ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 409

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
17 ta' Novembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 409/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 409/02

Kawża C-47/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln – il-Ġermanja) – Kronos International Inc. vs Finanzamt Leverkusen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE — Moviment liberu tal-kapital — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru intiża li tneħħi t-taxxa doppja fuq profitti mqassma — Metodu ta’ tpaċija applikat għad-dividendi mqassma minn kumpanniji residenti tal-istess Stat Membru bħall-kumpannija benefiċjarja — Metodu ta’ eżenzjoni applikat għad-dividendi mqassma minn kumpanniji residenti ta’ Stat Membru differenti minn dak tal-kumpannija benefiċjarja jew ta’ Stat terz — Differenza fit-trattament tat-telf tal-kumpannija benefiċjarja tad-dividendii)

2

2014/C 409/03

Kawżi magħquda C-204/12 sa C-208/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel – il-Belġju) – Essent Belgium NV vs Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Skema ta’ appoġġ reġjonali li tipprevedi l-għoti ta’ ċertifikati ħodor negozjabbli għall-installazzjonijiet li jinsabu fir-reġjun ikkonċernat li jipproduċu elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli — Obbligu għall-fornituri tal-elettriku li kull sena jippreżentaw lill-awtorità kompetenti ċerta kwota ta’ ċertifikati — Rifjut li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-garanziji ta’ oriġini li joriġinaw minn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea u minn Stati kontraenti tal-Ftehim ŻEE — Multa amministrattiva fil-każ ta’ nuqqas li jiġu ppreżentati ċ-ċertifikati — Direttiva 2001/77/KE — Artikolu 5 — Moviment liberu tal-merkanzija — Artikolu 28 KE — Artikoli 11 u 13 tal-Ftehim ŻEE — Direttiva 2003/54/KE — Artikolu 3)

3

2014/C 409/04

Kawża C-382/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – MasterCard, Inc., MasterCard International, Inc., MasterCard Europe SPRL vs Il-Kummissjoni Ewropea, Banco Santander, SA, Royal Bank of Scotland plc, HSBC Bank plc, Bank of Scotland plc, Lloyds TSB Bank plc, MBNA Europe Bank Ltd, British Retail Consortium, EuroCommerce AISBL, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Appell — Appelli inċidentali — Ammissibbiltà — Artikolu 81 KE — Sistema ta’ ħlas miftuħa permezz ta’ karti ta’ debitu, b’debitu ddifferit u ta’ kreditu — Kummissjonijiet multilaterali ta’ skambju awtomatiku — Assoċjazzjoni ta’ impriżi — Effett ta’ restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni — Kriterju tal-isħarriġ ġudizzjarju — Kunċett ta’ restrizzjoni anċillari — Natura oġġettivament neċessarja u proporzjonata — Ipoteżijiet kontrafattwali xierqa — Sistemi b’żewġ naħat — Trattament tal-annessi tar-rikors fl-ewwel istanza

4

2014/C 409/05

Kawża C-525/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2000/60/KE — Qafas għal politika Komunitarja fil-qasam tal-ilma — Irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma — Kunċett ta’ servizzi ta’ l-ilma)

5

2014/C 409/06

Kawża C-527/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern — Obbligu ta’ rkupru — Artikolu 108(2) TFUE — Regolament (KE) Nru 659/1999 — Artikolu 14(3) — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Miżuri li għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri)

5

2014/C 409/07

Kawża C-112/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – Gem-Year Industrial Co. Ltd, Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI) (Appell — Dumping — Regolament (KE) Nru 384/96 — L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(ċ) — Regolament (KE) Nru 2026/97 — Regolament (KE) Nru 91/2009 — Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina — Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Spejjeż fuq inputs maġġuri li jirriflettu sostanzjalment il-valuri tas-suq — Sussidjar Statali favur is-settur tal-azzar inġenerali — Effett)

6

2014/C 409/08

Kawża C-19/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio dello Stato – l-Italja) – Ministero dell’Interno vs Fastweb SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 89/665/KEE — Artikolu 2d(4) — Interpretazzjoni u validità — Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Ineffettività tal-kuntratt — Esklużjoni)

6

2014/C 409/09

Kawża C-34/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove – is-Slovakkja) – Monika Kušionová vs SMART Capital, a.s. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti — Kuntratt ta’ kreditu għall-konsum — Artikolu 1(2) — Klawżola li tirrifletti dispożizzjoni leġiżlattiva mandatorja — Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva — Artikoli 3(1), 4, 6(1) u 7(1) — Garanzija tad-dejn permezz ta’ garanzija fuq proprjetà immobbli — Possibbiltà li din il-garanzija tiġi eżegwita permezz ta’ bejgħ b’irkant — Stħarriġ ġudizzjarju)

7

2014/C 409/10

Kawża C-67/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – Groupement des cartes bancaires (CB) vs Il-Kummissjoni Ewropea, BNP Paribas, BPCE, li kienet Caisse Nationale des Caisses d’Epargne et de Prévoyance (CNCEP), Société générale SA (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Artikolu 81(1) KE — Sistema ta’ kards ta’ ħlas fi Franza — Deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi — Suq tal-ħruġ tal-kards — Miżuri tariffarji applikabbli għall-membri ġodda — Miżata tas-sħubija u mekkaniżmi hekk imsejħa li jirregolaw il-funzjoni ta’ akkwist u għal membri inattivi li jerġgħu jsiru attivi — Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Eżami tal-grad ta’ dannu fuq il-kompetizzjoni)

8

2014/C 409/11

Kawża C-88/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – il-Belġju) – Philippe Gruslin vs Beobank SA, li qabel kienet Citibank Belgium SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) — Direttiva 85/611/KEE — Artikolu 45 — Kunċett ta’ pagamenti lil titolari [detenturi] ta’ unitajiet — Kunsinna ta’ ċertifikati ta’ unitajiet lid-detenturi ta’ unitajiet)

8

2014/C 409/12

Kawża C-91/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjizi l-Baxxi) – Essent Energie Productie BV vs Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid (Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Artikoli 41(1) tal-Protokoll addizzjonali u 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 — Kamp ta’ applikazzjoni — Introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet ġodda għal-libertà ta’ stabbiliment, għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u għall-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-impjieg — Projbizzjoni — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikoli 56 TFUE u 57 TFUE — Kollokament ta’ ħaddiema — Ċittadini ta’ Stati terzi — Rekwiżit ta’ permess ta’ xogħol għall-provvista ta’ ħaddiema)

9

2014/C 409/13

Kawża C-92/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Gemeente ‘s-Hertogenbosch vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 5(7)(a) — Tranżazzjonijiet taxxabbli — Kunċett ta’ Provvista magħmula bi ħlas — L-ewwel okkupazzjoni minn awtorità muniċipali ta’ post mibni għaliha fuq art proprjetà tagħha — Attivitajiet magħmulin bħala awtorità pubblika u bħala persuna taxxabli)

10

2014/C 409/14

Kawża C-112/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – A vs B et (Artikolu 267 TFUE — Kostituzzjoni nazzjonali — Proċedura inċidentali ta’ stħarriġ ta’ kostituzzjonalità mandatorja — Eżami tal-konformità ta’ liġi nazzjonali kemm mad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mal-Kostituzzjoni nazzjonali — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Assenza ta’ domiċilju jew ta’ post ta’ soġġorn magħruf tal-konvenut fit-territorju ta’ Stat Membru — Proroga ta’ ġurisdizzjoni f’każ ta’ dehra tal-konvenut — Kuratur għall-konvenut assenti)

10

2014/C 409/15

Kawża C-117/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Technische Universität Darmstadt vs Eugen Ulmer KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/29/KE — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet — Artikolu 5(3)(n) — Użu għal skop ta’ riċerka jew studju privat ta’ xogħlijiet u materjal protett ieħor — Ktieb imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-membri individwi tal-pubbliku permezz ta’ terminals speċjalizzati f’librerija aċċessibbli għall-pubbliku — Kunċett ta’ xogħol li ma huwiex suġġett għal kundizzjonijiet ta’ xiri jew ta’ liċenzjar — Dritt tal-librerija li tiddiġitalizza xogħol li jagħmel parti mill-kollezzjoni tagħha sabiex jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utenti permezz ta’ terminals speċjalizzati — Tqegħid għad-dispożizzjoni tax-xogħol permezz ta’ terminals speċjalizzati li jippermettu l-istampar fuq il-karta jew il-ħażna tiegħu fuq USB stick)

11

2014/C 409/16

Kawża C-152/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Holger Forstmann Transporte GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Münster (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Direttiva 2003/96/KE — Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku — Eċċezzjonijiet — Prodotti ta’ enerġija miżmuma fit-tankijiet standard ta’ vetturi kummerċjali u intenzjonati biex jintużaw bħala karburant minn dawn il-vetturi — Kunċett ta’ tankijiet standard fis-sens tal-Artikolu 24(2) ta’ din id-direttiva — Tankijiet installati minn garaxxijiet speċjalizzati jew minn rappreżentanti kummerċjali tal-manifattur)

12

2014/C 409/17

Kawża C-219/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – proċedura mibdija minn K Oy Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 98(2) — Il-punt 6 tal-Anness III — Rata mnaqqsa tal-VAT applikabbli unikament għall-kotba stampati — Kotba fuq mezzi materjali oħra barra l-karta suġġetti għar-rata normali tal-VAT — Newtralità fiskali

13

2014/C 409/18

Kawża C-270/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Iraklis Haralambidis vs Calogero Casilli (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Artikolu 45(1) u (4) TFUE — Kunċett ta’ ħaddiem — Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika — Funzjoni ta’ President ta’ awtorità portwali — Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tas-setgħa pubblika — Kundizzjoni ta’ nazzjonalità)

13

2014/C 409/19

Kawża C-277/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 96/67/KE — Artikolu 11 — Trasport bl-ajru — Servizz ta’ groundhandling — Għażla tal-fornituri)

14

2014/C 409/20

Kawża C-291/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Eparchiako Dikastirio Lefkosias – Ċipru) – Sotiris Papasavvas vs O Fileleftheros Dimosia Etaireia Ltd et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2000/31/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Kawża dwar malafama)

14

2014/C 409/21

Kawża C-328/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Österreichischer Gewerkschaftsbund vs Wirtschaftskammer Österreich – Fachverband Autobus-, Luftfahrt- und Schifffahrtsunternehmungen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/23/KE — Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, ta’ negozju jew ta’ partijiet minn impriżi jew minn negozju — Obbligu għaċ-ċessjonarju li jżomm il-kundizzjonijiet ta’ xogħol miftiehma minn ftehim kollettiv sad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim kollettiv ieħor — Kunċett ta’ ftehim kollettiv — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li ftehim kollettiv rexiss ikompli jipproduċi effetti sad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim ieħor)

15

2014/C 409/22

Kawża C-394/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – Ministerstvo práce a sociálních věcí vs B. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KE) Nru 883/2004 — Leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli — Determinazzjoni tal-Istat Membru kompetenti sabiex jagħti benefiċċju tal-familja — Sitwazzjoni fejn il-ħaddiem migrant kif ukoll il-familja tiegħu jgħixu fi Stat Membru fejn huma għandhom iċ-ċentru ta’ interess tagħhom u fejn ġie riċevut benefiċċju tal-familja — Talba għal benefiċċju tal-familja fl-Istat Membru ta’ oriġini wara t-tmiem tad-dritt għall-benefiċċji fl-Istat Membru ta’ residenza — Leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru ta’ oriġini li tipprevedi l-għoti ta’ tali benefiċċji lil kull persuna li għandha domiċilju rreġistrat f’dan l-Istat)

16

2014/C 409/23

Kawża C-423/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Vilniaus energija UAB vs Lietuvos metrologijos inspekcijos Vilniaus apskrities skyrius (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-merkanzija — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Direttiva 2004/22/KE — Verifiki metroloġiċi tas-sistemi ta’ kejl — Arloġġ tal-ilma sħun li jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ din id-direttiva u li huwa konness ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija) — Projbizzjoni li dan l-arloġġ jintuża mingħajr verifika metroloġika minn qabel tas-sistema)

17

2014/C 409/24

Kawża C-489/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen – il-Belġju) – Ronny Verest, Gaby Gerards vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq id-dħul — Leġiżlazzjoni għall-ħelsien minn taxxa doppja — Impożizzjoni ta’ taxxa fuq id-dħul minn proprjetà immobbli riċevut fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru ta’ residenza — Metodu tal-eżenzjoni b’riżerva ta’ progressività fl-Istat Membru ta’ residenza — Differenza fit-trattament bejn proprjetajiet immobbli li jinsabu fl-Istat Membru ta’ residenza u dawk li jinsabu fi Stat Membru ieħor)

17

2014/C 409/25

Kawża C-491/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Mohamed Ali Ben Alaya vs Bundesrepublik Deutschland Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2004/114/KE — Artikoli 6, 7 u 12 — Kundizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju — Rifjut ta’ ammissjoni ta’ persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmija direttiva — Marġni ta’ evalwazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti

18

2014/C 409/26

Kawżi magħquda C-94/13 P, C-95/13 P, C-136/13 P, C-174/13 P, C-180/13 P, C-191/13 P u C-246/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Cooperativa tra i Lavoratori della Piccola Pesca di Pellestrina Soc. coop. arl et (C-94/13 P), Alfier Costruzioni Srl et (C-95/13 P), Cooperativa Mare Azzurro Socialpesca Soc. coop. arl, li kienet Cooperativa Mare Azzurro Soc. coop. arl, Cooperativa vongolari Sottomarina Lido Soc. coop. arl (C-136/13 P), Axitea SpA, li kienet La Vigile San Marco SpA (C-174/13 P), Vetrai 28 Srl, li kienet Barovier & Toso vetrerie artistiche riunite Srl et (C-180/13 P), Confindustria Venezia, li kienet Unione degli industriali della provincia di Venezia (Unindustria) et (C-191/13 P), Manutencoop Società Cooperativa, li kienet Manutencoop Soc. coop. arl u Astrocoop Universale Pulizie, Manutenzioni e Trasporti Soc. coop. arl, (l-Italja) (C-246/13 P) vs Cooperativa Pescatori di San Pietro in Volta Soc. coop. arl et, Ir-Repubblika Taljana, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja)

19

2014/C 409/27

Kawża C-145/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Ghezzo Giovanni & C. Snc di Ghezzo Maurizio & C. vs Cooperativa Mare Azzurro Socialpesca Soc. coop. arl, li kienet Cooperativa Mare Azzurro Soc. coop. rl, Cooperativa vongolari Sottomarina Lido Soc. coop. rl, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna favur impriżi li jinsabu fit-territorju ta’ Venezja u ta’ Chioggia — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja)

20

2014/C 409/28

Kawżi maqgħuda C-227/13 P sa C-239/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Albergo Quattro Fontane Snc, (C-227/13 P), Hotel Gabrielli Srl, li kienet Hotel Gabrielli Sandwirth SpA, (C-228/13 P), GE.AL.VE. Srl, (C-229/13 P), Metropolitan SpA, li kienet Metropolitan Srl, (C-230/13 P), Hotel Concordia Srl, li kienet Hotel Concordia Snc, (C-231/13 P), Società per l’industria alberghiera (SPLIA), (C-232/13 P), Principessa Srl, fi stralċ, (C-233/13 P), Albergo Saturnia Internazionale SpA, (C-234/13 P), Savoia e Jolanda Srl, (C-235/13 P), Biasutti Hotels Srl, li kienet Hotels Biasutti Snc, (C-236/13 P), Ge.A.P. Srl, (C-237/13 P), Rialto Inn Srl, (C-238/13 P), Bonvecchiati Srl, (C-239/13 P) vs Comitato Venezia vuole vivere, Manutencoop Società Cooperativa, li kienet Manutencoop Soc. coop. arl u Astrocoop Universale Pulizie, Manutenzioni e Trasporti Soc. coop. arl, Albergo ristorante All’Angelo Snc, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna favur impriżi li jinsabu fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja)

21

2014/C 409/29

Kawża C-288/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Deza, a.s., Industrial Química del Nalón, SA, Bilbaína de Alquitranes, SA vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) — Artikolu 59 u Anness XIII — Identifikazzjoni taż-żejt tal-antraċen bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna, li għandha tiġi suġġetta għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament)

21

2014/C 409/30

Kawża C-289/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Cindu Chemicals BV, Deza, a.s., Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA),Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) — Artikolu 59 u Anness XIII — Identifikazzjoni taż-żejt tal-antraċen, b’ammont baxx ta’ antraċen bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna, li għandha tiġi suġġetta għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament)

22

2014/C 409/31

Kawża C-290/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Deza, a.s., Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) — Artikolu 59 u Anness XIII — Identifikazzjoni taż-żejt tal-antraċen (pasta tal-antraċen) bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna, li għandha tiġi suġġetta għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament)

22

2014/C 409/32

Kawżi magħquda C-379/13 P sa C-381/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 – Associação de Empresas de Construção e Obras Públicas e Serviços (Aecops) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Deċiżjoni 83/673/KEE — Regolament (KEE) Nru 2950/83 — Fond soċjali Ewropew — Miżuri ta’ taħriġ — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mogħtija inizjalment — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej)

23

2014/C 409/33

Kawża C-435/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 – Erich Kastenholz vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Qwatchme A/S (Appell — Regolament (KE) Nru 6/2002 — Disinni Komunitarji — Artikoli 4 sa 6, 25(1)(b) u (f), kif ukoll 52 — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta uċuħ tal-arloġġi — Disinn Komunitarju preċedenti — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità)

23

2014/C 409/34

Kawża C-490/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 – Cytochroma Development, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Artikolu 169(1) tar-Regoli tal-Proċedura — Appell li ma jikkontestax id-dispożittiv tas-sentenza appellata — Appell manifestament inammissibbli)

24

2014/C 409/35

Kawża C-505/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Levent Redzheb Yumer vs Direktor na Teritoriyalna direktsia na Natsionalna agentsia za prihodite – Varna (Taxxa fuq id-dħul — Artikolu 2 TUE — Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità — Dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul tal-bdiewa — Esklużjoni ta’ persuni fiżiċi li jeżerċitaw l-attività ta’ bidwi — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Assenza — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

24

2014/C 409/36

Kawża C-509/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva li għandha l-element verbali METRO bil-kuluri blu u isfar — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva Komunitarja bil-kulur li fiha l-element verbali GRUPOMETROPOLIS — Rifjut ta’ oppożizzjoni)

25

2014/C 409/37

Kawża C-535/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Monomeles Protodikeio Athinon- il-Greċja) – Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha vs Maria Patmanidi AE (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Trade marks — Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark li jopponi l-ewwel tqegħid fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), mingħajr il-permess tiegħu, ta’ prodotti li jaqgħu taħt din it-trade mark)

25

2014/C 409/38

Kawża C-152/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Autorità per l’energia elettrica e il gas vs Antonella Bertazzi et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP — Klawżola 4 — Kuntratti ta’ xogħol għal zmien determinat fis-settur pubbliku — Proċedura ta’ stabilizzazzjoni — Reklutaġġ ta’ ħaddiema impjegati għal żmien determinat bħala uffiċjali permanenti mingħajr kompetizzjoni pubblika — Determinazzjoni tal-anzjanità — Assenza totali ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ servizz mwettqa fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

26

2014/C 409/39

Kawża C-303/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

27

2014/C 409/40

Kawża C-407/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social número 1 de Córdoba (Spanja) fis-27 ta’ Awwissu 2014 – María Auxiliadora Arjona Camacho vs Securitas Seguridad España, S.A.

28

2014/C 409/41

Kawża C-410/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Awwissu 2014 – Dr. Falk Pharma GmbH vs DAK-Gesundheit

29

2014/C 409/42

Kawża C-446/14 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2014 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-295/12 – Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

29

2014/C 409/43

Kawża C-240/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Awwissu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja, sostnuta minn: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Renju tal-Belġju, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Ir-Repubblika tal-Polonja, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja

31

2014/C 409/44

Kawża C-241/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Awwissu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja, sostnuta minn: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Renju tal-Belġju, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Ir-Repubblika tal-Polonja, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja

31

2014/C 409/45

Kawża C-118/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġermanja) – Peggy Kieck vs Condor Flugdienst GmbH

31

2014/C 409/46

Kawża C-119/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġermanja) – Henricus Cornelis Maria Niessen, Angelique Francisca Niessen Steeghs, Melissa Alexandra Johanna Niessen, Kenneth Gerardus Henricus Niessen vs Condor Flugdienst GmbH

32

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 409/47

Kawża T-534/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2014 – Schenker vs Il-Kummissjoni [Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Fajl amministrattiv u deċiżjoni finali tal-Kummissjoni dwar akkordju, verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ din id-deċiżjoni — Rifjut ta’ aċċess — Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni — Interess pubbliku superjuri]

33

2014/C 409/48

Kawża T-300/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Lidl Stiftung vs UASI – A Colmeia do Minho (FAIRGLOBE) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva FAIRGLOBE — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti GLOBO — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade marks preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regola 22(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2865/95]

34

2014/C 409/49

Kawża T-531/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2014 – Tifosi Optics vs UASI – Tom Tailor (T) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva T — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti T — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

34

2014/C 409/50

Kawża T-39/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2014 – Cezar vs UASI Poli-Eco (Insert) [Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta inserzjoni — Disinn preċedenti — Novità — Karattru individwali — Karatteristiċi viżibbli ta’ komponent minn prodott kumpless — Evalwazzjoni tad-disinn preċedenti — Artikoli 3, 4, 5, 6 u l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002]

35

2014/C 409/51

Kawża T-77/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Laboratoires Polive vs UASI – Arbora & Ausonia (DODIE) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DODIE — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DODOT — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenzja ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Setgħa ta’ bidla]

36

2014/C 409/52

Kawża T-122/13 u T-123/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Laboratoires Polive vs UASI – Arbora & Ausonia (dodie) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva dodie — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti DODOT — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

36

2014/C 409/53

Kawża T-333/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2014 – ATC et vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Importazzjoni ta’ għasafar — Ftehim dwar l-ammonti kwantifikati tal-kumpens għad-dannu — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

37

2014/C 409/54

Kawża T-34/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – Canon Europa vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Unjoni doganali — Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika — Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda — Subintestaturi tariffarji — Dazji doganali applikabbli għall-merkanzija kklassifikata f’dawn is-subintestaturi tariffarji — Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà)

38

2014/C 409/55

Kawża T-35/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – Kyocera Mita Europe vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Unjoni doganali — Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika — Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda — Subintestaturi tariffarji — Dazji doganali applikabbli għall-merkanzija kklassifikata f’dawn is-subintestaturi tariffarji — Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà)

38

2014/C 409/56

Kawża T-519/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2014 – mobile.international vs UASI – Kummissjoni (PL mobile.eu) (Trade mark Komunitarja — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

39

2014/C 409/57

Kawża T-3/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2014 – Ronja vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti skambjati fil-kuntest ta’ ilment dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2001/37/KE — Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru — Oppożizzjoni manifestata mill-Istat Membru — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Deċiżjoni li tagħti l-aċċess sħiħ wara miżura ta’ organizzazzjoni proċedurali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Dokumenti li joriġinaw mill-Kummissjoni — Deċiżjoni li tagħti aċċess sħiħ — Nuqqas tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra l-Awstrija — Inammissibbiltà]

40

2014/C 409/58

Kawża T-178/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Jaczewski vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Agrikoltura — Interess ġuridiku — Att leġiżlattiv li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

41

2014/C 409/59

Kawża T-354/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2014 – Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Indikazzjoni ġeografika protetta Kołocz śląski jew Kołacz śląski — Ċaħda tat-talba għall-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

41

2014/C 409/60

Kawża T-650/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2014 – Lomnici vs Il-Parlament (Rikors għal annullament — Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew li tikkonċerna l-liġi l-ġdida dwar iċ-ċittadinanza Slovakka — Petizzjoni ddikjarata ammissibbli — Deċiżjoni ta’ għeluq tal-proċedura — Att li ma jistax ikun is-suġġett ta’ rikors — Inammissibbiltà)

42

2014/C 409/61

Kawża T-698/13 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rikors miċħud fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli — Assenza ta’ identiċità bejn ir-rikors ippreżentat bil-faks u l-oriġinal ippreżentat sussegwentement — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

42

2014/C 409/62

Kawża T-699/13 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rikors miċħud fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli — Assenza ta’ identiċità bejn ir-rikors ippreżentat bil-faks u l-oriġinal ippreżentat sussegwentement — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

43

2014/C 409/63

Kawża T-103/14 R II: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Frucona Košice vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Alkoħol u spirti — Annullament ta’ dejn fiskali fil-kuntest ta’ proċedura kollettiva ta’ insolvenza — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Talba ġdida — Assenza ta’ fatti ġodda — Nuqqas ta’ fumus boni juris — Nuqqas ta’ urġenza)

44

2014/C 409/64

Kawża T-361/14: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2014 – HB et vs Il-Kummissjoni

44

2014/C 409/65

Kawża T-561/14: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 – One of Us et vs Il-Parlament et

45

2014/C 409/66

Kawża T-573/14: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2014 – Polyelectrolyte Producers Group u SNF vs Il-Kummissjoni

45

2014/C 409/67

Kawża T-574/14: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2014 – EAEPC vs Il-Kummissjoni

47

2014/C 409/68

Kawża T-617/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2014 – Pro Asyl vs EASO

48

2014/C 409/69

Kawża T-619/14: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Bionorica vs Il-Kummissjoni

48

2014/C 409/70

Kawża T-620/14: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2014 – Diapharm vs Il-Kummissjoni

49

2014/C 409/71

Kawża T-640/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2014 – Beul vs Il-Parlament u Il-Kunsill

50

2014/C 409/72

Kawża T-669/14: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2014 – Trioplast Industrier vs Il-Kummissjoni

50

2014/C 409/73

Kawża T-673/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

52

2014/C 409/74

Kawża T-679/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Teva UK et vs Il-Kummissjoni

54

2014/C 409/75

Kawża T-687/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – Novomatic vs UASI– Simba Toys (African SIMBA)

55

2014/C 409/76

Kawża T-692/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – Puma vs UASI– Sinda Poland (Rappreżentazzjoni ta’ annimal immaġinarju)

55

2014/C 409/77

Kawża T-694/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – EREF vs Il-Kummissjoni

56

2014/C 409/78

Kawża T-695/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2014 – Omega vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ stampa bl-iswed u bl-abjad)

57

2014/C 409/79

Kawża T-696/14: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 minn Bernat Montagut Viladot mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-15 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża F-160/12, Montagut vs Il-Kummissjoni

58

2014/C 409/80

Kawża T-697/14: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 – MIP Metro vs UASI – Associated Newspapers (METRO)

59

2014/C 409/81

Kawża T-700/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2014 – TV1 vs Il-Kummissjoni

60

2014/C 409/82

Kawża T-704/14: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2014 – Marine Harvest vs Il-Kummissjoni

61

2014/C 409/83

Kawża T-707/14: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2014 – Grundig Multimedia vs UASI (DetergentOptimiser)

62

2014/C 409/84

Kawża T-710/14: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2014 – Herbert Smith Freehills vs Il-Kunsill

63

2014/C 409/85

Kawża T-711/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2014 – Arcofin et vs Il-Kummissjoni

63

2014/C 409/86

Kawża T-509/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ottubru 2014 – Ratioparts-Ersatzteile vs UASI

65

2014/C 409/87

Kawża T-678/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 – AEMN vs Il-Parlament

65

2014/C 409/88

Kawża T-679/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 – AEMN vs Il-Parlament

65

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 409/89

Kawża F-122/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 – Carneiro vs Europol (Servizz pubbliku — Persunal ta’ Europol — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt għal żmien determinat bħala kuntratt għal żmien indeterminat — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

66

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

2014/C 409/01

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 395, 10.11.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 388, 3.11.2014

ĠU C 380, 27.10.2014

ĠU C 372, 20.10.2014

ĠU C 361, 13.10.2014

ĠU C 351, 6.10.2014

ĠU C 339, 29.9.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln – il-Ġermanja) – Kronos International Inc. vs Finanzamt Leverkusen

(Kawża C-47/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru intiża li tneħħi t-taxxa doppja fuq profitti mqassma - Metodu ta’ tpaċija applikat għad-dividendi mqassma minn kumpanniji residenti tal-istess Stat Membru bħall-kumpannija benefiċjarja - Metodu ta’ eżenzjoni applikat għad-dividendi mqassma minn kumpanniji residenti ta’ Stat Membru differenti minn dak tal-kumpannija benefiċjarja jew ta’ Stat terz - Differenza fit-trattament tat-telf tal-kumpannija benefiċjarja tad-dividendii))

2014/C 409/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kronos International Inc.

Konvenut: Finanzamt Leverkusen

Dispożittiv

1)

Il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tgħid li kumpannija residenti ta’ Stat Membru ma tistax tpaċi t-taxxi fuq il-kumpanniji mħallsa fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz minn kumpanniji b’kapital azzjonarju li jqassmu dividendi, minħabba l-eżenzjoni mit-taxxa ta’ dawn id-dividendi fl-ewwel Stat Membru meta dawn jirriżultaw minn ishma li jirrappreżentaw tal-inqas 10 % tal-kapital tal-kumpannija li tqassam u li, f’dan il-każ, is-sehem effettiv tal-kumpannija b’kapital azzjonarju li tirċievi d-dividendi huwa ogħla minn 90 % u l-kumpannija benefiċjarja tkun inħolqot skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat terz, għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE.

2)

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-metodu ta’ eżenzjoni għad-dividendi mqassma minn kumpanniji residenti ta’ Stati Membri oħra u ta’ Stati terzi, filwaqt li l-metodu ta’ tpaċija jiġi applikat għad-dividendi mqassma mill-kumpanniji residenti tal-istess Stat Membru bħall-kumpannija benefiċjarja u li, fl-ipoteżi fejn din il-kumpannija benefiċjarja tirreġistra telf, il-metodu ta’ tpaċija jwassal sabiex it-taxxa mħallsa mill-kumpannija li tqassam residenti tkun totalment jew parzjalment irrimborsata.


(1)  ĠU C 98, 31.03.2012.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel – il-Belġju) – Essent Belgium NV vs Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt

(Kawżi magħquda C-204/12 sa C-208/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skema ta’ appoġġ reġjonali li tipprevedi l-għoti ta’ ċertifikati ħodor negozjabbli għall-installazzjonijiet li jinsabu fir-reġjun ikkonċernat li jipproduċu elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli - Obbligu għall-fornituri tal-elettriku li kull sena jippreżentaw lill-awtorità kompetenti ċerta kwota ta’ ċertifikati - Rifjut li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-garanziji ta’ oriġini li joriġinaw minn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea u minn Stati kontraenti tal-Ftehim ŻEE - Multa amministrattiva fil-każ ta’ nuqqas li jiġu ppreżentati ċ-ċertifikati - Direttiva 2001/77/KE - Artikolu 5 - Moviment liberu tal-merkanzija - Artikolu 28 KE - Artikoli 11 u 13 tal-Ftehim ŻEE - Direttiva 2003/54/KE - Artikolu 3))

2014/C 409/03

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Essent Belgium NV

Konvenuta: Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt

fil-preżenza ta’: Vlaams Gewest, Vlaamse Gemeenschap (C-204/12, C-206/12 u C-208/12),

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-suq intern tal-elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix skema ta’ appoġġ nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-għoti, mill-awtorità regolatorja reġjonali kompetenti, ta’ ċertifikati negozjabbli fir-rigward ta’ elettriku aħdar prodott fit-territorju tar-reġjun ikkonċernat u li tissuġġetta lill-fornituri tal-elettriku għal obbligu li jippreżentaw, kull sena, lill-imsemmija awtorità, taħt piena ta’ multa amministrattiva, ċerta kwantità ta’ tali ċertifikati li jikkorrispondu għal proporzjon mill-elettriku totali tagħhom f’dan ir-reġjun, mingħajr ma l-imsemmija fornituri jkunu awtorizzati jissodisfaw l-imsemmi obbligu bl-użu ta’ garanziji ta’ oriġini li joriġinaw minn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea jew Stati terzi membri taż-Żona Ekonomika Ewropea.

2)

L-Artikoli 28 KE u 30 KE kif ukoll l-Artikoli 11 u 13 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludix skema ta’ appoġġ nazzjonali, bħal dik deskritta fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv, sakemm:

jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jiżguraw l-implementazzjoni ta’ suq ġenwin ta’ ċertifikati fejn l-offerta u d-domanda effettivament ikunu jistgħu jiġu ssodisfatti u jkunu bbilanċjati, b’mod li jkun effettivament possibbli għall-fornituri kkonċernati li jiksbu ċertifikati taħt kundizzjonijiet ġusti;

il-metodu ta’ kalkolu u l-ammont tal-multa amministrattiva li għandha titħallas mill-fornituri li ma jkunux issodisfaw dan l-obbligu jiġu stabbiliti b’mod li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-finijiet li jinċentivaw lill-produtturi jżidu effettivament il-produzzjoni tagħhom ta’ elettriku aħdar u lill-fornituri suġġetti għall-imsemmi obbligu li jiksbu effettivament iċ-ċertifikati meħtieġa, billi jevitaw, b’mod partikolari, li jippenalizzaw l-imsemmija fornituri b’mod li jkun eċċessiv.

3)

Ir-regoli ta’ nondiskriminazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 18 TFUE, fl-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, u fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2003/54 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE rispettivament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux skema ta’ appoġġ nazzjonali bħal dik deskritta fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv.


(1)  ĠU C 227, 28.07.2012


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – MasterCard, Inc., MasterCard International, Inc., MasterCard Europe SPRL vs Il-Kummissjoni Ewropea, Banco Santander, SA, Royal Bank of Scotland plc, HSBC Bank plc, Bank of Scotland plc, Lloyds TSB Bank plc, MBNA Europe Bank Ltd, British Retail Consortium, EuroCommerce AISBL, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-382/12 P) (1)

((Appell - Appelli inċidentali - Ammissibbiltà - Artikolu 81 KE - Sistema ta’ ħlas miftuħa permezz ta’ karti ta’ debitu, b’debitu ddifferit u ta’ kreditu - Kummissjonijiet multilaterali ta’ skambju awtomatiku - Assoċjazzjoni ta’ impriżi - Effett ta’ restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni - Kriterju tal-isħarriġ ġudizzjarju - Kunċett ta’ “restrizzjoni anċillari” - Natura oġġettivament neċessarja u proporzjonata - “Ipoteżijiet kontrafattwali” xierqa - Sistemi b’żewġ naħat - Trattament tal-annessi tar-rikors fl-ewwel istanza)

2014/C 409/04

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: MasterCard, Inc., MasterCard International, Inc., MasterCard Europe SPRL (rappreżentanti: E. Barbier de La Serre, V. Brophy u B. Amory, avukati u T. Sharpe QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u N. Khan, aġenti), Banco Santander SA, Royal Bank of Scotland plc (rappreżentanti: D. Liddell, solicitor, u M. M. Hoskins, barrister), HSBC Bank plc (rappreżentanti: R. Thompson, QC), Bank of Scotland plc, Lloyds TSB Bank plc (rappreżentanti: K. Fountoukakos-Kyriakakos u S. Wisking, solicitors, u J. Flynn, QC), MBNA Europe Bank Ltd (rappreżentanti: A. Davis, solicitor), British Retail Consortium (rappreżentanti: R. Marchini, advocate, u A. Robertson, barrister), EuroCommerce AISBL (rappreżentanti: J. Stuyck, advocaat), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: M. Holt u C. Murrell, aġenti, assistiti minn M. J. Turner, QC, u de M. J. Holmes, barrister)

Dispożittiv

1)

L-appell prinċipali u l-appelli inċidentali huma miċħuda.

2)

MasterCard Inc., MasterCard International Inc. u MasterCard Europe SPRL huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-appell prinċipali u mal-appelli inċidentali, dawk tal-Kummissjoni Ewropea marbuta mal-appell prinċipali.

3)

Royal Bank of Scotland plc, Bank of Scotland plc u Lloyds TSB Bank plc huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk tal-Kummissjoni Ewropea marbuta mal-appelli inċidentali rispettivi tagħhom.

4)

HSBC Bank plc, MBNA Europe Bank Ltd, British Retail Consortium, EuroCommerce AISBL u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 319, 20.10.2012


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-525/12) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2000/60/KE - Qafas għal politika Komunitarja fil-qasam tal-ilma - Irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma - Kunċett ta’ “servizzi ta’ l-ilma”))

2014/C 409/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u G. Wilms, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-partijiet l-oħra fil-kawża: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: M. Wolff u V. Pasternak Jørgensen, aġenti), l-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér u K. Szíjjártó, aġenti), Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski u H. Leppo, aġenti), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson u S. Johannesson, aġenti) Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Behzadi-Spencer u J. Beeko, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż.

3)

Ir-Renju tad-Danimarka, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-527/12) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ rkupru - Artikolu 108(2) TFUE - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikolu 14(3) - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Miżuri li għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri))

2014/C 409/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u F. Erlbacher, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji biex tirkupra mingħand il-benefiċjarju tagħha l-għajnuna mill-Istat ikkunsidrata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/471/UE, tal-14 ta’ Diċembru 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/05 (ex NN 52/04) tal-Ġermanja favur il-grupp Biria, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli 108(2) TFUE u 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE], kif ukoll skont l-Artikoli 1 sa 3 ta’ din id-deċiżjoni.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – Gem-Year Industrial Co. Ltd, Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI)

(Kawża C-112/13 P) (1)

((Appell - Dumping - Regolament (KE) Nru 384/96 - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(ċ) - Regolament (KE) Nru 2026/97 - Regolament (KE) Nru 91/2009 - Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Spejjeż fuq inputs maġġuri li jirriflettu sostanzjalment il-valuri tas-suq - Sussidjar Statali favur is-settur tal-azzar inġenerali - Effett))

2014/C 409/07

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Gem-Year Industrial Co. Ltd, Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) Co. Ltd (représentants: Y. Melin u V. Akritidis, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u S. Boelaert, aġenti, assistiti minn G. Berrisch, avukat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. França u T. Maxian Rusche, aġenti), European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI) (rappreżentant: J. Bourgeois, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Gem-Year Industrial Co. Ltd u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) Co. Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-European Industrial Fasteners Institute AISLB (EIFI) fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 101, 06.04.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio dello Stato – l-Italja) – Ministero dell’Interno vs Fastweb SpA

(Kawża C-19/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 89/665/KEE - Artikolu 2d(4) - Interpretazzjoni u validità - Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Ineffettività tal-kuntratt - Esklużjoni))

2014/C 409/08

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio dello Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministero dell’Interno

Konvenuta: Fastweb SpA

fil-preżenza ta’: Telecom Italia SpA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2d(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet], kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta kuntratt pubbliku jkun ingħata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea filwaqt li dan ma kienx awtorizzat skont id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], din id-dispożizzjoni teskludi li dan il-kuntratt jiġi ddikjarat ineffettiv meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-imsemmija dispożizzjoni jkunu ssodisfatti, liema sitwazzjoni għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.

2)

L-eżami tat-tieni domanda ma rrileva ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 2d(4) tad-Direttiva 89/665, kif emendata bid-Direttiva 2007/66.


(1)  ĠU C 86, 23.03.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove – is-Slovakkja) – Monika Kušionová vs SMART Capital, a.s.

(Kawża C-34/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti - Kuntratt ta’ kreditu għall-konsum - Artikolu 1(2) - Klawżola li tirrifletti dispożizzjoni leġiżlattiva mandatorja - Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva - Artikoli 3(1), 4, 6(1) u 7(1) - Garanzija tad-dejn permezz ta’ garanzija fuq proprjetà immobbli - Possibbiltà li din il-garanzija tiġi eżegwita permezz ta’ bejgħ b’irkant - Stħarriġ ġudizzjarju))

2014/C 409/09

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešove

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Monika Kušionová

Konvenuta: SMART Capital, a.s.

Dispożittiv

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti l-irkupru ta’ dejn, ibbażat fuq klawżoli kuntrattwali eventwalment inġusti, permezz tal-eżekuzzjoni extraġudizzjarja ta’ garanzija fuq il-proprjetà immobbli mogħtija b’garanzija mill-konsumatur, sa fejn din il-leġiżlazzjoni ma tagħmilx prattikament impossibbli jew esklużivament diffiċli s-salvagwardja tad-drittijiet li din id-direttiva tagħti lill-konsumatur, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

2)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali, li tinsab f’kuntratt konkluż minn bejjiegħ jew fornitur ma’ konsumatur, hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva biss jekk l-imsemmija klawżola kuntrattwali tirrifletti l-kontenut mandatorju ta’ liġi jew ta’ regolament, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 141, 18.5.2013


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – Groupement des cartes bancaires (CB) vs Il-Kummissjoni Ewropea, BNP Paribas, BPCE, li kienet Caisse Nationale des Caisses d’Epargne et de Prévoyance (CNCEP), Société générale SA

(Kawża C-67/13 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 81(1) KE - Sistema ta’ kards ta’ ħlas fi Franza - Deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi - Suq tal-ħruġ tal-kards - Miżuri tariffarji applikabbli għall-“membri ġodda” - Miżata tas-sħubija u mekkaniżmi hekk imsejħa “li jirregolaw il-funzjoni ta’ akkwist” u “għal membri inattivi li jerġgħu jsiru attivi” - Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni “minħabba l-għan” - Eżami tal-grad ta’ dannu fuq il-kompetizzjoni))

2014/C 409/10

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Groupement des cartes bancaires (CB) (rappreżentanti: F. Pradelles, O. Fauré, C. Ornellas-Chancerelle u J. Ruiz Calzado, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, V. Bottka u B. Mongin, aġenti); BNP Paribas (rappreżentanti: O. de Juvigny, D. Berg u M. P. Heusse, avukati); BPCE, li kienet Caisse Nationale des Caisses d’Épargne et de Prévoyance (CNCEP) (rappreżentanti: A. Choffel, S. Hautbourg, L. Laidi u R. Eid, avukati), Société Générale SA (rappreżentanti: P. Guibert u P. Patat, avukati)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tad-29 ta’ Novembru 2012, CB vs Il-Kummissjoni (T-491/07), hija annullata.

2)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 114, 20.04.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – il-Belġju) – Philippe Gruslin vs Beobank SA, li qabel kienet Citibank Belgium SA

(Kawża C-88/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) - Direttiva 85/611/KEE - Artikolu 45 - Kunċett ta’ “pagamenti lil titolari [detenturi] ta’ unitajiet” - Kunsinna ta’ ċertifikati ta’ unitajiet lid-detenturi ta’ unitajiet))

2014/C 409/11

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Philippe Gruslin

Konvenuta: Beobank SA, li qabel kienet Citibank Belgium SA

Dispożittiv

L-obbligu previst fl-Artikolu 45 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), kif emendata bid-Direttiva 95/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 1995, li skontu impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli li tqiegħed fis-suq l-unitajiet tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru differenti minn dak li fih tinsab hija obbligata tiżgura li jsiru l-pagamenti lid-detenturi ta’ unitajiet fl-Istat Membru tat-tqegħid fis-suq, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jinkludix il-kunsinna, lid-detenturi ta’ unitajiet, ta’ ċertifikati li jirrappreżentaw l-unitajiet li jkunu rreġistrati f’isimhom fir-reġistru tad-detenturi ta’ unitajiet miżmum mill-emittent.


(1)  ĠU C 147, 25.05.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjizi l-Baxxi) – Essent Energie Productie BV vs Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid

(Kawża C-91/13) (1)

((Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Artikoli 41(1) tal-Protokoll addizzjonali u 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 - Kamp ta’ applikazzjoni - Introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet ġodda għal-libertà ta’ stabbiliment, għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u għall-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-impjieg - Projbizzjoni - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikoli 56 TFUE u 57 TFUE - Kollokament ta’ ħaddiema - Ċittadini ta’ Stati terzi - Rekwiżit ta’ permess ta’ xogħol għall-provvista ta’ ħaddiema))

2014/C 409/12

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Essent Energie Productie BV

Konvenuta: Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid

Dispożittiv

L-Artikoli 56 TFUE u 57 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema, meta ħaddiema ċittadini ta’ Stati terzi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, minn impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor, ta’ impriża utenti stabbilita fl-ewwel Stat Membru, li tużahom sabiex twettaq xogħlijiet f’isem impriża oħra stabbilita f’dan l-istess Stat Membru, tali tqegħid għad-dispożizzjoni huwa suġġett għall-kundizzjoni li dawn il-ħaddiema kienu suġġetti għal permess ta’ xogħol.


(1)  ĠU C 147, 25.5.2013


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Gemeente ‘s-Hertogenbosch vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-92/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 5(7)(a) - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Kunċett ta’ “Provvista magħmula bi ħlas” - L-ewwel okkupazzjoni minn awtorità muniċipali ta’ post mibni għaliha fuq art proprjetà tagħha - Attivitajiet magħmulin bħala awtorità pubblika u bħala persuna taxxabli))

2014/C 409/13

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gemeente ‘s-Hertogenbosch

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

L-Artikolu 5(7)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn muniċipalità tokkupa għall-ewwel darba bini li hija bniet fuq art tagħha u li hija sejra tuża sa’ 94 % tal-wiċċ tiegħu għall-attivitajiet tagħha bħala awtorità pubblika u ta’ 6 % tal-wiċċ tiegħu għall-attivitajiet tagħha bħala persuna taxxabbli, li minnhom 1 % għal servizzi eżenti li ma jagħtux dritt għal tnaqqis tal-VAT. Madankollu, l-użu ulterjuri ta’ bini għall-attivitajiet tal-muniċipalità jista’ jagħti dritt għal tnaqqis tat-taxxa imħallsa għall-użu previst minn din id-dispożizzjoni biss fil-proporzjon korrispondenti għall-użu tiegħu għall-ħtiġijiet ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli, skont l-Artikolu 17(5) ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 147, 25.05.2013


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – A vs B et

(Kawża C-112/13) (1)

((Artikolu 267 TFUE - Kostituzzjoni nazzjonali - Proċedura inċidentali ta’ stħarriġ ta’ kostituzzjonalità mandatorja - Eżami tal-konformità ta’ liġi nazzjonali kemm mad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mal-Kostituzzjoni nazzjonali - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Assenza ta’ domiċilju jew ta’ post ta’ soġġorn magħruf tal-konvenut fit-territorju ta’ Stat Membru - Proroga ta’ ġurisdizzjoni f’każ ta’ dehra tal-konvenut - Kuratur għall-konvenut assenti))

2014/C 409/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerischtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenuti: B, C, D, E, F, G, H

Dispożittiv

1)

Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-Artikolu 267 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali skont liema l-qrati ordinarji li jiddeċiedu fl-appell jew fl-aħħar istanza huma obbligati, meta jqisu li liġi nazzjonali tmur kontra l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li matul il-proċedura, jadixxu l-Qorti Kostituzzjonali b’talba għall-annullament erga omnes tal-liġi minflok jillimitaw ruħhom li ma japplikawhiex f’dak il-każ, sakemm in-natura prijoritarja ta’ din il-proċedura għandha l-effett li tipprevjeni, kemm qabel it-tressiq ta’ din it-talba lill-qorti nazzjonali li għandha r-responsabbiltà li teżerċita l-istħarriġ tal-Kostituzzjonalità ta’ liġijiet li, jekk ikun il-każ, wara d-deċiżjoni ta’ din il-qorti fuq l-imsemmija talba, dawn il-qrati ordinarji, li jeżerċitaw is-setgħa tagħhom jew jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jadixxu l-Qorti tal-Ġustizzja bid-domandi preliminari. Min-naħa l-oħra, id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix tali leġiżlazzjoni nazzjonali, sakemm l-imsemmijin qrati ordinarji jibqgħu liberi:

li, fi kwalunkwe mument tal-proċeduri li huma jqisu xieraq u anki fi tmiem il-proċedura inċidentali ta’ stħarriġ erga omnes tal-liġijiet, jadixxu bi kwalunkwe domanda preliminari li jqisu neċessarja l-Qorti tal-Ġustizzja,

li jadottaw kwalunkwe miżura neċessarja sabiex jiżguraw il-protezzjoni ġudizzjarja provviżorja tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, u

li ma japplikawx, fi tmiem tali proċedura inċidentali, id-dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali inkwistjoni jekk iqisuha kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni.

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistax tiġi interpretata skont dawn ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni.

2)

L-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta qorti nazzjonali tinnomina kuratur għall-konvenut assenti għal konvenut li ma jkunx ġie nnotifikat bir-rikors promotur fin-nuqqas ta’ residenza magħrufa, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, id-dehra ta’ dan il-kuratur għall-konvenut assenti ma hijiex ekwivalenti għad-dehra ta’ dan il-konvenut, skont l-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament, li jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni internazzjonali ta’ din il-qorti.


(1)  ĠU C 226, 03.08.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Technische Universität Darmstadt vs Eugen Ulmer KG

(Kawża C-117/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/29/KE - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet - Artikolu 5(3)(n) - Użu għal skop ta’ riċerka jew studju privat ta’ xogħlijiet u materjal protett ieħor - Ktieb imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-membri individwi tal-pubbliku permezz ta’ terminals speċjalizzati f’librerija aċċessibbli għall-pubbliku - Kunċett ta’ xogħol li ma huwiex suġġett għal “kundizzjonijiet ta’ xiri jew ta’ liċenzjar” - Dritt tal-librerija li tiddiġitalizza xogħol li jagħmel parti mill-kollezzjoni tagħha sabiex jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utenti permezz ta’ terminals speċjalizzati - Tqegħid għad-dispożizzjoni tax-xogħol permezz ta’ terminals speċjalizzati li jippermettu l-istampar fuq il-karta jew il-ħażna tiegħu fuq USB stick))

2014/C 409/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Technische Universität Darmstadt

Konvenuta: Eugen Ulmer KG

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “termini [kundizzjonijiet] ta’ xiri jew liċenzar”, li jinsab fl-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jinftiehem fis-sens li huwa jimplika li d-detentur ta’ drittijiet u stabbiliment, bħal librerija aċċessibbli għall-pubbliku, imsemmi f’din id-dispożizzjoni għandhom ikunu kkonkludew kuntratt ta’ liċenzja jew ta’ użu tax-xogħol ikkonċernat li jispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom dan l-istabbiliment jista’ juża dan ix-xogħol.

2)

L-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29, moqri flimkien mal-Artikolu 5(2)(ċ) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jagħti lil-libreriji aċċessibbli għall-pubbliku, imsemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet, id-dritt li jiddiġitalizzaw ix-xogħlijiet li jagħmlu parti mill-kollezzjonijiet tagħhom, jekk dan l-att ta’ riproduzzjoni jkun neċessarju għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-utenti ta’ dawn ix-xogħlijiet, permezz ta’ terminals speċjalizzati, fil-bini ta’ dawn l-istabbilimenti.

3)

L-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix atti bħall-istampar ta’ xogħlijiet fuq il-karta jew il-ħażna tagħhom fuq USB stick, imwettqa minn utenti minn terminals speċjalizzati installati f’libreriji aċċessibbli għall-pubbliku, imsemmija f’din id-dispożizzjoni. Min-naħa l-oħra, tali atti jistgħu, skont il-każ, ikunu awtorizzati taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi l-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2)(a) jew (b) ta’ din id-direttiva, sakemm f’kull każ ineżami, il-kundizzjonijiet imposti minn dawn id-dispożizzjonijiet ikunu ssodisfatti.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Holger Forstmann Transporte GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Münster

(Kawża C-152/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Direttiva 2003/96/KE - Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku - Eċċezzjonijiet - Prodotti ta’ enerġija miżmuma fit-tankijiet standard ta’ vetturi kummerċjali u intenzjonati biex jintużaw bħala karburant minn dawn il-vetturi - Kunċett ta’ “tankijiet standard” fis-sens tal-Artikolu 24(2) ta’ din id-direttiva - Tankijiet installati minn garaxxijiet speċjalizzati jew minn rappreżentanti kummerċjali tal-manifattur))

2014/C 409/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Holger Forstmann Transporte GmbH & Co. KG

Konvenut: Hauptzollamt Münster

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “tankijiet standard”, imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jeskludix it-tankijiet imwaħħla b’mod permanenti fuq il-vetturi kummerċjali intiżi għall-provvista diretta tal-karburant ta’ dawn il-vetturi, meta dawn it-tankijiet ikunu ġew installati minn persuna li ma huwiex il-manifattur, sakemm l-imsemmija tankijiet jippermettu l-użu dirett tal-karburant kemm għall-propulsjoni tal-imsemmija vetturi kif ukoll, jekk ikun il-każ, għall-funzjonament, matul it-trasport, tas-sistemi li jkessħu u ta’ sistemi oħra.


(1)  ĠU C 189, 29.06.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – proċedura mibdija minn K Oy

(Kawża C-219/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 98(2) - Il-punt 6 tal-Anness III - Rata mnaqqsa tal-VAT applikabbli unikament għall-kotba stampati - Kotba fuq mezzi materjali oħra barra l-karta suġġetti għar-rata normali tal-VAT - Newtralità fiskali)

2014/C 409/17

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

K Oy

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(2) u l-punt 6 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, .kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/47/KE, tal-5 ta’ Mejju 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, sakemm il-prinċipju ta’ newtralità fiskali inerenti għas-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud ikun osservat, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-kotba ppubblikati fuq il-karta għal rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud u l-kotba li huma ppubblikati fuq mezzi materjali oħra, bħas-CD, is-CD-ROM jew l-istikek tal-memorja USB, għar-rata normali ta’ din it-taxxa.


(1)  ĠU C 178, 22.06.2013


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Iraklis Haralambidis vs Calogero Casilli

(Kawża C-270/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45(1) u (4) TFUE - Kunċett ta’ ħaddiem - Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika - Funzjoni ta’ President ta’ awtorità portwali - Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tas-setgħa pubblika - Kundizzjoni ta’ nazzjonalità))

2014/C 409/18

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Iraklis Haralambidis

Konvenut: Calogero Casilli

fil-preżenza ta: Autorità Portuale di Brindisi, Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Regione Puglia, Provincia di Brindisi, Comune di Brindisi, Camera di Commercio Industria Artigianato ed Agricoltura di Brindisi

Dispożittiv

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 45(4) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jawtorizzax lil Stat Membru jirriżerva għaċ-ċittadini tiegħu l-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ President ta’ awtorità portwali.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-277/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/67/KE - Artikolu 11 - Trasport bl-ajru - Servizz ta’ groundhandling - Għażla tal-fornituri))

2014/C 409/19

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u F.W. Bulst, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, T. Falcão u V. Moura Ramos, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tiġi organizzata proċedura ta’ għażla tal-fornituri awtorizzati sabiex jipprovdu servizzi ta’ groundhandling għall-kategoriji “bagolli”, “maniġġar tar-rampa” u “merkanzija u posta” fl-ajruporti ta’ Lisbona, ta’ Porto u ta’ Faro, skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE, tal-15 ta’ Ottubru 1996, dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 2, p. 496), ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dan l-artikolu.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 233, 10.08.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Eparchiako Dikastirio Lefkosias – Ċipru) – Sotiris Papasavvas vs O Fileleftheros Dimosia Etaireia Ltd et

(Kawża C-291/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2000/31/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kawża dwar malafama))

2014/C 409/20

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Eparchiako Dikastirio Lefkosias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sotiris Papasavvas

Konvenuti: O Fileleftheros Dimosia Etaireia Ltd, Takis Kounnafi, Giorgios Sertis

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jiġbor fi ħdanu servizzi li jipprovdu informazzjoni online li għalihom dak li jipprovdi servizz huwa rremunerat mhux mir-riċevitur, iżda mid-dħul iġġenerat mir-reklamar imxandar fuq is-sit tal-internet.

2)

Id-Direttiva 2000/31 ma tipprekludix, f’kawża bħall-kawża prinċipali, l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ responsabbiltà ċivili għal malafama.

3)

Il-limitazzjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 14 tad-Direttiva 2000/31 ma jirrigwardawx il-każ ta’ kumpannija pubblikatriċi tal-istampa li għandha sit tal-internet li fuqu hija ppubblikata l-verżjoni elettronika ta’ gazzetta, fejn din il-kumpannija hija, barra minn hekk, irremunerata mid-dħul iġġenerat mir-riklamar kummerċjali mxandar fuq dan is-sit, peress li hija għandha konjizzjoni tal-informazzjoni ppubblikata u teżerċita kontroll fuqha, kemm jekk l-aċċess għall-imsemmi sit huwa bla ħlas jew bil-ħlas.

4)

Il-limitazzjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 14 tad-Direttiva 2000/31 jistgħu jiġu applikati fil-kuntest ta’ kawża bejn individwi li tirrigwarda r-responsabbiltà ċivili għal malafama, meta l-kundizzjonijiet imsemmija f’dawn l-artikoli jkunu sodisfatti.

5)

L-Artikoli 12 sa 14 tad-Direttiva 2000/31 ma jippermettux lil dak li jipprovdi servizz għas-soċjetà tal-informazzjoni li jipprekludi l-introduzzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja għar-responsabbiltà ċivili kontrih u, konsegwentement, l-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji minn qorti nazzjonali. Il-limitazzjonijiet ta’ responsabbiltà previsti f’dawn l-artikoli jistgħu jiġu invokati minn dak li jipprovdi servizz skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jiżguraw it-traspożizzjoni tagħhom jew, fl-alternattiv, għall-finijiet ta’ interpretazzjoni skont dan. Min-naħa l-oħra, fil-kuntest ta’ kawża bħal dik fil-kawża prinċipali, id-Direttiva 2000/31 ma tistax, minnha nfisha, toħloq obbligi fil-konfront ta’ individwu u ma tistax għaldaqstant tiġi invokata bħala tali kontrih.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Österreichischer Gewerkschaftsbund vs Wirtschaftskammer Österreich – Fachverband Autobus-, Luftfahrt- und Schifffahrtsunternehmungen

(Kawża C-328/13) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/23/KE - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, ta’ negozju jew ta’ partijiet minn impriżi jew minn negozju - Obbligu għaċ-ċessjonarju li jżomm il-kundizzjonijiet ta’ xogħol miftiehma minn ftehim kollettiv sad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim kollettiv ieħor - Kunċett ta’ ‘ftehim kollettiv’ - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li ftehim kollettiv rexiss ikompli jipproduċi effetti sad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim ieħor”))

2014/C 409/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Österreichischer Gewerkschaftsbund

Konvenuti: Wirtschaftskammer Österreich – Fachverband Autobus-, Luftfahrt- und Schifffahrtsunternehmungen

Dispożittiv

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxu “kundizzjonijiet [ta’ xogħol] miftiehma [fi] ftehim kollettiv”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-kundizzjonijiet ta’ xogħol stabbiliti permezz ta’ ftehim kollettiv, li jkomplu, abbażi tad-dritt ta’ Stat Membru, minkejja r-rexissjoni tal-imsemmi ftehim, iħallu l-effetti tagħhom fuq ir-relazzjonijiet ta’ xogħol li jirriżultaw minnu direttament qabel ma ntemm, sakemm l-imsemmija relazzjonijiet ta’ xogħol ma jiġux suġġetti għal ftehim kollettiv ġdid jew sakemm ma jiġix konkluż ftehim individwali mal-ħaddiema kkonċernati.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – Ministerstvo práce a sociálních věcí vs B.

(Kawża C-394/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KE) Nru 883/2004 - Leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli - Determinazzjoni tal-Istat Membru kompetenti sabiex jagħti benefiċċju tal-familja - Sitwazzjoni fejn il-ħaddiem migrant kif ukoll il-familja tiegħu jgħixu fi Stat Membru fejn huma għandhom iċ-ċentru ta’ interess tagħhom u fejn ġie riċevut benefiċċju tal-familja - Talba għal benefiċċju tal-familja fl-Istat Membru ta’ oriġini wara t-tmiem tad-dritt għall-benefiċċji fl-Istat Membru ta’ residenza - Leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru ta’ oriġini li tipprevedi l-għoti ta’ tali benefiċċji lil kull persuna li għandha domiċilju rreġistrat f’dan l-Istat))

2014/C 409/22

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministerstvo práce a sociálních věcí

Konvenuta: B.

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li Stat Membru jitqies li huwa l-Istat kompetenti sabiex jagħti benefiċċju tal-familja lil persuna għas-sempliċi fatt li din tal-aħħar għandha domiċilju rreġistrat fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, mingħajr ma din u l-membri tal-familja tagħha jaħdmu jew jirrisjedu b’mod abitwali fl-imsemmi Stat Membru. L-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi wkoll li Stat Membru, li ma huwiex l-Istat kompetenti fir-rigward ta’ persuna kkunsidrata, jagħti benefiċċji tal-familja lil din, sakemm ma tkunx teżisti rabta preċiża u partikolarment mill-qrib bejn is-sitwazzjoni inkwistjoni u t-territorju ta’ dan l-ewwel Stat Membru.

2)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li Stat Membru jitqies bħala l-Istat kompetenti sabiex jagħti benefiċċju tal-familja lil persuna għas-sempliċi fatt li din tal-aħħar għandha domiċilju rreġistrat fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru mingħajr ma hija u l-membri tal-familja tagħha jaħdmu jew jirrisjedu b’mod abitwali fl-imsemmi Stat Membru.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – “Vilniaus energija” UAB vs Lietuvos metrologijos inspekcijos Vilniaus apskrities skyrius

(Kawża C-423/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-merkanzija - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Direttiva 2004/22/KE - Verifiki metroloġiċi tas-sistemi ta’ kejl - Arloġġ tal-ilma sħun li jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ din id-direttiva u li huwa konness ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija) - Projbizzjoni li dan l-arloġġ jintuża mingħajr verifika metroloġika minn qabel tas-sistema))

2014/C 409/23

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Vilniaus energija” UAB

Konvenuta: Lietuvos metrologijos inspekcijos Vilniaus apskrities skyrius

Dispożittiv

L-Artikolu 34 TFUE u d-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar l-istrumenti tal-kejl, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali, li, skont dawn, arloġġ tal-ilma sħun, li kien jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ din id-direttiva, konness ma’ mezz għat-trażmissjoni ta’ data minn distanza (ta’ telemetrija) għandu jitqies li huwa sistema ta’ kejl u, minħabba dan il-fatt, ma jistax jintuża konformement mal-iskop tiegħu sakemm huwa ma kienx suġġett, ma’ dan il-mezz, għal verifika metroloġika inkwantu sistema ta’ kejl.


(1)  ĠU C 304, 19.10.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen – il-Belġju) – Ronny Verest, Gaby Gerards vs Belgische Staat

(Kawża C-489/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq id-dħul - Leġiżlazzjoni għall-ħelsien minn taxxa doppja - Impożizzjoni ta’ taxxa fuq id-dħul minn proprjetà immobbli riċevut fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru ta’ residenza - Metodu tal-eżenzjoni b’riżerva ta’ progressività fl-Istat Membru ta’ residenza - Differenza fit-trattament bejn proprjetajiet immobbli li jinsabu fl-Istat Membru ta’ residenza u dawk li jinsabu fi Stat Membru ieħor))

2014/C 409/24

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ronny Verest, Gaby Gerards

Konvenut: Belgische Staat

Dispożittiv

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din tista’ twassal, meta tiġi applikata klawżola ta’ progressività li tinsab fi ftehim għall-prevenzjoni ta’ taxxa doppja, għal rata ogħla ta’ impożizzjoni ta’ taxxa fuq id-dħul minħabba s-sempliċi fatt li l-metodu ta’ determinazzjoni tad-dħul mill-proprjetajiet immobbli jwassal sabiex dak li joriġina minn proprjetajiet immobbli mhux mikrija li jinsabu fi Stat Membru ieħor jiġi vvalutat b’ammont ikbar minn dak li joriġina minn tali proprjetajiet li jinsabu fl-ewwel Stat Membru. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex tassew l-effett tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Mohamed Ali Ben Alaya vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-491/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2004/114/KE - Artikoli 6, 7 u 12 - Kundizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju - Rifjut ta’ ammissjoni ta’ persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmija direttiva - Marġni ta’ evalwazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti)

2014/C 409/25

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mohamed Ali Ben Alaya

Konvenut: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

L-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar il kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istat Membru kkonċernat għandu jammetti fuq it-territorju tiegħu ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun jixtieq jirrisjedi iktar minn tliet xhur fuq dan it-territorju għal finijiet ta’ studju, sakemm dan iċ-ċittadin ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni previsti b’mod eżawrjenti fl-Artikoli 6 u 7 ta’ din id-direttiva u sakemm dan l-Istat Membru ma jinvokax kontra tiegħu waħda mir-raġunijiet espliċitament elenkati mill-imsemmija direttiva li tkun tiġġustifika r-rifjut tal-permess ta’ residenza.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Cooperativa tra i Lavoratori della Piccola Pesca di Pellestrina Soc. coop. arl et (C-94/13 P), Alfier Costruzioni Srl et (C-95/13 P), Cooperativa Mare Azzurro Socialpesca Soc. coop. arl, li kienet Cooperativa Mare Azzurro Soc. coop. arl, Cooperativa vongolari Sottomarina Lido Soc. coop. arl (C-136/13 P), Axitea SpA, li kienet La Vigile San Marco SpA (C-174/13 P), Vetrai 28 Srl, li kienet Barovier & Toso vetrerie artistiche riunite Srl et (C-180/13 P), Confindustria Venezia, li kienet Unione degli industriali della provincia di Venezia (Unindustria) et (C-191/13 P), Manutencoop Società Cooperativa, li kienet Manutencoop Soc. coop. arl u Astrocoop Universale Pulizie, Manutenzioni e Trasporti Soc. coop. arl, (l-Italja) (C-246/13 P) vs Cooperativa Pescatori di San Pietro in Volta Soc. coop. arl et, Ir-Repubblika Taljana, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-94/13 P, C-95/13 P, C-136/13 P, C-174/13 P, C-180/13 P, C-191/13 P u C-246/13 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja))

2014/C 409/26

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Cooperativa tra i Lavoratori della Piccola Pesca di Pellestrina Soc. coop. arl, Cooperativa Coopesca – Organizzazione tra Produttori e Lavoratori della Pesca – Chioggia Soc. coop. arl, Cooperativa San Marco fra Lavoratori della Piccola Pesca – Burano Soc. coop. arl (C-94/13 P), Alfier Costruzioni Srl, Azin Asfalti Srl, Barbato Srl, Group Srl, li kienet Impresa Costruzioni Civili e Montaggi Srl (ICCEM), Rossi Renzo Costruzioni Srl, Vettore Costruzioni Srl (C-95/13 P), Cooperativa Mare Azzurro Socialpesca Soc. coop. arl, li kienet Cooperativa Mare Azzurro Soc. coop. arl, Cooperativa vongolari Sottomarina Lido Soc. coop. arl (C-136/13 P), Axitea SpA, li kienet La Vigile San Marco SpA (C-174/13 P), Vetrai 28 Srl, li kienet Barovier & Toso vetrerie artistiche riunite Srl, Carlo Moretti Srl, Ferro & Lazzarini Srl, Fornace Mian Srl, li kienet Formia International Srl, Amelio Cenedese, li kienet Gino Cenedese & Figlio, La Murrina SpA, Nason & Moretti Srl, fi stralċ, Venini SpA, De Majo Illuminazione Srl, li kienet Vetreria De Majo Srl (C-180/13 P), Confindustria Venezia, li kienet Unione degli industriali della provincia di Venezia (Unindustria), Comitato “Venezia vuole vivere”, Fiorital Srl, Ellemme Sas, li kienet Jesurum di M. e A. Levi Morenos Sas, Grafiche Veneziane Soc. coop. arl, li kienet Grafiche Veneziane Srl, Cantiere navale De Poli SpA, Capgemini BST SpA, li kienet Aive Srl, Tessuti Artistici Fortuny SpA, Rubelli SpA, li kienet Lorenzo Rubelli SpA, Tecnomare SpA (C-191/13 P), Manutencoop Società Cooperativa, li kienet Manutencoop Soc. coop. arl u Astrocoop Universale Pulizie, Manutenzioni e Trasporti Soc. coop. arl (C-246/13 P) (rappreżentanti: A. Vianello, A. Bortoluzzi u A. Veronese, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Cooperativa Pescatori di San Pietro in Volta Soc. coop. arl, Murazzo – Piccola Soc. coop. arl, RAM – Società Cooperativa fra Lavoratori della Pesca, Raccoglitori ed Allevatori di Molluschi, Confcooperative – Unione Provinciale di Venezia, Sacaim SpA, Camata Costruzioni Sas, Dal Carlo Mario & C. Srl, ACEA – Associazione dei Costruttori Edili ed Affini di Venezia e Provincia, Ghezzo Giovanni & C. Snc di Ghezzo Maurizio & C., Alfredo Barbini Srl, Aureliano Toso Srl, AVMazzega Srl, Effetre SpA, Mazzuccato International Srl, Tfz Internazionale Srl, V. Nason & C. Srl, Vetreria LAG Srl, Siram SpA, Bortoli Ettore Srl, Arsenale Venezia SpA, Albergo Quattro Fontane Snc, Hotel Gabrielli Srl, li kienet Hotel Gabrielli Sandwirth SpA, GE.AL.VE. Srl, Metropolitan SpA, li kienet Metropolitan Srl, Hotel Concordia Srl, li kienet Hotel Concordia Snc, Società per l’industria alberghiera (SPLIA), Principessa Srl, fi stralċ, Albergo ristorante “All’Angelo” Snc, Albergo Saturnia Internazionale SpA, Savoia e Jolanda Srl, Hotels Biasutti Srl, li kienet Hotels Biasutti Snc, Ge.A.P. Srl, Rialto Inn Srl, Bonvecchiati Srl, il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, G. Conte u D. Grespan, aġenti), ir-Repubblika Taljana

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Cooperativa tra i Lavoratori della Piccola Pesca di Pellestrina Soc. coop. arl, Cooperativa Coopesca – Organizzazione tra Produttori e Lavoratori della Pesca – Chioggia Soc. coop. arl, Cooperativa San Marco fra Lavoratori della Piccola Pesca – Burano Soc. coop. arl, Alfier Costruzioni Srl, Azin Asfalti Srl, Barbato Srl, Group Srl, Rossi Renzo Costruzioni Srl, Vettore Costruzioni Srl, Cooperativa Mare Azzurro Socialpesca Soc. coop. arl, Cooperativa vongolari Sottomarina Lido Soc. coop. arl, Axitea SpA, Vetrai 28 Srl, Carlo Moretti Srl, Ferro & Lazzarini Srl, Fornace Mian Srl, Amelio Cenedese, La Murrina SpA, Nason & Moretti Srl, Venini SpA, De Majo Illuminazione Srl, Confindustria Venezia, Comitato “Venezia vuole vivere”, Fiorital Srl, Ellemme Sas, Grafiche Veneziane Soc. coop. arl, Cantiere navale De Poli SpA, Capgemini BST SpA, Tessuti Artistici Fortuny SpA, Rubelli SpA, Tecnomare SpA u Manutencoop Società Cooperativa huma kkundannati għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 129, 04.05.2013

ĠU C 147, 25.05.2013

ĠU C 207, 20.07.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/20


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Ghezzo Giovanni & C. Snc di Ghezzo Maurizio & C. vs Cooperativa Mare Azzurro Socialpesca Soc. coop. arl, li kienet Cooperativa Mare Azzurro Soc. coop. rl, Cooperativa vongolari Sottomarina Lido Soc. coop. rl, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-145/13 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur impriżi li jinsabu fit-territorju ta’ Venezja u ta’ Chioggia - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja))

2014/C 409/27

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Ghezzo Giovanni & C. Snc di Ghezzo Maurizio & C. (rappreżentanti: R Volpe u C. Montagner, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Cooperativa Mare Azzurro Socialpesca Soc. coop. arl, li kienet Cooperativa Mare Azzurro Soc. coop. rl, Cooperativa vongolari Sottomarina Lido Soc. coop. rl, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, G. Conte u D. Grespan, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ghezzo Giovanni & C.Snc di Ghezzo Maurizio & C. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 207, 20.07.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/21


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Albergo Quattro Fontane Snc, (C-227/13 P), Hotel Gabrielli Srl, li kienet Hotel Gabrielli Sandwirth SpA, (C-228/13 P), GE.AL.VE. Srl, (C-229/13 P), Metropolitan SpA, li kienet Metropolitan Srl, (C-230/13 P), Hotel Concordia Srl, li kienet Hotel Concordia Snc, (C-231/13 P), Società per l’industria alberghiera (SPLIA), (C-232/13 P), Principessa Srl, fi stralċ, (C-233/13 P), Albergo Saturnia Internazionale SpA, (C-234/13 P), Savoia e Jolanda Srl, (C-235/13 P), Biasutti Hotels Srl, li kienet Hotels Biasutti Snc, (C-236/13 P), Ge.A.P. Srl, (C-237/13 P), Rialto Inn Srl, (C-238/13 P), Bonvecchiati Srl, (C-239/13 P) vs Comitato “Venezia vuole vivere”, Manutencoop Società Cooperativa, li kienet Manutencoop Soc. coop. arl u Astrocoop Universale Pulizie, Manutenzioni e Trasporti Soc. coop. arl, Albergo ristorante “All’Angelo” Snc, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi maqgħuda C-227/13 P sa C-239/13 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur impriżi li jinsabu fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja))

2014/C 409/28

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Albergo Quattro Fontane, (C-227/13 P), Hotel Gabrielli Srl, li kienet Hotel Gabrielli Sandwirth SpA, (C-228/13 P), GE.AL.VE. Srl, (C-229/13 P), Metropolitan SpA, li kienet Metropolitan Srl, (C-230/13 P), Hotel Concordia Srl, li kienet Hotel Concordia Snc, (C-231/13 P), Società per l’industria alberghiera (SPLIA), (C-232/13 P), Principessa Srl, fi stralċ, (C-233/13 P), Albergo Saturnia Internazionale SpA, (C-234/13 P), Savoia e Jolanda Srl, (C-235/13 P), Biasutti Hotels Srl, li kienet Hotels Biasutti Snc, (C-236/13 P), Ge.A.P. Srl, (C-237/13 P), Rialto Inn Srl, (C-238/13 P), Bonvecchiati Srl, (C-239/13 P) (rappreżentanti: A. Bianchini u F. Busetto, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Comitato “Venezia vuole vivere”, Manutencoop Società Cooperativa, li kienet Manutencoop Soc. coop. arl u Astrocoop Universale Pulizie, Manutenzioni e Trasporti Soc. coop. arl, Albergo ristorante “All’Angelo” Snc, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, G. Conte u D. Grespan, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Albergo Quattro Fontane Snc, Hotel Gabrielli Srl, GE.AL.VE. Srl, Metropolitan SpA, Hotel Concordia Srl, Società per l’industria alberghiera (SPLIA), Principessa Srl, Albergo Saturnia Internazionale SpA, Savoia e Jolanda Srl, Biasutti Hotels Srl, Ge.A.P. Srl, Rialto Inn Srl, u Bonvecchiati Srl huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  GU C 207, 20.07.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/21


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Deza, a.s., Industrial Química del Nalón, SA, Bilbaína de Alquitranes, SA vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

(Kawża C-288/13 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) - Artikolu 59 u Anness XIII - Identifikazzjoni taż-żejt tal-antraċen bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna, li għandha tiġi suġġetta għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament))

2014/C 409/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Deza, a.s., Industrial Química del Nalón, SA, Bilbaína de Alquitranes, SA (rappreżentant: K. Van Maldegem, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u T. Zbihlej, aġenti, J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Deza a.s., Industrial Química del Nalón SA u Bilbaína de Alquitranes SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  GU C 252, 31.08.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/22


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Cindu Chemicals BV, Deza, a.s., Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA),Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-289/13 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) - Artikolu 59 u Anness XIII - Identifikazzjoni taż-żejt tal-antraċen, b’ammont baxx ta’ antraċen bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna, li għandha tiġi suġġetta għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament))

2014/C 409/30

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Cindu Chemicals BV, Deza, a.s., Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd (rappreżentant: K. Van Maldegem, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u T. Zbihlej, aġenti, J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u P. Oliver, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Cindu Chemicals BV, Deza a.s., Koppers Denmark A/S u Koppers UK Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  GU C 252, 31.08.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/22


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Deza, a.s., Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

(Kawża C-290/13 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) - Artikolu 59 u Anness XIII - Identifikazzjoni taż-żejt tal-antraċen (pasta tal-antraċen) bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna, li għandha tiġi suġġetta għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament))

2014/C 409/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Deza, a.s., Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd (rappreżentant: K. Van Maldegem, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u T. Zbihlej, aġenti, J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Deza a.s., Industrial Química del Nalón SA u Bilbaína de Alquitranes SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  GU C 252, 31.08.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/23


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 – Associação de Empresas de Construção e Obras Públicas e Serviços (Aecops) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-379/13 P sa C-381/13 P) (1)

((Appell - Deċiżjoni 83/673/KEE - Regolament (KEE) Nru 2950/83 - Fond soċjali Ewropew - Miżuri ta’ taħriġ - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mogħtija inizjalment - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej))

2014/C 409/32

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Associação de Empresas de Construção e Obras Públicas e Serviços (Aecops) (rappreżentanti: L. Pinto Monteiro u N. Morais Sarmento, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u P. Guerra e Andrade, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

L-Associação de Empresas de Construção e Obras Públicas e Serviços (Aecops) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 260, 7.9.2013


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/23


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 – Erich Kastenholz vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Qwatchme A/S

(Kawża C-435/13 P) (1)

((Appell - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Disinni Komunitarji - Artikoli 4 sa 6, 25(1)(b) u (f), kif ukoll 52 - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta uċuħ tal-arloġġi - Disinn Komunitarju preċedenti - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità))

2014/C 409/33

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Erich Kastenholz (rappreżentant: L. Acker, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent), Qwatchme A/S (rappreżentant: M. Zöbisch, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

E. Kastenholz huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 304, 19.10.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/24


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 – Cytochroma Development, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-490/13 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Artikolu 169(1) tar-Regoli tal-Proċedura - Appell li ma jikkontestax id-dispożittiv tas-sentenza appellata - Appell manifestament inammissibbli))

2014/C 409/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cytochroma Development, Inc. (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, A. Smith, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Cytochroma Development Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/24


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Levent Redzheb Yumer vs Direktor na Teritoriyalna direktsia na Natsionalna agentsia za prihodite – Varna

(Kawża C-505/13) (1)

((Taxxa fuq id-dħul - Artikolu 2 TUE - Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità - Dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul tal-bdiewa - Esklużjoni ta’ persuni fiżiċi li jeżerċitaw l-attività ta’ bidwi - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

2014/C 409/35

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Levent Redzheb Yumer

Konvenut: Direktor na Teritoriyalna direktsia na Natsionalna agentsia za prihodite – Varna

Dispożittiv

1)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija manifestament nieqsa mill-ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija), permezz tad-deċiżjoni tal-5 ta’ Settembru 2013.

2)

L-ewwel u t-tieni domandi huma manifestament inammissibbli sa fejn dawn jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 TUE.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/25


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG

(Kawża C-509/13 P) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva li għandha l-element verbali “METRO” bil-kuluri blu u isfar - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva Komunitarja bil-kulur li fiha l-element verbali “GRUPOMETROPOLIS” - Rifjut ta’ oppożizzjoni))

2014/C 409/36

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Metropolis Inmobiliarias u Restauraciones, SL (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent), MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (rappreżentant: J.-C. Plate, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 336, 16.11.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/25


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Monomeles Protodikeio Athinon- il-Greċja) – Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha vs Maria Patmanidi AE

(Kawża C-535/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trade marks - Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark li jopponi l-ewwel tqegħid fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), mingħajr il-permess tiegħu, ta’ prodotti li jaqgħu taħt din it-trade mark))

2014/C 409/37

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Monomeles Protodikeio Athinon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha

Konvenuta: Maria Patmanidi AE

Dispożittiv

L-Artikoli 5 u 7 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks, kif emendata bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, kif ukoll l-Artikoli 9 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jopponi l-ewwel tqegħid fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew fl-Unjoni Ewropea, mingħajr il-permess tiegħu, ta’ prodotti li jaqgħu taħt din it-trade mark


(1)  ĠU C 377, 21.12.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/26


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Autorità per l’energia elettrica e il gas vs Antonella Bertazzi et

(Kawża C-152/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP - Klawżola 4 - Kuntratti ta’ xogħol għal zmien determinat fis-settur pubbliku - Proċedura ta’ stabilizzazzjoni - Reklutaġġ ta’ ħaddiema impjegati għal żmien determinat bħala uffiċjali permanenti mingħajr kompetizzjoni pubblika - Determinazzjoni tal-anzjanità - Assenza totali ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ servizz mwettqa fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni))

2014/C 409/38

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autorità per l’energia elettrica e il gas

Konvenuti: Antonella Bertazzi, Annalise Colombo, Maria Valeria Contin, Angela Filippina Marasco, Guido Guissani, Lucia Lizzi, Fortuna Peranio

Dispożittiv

1)

Il-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li huwa inkluż fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien [determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi totalment it-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ servizz mwettqa minn ħaddiem għal żmien determinat ta’ awtorità pubblika għad-determinazzjoni tal-anzjanità ta’ dan tal-aħħar waqt ir-reklutaġġ tiegħu għan żmien mhux determinat minn din l-istess awtorità bħala uffiċjal permanenti, fil-kuntest ta’ proċedura speċifika ta’ stabbilizzazzjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg tiegħu, meta l-funzjonijiet eżerċitati fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien determinat ikunu jikkorrispondu għal dawk eżerċitati minn uffiċjal permanenti li jaqa’ taħt il-kategorija rilevanti ta’ din l-awtorità, sakemm din l-esklużjoni ma tkunx iġġustifkata minn “raġunijiet oġġettivi” fis-sens tal-punt 1 u/jew 4 ta’ din il-klawżola, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. Il-fatt waħdu li l-ħaddiem għal żmien determinat ikun wettaq l-imsemmija perijodi ta’ servizz abbażi ta’ kuntratt jew ta’ relazzjoni ta’ impjieg għal żmien determinat ma jikkostitwixxix tali raġuni oġġettiva.

2)

L-għan li jiġu evitati diskriminazzjonijiet inversi kontra uffiċjali permanenti impjegati fi tmiem b’suċċess ta’ kompetizzjoni ġenerali ma jistax jikkostitwixxi “raġuni oġġettiva” fis-sens tal-punti 1 u/jew 4 tal-klawżola 4 tal-ftehim qafas, meta, bħal fil-kawża prinċipali, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tkun teskludi totalment u f’kull ċirkustanza, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi kollha ta’ servizz mwettqa minn ħaddiema fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien determinat għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-anzjanità tagħhom fil-mument tar-reklutaġġ tagħhom għal żmien mhux determinat u, għalhekk, tal-livell ta’ remunerazzjoni tagħhom.


(1)  ĠU C 194, 24.06.2014.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/27


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-303/14)

2014/C 409/39

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud Bonnici u K. Hermann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li, billi naqset milli tinnotifika lill-Kummissjoni l-organi ta’ ċertifikazzjoni tal-persunal u tal-impriżi, kif ukoll it-titoli taċ-ċertifikati tal-persunal u tal-impriżi involuti fl-attivitajiet li jikkonċernaw ċerti gassijiet serra fluworinati, li huma s-suġġett ta’ regolamenti ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni, u billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet dwar is-sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar ċerti gassijiet serra flworinati (1), u billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(2) moqri flimkien mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008 (2), taħt l-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008 (3), taħt l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008 (4), taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008 (5), taħt l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008 (6), taħt l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008 (7), kif ukoll taħt l-Artikolu 13(2) ta’ dan l-istess regolament;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 842/2006 jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-programmi tagħhom ta’ taħriġ u ta’ ċertifikazzjoni tal-impriżi u tal-persunal involuti fl-installazzjoni, fil-manutenzjoni jew fit-tiswija ta’ tagħmir u ta’ sistemi li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(1), kif ukoll fl-irkupru ta’ gassijiet serra fluworinati. Dan l-obbligu ġie speċifikat mir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 842/2006.

L-ewwel motiv invokat insostenn tar-rikors huwa għalhekk bbażat fuq il-fatt li sa issa r-Repubblika tal-Polonja għadha ma nnotifikatx lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-organi ta’ ċertifikazzjoni tal-persunal u tal-impriżi li jwettqu l-kontrolli ta’ llikjar, l-installazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija ta’ tagħmir fiss ta’ refriġerazzjoni, ta’ arja kundizzjonata u ta’ pompi tas-sħana, ta’ sistemi ta’ protezzjoni min-nar u ta’ pompi tat-tifi tan-nar, u l-irkupru ta’ dawn il-gassijiet serra fluworinati, kif ukoll l-ismijiet taċ-ċertifikati tal-persunal u tal-impriżi li jissodisfaw ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni previsti fir-regolamenti ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni. Hija lanqas ma nnotifikat l-ismijiet tal-organi ta’ ċertifikazzjoni tal-persunal ikkonċernati mill-irkupru ta’ gassijiet serra fluworinati ta’ tagħmir għat-tqassim tal-elettriku b’vultaġġ għoli u mill-irkupru tas-solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat ta’ tagħmir, kif ukoll l-ismijiet taċ-ċertifikati tal-persunal li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni previsti fir-regolamenti ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni. L-awtoritajiet Pollakki lanqas ma nnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-organi li joħorġu ċertifikati ta’ taħriġ inizjali kif ukoll l-ismijiet taċ-ċertifikati ta’ taħriġ inizjali li jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 307/2008, skont il-mudell stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 308/2008.

It-tieni motiv invokat insostenn tar-rikors huwa bbażat fuq l-assenza ta’ notifika lill-Kummissjoni tad-disposizzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 842/2006. L-obbligu li jiġu stabbiliti sanzjonijiet u li l-Kummissjoni tiġi informata bihom huwa partikolarment importanti sabiex jingħata effett sħiħ lill-obbligi imposti mill-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament Nru 842/2006 fuq l-operaturi ta’ tagħmir fiss. Barra minn hekk, il-fatt li jiġu stabbiliti dawn is-sanzjonijiet u li l-Kummissjoni tiġi informata bihom huwa essenzjali sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-obbligi imposti fuq il-manifatturi ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom gassijiet serra fluworinati, imsemmija fl-Artikolu 7. In-nuqqas ta’ osservanza tal-projbizzjonijiet previsti fl-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament Nru 842/2006 għandu wkoll, skont l-Artikolu 13(1) tal-istess regolament, jiġi ssanzjonat permezz ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali, li għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU 2006, L 161, p. 1.

(2)  ĠU 2008, L 92, p. 3; Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skont Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-rikonoxximent reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji u persunal fir-rigward ta’ tagħmir fiss ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fih ċerti gassijiet serra fluworinati.

(3)  ĠU 2008, L 92, p. 12; Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji u tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar u ma’ pompi tat-tifi tan-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati.

(4)  ĠU 2008, L 92, p. 17; Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008, tat- 2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) b’vultaġġ għoli.

(5)  ĠU 2008, L 92, p. 21; Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat mit-tagħmir.

(6)  ĠU 2008, L 92, p. 25; Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ taħriġ u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku tal-attestazzjonijiet ta’ taħriġ tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi ta’ kondizzjonament tal-arja li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati f’vetturi bil-mutur.

(7)  ĠU 2008, L 92, p. 28; Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social número 1 de Córdoba (Spanja) fis-27 ta’ Awwissu 2014 – María Auxiliadora Arjona Camacho vs Securitas Seguridad España, S.A.

(Kawża C-407/14)

2014/C 409/40

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 1 de Córdoba

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Auxiliadora Arjona Camacho

Konvenuta: Securitas Seguridad España, S.A.

Domandi preliminari

L-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/54/KE (1), sa fejn dan jafferma li l-kumpens lill-vittma ta’ diskriminazzjoni minħabba s-sess għandu jkollu natura dissważiva (kif ukoll effettiv u proporzjonali għad-dannu subit), jista’ jiġi interpretat fis-sens li dan jippermetti lill-qorti nazzjonali tagħti lill-vittma, b’mod verament addizzjonali, danni punittivi raġonevoli – jiġifieri somma addizzjonali li, għalkemm tmur lil hinn mill-kumpens sħiħ tad-dannu reali subit mill-vittma, isservi ta’ eżempju għal oħrajn (minbarra l-eżempju li din tikkostitwixxi għall-awtur tad-dannu) –, sakemm din is-somma tibqa’ fil-limiti ta’ dak li huwa proporzjonali u dan inkluż meta dan il-kunċett ta’ danni punittivi ma jifformax parti mit-tradizzjoni ġuridika tal-qorti nazzjonali?


(1)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 204, p. 23).


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Awwissu 2014 – Dr. Falk Pharma GmbH vs DAK-Gesundheit

(Kawża C-410/14)

2014/C 409/41

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dr. Falk Pharma GmbH

Konvenuta: DAK-Gesundheit

Parti oħra: Kohlpharma GmbH

Domandi preliminari

Skont l-Artikolu 267 TFUE, saru domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1) (iktar ’il quddiem, id-“Direttiva”), kif ifformulati hawnhekk:

1)

Id-definizzjoni ta’ “kuntratt pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE, ma tibqax tapplika jekk awtorità kontraenti torganizza proċedura ta’ ammissjoni li fil-kuntest tagħha hija tagħti kuntratt mingħajr ma tagħżel operatur ekonomiku jew diversi operaturi ekonomiċi (mudell imsejjaħ “open house”)?

2)

Jekk għandha tingħata risposta għall-ewwel domanda fis-sens li l-għażla ta’ operatur ekonomiku jew ta’ diversi operaturi ekonomiċi hija karatteristika ta’ kuntratt pubbliku, tqum id-domanda li ġejja: l-element karatteristiku marbut mal-għażla ta’ operaturi ekonomiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE, għandu jiġi interpretat, fid-dawl tal-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, fis-sens li awtorità kontraenti tista’ tirrinunzja li tagħżel operatur ekonomiku jew diversi operaturi ekonomiċi fi proċedura ta’ ammissjoni biss jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:

issir, fuq il-livell tal-Ewropa, pubblikazzjoni dwar l-eżekuzzjoni ta’ proċedura ta’ ammissjoni,

jiġu ffissati regoli ċari rigward il-konklużjoni tal-kuntratt u l-adeżjoni mal-kuntratt,

it-termini tal-kuntratt jiġu ffissati minn qabel b’mod li l-ebda operatur ekonomiku ma jkun jista’ jinfluwenza l-kontenut tal-kuntratt,

l-operaturi ekonomiċi jibbenefikaw, f’kull ħin, minn dritt għal adeżjoni u

ssir komunikazzjoni, fuq il-livell tal-Ewropa, tal-kuntratti konklużi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/29


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2014 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-295/12 – Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-446/14 P)

2014/C 409/42

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti, kif ukoll Prof. Dr. T. Lübbig u Dr. M. Klasse, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Lulju 2014, fil-Kawża T-295/12;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Barra minn hekk, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ttenni t-talbiet kollha tagħha ppreżentati fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa intiż kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-295/12, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ April 2012 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.25051 (C 19/2010) (ex NN 23/2010) mogħtija mill-Ġermanja favur Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rhineland-Pfalz, in Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg [Referenza: C(2012) 2557 final].

Permezz tal-appell tagħha, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tikkontesta d-definizzjoni żbaljata tal-kriterji ta’ prova li l-Qorti Ġenerali stabbilixxiet għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ “żball manifest ta’ evalwazzjoni” fl-eventwalità li Stat Membru jiddefinixxi servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali (SIEĠ) f’settur li ma huwiex armonizzat fid-dritt tal-Unjoni. Id-destinatarju (allegat) tal-għajnuna fil-proċedura amministrattiva kkonċernata hija z-“Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rheinland-Pfalz”, assoċjazzjoni li rċeviet kumpens mill-Istat għas-servizz ta’ iġjene fil-qasam tas-saħħa tal-annimali li hija tipprovdi permezz tal-eliminazzjoni ta’ karkassi tal-annimali fil-każ ta’ marda. Il-fatt li, essenzjalment, il-Qorti Ġenerali ma kklassifikatx bħala SIEĠ is-servizzi ta’ iġjene fil-qasam tas-saħħa tal-annimali, li hija r-responsabbiltà taz-Zweckverband, huwa deċiżiv għall-klassifikazzjoni, fis-sentenza appellata, ta’ dan il-kumpens bħala għajnuna mill-Istat.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tinvoka tliet aggravji insostenn tal-appell tagħha.

L-ewwel nett, hija tallega ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikolu 106(2) TFUE sa fejn ġew interpretati b’mod żbaljat fis-sentenza appellata, fis-sens li, billi kklassifikaw bħala SIEĠ ir-riżervi ta’ kapaċità fil-każ ta’ mard tal-annimali, l-awtoritajiet Ġermaniżi wettqu żbalji tant serji li, fil-fehma tal-Qorti Ġenerali, għandhom jiġu kklassifikati bħala “manifesti”. Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ssostni li s-sentenza appellata tinċidi fuq il-marġni ta’ diskrezzjoni li għandhom l-Istati Membri sabiex jiddefinixxu SIEĠ. Skont ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ma hemm, fi kwalunkwe każ, ebda “żball manifest ta’ evalwazzjoni” fid-definizzjoni tas-SEIĠ. Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tinnota li huwa inkontestabbli li l-kriterju ta’ evalwazzjoni ma jissemma’ mkien fid-deċiżjoni, li l-Kummissjoni wkoll iddikjarat, matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, li ma kinitx obbligata tipprova l-eżistenza ta’ “żball manifest ta’ evalwazzjoni” u li la l-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni inkwistjoni u lanqas il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata ma jikkorroboraw l-eżistenza ta’ allegat “żball manifest ta’ evalwazzjoni”.

It-tieni nett, hija tallega ksur tal-Artikolu 107(1) permezz tal-konstatazzjoni żbaljata tal-fatt li kien hemm vantaġġ ekonomiku abbażi ta’ eżami żbaljat tal-kriterji tas-sentenza Altmark (1). Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta eżaminat it-tielet kriterju tas-sentenza Altmark (neċessità tal-kumpens). Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli teżamina jekk il-kumpens dwar ir-riżervi ta’ kapaċità jeċċedix l-ispejjeż addizzjonali netti li jirriżultaw mis-servizz ta’ dawn ir-riżervi ta’ kapaċità. Minflok, il-Kummissjoni, u sussegwentement il-Qorti Ġenerali, ikkonstataw a priori li tali spejjeż ma kinux neċessarji, billi rreferew għall-allegat nuqqas ta’ bżonn għal riżerva ta’ kapaċità separata.

It-tielet nett, hija tallega nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata, b’mod partikolari inkwantu l-allegati żbalji tal-awtoritajiet Ġermaniżi għandhom jiġu kklassifikati bħala partikolarment serji għall-finijiet ta’ “natura manifesta”. Lanqas ma hemm spjegazzjoni għalfejn l-argument tal-awtoritajiet Ġermaniżi ma huwa aċċettabbli minn ebda perspettiva konċepibbli.


(1)  Sentenza Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg (C-280/00, EU:C:2003:415).


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Awwissu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja, sostnuta minn: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Renju tal-Belġju, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Ir-Repubblika tal-Polonja, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-240/13) (1)

2014/C 409/43

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 189, 29.06.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Awwissu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja, sostnuta minn: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Renju tal-Belġju, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Ir-Repubblika tal-Polonja, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-241/13) (1)

2014/C 409/44

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 189, 29.06.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġermanja) – Peggy Kieck vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-118/14) (1)

2014/C 409/45

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 184, 16.06.2014.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/32


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġermanja) – Henricus Cornelis Maria Niessen, Angelique Francisca Niessen Steeghs, Melissa Alexandra Johanna Niessen, Kenneth Gerardus Henricus Niessen vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-119/14) (1)

2014/C 409/46

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 159, 26.05.2014.


Il-Qorti Ġenerali

17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2014 – Schenker vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-534/11) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Fajl amministrattiv u deċiżjoni finali tal-Kummissjoni dwar akkordju, verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ din id-deċiżjoni - Rifjut ta’ aċċess - Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni - Interess pubbliku superjuri”])

2014/C 409/47

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schenker AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. von Hammerstein, B. Beckmann u C.-D. Munding, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Kellerbauer, C. ten Dam u P. Costa de Oliveira, sussegwentement M. Kellerbauer, P. Costa de Oliveira u H. Leupold, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Smeets, avukat); Martinair Holland NV (Haarlemmermeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Wesseling u M. Bredenoord-Spoek, avukati); Société Air France SA (Roissy-en-France, Franza) (rappreżentanti: A. Wachsmann u S. Thibault-Liger, avukati); Cathay Pacific Airways Ltd (Queensway, Hong-Kong, iċ-Cina) (rappreżentanti: inizjalment B. Bär-Bouyssière, avukat, M. Rees, solicitor, D. Vaughan, QC, u R. Kreisberger, barrister, sussegwentement M. Rees, D. Vaughan u R. Kreisberger); Air Canada (Québec, il-Kanada) (rappreżentanti: J. Pheasant, solicitor, u C. Wünschmann, avukat); Lufthansa Cargo AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) u Swiss International Air Lines AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment S. Völcker u E. Arsenidou, sussegwentement S. Völcker u J. Orologas, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-3 ta’ Awwissu 2011, li tirrifjuta l-aċċess għall-fajl aministrattiv tad-deċiżjoni C (2010) 7694 finali (Każ COMP/39.258 – Ġarr ta’ merkanzija bl-ajru), għall-verżjoni integrali ta’ din id-deċiżjoni u għall-verżjoni mhux kunfidenzjali tagħha.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-3 ta’ Awwissu 2011, li tirrifjuta l-aċċess għall-fajl amministrattiv tad-deċiżjoni C (2010) 7694 finali (Każ COMP/39.258 – Ġarr ta’ merkanzija bl-ajru), għall-verżjoni integrali ta’ din id-deċiżjoni u għall-verżjoni mhux kunfidenzjali tagħha hija annullata, sa fejn il-Kummissjoni rrifjutat l-aċċess għall-parti tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni inkwistjoni li tagħha l-impriżi kkonċernati minnha ma kinux talbu, jew ma għadhomx jitolbu, il-kunfidenzjalità.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Schenker AG hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV, Martinair Holland NV, Société Air France SA, Cathay Pacific Airways Ltd, Air Canada, Lufthansa Cargo AG u Swiss International Air Lines AG għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 355, 03.12.2011.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Lidl Stiftung vs UASI – A Colmeia do Minho (FAIRGLOBE)

(Kawża T-300/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva FAIRGLOBE - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti GLOBO - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade marks preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 22(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2865/95”])

2014/C 409/48

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter u A. Berger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: A Colmeia do Minho Lda (Aldeia de Paio Pires, il-Portugall)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ April 2012 (Każ R 1981/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn A Colmeia do Minho Lda u Lidl Stiftung & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-2 ta’ April 2012 (Każ R 1981/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn A Colmeia do Minho Lda u Lidl Stiftung & Co. KG hija annullata sa fejn hija kkonstatat li l-użu ġenwin tat-trade marks preċedenti kien ġie pprovat b’mod suffiċjenti fid-dritt.

2)

L-UASI għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Lidl Stiftung & Co. KG.


(1)  ĠU C 273, 8.9.2012


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2014 – Tifosi Optics vs UASI – Tom Tailor (T)

(Kawża T-531/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva T - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti T - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 409/49

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tifosi Optics, Inc. (Watkinsville, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment A. Tornato u D. Hazan, sussegwentement R. Gilbey, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tom Tailor GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Gillert, K. Vanden Bossche u B. Köhn-Gerdes, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Settembru 2012 (Każ R 729/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tom Tailor GmbH u Tifosi Optics, Inc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tifosi Optics, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Tom Tailor GmbH.


(1)  ĠU C 46, 16.02.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2014 – Cezar vs UASI Poli-Eco (Insert)

(Kawża T-39/13) (1)

([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta inserzjoni - Disinn preċedenti - Novità - Karattru individwali - Karatteristiċi viżibbli ta’ komponent minn prodott kumpless - Evalwazzjoni tad-disinn preċedenti - Artikoli 3, 4, 5, 6 u l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”])

2014/C 409/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cezar Przedsiębiorstwo Produkcyjne Dariusz Bogdan Niewiński (Ełk, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment M. Nentwig u G. Becker, sussegwentement M. Nentwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment F. Mattina, sussegwentement P. Bullock, agents)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Poli-Eco Tworzywa Sztuczne sp. z o.o. (Szprotawa, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment B. Rokicki, sussegwentement D. Rzazewska, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1512/2010-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Poli-Eco Tworzywa Sztuczne sp. z o.o u Cezar Przedsiębiorstwo Produkcyjne Dariusz Bogdan Niewiński.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-8 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1512/2010-3) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati, barra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Cezar Przedsiębiorstwo Produkcyjne Dariusz Bogdan Niewiński.

3)

Poli-Eco Tworzywa Sztuczne sp. z o.o. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 101, 6.4.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Laboratoires Polive vs UASI – Arbora & Ausonia (DODIE)

(Kawża T-77/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DODIE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DODOT - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenzja ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Setgħa ta’ bidla”])

2014/C 409/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoires Polive (Levallois-Perret, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arbora & Ausonia, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: R. Guerras Mazón, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1949/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Arbora & Ausonia, SLU u Laboratoires Polive.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-31 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1949/2011-2), hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Laboratoires Polive.

4)

Arbora & Ausonia, SLU għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 108, 13.04.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Laboratoires Polive vs UASI – Arbora & Ausonia (dodie)

(Kawża T-122/13 u T-123/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva dodie - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti DODOT - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 409/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoires Polive (Levallois-Perret, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arbora & Ausonia, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: R. Guerras Mazón, avukat)

Suġġett

Żewġ rikorsi kontra żewġ deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Novembru 2012, (Każijiet, rispettivament, R 2324/2011-2 u R 2325/2011-2), dwar żewġ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Arbora & Ausonia, SLU u l-Laboratoires Polive.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-122/13 u T-123/13 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Id-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każijiet R 2324/2011-2 u R 2325/2011-2) huma annullati.

3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Laboratoires Polive.

4)

Arbora & Ausonia, SLU għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 123, 27.04.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2014 – ATC et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-333/10) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Importazzjoni ta’ għasafar - Ftehim dwar l-ammonti kwantifikati tal-kumpens għad-dannu - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 409/53

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Animal Trading Company (ATC) BV (Loon op Zand, il-Pajjiżi l-Baxxi); Avicentra NV (Malle, il-Belġju); Borgstein Birds and Zoofood Trading vof (Wamel, il-Pajjiżi l-Baxxi); Bird Trading Company Van der Stappen BV (Dongen, il-Pajjiżi l-Baxxi); New Little Birds Srl (Anagni, l-Italja); Vogelhuis Kloeg (Zevenbergen, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Giovanni Pistone (Westerlo, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Osse u J. Houdijk, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Jimeno Fernández u B. Burggraaf, sussegwentement F. Jimeno Fernández u H. Kranenborg, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofrew minħabba l-adozzjoni, qabel kollox, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/760/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2005, dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ suspett ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta’ għasafar maqbudin (ĠU L 349M, p. 519), kif ipprorogata, u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007, tat-23 ta’ Marzu 2007, li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (ĠU L 56M, p. 165).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Animal Trading Company (ATC) BV, Avicentra NV, Borgstein Birds and Zoofood Trading vof, Bird Trading Company Van der Stappen BV, New Little Birds Srl, Vogelhuis Kloeg u Giovanni Pistone għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 274, 09.10.2010.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – Canon Europa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-34/11) (1)

((“Rikors għal annullament - Unjoni doganali - Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika - Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi tariffarji - Dazji doganali applikabbli għall-merkanzija kklassifikata f’dawn is-subintestaturi tariffarji - Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà”))

2014/C 409/54

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Canon Europa NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Keppenne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 284, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa minn Konica Minolta Business Solutions Europe GmbH u Olivetti SpA.

3)

Canon Europa NV hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 80, 12.03.2011.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – Kyocera Mita Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-35/11) (1)

((“Rikors għal annullament - Unjoni doganali - Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika - Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi tariffarji - Dazji doganali applikabbli għall-merkanzija kklassifikata f’dawn is-subintestaturi tariffarji - Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà”))

2014/C 409/55

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kyocera Mita Europe BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Keppenne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 284, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa minn Konica Minolta Business Solutions Europe GmbH u Olivetti SpA.

3)

Kyocera Mita Europe BV hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 80, 12.03.2011.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2014 – mobile.international vs UASI – Kummissjoni (PL mobile.eu)

(Kawża T-519/12) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 409/56

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: mobile.international GmbH (Kleinmachnow, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lührig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1401/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-Kummissjoni Ewropea u mobile.international GmbH.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2014 – Ronja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-3/13) (1)

([“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti skambjati fil-kuntest ta’ ilment dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2001/37/KE - Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru - Oppożizzjoni manifestata mill-Istat Membru - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Deċiżjoni li tagħti l-aċċess sħiħ wara miżura ta’ organizzazzjoni proċedurali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Dokumenti li joriġinaw mill-Kummissjoni - Deċiżjoni li tagħti aċċess sħiħ - Nuqqas tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra l-Awstrija - Inammissibbiltà”])

2014/C 409/57

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ronja s.r.o. (Znojmo, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: E. Engin-Deniz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Noll-Ehlers u C. Zadra, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tas-6 ta’ Settembru u tat-8 ta’ Novembru 2012, li jirrifjutaw lir-rikorrenti l-aċċess sħiħ għall-ittri skambjati bejn il-Kummissjoni u r-Repubblika tal-Awstrija fil-kuntest tal-ilment 2008/4340, ippreżentat mir-rikorrenti, li jikkonċerna t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 147), u, min-naħa l-oħra, talba sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni asteniet b’mod illegali milli tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra r-Repubblika tal-Awstrija għal ksur tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/37 u tal-Artikolu 34 TFUE.

Dispożittiv

1)

Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-tieni talba ta’ Ronja s.r.o., sa fejn din tikkonċerna l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-8 ta’ Novembru 2012, li tirrifjuta l-aċċess sħiħ għall-ittri tar-Repubblika tal-Awstrija, tad-19 ta’ Frar u tat-8 ta’ Mejju 2009, indirizzati lill-Kummissjoni, u skambjati bejniethom fil-kuntest tal-ilment 2008/4340, ippreżentat minn Ronja, dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 147).

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Ronja hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni sostnuti f’dak li jikkonċerna t-talbiet għal annullamment sa fejn dawn huma indirizzati kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-6 ta’ Settembru 2012, li permezz tagħha l-Kummissjoni tat l-aċċess għall-ittri tat-23 ta’ Diċembru 2008 u tat-18 ta’ Marzu 2009, indirizzati lir-Repubblika tal-Awstrija, u skambjati bejniethom fil-kuntest tal-ilment 2008/4340, it-talbiet intiżi sabiex jingħatalha aċċess sħiħ għad-dokumentazzjoni mitluba, kif ukoll dawk intiżi li jikkonstataw li l-Kummissjoni asteniet, b’mod illegali, li tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra r-Repubblika tal-Awstrija.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk ta’ Ronja sostnuti f’dak li jikkonċerna t-talbiet għal annullament, sa fejn dawn kienu indirizzati kontra d-deċiżjoni tagħha tat-8 ta’ Novembru 2012.


(1)  ĠU C 79, 16.03.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Jaczewski vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-178/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Agrikoltura - Interess ġuridiku - Att leġiżlattiv li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”))

2014/C 409/58

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Grzegorz Jaczewski (Bielany, il-Polonja) (rappreżentant: M. Goss, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u A. Szmytkowska, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullamment parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2012) 5049 finali, tal-24 ta’ Lulju 2012, li tawtorizza l-għoti ta’ pagamenti diretti nazzjonali addizzjonali fil-Polonja għas-sena 2012.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Grzegorz Jaczewski huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 156, 01.06.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2014 – Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-354/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Indikazzjoni ġeografika protetta ‘Kołocz śląski jew Kołacz śląski’ - Ċaħda tat-talba għall-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

2014/C 409/59

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Jung, M. Teworte-Vey, A. Renvert u J. Saatkamp, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u G. von Rintelen, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tat-8 April 2013 tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali “Agrikoltura u Żvilupp Rurali” tal-Kummissjoni, li tipprovdi t-talba għall-annullament tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tar-rikorrent tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Kołocz śląski” jew “Kołacz śląski” hija inammissibbli.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2014 – Lomnici vs Il-Parlament

(Kawża T-650/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew li tikkonċerna l-liġi l-ġdida dwar iċ-ċittadinanza Slovakka - Petizzjoni ddikjarata ammissibbli - Deċiżjoni ta’ għeluq tal-proċedura - Att li ma jistax ikun is-suġġett ta’ rikors - Inammissibbiltà”))

2014/C 409/60

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Zoltán Lomnici (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: Z. Lomnici, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Pospíšilová Padowska u T. Lukácsi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Petizzjonijiet tal-Parlament, tas-17 ta’ Ottubru 2013, li tiddikjara magħluqa l-Petizzjoni Nru 1298/2013.

Dispożittiv

1)

It-talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni tal-Parlament Ewropew hija miċħuda.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika Slovakka u mill-Ungerija

4)

Zoltán Lomnici għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament.

5)

Ir-Repubblika Slovakka u l-Ungerija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 71, 08.03.2014.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-698/13 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors miċħud fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli - Assenza ta’ identiċità bejn ir-rikors ippreżentat bil-faks u l-oriġinal ippreżentat sussegwentement - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))

2014/C 409/61

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tas-17 ta’ Ottubru 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-127/12, ĠabraSP, EU:F:2013:161), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea f’din l-istanza.

3)

L. Marcuccio huwa kkundannat jirrimborsa lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku s-somma ta’ EUR 2  000 skont l-Artikolu 90 tar-Regoli tal-Proċedura tal-imsemmi tribunal.


(1)  ĠU C 52, 22.2.2014.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-699/13 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors miċħud fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli - Assenza ta’ identiċità bejn ir-rikors ippreżentat bil-faks u l-oriġinal ippreżentat sussegwentement - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))

2014/C 409/62

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tas-17 ta’ Ottubru 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-145/12, ĠabraSP, EU:F:2013:162), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud

2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea f’din l-istanza.

3)

L. Marcuccio huwa kkundannat jirrimborsa lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku s-somma ta’ EUR 2  000 skont l-Artikolu 90 tar-Regoli tal-Proċedura tal-imsemmi tribunal.


(1)  ĠU C 52, 22.2.2014.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/44


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Frucona Košice vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-103/14 R II)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Alkoħol u spirti - Annullament ta’ dejn fiskali fil-kuntest ta’ proċedura kollettiva ta’ insolvenza - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Talba ġdida - Assenza ta’ fatti ġodda - Nuqqas ta’ fumus boni juris - Nuqqas ta’ urġenza”))

2014/C 409/63

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frucona Košice a.s. (Košice, is-Slovakkja) (rappreżentanti: K. Lasok, QC, B. Hartnett, J. Holmes, barristers, u O. Geiss, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, P.-J. Loewenthal u K. Walkerová, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/342/UE, tas-16 ta’ Ottubru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.18211(C 25/2005) (ex NN 21/05), mogħtija mir-Repubblika Slovakka lil Frucona Košice a.s., (ĠU 2014, L 176, p. 38), sa fejn din tordna lir-Repubblika Slovakka tirkupra l-għajnuna.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/44


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2014 – HB et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-361/14)

2014/C 409/64

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: HB (Linz, l-Awstrija); Hans Joachim Richter (Bremen, il-Ġermanja); Carmen Arsene (Pitesti, ir-Rumanija); Robert Coates Smith (Glatton, ir-Renju Unit); Magdalena Anna Kuropatwinska (Varsavja, il-Polonja); Nathalie Louise Klinge (Zuidbroek, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Christos Yiapanis (Paphos, Ċipru) (rappreżentanti: C. Kolar, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta’ Marzu 2014 li permezz tagħha ġiet miċħuda r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva ta’ ċittadini proposta bit-titolu “Ethics for Animals and Kids”.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti essenzjalment isostnu li l-Kummissjoni, permezz tad-deċiżjoni tagħha li permezz tagħha ġiet miċħuda r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva ta’ ċittadini proposta bit-titolu “Ethics for Animals and Kids”, marret lil hinn mill-kompetenza tagħha u kisret l-obbligu ta’ protezzjoni tagħha, il-projbizzjoni ġenerali tal-arbitrarjetà kif ukoll l-Artikoli 11 u 13 TFUE.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/45


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 – One of Us et vs Il-Parlament et

(Kawża T-561/14)

2014/C 409/65

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Citizens’ Initiative One of Us et (rappreżentant: C. de La Hougue, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2014) 355 finali;

alternattivament, tannulla l-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011;

tordna lill-konvenuti jbatu l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega li r-risposta tal-Kummissjoni għall-proposta leġiżlattiva tar-rikorrenti u għall-argumenti mqajma mir-rikorrenti fl-inizjattiva taċ-ċittadini “One of us” ma hijiex sodisfaċenti peress li l-Kummissjoni i) ma tirrispondix għall-fatt li embrijun uman huwa esseri uman u ii) ma tindirizzax kontradizzjonijiet ovvji.

2.

It-tieni motiv, li jallega ksur tal-proċess demokratiku peress li l-Kummissjoni:

ma tagħtix raġunijiet legali għalfejn irrifjutat li tittrażmetti l-proposta tar-rikorrenti lill-Parlament;

ma tifhimx ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 211/2011 (1) u żżomm monopolju fuq il-proċess leġiżlattiv bi ksur tad-dispożizzjonijiet tat-Trattati dwar id-djalogu istituzzjonali;

ma tadottax il-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha b’mod separat kif meħtieġ mir-Regolament Nru 211/2011.

3.

It-tielet motiv, li jallega nuqqas ta’ konformità tar-Regolament Nru 211/2011 mat-Trattati. Ir-rikorrenti jallegaw li:

l-għanijiet tat-Trattat ta’ Lisbona li tittejjeb il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet u li tiġi inkoraġġuta l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini Ewropej fil-proċess demokratiku jiġu megħluba jekk inizjattiva taċ-ċittadini tista’ tiġi injorata mill-Kummissjoni għal raġunijiet suġġettivi jew arbitrarji mingħajr ma tiġi eżaminata mill-Parlament;

l-istat tad-dritt jinkiser jekk id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma tkunx suġġetta għal stħarriġ legali.


(1)  Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, p. 1).


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/45


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2014 – Polyelectrolyte Producers Group u SNF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-573/14)

2014/C 409/66

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Polyelectrolyte Producers Group (Brussell, il-Belġju) u SNF SAS (Andrézieux Bouthéon, Franza) (rappreżentanti: R. Cana u A. Patsa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla l-att ikkontestat minħabba li jistabbilixxi limitu ta’ konċentrazzjoni fiss ta’ 100 ppm għall-monomeri residwi;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/256/UE, tat-2 ta’ Mejju 2014, li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti tal-karta ttrasformata (1).

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament dwar l-Ekotikketta tal-UE (2) sa fejn il-Kummissjoni stabbilixxiet limitu ta’ konċentrazzjoni fiss ta’ 100 ppm għall-monomeri residwi taħt it-Taqsima (e) tal-Kriterju 1(B)(B3) tal-Anness tad-deċiżjoni kkontestata. Ir-rikorrenti jsostnu li r-rekwiżiti stabbiliti fl-imsemmija taqsima:

jiksru l-Artikolu 6(3) ta’, u l-Anness I tar-Regolament dwar l-Ekotikketta tal-UE peress li dawn ma humiex iddeterminati fuq bażi xjentifika;

jiksru l-Artikolu 6(1) ta’, u l-Anness I tar-Regolament dwar l-Ekotikketta tal-UE peress li dawn ma jiħdux inkunsiderazzjoni l-iktar għanijiet strateġiċi tal-UE riċenti fil-qasam tal-ambjent;

jiksru l-Artikolu 6(3)(b) tar-Regolament dwar l-Ekotikketta tal-UE peress li l-fattibbiltà tagħhom ma ġietx ikkunsidrata mill-Kummissjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ proporzjonalità peress li d-deċiżjoni kkontestata:

ma fiha ebda indikazzjoni jew spjegazzjoni dwar ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima (e) tal-Kriterju 1(B)(B3);

tittratta sew sitwazzjonijiet differenti bl-istess mod u kif ukoll tittratta l-istess sitwazzjonijiet b’mod differenti mingħajr ma tali diskriminazzjoni tkun ġustifikata b’mod oġġettiv;

ma hijiex neċessarja għall-kisba tal-għanijiet imfittxija u jeżistu miżuri inqas onerużi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba tal-Kummissjoni peress li hija ma eżaminatx bir-reqqa u b’mod imparzjali l-fatturi u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha meta adottat id-deċiżjoni kkontestata.


(1)  ĠU 2014 L 135, p. 24. Notifikata bid-dokument C(2014) 2774.

(2)  Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, p. 1).


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/47


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2014 – EAEPC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-574/14)

2014/C 409/67

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Association of Euro Pharmaceutical Companies (EAEPC) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, L. Ortiz Blanco, Á. Givaja Sanz u M. Araujo Boyd, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Mejju 2014 fil-Każ Nru COMP/AT.36957 – Glaxo Wellcome;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk li jistgħu jiġu sostnuti mill-EAEPC fir-rigward ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 3654 finali, tas-27 ta’ Mejju 2014 fil-Każ COMP/AT.36957 – Glaxo Wellcome, li fiha l-Kummissjoni tiċħad l-ilment tar-rikorrenti fejn għalhekk tirrifjuta investigazzjoni ulterjuri fl-allegat ksur min-naħa ta’ Glaxo Wellcome SA, illum GlaxoSmithKline SA, tal-Artikolu 101 TFUE fid-dawl tas-sentenzi tas-27 ta’ Settembru 2006, GlaxoSmithKline Services vs Il-Kummissjoni (T-168/01, EU:T:2006:265) u tas-6 ta’ Ottubru 2009, GlaxoSmithKline Services vs Il-Kummissjoni (C-501/06 P, C-513/06 P, C-515/06 P u C-519/06 P, EU:C:2009:610).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni bi ksur tal-Artikoli 101, 105 u 266 TFUE u tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1/2003 (1) billi sostniet li l-effett tas-sentenza GlaxoSmithKline Services vs Il-Kummissjoni (EU:C:2009:610) huwa li d-deċiżjoni inizjali tal-2001 ġiet ikkunsidrata nulla u li s-sitwazzjoni kellha titqies bħallikieku l-Kummissjoni qatt ma kienet adottat id-Deċiżjoni tal-2001. Ir-rikorrenti ssostni ulterjorment li l-Kummissjoni kisret id-dmir tagħha li tagħti motivazzjoni suffiċjenti u l-obbligu tagħha li tisma’ lir-rikorrenti dwar din il-kwistjoni qabel ma tadotta deċiżjoni definittiva.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 101 TFUE jew li l-Kummissjoni naqset milli tikkonforma ruħha mad-dmir ta’ motivazzjoni tagħha taħt l-Artikolu 296 TFUE meta evalwat l-eżistenza ta’ interess tal-UE fil-każ. Ir-rikorrenti ssostni ulterjorment li l-Kummissjoni kisret id-dritt għal smigħ tar-rikorrenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-materji kollha ta’ fatt u ta’ liġi ma humiex analizzati fid-deċiżjoni kkontestata.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/48


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2014 – Pro Asyl vs EASO

(Kawża T-617/14)

2014/C 409/68

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Pro Asyl Bundesweite Arbeitsgemeinschaft für Flüchtlinge e.V. (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Hilbrans, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (EASO)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-10 ta’ Ġunju 2014 – EASO/ED/2014/134 sa fejn din tirrifjuta l-aċċess għal Pjan ta’ Operazzjoni sabiex jintbagħtu timijiet ta’ appoġġ tal-ażil tal-Unjoni fil-Bulgarija (“Operating Plan on Bulgaria”) u ma tagħtix aċċess għar-reġistru tad-dokumenti tar-rikorrenti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1049/2001.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti ssostni li ma hemmx raġuni li tiġġustifika eċċezzjoni għad-dritt ġenerali ta’ aċċess għall-informazzjoni fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) dwar l-“Operating Plan on Bulgaria” inkwistjoni.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tesponi li r-rifjut ta’ aċċess għall-informazzjoni ma jistax, partikolarment, jiġi ġġustifikat permezz tal-protezzjoni tad-deliberazzjonijiet intiżi għar-redazzjoni tad-dokument skont kif previst fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, inkwantu l-“Operating Plan” kien diġà stabbilit.

Barra minn hekk, l-“Operating Plan on Bulgaria” ma huwiex dokument ta’ terz fis-sens tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li l-konvenut u l-Bulgarija fasslu dan il-pjan flimkien. Konsegwentement, l-“Operating Plan” lanqas ma joriġina minn dan l-Istat Membru fis-sens tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1049/2001.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ aċċess għar-reġistru

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata għandha wkoll tiġi annullata sa fejn din tirrifjutalha l-aċċess għar-reġistru elettroniku tad-dokumenti skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1049/2001 jew l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Nru 6 tal-Bord Amministrattiv tal-EASO.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/48


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Bionorica vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-619/14)

2014/C 409/69

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bionorica SE (Neumarkt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Weidner, T. Guttau u N. Hußmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara li, bi ksur tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9), il-konvenuta naqset milli tinkariga lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel bl-evalwazzjoni xjentifika tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa tas-sustanzi veġetali għall-finijiet tal-adozzjoni ta’ lista Komunitarja tal-indikazzjonijiet awtorizzati għas-sustanzi veġetali skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, kif ukoll tal-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għall-użu tagħhom,

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed.

Motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 (1)

Skont ir-rikorrenti, in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni tikser l-Artikolu 13(3) tar-Regolament Nru 1924/2006 li jistabbilixxi l-31 ta’ Jannar 2010 bħala terminu fiss għall-eżekuzzjonii. Ir-rikorrenti tilmenta li l-Kummissjoni ma osservatx dan it-terminu. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma tistax tissospendi għal żmien indeterminat l-evalwazzjoni xjentifika tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa tas-sustanzi veġetali. Skont ir-rikorrenti, in-nuqqas ta’ azzjoni tal-konvenuta jiffavorixxi l-frammentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tmur kontra l-għan prinċipali tar-Regolament intiż sabiex jiġu stabbiliti regoli uniformi fuq livell Ewropew.


(1)  Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9).


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/49


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2014 – Diapharm vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-620/14)

2014/C 409/70

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Diapharm GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Weidner, N. Hußmann u T. Guttau, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara li, bi ksur tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9), il-konvenuta naqset milli tinkariga lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel bl-evalwazzjoni xjentifika tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa tas-sustanzi veġetali għall-finijiet tal-adozzjoni ta’ lista Komunitarja tal-indikazzjonijiet awtorizzati għas-sustanzi veġetali skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, kif ukoll tal-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għall-użu tagħhom;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed.

Motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 (1).

Skont ir-rikorrenti, in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni tikser l-Artikolu 13(3) tar-Regolament Nru 1924/2006, li jistabbilixxi l-31 ta’ Jannar 2010 bħala terminu fiss għall-eżekuzzjoni. Ir-rikorrenti tilmenta li l-Kummissjoni ma osservatx dan it-terminu. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma tistax tissospendi għal żmien indeterminat l-evalwazzjoni xjentifika tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa tas-sustanzi veġetali. Skont ir-rikorrenti, in-nuqqas ta’ azzjoni tal-konvenuta jiffavorixxi l-frammentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u jmur kontra l-għan ġenerali tar-Regolament intiż sabiex jiġu stabbiliti regoli uniformi fuq livell Ewropew.


(1)  Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9).


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/50


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2014 – Beul vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-640/14)

2014/C 409/71

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Carsten René Beul (Neuwied, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Pott u T. Eckhold, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla r-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka essenzjalment il-motivi li ġejjin.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrent jilmenta li r-Regolament (UE) Nru 537/2014 (1) ma huwa kopert minn ebda bażi legali.

Fit-tieni lok, ir-rikorrent isostni li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 537/2014 jikkostitwixxu interferenza illeġittima, fid-dawl tal-Artikolu 6(1) UE moqri flimkien mal-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għal-libertà professjonali ggarantita. Ir-rikorrent isostni li, partikolarment minħabba nuqqas ta’ proporzjonalità, l-interferenza għal-libertà professjonali ma hijiex iġġustifikata. Barra minn hekk, ir-rikorrent jinvoka ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà.


(1)  Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (ĠU L 158, p. 77)


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/50


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2014 – Trioplast Industrier vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-669/14)

2014/C 409/72

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Trioplast Industrier AB (Smålandsstenar, l-Isvezja) (rappreżentant: T. Perrersson, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

1)

Annullament:

a)

tannulla l-ittra tal-Kummissjoni Ewropea tat-3 ta’ Lulju 2014 fil-Każ COMP/38354 – Boroż Industrijali – Trioplast Industrier AB;

b)

tħassar, jew tnaqqas l-ammont tal-interessi moratorji ta’ EUR 674 033.32 imposti fuq ir-rikorrenti skont l-ittra tal-Kummissjoni;

c)

tordna lill-Kummissjoni tirrimborsa lir-rikorrenti għall-ispejjeż ta’ EUR 4 686.64 sostnuti fil-provvista ta’ garanzija għall-ħlas tal-interessi moratorji.

2)

Sussidjarjament, talba għad-danni skont l-Artikolu 340(2) TFUE minħabba l-ksur tad-dritt tal-Unjoni msemmi fir-rikors, għal:

a)

l-ammont tal-interessi moratorji, jew parti minnhom; u

b)

l-ispejjeż ta’ EUR 4 686.64 sostnuti fil-provvista ta’ garanzija għall-ħlas tal-interessi moratorji.

3)

Talba għad-danni skont l-Artikolu 340(2) TFUE minħabba l-ksur tad-dritt tal-Unjoni matul il-perijodu meta l-Kummissjoni ma rrilaxxatx jew ma naqqsitx l-ammont tal-garanzija bankarja wara d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-40/06, għall-ispejjeż sostnuti fil-provvista ta’ garanzija, li jammontaw għal EUR 22 783.90, jew parti minnhom.

4)

Interessi fuq dawn is-somom skont kif jiġi kkonstatat.

5)

Kundanna tal-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali tal-ittra tal-Kummissjoni:

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2005 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2005 fil-Każ COMP/38354 – Boroż Industrijali – Trioplast Industrier AB (iktar ’il quddiem, id-“Deċiżjoni tal-2005”) qatt ma kkostitwiet bażi valida għal talba kontra r-rikorrenti fir-rigward tal-ordni għal interessi moratorji, peress li ma kinitx tispeċifika ammont eżatt u inkundizzjonat tal-multa dovuta mir-rikorrenti. Barra minn hekk, id-deċiżjoni ġiet annullata mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tat-13 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-40/06, Trioplast Industrier AB vs Il-Kummissjoni (iktar ’il quddiem is-“sentenza tal-2010”), sa fejn kienet tikkonċerna l-istabbiliment ta’ multa għar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali u nuqqas ta’ kompetenza:

l-ittra tal-Kummissjoni tikkostitwixxi deċiżjoni adottata b’mod illegali minn membru tad-DĠ Baġit li ma kellux is-setgħa jinvolvi lill-Kummissjoni fit-teħid ta’ tali deċiżjoni. L-ittra tal-Kummissjoni ma tistax titqies li sempliċement tagħti effett lil deċiżjoni preċedenti u, bħala tali, tiġi kkunsidrata bħala miżura aċċessorja ta’ amministrazzjoni. Minflok, peress li la d-Deċiżjoni tal-2005 u lanqas is-sentenza tal-2010 ma jistabbilixxu l-ammont li għandu jitħallas mir-rikorrenti, l-ittra tal-Kummissjoni hija d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-ammont effettiv tal-multa. Deċiżjoni bħal din ma tista’ tittieħed minn ħadd ieħor ħlief il-Kulleġġ tal-Kummissarji sabiex ikollha effetti legali vinkolanti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-prinċipju li sanzjonijiet għandhom ikunu speċifiċi għall-persuna li twettaq il-ksur u għall-ksur:

billi teħtieġ li r-rikorrenti tħallas l-ammont tal-interessi kkontestati, il-Kummissjoni effettivament qed tissanzjona lir-rikorrenti għal sitwazzjoni maħluqa mill-ksur tal-Kummissjoni nfisha tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-prinċipju li s-sanzjonijiet għandhom ikunu speċifiċi għall-persuna li twettaq il-ksur u għall-ksur. Il-Kummissjoni għadha ma rrimedjatx għal dan il-ksur.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE:

il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 266 TFUE billi ma aġixxietx skont is-sentenza tal-2010. L-ittra tal-Kummissjoni turi d-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni li ma tadottax deċiżjoni formali ġdida li tispeċifika l-ammont eżatt li għandu jitħallas mir-rikorrenti, minkejja l-obbligu tagħha li tagħmel dan wara s-sentenza tal-2010. Għalhekk l-ittra hija dikjarazzjoni definittiva u finali li turi li l-Kummissjoni ma hijiex ser tissodisfa l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 266 TFUE.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità:

il-Kummissjoni ma osservatx il-prinċipju ta’ proporzjonalità meta ordnat lir-rikorrenti tħallas interessi moratorji fuq multa, li l-ammont tagħha qatt ma kien ċar u li kienet ġiet annullata kollha kemm hi, mingħajr ma l-Kummissjoni adottat deċiżjoni finali ġdida fir-rigward tal-ammont tal-multa li għandha titħallas mir-rikorrenti. Ir-raġunijiet wara r-regoli li jagħtu lill-Kummissjoni d-dritt li jitolbu interessi moratorji f’każijiet oħra ma humiex sodisfatti f’dan il-każ. Sussidjarjament, huwa mill-inqas sproporzjonat li tiġi imposta rata ta’ interessi bħala kastig, peress li r-rikorrenti ġiet prekluża milli tevita din l-ispiża b’riżultat tal-aġir tal-Kummissjoni nnifisha.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi tal-Kummissjoni meta rrifjutat li tirrilaxxa l-garanzija bankarja tar-rikorrenti wara s-sentenza tal-2010:

fl-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-2005, li oriġinarjament kienet tordna l-ħlas ta’ multi, u ħalliet lill-Kummissjoni mingħajr ebda pretensjoni legali kontra r-rikorrenti sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida. Billi rrifjutat li tirrilaxxa l-garanzija bankarja wara s-sentenza tal-2010, il-Kummissjoni aġixxiet kontra din is-sentenza. Dan l-iżball ta’ liġi kkawża direttament spejjeż ulterjuri għar-rikorrenti għaliex din kellha tkompli tipprovdi l-garanzija bankarja. Sussidjarjament, il-Kummissjoni kellha mill-inqas tnaqqas l-ammont tal-garanzija bankarja immedjatament wara s-sentenza għall-ammont massimu stabbilit mill-Qorti Ġenerali.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/52


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-673/14)

2014/C 409/73

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: A. De Stefano, avvocato dello Stato, G. Palmieri, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Gvern Taljan ressaq kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 4537 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, innotifikata fl-10 ta’ Lulju 2014, dwar l-istabbiliment, mill-kumpannija SEA S.p.A., tal-kumpannija Airport Handling S.p.A..

Permezz ta’ tali miżura, il-Kummissjoni Ewropea, fetħet investigazzjoni formali kontra r-Repubblika Taljana, fejn preliminarjament innotat li:

l-istabbiliment, mill-kumpannija SEA S.p.A., tal-kumpannija Airport Handling S.p.A. u l-għoti ta’ kapital konsegwenti li jammonta għal EUR 25 miljun jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq intern;

il-kumpannija Airport Handling S.p.A. tista’ tiġi kkunsidrata bħala s-suċċessur tal-kumpannija SEA Handling S.p.A., u b’hekk tibqa’ tibbenefika mill-għajnuna mogħtija lil tali kumpannija koperta mid-Deċiżjoni C (2012) 9448 finali, tad-19 ta’ Diċembru 2012, bil-konsegwenza li l-Airport Handling S.p.A. jkollha l-obbligu ta’ SEA Handling S.p.A. sabiex tħallas lura tali għajnuna.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur u fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali u tal-Artikoli 10 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999.

Id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata mingħajr ma ttieħdu inkunsiderazzjoni l-provi u l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani fl-istadju ta’ qabel l-investigazzjoni u ġiet adottata bi ksur tal-prinċipju, kemm-il darba ripetut mill-Qorti tal-Ġustizzja, li jgħid li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom l-obbligu tal-kooperazzjoni leali sabiex jegħlbu d-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu waqt l-implementazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur u fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ diliġenza u ta’ imparzjalità tal-azzjoni amministrattiva.

Il-Kummissjoni ma eżamintax bid-diliġenza dovuta l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani fl-istadju tal-investigazzjoni minn qabel u, għaldaqstant, ibbażat id-deċiżjoni kkontestata fuq rikostruzzjoni żbaljata tal-fatti.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ prudenza u ta’ proporzjonalità tal-azzjoni amministrattiva.

Id-deċiżjoni kkontestata kisret dawn il-prinċipji, li kienu jeħtieġu li l-Kummissjoni tistenna minn tal-inqas sakemm tasal għat-tmiem tagħha l-ewwel istanza tal-kontestazzjoni tad-Deċiżjoni C (2012) finali, tad-19 ta’ Diċembru 2012, u, għaldaqstant, interferixxiet b’mod prematur f’operazzjoni ta’ kumpannija li kienet għadha fl-istadji tal-bidu.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur u fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 108, 120, 145 u 146 tat-TFUE.

Id-deċiżjoni kkontestata, abbażi ta’ allegata rikostruzzjoni żbaljata tal-fatti, għandha bħala effett li tipprojbixxi lil SEA S.p.A. milli topera fis-suq tal-handling (immaniġġjar) fl-ajruporti ta’ Milan u milli tiggarantixxi, bħala ġestjonarji ta’ dawn l-ajruporti, il-kontinwità tas-servizz.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 108 TFUE, b’riferiment għall-allegata kontinwità bejn l-attivitjiet tal-kumpannija ta’ SEA Handling u Airport Handling.

Id-deċiżjoni kkontestata tqis b’mod żbaljat li hemm kontinwità bejn SEA Handling S.p.A. u Airport Handling S.p.A..

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 108 TFUE, b’riferiment għall-allegata imputabbiltà lill-Istat tal-miżura ta’ għajnuna.

Id-deċiżjoni kkontestata tqis b’mod żbaljat li l-awtoritajiet pubbliċi huma responsabbli għad-deċiżjoni ta’ SEA S.p.A. li tistabbilixxi Airport Handling S.p.A. u li tipprovdiha b’kapital azzjonarju inizjali.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 108 tat-TFUE, b’riferiment għall-allegat nuqqas ta’ razzjonalità ekonomika.

Id-deċiżjoni kkontestata tqis b’mod żbaljat li d-deċiżjoni ta’ SEA S.p.A. li tistabbilixxi Airport Handling S.p.A. ma tikkorrispondix għal aġir ta’ operatur ekonomiku f’ekonomija tas-suq.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/54


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Teva UK et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-679/14)

2014/C 409/74

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Teva UK Ltd (West Yorkshire, ir-Renju Unit), Teva Pharmaceuticals Europe BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Ġerusalemm, l-Iżrael) (rappreżentanti: D. Tayar u A. Richard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa’ dan ir-rikors u tiddikjara l-azzjoni ammissibbli;

tannulla l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni COMP/AT.39612 “Perindopril (Servier)” tad-9 ta’ Lulju 2014 sa fejn tikkonstata li Teva UK limited, Teva Pharmaceuticals Europe B.V. u Teva Pharmaceutical Industries Limited kisru l-Artikolu 101 tat-Trattat.

tikkanċella l-multa imposta fuq Teva UK limited, Teva Pharmaceuticals Europe B.V. u Teva Pharmaceutical Industries Limited fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni COMP/AT.39612 “Perindopril (Servier)” tad-9 ta’ Lulju 2014;

fil-każ li l-Qorti Ġenerali ma tannullax l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni jew ma tikkanċellax il-multa fl-intier tagħha, tnaqqasha b’mod sostanzjali; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi u ta’ fatt tal-Kummissjoni billi kkaratterizzat il-ftehim bejn Teva u Servier tat-13 ta’ Ġunju 2006 (iktar ’il quddiem il-“Ftehim”) bħala restrizzjoni minħabba l-għan. Mill-perspettiva legali, il-Kummissjoni b’mod żbaljat ikkaratterizzat bħala restrizzjonijiet minħabba l-għan il-ftehim kollu li jista’ jirrestrinġi l-kompetizzjoni minflok dak il-ftehim biss li b’mod ċar, min-natura tiegħu stess, jiżvela livell suffiċjenti ta’ ħsara fuq il-kompetizzjoni. Mill-perspettiva fattwali, iċ-ċirkustanzi prevalenti meta ġie nnegozjat il-Ftehim, b’mod partikolari r-riskji ġenwini fejn tidħol il-proprjetà intellettwali li kellha tiffaċċja Teva, juru li Teva daħlet fil-Ftehim biex tiżgura dħul opportun fis-suq u mhux biex tirċievi inċentiv għal dħul tardiv.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u ta’ fatt tal-Kummissjoni billi kkaratterizzat il-Ftehim bħala restrizzjoni minħabba l-effett, peress li d-Deċiżjoni ma tipproduċix il-prova sal-istandard rikjest ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni fil-konfront tal-fatt ikkonċernat li qed jiġi kkontestat.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li anki jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li l-Ftehim jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tikkonkludi li l-Kummissjoni ma eżaminatx b’mod adegwat l-argumenti u l-provi prodotti mir-rikorrenti insostenn tal-eżistenza ta’ effiċjenzi u tal-konformità tal-Ftehim mal-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 101(3) TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-multa imposta fuq ir-rikorrenti għandha tiġi annullata jew, mill-inqas, imnaqqsa b’mod sinjifikattiv. L-ewwel nett, id-deċiżjoni kisret il-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ nuqqas ta’ retroattività, u ta’ aspettattivi leġittimi billi imponiet multa sostanzjali fuq Teva. It-tieni nett, il-Kummissjoni wettqet żball billi ma applikatx il-linji gwida tagħha dwar il-metodoloġija ta’ ffissar ta’ multi u kisret il-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament billi imponiet multa eċċessiva fuq Teva.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji proċedurali sinjifikattivi.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/55


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – Novomatic vs UASI– Simba Toys (African SIMBA)

(Kawża T-687/14)

2014/C 409/75

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni li r-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ta fil-11 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 2098/2013-4, b’mod li l-UASI jkollu jiċħad l-oppożizzjoni minħabba nuqqas ta’ xebh bejn it-trade marks u/jew is-sinjali u ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni globali u jammetti r-reġistrazzjoni skont l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nruo009752271 “African SIMBA”;

tikkundanna lill-UASI u fil-każ ta’ intervent bil-miktub, lill-parti li tagħmel oppożizzjoni, għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għar-rimbors tal-ispejjeż li r-rikorrenti sostniet fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u f’din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “African SIMBA” għal prodotti fil-klassi 28 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nruo9752 271

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva nazzjonali li tinkludi l-element verbali “Simba” kif ukoll ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “SIMBA” għal prodotti fil-klassi 28.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/55


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – Puma vs UASI– Sinda Poland (Rappreżentazzjoni ta’ annimal immaġinarju)

(Kawża T-692/14)

2014/C 409/76

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sinda Poland Corporation Sp. z o.o. (Warsaw, il-Polonja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni adottata fl-14 ta’ Settembru 2012 (Każ R 2214/2013 5) abbażi tal-allegazzjoni li l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja ma ġiex applikat b’mod korrett, li wassal għall-konklużjoni skorretta li t-trade marks f’kunflitt ma kinux jixxiebhu viżwalment u kunċettwalment;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u lil Sinda Poland Corporation Sp. z.o.o. għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Uffiċċju.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi r-rappreżentazzjoni tal-annimal immaġinarju għal prodotti fil-klassi 25 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 142 395

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjonijiet internazzjonali Nri 3 69  075 u 4 80  105 għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28, u reġistrazzjoni internazzjonali Nru 5 93  987 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet kollha

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/56


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – EREF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-694/14)

2014/C 409/77

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Renewable Energies Federation (EREF) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: U. Prall, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-dispożizzjonijiet tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014–2020, tat-28 ta’ Ġunju 2014 (ĠU C 200 p. 1) dwar l-evalwazzjoni ta’ kompatibbiltà taħt l-Artikolu 107(3)C tat-Trattat f’kapitlu 3.3.2 dwar id-diżinn ta’ skemi ta’ sostenn għall-enerġija li tiġġedded intitolata “Għajnuna operattiva għal sorsi ta’ enerġij li tiġġedded”.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza.

Il-Kummissjoni ma għandhiex il-kompetenza sabiex tadotta l-Linji Gwida, billi l-leġiżlatur Ewropew għandu kompetenza limitata fil-qasam tal-enerġija. Taħt l-Artikolu 194 TFUE, skemi ta’ sostenn tal-enerġija li tiġġedded li huma dgħajfa fit-teknoloġija ma jistgħux jiġu imposti fuq l-Istati Membri billi għandhom impatt fuq id-drittijiet sovrani tagħhom tal-enerġija. Il-Kummissjoni Ewropea ma hijiex il-leġiżlatur tal-UE u ma tistax tuża Linji Gwida sabiex tadotta “kważi leġiżlazzjoni” biex tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-liġi sekondarja tal-UE, jiġifieri, id-Direttiva tal-Enerġija li Tiġġedded 2009/28/KE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

Bl-adozzjoni tal-Linji Gwida, il-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni u għaldaqstant kundizzjoni ta’ forma proċedurali sostanzjali. La fil-Linji Gwida nfishom u lanqas fl-Evalwazzjoni tal-Impatt ma tista’ tinstab ġustifikazzjoni suffiċjenti għall-għażla tal-politika li teħtieġ, bħala prinċipju, li l-Istati Membri kollha jadottaw sistema ta’ sejħiet għal offerti newtrali mill-perspettiva teknoloġika biex issostni l-enerġija li tiġġedded.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Il-Kummissjoni permezz tal-Linji Gwida, tikser ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità, billi l-Linji Gwida jipproponu strumenti mhux xierqa għall-għanijiet iddikjarati tal-promozzjoni tal-għanijiet tal-enerġija li tiġġedded tal-UE waqt li jnaqqsu l-effetti distortivi. Dawn l-istrumenti lanqas ma huma proporzjonati, waqt li joħolqu piżijiet eċċessivi kemm fuq l-Istati Membri, li kważi kollha jkollhom jirriformaw l-iskemi ta’ sostenn tagħhom tal-enerġija li tiġġedded, kif ukoll fuq l-individwi, li jkollhom jieħdu piż amministrattiv addizzjonali kkawżat mill-parteċipazzjoni fil-proċeduri tas-sejħiet għal offerti kompetittivi.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter.

Il-Linji Gwida jikkostitwixxu użu ħażin ta’ poter min-naħa tal-Kummissjoni. Permezz tal-Linji Gwida, jidher li l-Kummissjoni qed tipprova tgħaddi liġi f’oqsma fejn il-leġiżlatur tal-UE ma huwiex kompetenti, u tissuġġerixxi li miżuri li intrinsikament jimmiraw għall-armonizzazzjoni tas-sostenn għall-enerġija li tiġġedded fl-UE jkollhom l-għan li tiġi żgurata l-kompatibbiltà ta’ ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq intern.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/57


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2014 – Omega vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ stampa bl-iswed u bl-abjad)

(Kawża T-695/14)

2014/C 409/78

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Omega International GmbH (Bad Oldesloe, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Becker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża R 1037/2014-5, u tirreġistra t-trade mark bin-numru ta’ reġistrazzjoni 1 2 1 74  215;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tirrappreżenta stampa bl-iswed u bl-abjad, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 32 u 33 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 2 1 74  215

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: is-sinjal huwa adattat sabiex il-konsumatur medju interessat jidentifika l-prodott


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/58


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 minn Bernat Montagut Viladot mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-15 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża F-160/12, Montagut vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-696/14)

2014/C 409/79

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Bernat Montagut Viladot (Schaerbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: F. Rodríguez-Gigirey Pérez u J. Simón Sánchez, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Lulju 2014 mogħtija fil-Kawża F-160/12, Montagut vs Il-Kummissjoni;

tilqa’ r-rikors ppreżentat minn B. Montagut Viladot fil-Kawża F-160/12, billi tikkunsidrah ammissibbli u fondat;

tilqa’ t-talbiet ta’ din il-parti mressqa fl-ewwel istanza skont l-Artikolu 139 tar-Regoli tal-Proċedura, billi tannulla d-deċiżjoni tat-8 ta’ Frar 2012, li permezz tagħha B. Montagut Viladot ġie eskluż mil-lista ta’ riżerva ta’ kandidati magħżula, u

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa ppreżentat kontra s-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-15 ta’ Lulju 2014, fil-Kawża F-160/12, Montagut Viladot vs Il-Kummissjoni, li tiċħad ir-rikors ppreżentat mill-appellant kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/206/11 (AD 5) li ismu ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva stabbilita wara din il-kompetizzjoni.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq l-eżistenza ta’ żball ta’ liġi li jirriżulta mill-interpretazzjoni tar-regoli relatati mad-dispożizzjoni li tinstab fil-punt 2 tat-Titolu 3 tal-Anness tal-avviż ta’ kompetizzjoni mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u mill-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni Spanjola dwar id-diplomi universitarji.

F’dan ir-rigward huwa affermat li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jikkonċentra biss fuq il-fatt li d-diploma universitarja ta’ B. Montagut Viladot ma hijiex “diploma uffiċjali”, fatt li la huwa jiddiskuti u lanqas jinnega, mingħajr ma dan l-istess Tribunal iqis, b’mod kuntrarju għall-ġurisprudenza tiegħu stess, li d-diploma ta’ B. Montagut Viladot hija diploma universitarja, li hija l-kundizzjoni meħtieġa fl-avviż, “[l]ivell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta’ mill-anqas tliet snin iċċertifikati b’diploma”.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali

F’dan ir-rigward huwa affermat li fis-sentenza tiegħu t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku la evalwa b’mod adatt u korrett il-leġiżlazzjoni Spanjola – Ley de Universidades 6/2001 (liġi dwar l-universitajiet 6/2001) – fir-rigward tad-diploma universitarja ta’ B. Montagut Viladot sabiex huwa jiġi inkluż fil-lista ta’ riżerva, la osserva l-ġurisprudenza tiegħu stess f’każijiet simili (Thomé vs Il-Kummissjoni F-97/12), u lanqas ma osserva l-kundizzjonijiet tal-avviż skont ir-regoli relatati mad-dispożizzjoni fil-punt 2 tat-Titolu 3 tal-Anness tal-avviż ta’ kompetizzjoni.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

F’dan ir-rigward huwa affermat li fis-sentenza tiegħu t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma evalwax korrettament l-aspettattivi leġittimi ta’ B. Montagut Viladot li huwa kien ser jiġi inkluż fil-lista ta’ riżerva wara l-komunikazzjoni tat-12 ta’ Awwissu 2011, peress li l-kontenut tas-sentenza jirreferi biss għall-osservanza tar-regoli applikabbli.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/59


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 – MIP Metro vs UASI – Associated Newspapers (METRO)

(Kawża T-697/14)

2014/C 409/80

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Associated Newspapers Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 606/2013-5, sa fejn din annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-4 ta’ Marzu 2013 dwar l-oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 79  116“METRO”, u tibgħat il-każ lura quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni għall-eżami u deċiżjoni mill-ġdid;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali METRO, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 38, 39, 41 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 79  116

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark nazzjonali verbali “METRO”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-każ intbagħat lura quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/60


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2014 – TV1 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-700/14)

2014/C 409/81

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TV1 GmbH (Unterföhring, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Scherer-Leydecker, J. Mey u A. Rausch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-għoti ta’ kuntratt tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-Istadju IV tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PO/2014-03/A4, kif ukoll id-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tagħix il-kuntratt lir-rikorrenti, innotifikata fil-25 ta’ Lulju 2014, u d-deċiżjoni tal-konvenuta li tagħti l-kuntratt għall-Istadju IV lil impriża oħra, innotifikata fl-1 ta’ Awwissu 2014;

tannulla l-kuntratt ta’ servizzi konkluż permezz jew skont id-deċiżjoni tal-għoti ta’ kuntratt;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-kawża, l-ispejjeż ta’ esperti u dawk meħtieġa li jsiru mir-rikorrenti minħabba l-kawża, b’mod partikolari l-ispejjeż marbuta mat-trasport u l-akkomodazzjoni u d-drittijiet tal-avukati;

tordna li l-konvenuta, bħala miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 64(3)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tipproduċi l-att tal-għoti tal-kuntratt u d-dokumenti rilevanti l-oħra u li r-rikorrenti tingħata aċċess sħiħ għall-atti li kien preċedentement miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka essenzjalment erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq offerta baxxa li ma hijiex normali min-naħa tal-impriża li ngħatat il-kuntratt

Ir-rikorrenti tilmenta li l-Kummissjoni naqset milli tagħmel eżami fid-dettall tal-offerta, li skont ir-rikorrenti hija baxxa b’mod mhux normali, tal-impriża li ngħatat il-kuntratt u naqset milli teskludi din l-offerta jew l-offerent mill-proċedura tas-sejħa għal offerti. B’dan il-mod, il-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha skont l-Artikolu 110(2) tar-Regolament Nru 966/2012 (1) moqri flimkien mal-Artikolu 151 tar-Regolament Nru 1268/2012 (2) kif ukoll l-obbligu tagħha li tiżgura amminstrazzjoni tajba skont l-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq dokumenti skorretti tas-sejħa għal offerti

Ir-rikorrenti tilmenta wkoll li l-Kummissjoni kisret prinċipji tad-dritt dwar l-għoti ta’ kuntratti, partikolarment il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ garanzija ta’ kompetizzjoni ġusta kif ukoll l-Artikolu 102 tar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni.

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma osservatx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni dwar dokumenti kompleti, ċari u preċiżi tas-sejħa għal offerti.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-offerta tal-impriża li ngħatat il-kuntratt

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-evalwazzjoni tal-offerta tal-impriża li ngħatat il-kuntratt ma tissodisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni u hija bbażata fuq fatti kkonstatati b’mod żbaljat kif ukoll fuq żbalji ċari ta’ evalwazzjoni u użu ħażin ta’ diskrezzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-offerta tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti tilmenta wkoll li l-informazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-offerta tar-rikorrenti ma tissodisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni u li l-Kummissjoni wettqet żball ċar ta’ evalwazzjoni u ta’ diskrezzjoni meta evalwat l-offerta tar-rikorrenti.


(1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, p. 1).


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/61


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2014 – Marine Harvest vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-704/14)

2014/C 409/82

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Marine Harvest ASA (Bergen, in-Norveġja) (rappreżentant: R. Subiotto, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2014, fil-Każ COMP/M.7184 – Marine Harvest vs Morpol (Art. 14(2) proc.);

sussidjarament, tannulla l-multi imposti fuq Marine Harvest skont dik id-deċiżjoni;

b’mod iktar sussidjarju, tnaqqas sostanzjalment il-multi imposti fuq Marine Harvest skont dik id-deċiżjoni;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ Marine Harvest fir-rigward din il-kwistjoni; u tieħu kull miżura oħra li din il-qorti tqies xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni twettaq żball ta’ dritt u ta’ fatt għaliex tikkonstata li Marine Harvest kien imissha nnotifikat l-akkwist tagħha ta’ sehem ta’ 48.5 % f’Morpol f’Diċembru 2012 (l-“Akkwist ta’ Diċembru 2012”) taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, u missha astjeniet milli takkwista t-titlu għal sehem ta’ 48.5 % f’Morpol qabel ma rċeviet approvazzjoni ta’ dak l-element tat-tranżazzjoni globali u b’hekk ċaħdet in-natura unitarja ta’, u l-applikabbiltà tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 għall-Akkwist ta’ Diċembru 2012 u għall-offerta pubblika sussegwenti ordnata mill-Akkwist ta’ Diċembru 2012 taħt ir-regoli tal-akkwist pubbliku Norveġiżi, u li Marine Harvest dejjem kienet bi ħsiebha tniedi malajr sabiex takkwista kontroll sħiħ ta’ Morpol.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni twettaq żball ta’ dritt u ta’ fatt għaliex issib li Marine Harvest kienet negliġenti meta ma nnotifikatx l-Akkwist ta’ Diċembru 2012 u ma astjenietx milli takkwista t-titlu għal sehem ta’ 48.5 % f’Morpol qabel ma rċeviet approvazzjoni ta’ dak l-element tat-tranżazzjoni globali u b’hekk injorat li Marine Harvest ma setgħetx tipprevedi b’mod raġonevoli, kemm jekk oġġettivament jew suġġettivament, li l-Akkwist ta’ Diċembru 2012 u l-offerta pubblika sussegwenti ma kinux jaqgħu taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tikser il-prinċipju li ħadd ma għandu jiġi kkastigat darbtejn għall-istess offiża billi Marine Harvest ġiet imposta multi talli (i) naqset milli tinnotifika l-Akkwist ta’ Diċembru 2012 qabel ma (ii) implementatha billi akkwistat it-titlu għas-sehem ta’ 48.5 % f’Morpol.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat, sussidjarament, fuq il-fatt li d-Deċiżoni imponiet multi fuq’ Marine Harvest bi ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, “nullum crimen, nulla poena sine lege”, u ta’ ugwaljanza fit-trattament, minħabba n-novità tal-kwistjonijiet fattwali u legali f’dan il-każ u tat-trattament riċenti tal-Kummissjoni ta’ każ paragunabbli, li fih hija (i) ma fetħitx investigazzjoni, (ii) ma laħqitx konklużjoni definittiva u vinkolanti fuq il-portata tal-Artikoli 7(1) u 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, u (iii) ma imponitx multa.

5.

Il-ħames motiv ibbażat, b’mod iktar sussidjarju, fuq il-fatt li id-Deċiżjoni tinkludi żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ fatt u jonqosha l-motivazzjoni fl-istabbiliment ta’ livelli tal-multi f’dan il-każ, għaliex (i) ma tispjegax kif ġew ikkalkolati l-multi (ii) tenfasizza l-gravità tal-ksur allegati b’riferiment għall-fatturi li ma jsostnuhiex, (iii) tinkludi fit-tul perijodi ta’ ksur li hija teskludi f’każijiet oħra fuq raġunijiet żbaljati li Marine Harvest ma kinitx disponibbli b’mod suffiċjenti fil-perijodu ta’ qabel in-notifika, (iv) tistabbilixxi l-multi f’livell li huwa sproporzjonat fir-rigward tat-tul u l-gravità tal-ksur allegat, u l-għanijiet li għandhom jinkisbu, u (v) tinjora ċirkustanzi attenwanti, inkluż il-proċess trasparenti u kooperatttiv ta’ kontroll tal-amalgamazzjoni, l-assenza ta’ preċedenzi rilevanti u l-iżball skużabbli mwettaq waqt il-ksur allegat.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/62


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2014 – Grundig Multimedia vs UASI (DetergentOptimiser)

(Kawża T-707/14)

2014/C 409/83

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grundig Multimedia AG (Stansstad, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Walter u M. Neuner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 172/2014-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi dawk sostnuti quddiem mill-Uffiċċju.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “DetergentOptimiser” għal prodotti fil-Klassi 7 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 9 49  559

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/63


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2014 – Herbert Smith Freehills vs Il-Kunsill

(Kawża T-710/14)

2014/C 409/84

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Herbert Smith Freehills LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Wytinck, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 18/c/01/14, tat-23 ta’ Lulju 2014; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 18/c/01/14, tal-24 ta’ Lulju 2014, li biha l-Kunsill irrifjuta l-applikazzjoni għall-aċċess taħt ir-Regolament Nru 1049/2001 (1) għal ċerti dokumenti li jirrigwardaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (2).

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 sa fejn i) mhux id-dokumenti kollha identifikati mill-Kunsill jaqgħu fil-kamp tal-eċċezzjoni li tirrigwarda l-protezzjoni ta’ parir legali; u ii) hemm interess pubbliku superjuri fl-iżvelar tad-dokumenti identifikati skont it-talba tar-rikorrent għall-aċċess għad-dokumenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser l-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 sa fejn ma pprovdiex aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-iskop tat-talba tar-rikorrent għall-aċċess għad-dokumenti.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.

(2)  ĠU 2014, L 127, p. 1.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/63


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2014 – Arcofin et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-711/14)

2014/C 409/85

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Arcofin SCRL (Schaerbeek, il-Belġju) Arcopar SCRL (Schaerbeek); u Arcoplus (Schaerbeek) (rappreżentanti: R. B. Martens, A. Verlinden, u C. Maczkovics, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

prinċipalment, tannulla, fl-intier tagħha, id-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarament, tannulla, fl-intier tagħha, id-deċiżjoni kkontestata, inkwantu hija tiddikjara inkompatibbli mas-suq intern il-miżura ta’ għajnuna, tordna lill-Istat Belġjan jirkupra l-għajnuna u jastjeni minn kull pagament tal-garanzija lill-membri individwali assoċjati tar-rikorrenti;

b’mod iktar sussidjarju, tannulla l-Artikoli 2, 3 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata inkwantu dawn l-artikoli jordnaw lil-Istat Belġjan jirkupra l-għajnuna u jastjeni minn kull pagament tal-garanzija lill-membri individwali assoċjati tar-rikorrenti;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/686/UE, tat-3 ta’ Lulju 2014 [innotifikata taħt in-numru C (2014) 1021 finali], dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Belġju Skema ta’ garanzija li tipproteġi l-ishma ta’ membri individwali ta’ kooperattivi finanzjarji [Għajnuna mill-Istat SA.33927 (2012/C) (ex 2011/NN) (ĠU L 284, p. 53)

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 107(1), 108 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1), tal-prinċipju ta’ motivazzjoni tal-atti ġuridiċi u tar-regoli tal-proċedura li jirregolaw l-oneru u l-amministrazzjoni tal-prova, sa fejn il-Kummissjoni kkonstatat bi żball u mingħajr ma pprovdiet il-motivi, li r-rikorrenti kienu l-uniċi veri benefiċċjarji tal-għajnuna.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 107(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u tal-prinċipju ta’ motivazzjoni tal-atti ġuridiċi u ta’ żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti, sa fejn il-Kummissjoni kkonstata, t b’mod żbaljat u mingħajr ma pprovdiet il-motivi, li l-iskema ta’ garanzija kienet tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni ta’ kooperativi u ta’ fornituri ta’ prodotti ta’ investiment oħra kif ukoll taffettwa l-iskambji bejn Stati Membri.

3.

It-tielet motiv, invokat sussidjarament, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 107(3)(b) u 108(2) TFUE u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni ddeċidiet b’mod żbaljat li l-iskema ta’ garanzija hija inkompatibbli mas-suq intern.

Ir-rikorrenti jargumentaw li jekk hemm għajnuna mill-Istat, hija kien imissha tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern bħala għajnuna intiża sabiex tiġi rrimedjata perturbazzjoni gravi tal-ekonomija Belġjana fis-sens tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv, invokat b’mod iktar sussidjarju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE, tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, sa fejn l-aspettattivi li r-rikorrenti setgħu leġittimament ikollhom f’dak li jirrigwarda l-legalità tal-miżura, jipprekludu li l-Kummissjoni teżiġi l-irkupru tal-għajnuna.

5.

Il-ħames motiv, invokat b’mod iktar sussidjarju, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 107 u 108 TFUE u tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, fuq eċċess ta’ poter jew, għall-inqas fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn id-deċiżjoni li biha l-Kummissjoni tirrikjedi lil Stat Membru li jadotta miżura partikolari biex twaqqaf l-għajnuna, bħal f’dan il-każ li jastjeni minn kull ħlas lill-membri individwali assoċjati tar-rikorrenti, jaqbeż manifestament il-poteri tal-Kummissjoni jew ikun, għall-inqas, manifestament sproporzjonat.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/65


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ottubru 2014 – Ratioparts-Ersatzteile vs UASI

(Kawża T-509/13) (1)

2014/C 409/86

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/65


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 – AEMN vs Il-Parlament

(Kawża T-678/13) (1)

2014/C 409/87

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 85, 22.03.2014.


17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/65


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 – AEMN vs Il-Parlament

(Kawża T-679/13) (1)

2014/C 409/88

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 85, 22.03.2014.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/66


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 – Carneiro vs Europol

(Kawża F-122/13) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal ta’ Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt għal żmien determinat bħala kuntratt għal żmien indeterminat - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt))

2014/C 409/89

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria José Carneiro (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Kempeners u M. Itani, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: D. Neumann u J. Arnould, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Europol li ma jġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti għal żmien indeterminat u talba sabiex il-Europol jiġi kkundannat iħallas id-differenza bejn ir-remunerazzjoni li hija setgħet tkompli tirċievi mal-Europol u kull allowance oħra li hija effettivament irċeviet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

2)

M. Carneiro għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija.


(1)  ĠU C 52, 22.02.2014, p. 53.