasijiet tal-iskema ta’ għajnuna. Fl-aħħar nett, waqt l-eżami, il-Kummissjoni la kkonstatat u lanqas stabbiliet xi ksur, peress li s-superfiċji kontenzjużi ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha għad-determinazzjoni tas-superfiċji agrikolu u tal-unità jew tal-ħabel.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/55


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2016 – Advanced Drainage Systems vs UASI (THE MOST ADVANCED NAME IN WATER MANAGEMENT SOLUTIONS)

(Kawża T-19/16)

(2016/C 098/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advanced Drainage Systems, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Sleep, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “THE MOST ADVANCED NAME IN WATER MANAGEMENT SOLUTIONS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 405 188

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Novembru 2015, fil-Każ R 1501/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tippermetti li titkompla l-proċedura ta’ reġistrazzjoni;

sussidjarjament, tilqa’ r-rikors u tannulla d-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll tibgħat lura l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni quddiem id-Diviżjoni tal-Eżaminazzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/55


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2016 – Karl Conzelmann vs UASI (LIKE IT)

(Kawża T-21/16)

(2016/C 098/71)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Karl Conzelmann GmbH & Co. KG (Albstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Klink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “LIKE IT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 180 104

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 223/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-appell quddiem l-UASI.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/56


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-28/16)

(2016/C 098/72)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u A. Lippstreu)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1 u l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2098, tat-13 ta’ Novembru 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn dawn jeskludu mill-finanzjament tal-Unjoni ħlasijiet magħmula mill-organu li jħallas kompetenti fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja skont il-FAEŻR għal ammont totali ta’ EUR 7 719 920,30;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 71(2) moqri flimkien mal-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 (1), sa fejn il-Kummissjoni talbet li l-kriterji ta’ għażla ma jiġux applikati biss għal “operazzjonijiet [tranżazzjonijiet]” konkreti, skont l-Artikolu 2(e) tar-Regolament Nru 1698/2005, iżda wkoll fil-fażijiet preċedenti tal-proċedura nazzjonali ta’ tiġdid tal-irħula u tar-riorganizzazzjoni tal-ħbula agrikoli, u sa fejn ma ħaditx inkunsiderazzjoni r-rekwiziti relatati mal-kriterji ta’ għażla.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ sħubija msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali [l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) TUE] u tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, sa fejn il-Kummissjoni bbażat id-deċiżjoni tagħha ta’ rettifika fuq azzjoni li hija kienet awtorizzat jew li hija ma kinitx opponiet.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà (Artikolu 5 TUE), sa fejn il-Kummissjoni ndaħlet fl-awtonomija proċedurali u fil-prerogattivi ta’ ippjanar tal-Istati Membri.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (2), tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005 (3), kif ukoll tal-prinċipju tal-proporzjonalità, sa fejn il-Kummissjoni, permezz ta’ rettifika b’rata fissa ta’ 10 %, ma evalwatax adegwatament in-natura u, fi kwalunkwe każ, il-portata limitata ta’ eventwali ksur fir-rigward tal-kriterji ta’ għażla u ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-Unjoni ma ġarrbet l-ebda telf finanzjarju fil-konkret u li qatt ma kien jeżisti riskju reali li ser ikun hemm tali telf.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, p. 1).

(2)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, p. 549).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 209, p. 1).


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/57


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2015 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-32/16)

(2016/C 098/73)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2098, tat-13 ta’ Novembru 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn din teskludi infiq li jammonta għal EUR 584 299,25 sostnut mir-Repubblika Ċeka, u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni.

Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-infiq mill-finanzjament tal-Unjoni minkejja li ma kienx hemm ksur tad-dritt tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali. Fil-fatt, il-Kummissjoni qieset b’mod żbaljat li l-applikazzjoni ta’ età massima iżgħar fil-każ ta’ appoġġ għal irtirar kmieni kienet teħtieġ bidla fil-programm għall-żvilupp rurali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

2.

Fil-każ fejn il-Qorti Ġenerali ma tiqax l-ewwel motiv, ir-rikorrenti tressaq it-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 1306/2013.

Anki jekk l-applikazzjoni ta’ età massima iżgħar fil-każ ta’ appoġġ għal irtirar kmieni mingħajr bidla fil-programm għall-żvilupp rurali kienet tikkostitwixxi ksur tar-Regolament Nru 1698/2005 (quod non), il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-gravità ta’ dan il-ksur u tad-dannu finanzjarju sostnut mill-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, il-gravità tal-eventwali ksur hija minima u l-Unjoni Ewropea ma sofriet ebda dannu finanzjarju.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/58


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2016 – Sigma Orionis vs REA

(Kawża T-47/16)

(2016/C 098/74)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sigma Orionis SA (Valbonne, Franza) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Talbiet

tiddikjara li l-REA naqset milli tosserva l-obbligi kuntrattwali tagħha li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ sussidju H2020 billi ssospendiet il-ħlasijiet kollha dovuti lir-rikorrenti abbażi ta’ rapport ta’ investigazzjoni tal-OLAF li tfassal illegalment,

sussidjarjament, tordna l-ħatra ta’ espert sabiex jiġu ddeterminati s-sommom inkontestabbilment dovuti lir-rikorrenti abbażi tal-kuntratt ta’ sussidji inkwistjoni.

Konsegwentement, tikkundanna lill-konvenuta:

għall-ħlas tas-sommom dovuti abbażi tal-kuntratt ta’ sussidju H2020, jiġifieri EUR 425 406,25, miżjuda, skont l-Artikolu 21.11.1, bl-interessi moratorji kkalkolati mid-data ta’ meta s-sommom saru dovuti, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, miżjuda bi 3,5 punti,

tikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu addizjonali li hija sofriet, evalwat, f’dan l-istadju, għal EUR 1 500 000 bla ħsara għal żieda jew tnaqqis fil-mori tal-kawża,

għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) ma tistax tibbaża ruħha fuq rapport ta’ investigazzjoni stabbilit permezz ta’ provi miġbura illegalment sabiex tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha li tissospendi l-pagamenti dovuti lir-rikorrenti u dan, fl-intier tagħhom. Ir-rikorrenti ssostni, f’dan is-sens, li sa fejn ir-REA bbażat ruħha fuq provi miġbura illegalment, kemm is-sospensjoni tal-ħlasijiet kif ukoll ix-xoljiment tal-kuntratti ta’ sussidju huma illegali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn il-konklużjoni tad-diversi rapporti tekniċi ta’ verifika kienet, mingħajr eċċezzjoni, li r-rikorrenti kienet tuża r-riżorsi skont il-prinċipji ta’ ekonomija, ta’ effiċjenza u ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Minn dan jirriżulta li r-REA ma tistax tallega li kkonstatat b’mod validu li fil-kuntest ta’ sussidji oħra r-rikorrenti wettqet irregolaritajiet li huma tali li jiġġustifikaw jew ix-xoljiment jew is-sospensjoni tal-pagamenti kollha fil-kuntratti ta’ sussidju inkwistjoni. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni fil-ftehimiet ta’ sussidju hija l-unika forma ta’ finanzjament tar-rikorrenti u mingħajr ebda dubju l-assenza ta’ proġetti Ewropej ġodda twassalha għall-falliment.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/59


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2016 – Sigma Orionis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-48/16)

(2016/C 098/75)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sigma Orionis SA (Valbonne, Franza) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea naqset milli tosserva l-obbligi kuntrattwali tagħha li jirriżultaw mill-kuntratti ta’ sussidju EP7 u H2020 billi ssospendiet il-ħlasijiet kollha dovuti lir-rikorrenti abbażi ta’ rapport ta’ investigazzjoni tal-OLAF li tfassal illegalment,

tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea naqset milli tosserva l-obbligi kuntrattwali tagħha li jirriżultaw mill-kuntratti ta’ sussidju EP7 u H2020 billi xoljiet il-kuntratti ta’ suddidju inkwistjoni abbażi ta’ rapport ta’ investigazzjoni tal-OLAF li tfassal illegalment,

sussidjarjament, tordna l-ħatra ta’ espert sabiex jiġu ddeterminati s-sommom inkontestabbilment dovuti lir-rikorrenti abbażi tal-kuntratt ta’ sussidji inkwistjoni.

Konsegwentement, tikkundanna lill-konvenuta

għall-ħlas tas-sommom illegalment sospiżi dovuti abbażi tal-kuntratti ta’ sussidju EP7, jiġifieri EUR 607 404,49, miżjuda, skont l-Artikolu II.5.5, bl-interessi moratorji kkalkolati mid-data ta’ meta s-sommom saru dovuti, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, miżjuda bi 3,5 punti,

għall-ħlas tas-sommom illegalment sospiżi dovuti abbażi tal-kuntratti ta’ sussidju H2020, jiġifieri EUR 226 688,68, miżjuda, skont l-Artikolu 21.11.1, bl-interessi moratorji kkalkolati mid-data ta’ meta s-sommom saru dovuti, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, miżjuda bi 3,5 punti,

tikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu addizjonali li hija sofriet, evalwat, f’dan l-istadju, għal EUR 1 500 000 bla ħsara għal żieda jew tnaqqis fil-mori tal-kawża,

għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma tistax tibbaża ruħha fuq rapport ta’ investigazzjoni stabbilit permezz ta’ provi miġbura illegalment sabiex tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha li tissospendi l-pagamenti dovuti lir-rikorrenti u dan, fl-intier tagħhom. Ir-rikorrenti ssostni, f’dan is-sens, li sa fejn il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq provi miġbura illegalment, kemm is-sospensjoni tal-ħlasijiet kif ukoll ix-xoljiment tal-kuntratti ta’ sussidju huma illegali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn il-konklużjoni tad-diversi rapporti tekniċi ta’ verifika kienet, mingħajr eċċezzjoni, li r-rikorrenti kienet tuża r-riżorsi skont il-prinċipji ta’ ekonomija, ta’ effiċjenza u ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Minn dan jirriżulta li l-Kummissjoni ma tistax tallega li kkonstatat b’mod validu li fil-kuntest ta’ sussidji oħra r-rikorrenti wettqet irregolaritajiet li huma tali li jiġġustifikaw jew ix-xoljiment jew is-sospensjoni tal-pagamenti kollha fil-kuntratti ta’ sussidju inkwistjoni. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni fil-ftehimiet ta’ sussidju hija l-unika forma ta’ finanzjament tar-rikorrenti u mingħajr ebda dubju l-assenza ta’ proġetti Ewropej ġodda twassalha għall-falliment.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni, b’mod gravi u manifest, injorat il-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, fatt li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni. Ir-rikorrenti allegatament sofriet dannu marbut mar-reputazzjoni tagħha u man-numru ta’ ordnijiet li tirċievi, u dan inaqqas kunsiderevolment, jekk mhux saħansitra jġib fix-xejn, kull perspettiva ta’ parteċipazzjoni, fil-ġejjieni, għal proġetti Ewropej ġodda. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni fil-ftehimiet ta’ sussidju hija l-unika forma ta’ finanzjament tar-rikorrenti u mingħajr ebda dubju l-assenza ta’ proġetti Ewropej ġodda twassalha għall-falliment.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2016 – Premo vs UASI – Prema Semiconductor (PREMO)

(Kawża T-400/14) (1)

(2016/C 098/76)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2016 – Premo vs UASI – Prema Semiconductor (PREMO)

(Kawża T-440/14) (1)

(2016/C 098/77)

Lingwa tal-kawża: l-ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 315, 15.9.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2016 – Ahmed Mohamed Saleh Baeshen vs UASI

(Kawża T-564/14) (1)

(2016/C 098/78)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2016 – Loewe Technologies vs UASI – DNS International (SoundVision)

(Kawża T-623/14) (1)

(2016/C 098/79)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/62


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Jannar 2016 – Darchy vs Il-Kummisssjoni

(Kawża F-47/15) (1)

((Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Allowances tal-familja - Allowance għall-ulied dipendenti - Ulied tal-konjuġi tar-rikorrenti - Ħlas b’effett retroattiv))

(2016/C 098/80)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marie-Pierre Darchy (Brussell, il-Belġju)(rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummisssjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr u A.-C. Simon, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma tiġix milqugħa t-talba għall-għoti retroattiv tal-allowance għall-ulied dipendenti favur iż-żewġt ulied tal-konjuġi tar-rikorrenti, li jirrisjedu fid-domiċilju tagħha ġimgħa fuq tnejn, mid-data taż-żwieġ tagħhom kif ukoll talba għad-danni

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

M-P. Darchy għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 190, 8.6.2015, p. 35.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/62


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Jannar 2016 – Schwander vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-138/11) (1)

(2016/C 098/81)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-president tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 65, 3.3.2012, p. 24


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/63


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-2 ta’ Frar 2016 – de Stefano vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-66/12) (1)

(2016/C 098/82)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-president tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 258, 25.8.2012, p. 28.


14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/63


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Jannar 2016 – Goch vs Il-Kunsill

(Kawża F-21/13) (1)

(2016/C 098/83)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 156, 1.6.2013, p. 55.