ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 173

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
15 ta' Mejju 2023


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2023/C 173/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2023/C 173/02

Kawża C-640/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Marzu 2023 – PV vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Servizz pubbliku – Fastidju psikoloġiku – Opinjonijiet mediċi – Assenzi mhux iġġustifikati – Remunerazzjoni – Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 11a – Kunflitt ta’ interessi – Artikolu 21a – Ordni manifestament illegali – Artikolu 23 – Osservanza tal-liġijiet u tar-regolamenti tal-pulizija – Proċeduri dixxiplinari – Revoka – Irtirar tar-revoka – Proċedura dixxiplinari ġdida – Revoka ġdida)

2

2023/C 173/03

Kawża C-70/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2008/50/KE – Kwalità tal-arja ċirkostanti – Artikolu 13(1) – Anness XI – Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limitu ta’ kuljum stabbiliti għall-mikropartiċelli (PM10) fl-agglomerazzjonijiet ta’ Tessaloniki, (EL 0004) – Artikolu 23(1) – Anness XV – Perijodu l-iqsar possibbli li fih jinqabżu l-valuri limitu – Miżuri xierqa)

2

2023/C 173/04

Kawża C-365/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Bamberg – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra MR (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali – Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen – Artikolu 54 – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Artikolu 55(1)(b) – Eċċezzjoni applikazzjoni tal-prinċipju ne bis in idem – Reat kontra s-sigurtà jew interessi oħra essenzjali tal-Istat Membru – Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Artikolu 52(1) – Limitazzjonijiet għall-prinċipju ta’ ne bis in idem – Kompatibbiltà ta’ dikjarazzjoni nazzjonali li tipprevedi eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ ne bis in idem – Organizzazzjoni kriminali – Reati kontra l-patrimonju)

3

2023/C 173/05

Kawża C-412/21, Dual Prod: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Satu Mare – ir-Rumanija) – Dual Prod SRL vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca – Comisia regională pentru autorizarea operatorilor de produse supuse accizelor armonizate (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Dazji tas-sisa – Direttiva 2008/118/KE – Artikolu 16(1) – Awtorizzazzjoni biex wieħed jopera bħala maħżen tat-taxxa ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa – Miżuri ta’ sospensjoni suċċessivi – Natura kriminali – Artikoli 48 u 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Proporzjonalità)

4

2023/C 173/06

Kawżi Magħquda C-514/21 u C-515/21, Minister for Justice and Equality (Tneħħija tas-sospensjoni) et: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – l-Irlanda) – L-eżekuzzjoni ta’ żewġ mandati ta’ arrest Ewropew maħruġa fil-konfront ta’ LU (C-514/21), PH (C-515/21) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Proċedura ta’ konsenja bejn l-Istati Membri – Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni – Raġunijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva – Artikolu 4a(1) – Mandat maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà – Kunċett ta’ proċess li rriżulta fid-deċiżjoni – Portata – L-ewwel kundanna sospiża – It-tieni kundanna – Assenza tal-persuna kkonċernata fil-kawża – Revoka tas-sospensjoni – Drittijiet tad-difiża – Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali – Artikolu 6 – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 47 u 48 – Ksur – Konsegwenzi)

5

2023/C 173/07

Kawża C-574/21, 02 Czech Republic: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud. – ir-Repubblika Ċeka) – QT vs 02 Czech Republic a. s. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Aġenti kummerċjali indipendenti – Direttiva 86/653/KEE – Artikolu 17(2)(a) – Terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija – Dritt tal-aġent kummerċjali għal kumpens – Kundizzjonijiet għall-għoti – Kumpens ekwu – Evalwazzjoni – Kunċett ta’ kummissjonijiet li l-aġent kummerċjali jitlef – Kummissjonijiet fuq tranżazzjonijiet futuri – Klijenti ġodda li l-aġent kummerċjali ġab – Klijenti eżistenti li magħhom l-aġent kummerċjali jkun żviluppa n-negozju b’mod sinjifikattiv – Kummissjonijiet ta’ darba)

6

2023/C 173/08

Kawża C-653/21, Syndicat Uniclima: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Synidcat Uniclima vs Ministre de l’Intérieur (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Suq intern – Armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali dwar il-makkinarji, it-tagħmir elettriku taħt voltaġġ u apparat ta’ pressjoni – Direttiva 2006/42/KE – Direttiva 2014/35/UE – Direttiva 2014/68/UE – Marka CE – Impożizzjoni, permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, ta’ rekwiżiti supplimentari għar-rekwiżiti ta’ sigurtà essenzjali previsti minn dawn id-direttivi – Kundizzjonijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tas-sigurtà kontra r-riskji ta’ nirien u ta’ paniku fl-istabbilimenti li jilqgħu l-pubbliku)

7

2023/C 173/09

Kawża C-662/21, Booky.fi: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Booky.fi Oy (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 34 u 36 TFUE – Moviment liberu tal-merkanzija – Miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva – Reġistrazzjonijiet ta’ programmi awdjoviżivi – Bejgħ online – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi klassifikazzjoni ta’ età u ttikkettjar tal-programmi – Protezzjoni tal-minuri – Reġistrazzjonijiet li diġà kienet is-suġġett ta’ klassifikazzjoni u ta’ ttikkettjar fi Stat Membru ieħor – Proporzjonalità)

7

2023/C 173/10

Kawża C-561/22, Willy Hermann Service: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesverwaltungsgericht (Innsbruck) – l-Awstrija – Willy Hermann Service GmbH, DI vs Präsidentin des Landesgerichts Feldkirch (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva 2013/34/UE – Artikoli 30 u 51 – Pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji – Sanzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ pubblikazzjoni – Impożizzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità minn qorti ċivili – Proċedura amministrattiva għall-irkupru tal-pagamenti ta’ penali msemmija, li saru definittivi – Regolamenti li jeskludu l-eżami mill-ġdid tal-imsemmija pagamenti ta’ penali minn qorti amministrattiva – Awtorità ta’ res judicata – Prinċipju ta’ effettività – Proporzjonalità)

8

2023/C 173/11

Kawża C-76/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie (il-Polonja) fil-5 ta’ Frar 2022 – QI vs Santander Bank Polska S.A.

9

2023/C 173/12

Kawża C-552/22 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2022 minn Asociación de Delineantes de Hacienda mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-13 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-280/22, Asociación de Delineantes de Hacienda vs Spanja

9

2023/C 173/13

Kawża C-605/22 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 minn Hijos de Moisés Rodríguez González, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fid-29 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-306/20 – Hijos de Moisés Rodríguez González vs EUIPO – L-Irlanda u Ornua (La Irlandesa 1943)

10

2023/C 173/14

Kawża C-732/22 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2022 minn G-Core Innovations Sàrl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-28 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-454/21, G-Core Innovations vs EUIPO – Coretransform (G CORELABS)

10

2023/C 173/15

Kawża C-735/22 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2022 minn Primagran sp. z o.o. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-22 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-624/21, Primagran vs EUIPO – Primagaz (prımagran)

10

2023/C 173/16

Kawża C-775/22, Banco Santander: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-20 ta’ Diċembru 2022 – M.S.G. et vs Banco Santander, SA

11

2023/C 173/17

Kawża C-779/22, Banco Santander: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-22 ta’ Diċembru 2022 – M.C.S. vs Banco Santander, SA

11

2023/C 173/18

Kawża C-794/22, Banco Santander: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-23 ta’ Diċembru 2022 – FSC vs Banco Santander SA

12

2023/C 173/19

Kawża C-28/23, NFŠ: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Bratislava III (is-Slovakkja) fl-24 ta’ Jannar 2023 – NFŠ a.s. vs Slovenská republika, li qiegħda taġixxi permezz tal-Ministerstvo školstva, vedy, výskumu a športu Slovenskej republiky, u Ministerstvo školstva, vedy, výskumu a športu Slovenskej republiky

13

2023/C 173/20

Kawża C-40/23 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2023 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fis-16 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-469/20, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

14

2023/C 173/21

Kawża C-54/23, Laudamotion u Ryanair: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Frar 2023 – WY vs Laudamotion GmbH, Ryanair DAC

15

2023/C 173/22

Kawża C-57/23, Policejní prezidium: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-2 ta’ Frar 2023 – JH vs Policejní prezidium

15

2023/C 173/23

Kawża C-62/23, Pedro Francisco: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 5 de Barcelona (Spanja) fis-6 ta’ Frar 2023 – Pedro Francisco vs Subdelegación del Gobierno en Barcelona

16

2023/C 173/24

Kawża C-63/23: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 5 de Barcelona (Spanja) fis-6 ta’ Frar 2023 – Sagrario et vs Subdelegación del Gobierno en Barcelona

17

2023/C 173/25

Kawża C-65/23, K GmbH: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Frar 2023 – MK vs K GmbH

17

2023/C 173/26

Kawża C-66/23: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fis-7 ta’ Frar 2023 – Elliniki Ornithologiki Etaireia, Syllogos Diktyo Oikologikon Organoseon Aigaiou, Perivallontikos Syllogos Rethymnou, Politistikos Syllogos Thronos Kleisidiou, KX et vs Ypourgos Esoterikon, Ypourgos Oikonomikon, Ypourgos Anaptyxis kai Ependyseon, Ypourgos Perivallontos kai Energeias, Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon

18

2023/C 173/27

Kawża C-87/23, Latvijas Informācijas un komunikācijas tehnoloģijas asociācija: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fil-15 ta’ Frar 2023 – Biedrība Latvijas Informācijas un komunikācijas tehnoloģijas asociācija vs Valsts ieņēmumu dienests

19

2023/C 173/28

Kawża C-108/23, SmartSport Reisen: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Groß-Gerau (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Frar 2023 – PU vs SmartSport Reisen GmbH

20

2023/C 173/29

Kawża C-110/23 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2023 mill-Autoridad Portuaria de Bilbao mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-14 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża T-126/20, Autoridad Portuaria de Bilbao vs Il-Kummissjoni

21

2023/C 173/30

Kawża C-119/23, Valančius: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fit-28 ta’ Frar 2023 – Virgilijus Valančius vs Il-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja

22

2023/C 173/31

Kawża C-122/23, Legfact: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fl-1 ta’ Marzu 2023 – Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite vs Legafact EOOD

23

2023/C 173/32

Kawża C-128/23, Müller Reisen: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Marzu 2023 – Müller Reisen GmbH vs Stadt Olsberg

23

2023/C 173/33

Kawża C-165/23: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

24

2023/C 173/34

Kawża C-167/23: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

25

2023/C 173/35

Kawża C-172/23: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs l-Irlanda

25

2023/C 173/36

Kawża C-180/23: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

26

2023/C 173/37

Kawża C-181/23: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta

27

2023/C 173/38

Kawża C-191/23: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

27

2023/C 173/39

Kawża C-192/23: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Latvja

28

2023/C 173/40

Kawża C-193/23: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika Taljana

29

 

Il-Qorti Ġenerali

2023/C 173/41

Kawża T-100/23: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2023 – ABLV Bank vs BĊE

30

2023/C 173/42

Kawża T-110/23: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2023 – Kargins vs Il-Kummissjoni

31

2023/C 173/43

Kawża T-115/23: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2023 – Debreceni Egyetem vs Il-Kunsill

31

2023/C 173/44

Kawża T-125/23: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2023 – Synapsa Med vs EUIPO – Gravity Products (Gravity)

34

2023/C 173/45

Kawża T-136/23: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2023 – Vintae Luxury Wine Specialists vs EUIPO – Grande Vitae (vintae)

35

2023/C 173/46

Kawża T-149/23: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2023 – Kirov vs EUIPO – Pasticceria Cristiani (CRISTIANI)

35

2023/C 173/47

Kawża T-156/23: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2023 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea

36

2023/C 173/48

Kawża T-157/23: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2023 – Kneipp vs EUIPO – Patou (Joyful by nature)

37

2023/C 173/49

Kawża T-160/23: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2023 – VO vs Il-Kummissjoni

37

2023/C 173/50

Kawża T-161/23: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2023 – Schönegger Käse-Alm vs EUIPO – Jumpseat3D plus Germany (Rebell)

38

2023/C 173/51

Kawża T-162/23: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2023 – Sengül Ayhan vs EUIPO – Pegase (Rock Creek)

39

2023/C 173/52

Kawża T-166/23: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2023 – Dekoback vs EUIPO – DecoPac (DECOPAC)

40

2023/C 173/53

Kawża T-169/23: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2023 – RT France vs Il-Kunsill

40

2023/C 173/54

Kawża T-171/23: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2023 – VR vs Il-Parlament

41

2023/C 173/55

Kawża T-627/28: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2023 – ZK vs Il-Kummissjoni

42

2023/C 173/56

Kawża T-16/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2023 – NV vs BEI

42

2023/C 173/57

Kawża T-97/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2023 – Ilunga Luyoyo vs Il-Kunsill

42

2023/C 173/58

Kawża T-447/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2023 – NV vs BEI

42


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2023/C 173/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 164, 8.5.2023

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 155, 2.5.2023

ĠU C 134, 17.4.2023

ĠU C 127, 11.4.2023

ĠU C 121, 3.4.2023

ĠU C 112, 27.3.2023

ĠU C 104, 20.3.2023

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Marzu 2023 – PV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-640/20 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Fastidju psikoloġiku - Opinjonijiet mediċi - Assenzi mhux iġġustifikati - Remunerazzjoni - Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 11a - Kunflitt ta’ interessi - Artikolu 21a - Ordni manifestament illegali - Artikolu 23 - Osservanza tal-liġijiet u tar-regolamenti tal-pulizija - Proċeduri dixxiplinari - Revoka - Irtirar tar-revoka - Proċedura dixxiplinari ġdida - Revoka ġdida)

(2023/C 173/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: PV (rappreżentant: D. Birkenmaier, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn T. S. Bohr, B. Mongin u A.-C. Simon, sussegwentement minn T. S. Bohr u A.-C. Simon, bħala aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

PV huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 98, 22.3.2021


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-70/21) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/50/KE - Kwalità tal-arja ċirkostanti - Artikolu 13(1) - Anness XI - Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limitu ta’ kuljum stabbiliti għall-mikropartiċelli (PM10) fl-agglomerazzjonijiet ta’ Tessaloniki, (EL 0004) - Artikolu 23(1) - Anness XV - Perijodu “l-iqsar possibbli” li fih jinqabżu l-valuri limitu - Miżuri xierqa)

(2023/C 173/03)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u M. Noll-Ehlers, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Ellenika,

billi ma assiguratx li l-valur ta’ limitu ta’ kuljum stabbilit għall-PM10 ma nqabiżx b’mod sistematiku u persistenti, mis-sena 2005 sas-sena 2012 inkluża, fl-2014, imbagħad minn ġdid mis-sena 2017 sas-sena 2019 inkluża, fl-agglomerazzjoni ta’ Tessaloniki (EL 0004), naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 13(1) u l-Anness XI tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, u,

billi ma adottatx, mill-11 ta’ Ġunju 2010, il-miżuri xierqa biex tiġi ggarantita l-konformità mal-valur ta’ limitu ta’ kuljum stabbilit għall-PM10 fl-agglomerazzjoni ta’ Tessaloniki (EL 0004), naqset milli twettaq l-obbligi imposti mill-Artikolu 23(1) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Anness XV tagħha, u, b’mod partikolari, l-obbligu li jiġi żgurat li l-pjanijiet tal-kwalità tal-arja jinkludu miżuri xierqa sabiex il-perijodu li matulu jinqabeż dan il-valur ta’ limitu jkun qasir kemm jista’ jkun.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 128, 12.04.2021.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Bamberg – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra MR

(Kawża C-365/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali - Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen - Artikolu 54 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Artikolu 55(1)(b) - Eċċezzjoni applikazzjoni tal-prinċipju ne bis in idem - Reat kontra s-sigurtà jew interessi oħra essenzjali tal-Istat Membru - Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Artikolu 52(1) - Limitazzjonijiet għall-prinċipju ta’ ne bis in idem - Kompatibbiltà ta’ dikjarazzjoni nazzjonali li tipprevedi eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ ne bis in idem - Organizzazzjoni kriminali - Reati kontra l-patrimonju)

(2023/C 173/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Bamberg

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

MR

fil-preżenza ta’: Generalstaatsanwaltschaft Bamberg

Dispożittiv

1)

l-eżami tal-ewwel domanda ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 55(1)(b) tal-tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f’Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990 u li daħlet fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 1995, fid-dawl tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2)

L-Artikolu 55(1)(b) tal-tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, moqri flimkien mal-Artikolu 50 u mal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix l-interpretazzjoni mill-qrati ta’ Stat Membru tad-dikjarazzjoni magħmula minn dan tal-aħħar skont l-Artikolu 55(1) ta’ din il-konvenzjoni li abbażi tagħha dan l-Istat Membru ma huwiex marbut bid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 54 tal-imsemmija konvenzjoni, sa fejn jirrigwarda r-reat ta’ formazzjoni ta’ organizzazzjoni kriminali, fejn l-organizzazzjoni kriminali li fiha pparteċipat il-persuna mħarrka tkun wettqet esklussivament reati kontra l-patrimonju, sakemm tali prosekuzzjoni tkun immirata, inkunsiderazzjoni tal-azzjonijiet ta’ dik l-organizzazzjoni, biex tissanzjona theddida għas-sigurtà jew għal interessi oħra li huma essenzjali wkoll tal-imsemmi Stat Membru.


(1)  ĠU C 320, 09.08.2021.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Satu Mare – ir-Rumanija) – Dual Prod SRL vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca – Comisia regională pentru autorizarea operatorilor de produse supuse accizelor armonizate

(Kawża C-412/21 (1), Dual Prod)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dazji tas-sisa - Direttiva 2008/118/KE - Artikolu 16(1) - Awtorizzazzjoni biex wieħed jopera bħala maħżen tat-taxxa ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa - Miżuri ta’ sospensjoni suċċessivi - Natura kriminali - Artikoli 48 u 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Proporzjonalità)

(2023/C 173/05)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Satu Mare

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dual Prod SRL

Konvenut: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca – Comisia regională pentru autorizarea operatorilor de produse supuse accizelor armonizate

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 48(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li awtorizzazzjoni sabiex wieħed jopera bħala maħżen tat-taxxa ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa tista’ tiġi sospiża amministrattivament, sakemm tintemm proċedura kriminali, għas-sempliċi raġuni li d-detentur ta’ din l-awtorizzazzjoni jkun ġie akkużat formalment fil-kuntest ta’ din il-proċedura kriminali, jekk din is-sospensjoni tikkostitwixxi sanzjoni ta’ natura kriminali.

2)

L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li sanzjoni ta’ natura kriminali, minħabba ksur tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa, tiġi imposta fuq persuna ġuridika li tkun diġà kienet is-suġġett, għall-istess fatti, ta’ sanzjoni ta’ natura kriminali li tkun saret definittiva sakemm:

il-possibbiltà li dawn iż-żewġ sanzjonijiet jiġu akkumulati tkun prevista mil-liġi;

il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tippermettix li jitressqu proċeduri u li jiġu ssanzjonati l-istess fatti abbażi tal-istess reat jew sabiex jiġi segwit l-istess għan, iżda tipprevedi biss il-possibbiltà ta’ kumulu ta’ proċeduri u ta’ sanzjonijiet abbażi ta’ leġiżlazzjonijiet differenti;

dawn il-proċeduri u dawn is-sanzjonijiet jkollhom għanijiet komplementari li għandhom bħala skop, skont il-każ, aspetti differenti tal-istess aġir illegali kkonċernat;

jeżistu regoli ċari u preċiżi li jippermettu li jiġi previst liema atti u ommissjonijiet jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kumulu ta’ proċeduri u ta’ sanzjonijiet kif ukoll il-koordinazzjoni bejn id-diversi awtoritajiet, li ż-żewġ proċeduri jkunu tmexxewx b’mod suffiċjentement ikkoordinat u qrib fiż-żmien u li s-sanzjoni imposta, skont il-każ, mal-ewwel proċedura fuq il-livell kronoloġiku tkun ittieħdet inkunsiderazzjoni matul l-evalwazzjoni tat-tieni sanzjoni, b’tali mod li l-piżijiet li jirriżultaw, għall-persuni kkonċernati, minn tali kumulu jkunu limitati għal dak li huwa strettament neċessarju u li s-sanzjonijiet kollha imposti jikkorrispondu għall-gravità tar-reati mwettqa.


(1)  ĠU C 401, 4.10.2021.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – l-Irlanda) – L-eżekuzzjoni ta’ żewġ mandati ta’ arrest Ewropew maħruġa fil-konfront ta’ LU (C-514/21), PH (C-515/21)

(Kawżi Magħquda C-514/21 u C-515/21 (1), Minister for Justice and Equality (Tneħħija tas-sospensjoni) et)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Proċedura ta’ konsenja bejn l-Istati Membri - Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni - Raġunijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva - Artikolu 4a(1) - Mandat maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà - Kunċett ta’ “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni” - Portata - L-ewwel kundanna sospiża - It-tieni kundanna - Assenza tal-persuna kkonċernata fil-kawża - Revoka tas-sospensjoni - Drittijiet tad-difiża - Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Artikolu 6 - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 47 u 48 - Ksur - Konsegwenzi)

(2023/C 173/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

LU (C-514/21), PH (C-515/21)

fil-preżenza ta’: Minister for Justice and Equality

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendat bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 u tal-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

meta s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija tiġi rrevokata, minħabba kundanna kriminali ġdida, u meta jinħareġ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ din il-piena, din il-kundanna kriminali, mogħtija fil-kontumaċja, tikkostitwixxi “deċiżjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Dan ma huwiex il-każ tad-deċiżjoni li tirrevoka s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-piena msemmija.

2)

L-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI, kif emendat bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jawtorizza lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni biex tirrifjuta li tikkonsenja lill-Istat Membru emittenti lill-persuna rikjesta, meta jidher li l-proċedura li wasslet għat-tieni kundanna kriminali ta’ din il-persuna, determinanti għall-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew, seħħet fil-kontumaċja ħlief jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew jinkludi, fir-rigward ta’ din il-proċedura, waħda mill-indikazzjonijiet previsti f’din id-dispożizzjoni (a) sa (d).

3)

Id-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 u tal-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

tipprekludi li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tirrifjuta li tikkonsenja lill-Istat Membru emittenti lill-persuna rikjesta, għar-raġuni li l-proċedura li wasslet għar-revoka tas-sospensjoni li takkumpanja l-piena li ċċaħħad il-libertà li għall-eżekuzzjoni tagħha nħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew twettqet fil-kontumaċja, jew tissuġġetta l-konsenja ta’ din il-persuna għall-garanzija li din tkun tista’ tibbenefika, f’dan l-Istat Membru, minn sentenza jew minn proċedura ta’ appell ġdida li tippermetti l-eżaminazzjoni mill-ġdid ta’ tali deċiżjoni ta’ ċaħda jew tat-tieni kundanna kriminali li ġiet imposta fuqha fil-kontumaċja u li tirriżulta li hija determinanti għall-ħruġ ta’ dan il-mandat.


(1)  ĠU C 119, 14.3.2022.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud. – ir-Repubblika Ċeka) – QT vs 02 Czech Republic a. s.

(Kawża C-574/21, 02 Czech Republic) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Aġenti kummerċjali indipendenti - Direttiva 86/653/KEE - Artikolu 17(2)(a) - Terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija - Dritt tal-aġent kummerċjali għal kumpens - Kundizzjonijiet għall-għoti - Kumpens ekwu - Evalwazzjoni - Kunċett ta’ “kummissjonijiet li l-aġent kummerċjali jitlef” - Kummissjonijiet fuq tranżazzjonijiet futuri - Klijenti ġodda li l-aġent kummerċjali ġab - Klijenti eżistenti li magħhom l-aġent kummerċjali jkun żviluppa n-negozju b’mod sinjifikattiv - Kummissjonijiet ta’ darba)

(2023/C 173/07)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QT

Konvenut: 02 Czech Republic a. s.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-kummissjonijiet li l-aġent kummerċjali kien jirċievi fil-każ tat-tkomplija ipotetika tal-kuntratt ta’ aġenzija, abbażi tat-tranżazzjonijiet li kienu ġew konklużi, wara t-terminazzjoni ta’ dan il-kuntratt ta’ aġenzija, mal-klijenti l-ġodda li huwa jkun ġab lill-prinċipal qabel din it-terminazzjoni jew mal-klijenti li magħhom huwa kien żviluppa n-negozju b’mod sinjifikattiv qabel l-imsemmija terminazzjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-kumpens previst fl-Artikolu 17(2) ta’ din id-direttiva.

2)

L-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 86/653

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-ħlas ta’ kummissjonijiet ta’ darba ma jeskludix mill-kalkolu tal-kumpens, previst f’dan l-Artikolu 17(2), il-kummissjonijiet li l-aġent kummerċjali jitlef u li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet imwettqa mill-prinċipal, wara t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali, mal-klijenti l-ġodda li huwa jkun ġab lill-prinċipal qabel din it-terminazzjoni jew mal-klijenti li magħhom huwa kien żviluppa n-negozju b’mod sinjifikattiv qabel l-imsemmija terminazzjoni, meta dawn il-kummissjonijiet jikkorrispondu għal remunerazzjonijiet fil-forma ta’ somma f’daqqa skont kull kuntratt ġdid konkluż ma’ dawn il-klijenti l-ġodda jew ma’ klijenti eżistenti tal-prinċipal, permezz tal-aġent kummerċjali.


(1)  ĠU C 481, 29.11.2021.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Synidcat Uniclima vs Ministre de l’Intérieur

(Kawża C-653/21 (1), Syndicat Uniclima)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq intern - Armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali dwar il-makkinarji, it-tagħmir elettriku taħt voltaġġ u apparat ta’ pressjoni - Direttiva 2006/42/KE - Direttiva 2014/35/UE - Direttiva 2014/68/UE - “Marka CE” - Impożizzjoni, permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, ta’ rekwiżiti supplimentari għar-rekwiżiti ta’ sigurtà essenzjali previsti minn dawn id-direttivi - Kundizzjonijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tas-sigurtà kontra r-riskji ta’ nirien u ta’ paniku fl-istabbilimenti li jilqgħu l-pubbliku)

(2023/C 173/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Synidcat Uniclima

Konvenut: Ministre de l’Intérieur

Dispożittiv

L-Artikolu 3(2), moqri flimkien mal-punt 31 tal-Artikolu 2 kif ukoll mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, sabiex tipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni fir-rigward tar-riskji ta’ nirien f’postijiet miftuħa għall-pubbliku, timponi fuq l-apparati ta’ pressjoni u fuq l-assemblaġġi li jużaw refriġeranti infjammabbli rekwiżiti li ma jinsabux fost ir-rekwiżiti essenzjali ta’ sigurtà previsti minn din id-direttiva, għall-finijiet tat-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq jew tat-tħaddim ta’ dawn l-apparati u assemblaġġi, minkejja l-fatt li dawn ikollhom il-marka CE.


(1)  ĠU C 37, 24.1.2022


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Booky.fi Oy

(Kawża C-662/21 (1), Booky.fi)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 34 u 36 TFUE - Moviment liberu tal-merkanzija - Miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva - Reġistrazzjonijiet ta’ programmi awdjoviżivi - Bejgħ online - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi klassifikazzjoni ta’ età u ttikkettjar tal-programmi - Protezzjoni tal-minuri - Reġistrazzjonijiet li diġà kienet is-suġġett ta’ klassifikazzjoni u ta’ ttikkettjar fi Stat Membru ieħor - Proporzjonalità)

(2023/C 173/09)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Booky.fi Oy

Fil-preżena ta’: Kansallinen audiovisuaalinen instituutti (KAVI)

Dispożittiv

L-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, bil-għan tal-protezzjoni tal-minuri kontra l-kontenuti awdjoviżivi li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-benesseri tagħhom u għall-iżvilupp tagħhom, teżiġi li l-programmi awdjoviżivi rreġistrati fuq tagħmir fiżiku u kkummerċjalizzati permezz ta’ ħanut online jkunu, minn qabel, is-suġġett ta’ proċedura ta’ kontroll kif ukoll ta’ klassifikazzjoni, skont il-limiti ta’ età, u ta’ ttikkettjar korrispondenti konformement mad-dritt ta’ dan l-Istat Membru, u dan anki meta dawn il-programmi diġà kienu s-suġġett ta’proċedura kif ukoll ta’ klassifikazzjoni u ta’ ttikkettjar analogi b’applikazzjoni tad-dritt ta’ Stat Membru ieħor, dejjem sakemm din il-leġiżlazzjoni tkun xierqa sabiex tiggarantixxi l-ilħuq ta’ dan il-għan u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq.

F’dan ir-rigward, iċ-ċirkustanza li parti mir-reġistrazzjonijiet li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati fl-Istat membru kkonċernat minn Stat Membru ieħor hija eskluża mill kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija leġiżlazzjoni ma hijiex ta’ importanza determinanti, bil-kundizzjoni li tali limitazzjoni ma tikkompromettix l-ilħuq tal-għan imfittex. Lanqas ma huwa ta’ natura determinanti l-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma tipprevedix deroga minn dan ir-rekwiżit meta jista’ jiġi stabbilit li x-xerrej ta’ reġistrazzjoni koperta minn din il-leġiżlazzjoni huwa maġġorenni.


(1)  ĠU C 24, 17.01.2022.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesverwaltungsgericht (Innsbruck) – l-Awstrija – Willy Hermann Service GmbH, DI vs Präsidentin des Landesgerichts Feldkirch

(Kawża C-561/22 (1), Willy Hermann Service)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 2013/34/UE - Artikoli 30 u 51 - Pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji - Sanzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ pubblikazzjoni - Impożizzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità minn qorti ċivili - Proċedura amministrattiva għall-irkupru tal-pagamenti ta’ penali msemmija, li saru definittivi - Regolamenti li jeskludu l-eżami mill-ġdid tal-imsemmija pagamenti ta’ penali minn qorti amministrattiva - Awtorità ta’ res judicata - Prinċipju ta’ effettività - Proporzjonalità)

(2023/C 173/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht (Innsbruck)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Willy Hermann Service GmbH, DI

Konvenut: Präsidentin des Landesgerichts Feldkirch

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li qorti amministrattiva, li tiddeċiedi dwar l-irkupru ta’ pagamenti ta’ penali imposti fuq kumpannija u l-amministratur tagħha minħabba nuqqas ta’ pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali, hija marbuta bid-deċiżjoni tal-qorti ċivili, li tkun saret finali, wara li tkun imponiet dawn il-pagamenti ta’ penali perijodiċi u li tkun iffissat l-ammont tagħhom sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 30 u 51 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE, kif trasposti fid-dritt intern.


(1)  Data tal-preżentata: 24.08.2022


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie (il-Polonja) fil-5 ta’ Frar 2022 – QI vs Santander Bank Polska S.A.

(Kawża C-76/22)

(2023/C 173/11)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QI

Konvenut: Santander Bank Polska S.A..

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1) għandu jiġi interpretat bl-istess mod bħall-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (2), jiġifieri din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dritt tal-konsumatur għat-tnaqqis tal-ispiża totali tal-kreditu ipotekarju fil-każ ta’ rimbors antiċipat tal-kreditu ipotekarju jinkludi l-ispejjeż kollha li jkunu ġew imposti fuq il-konsumatur, inkluża wkoll il-kummissjoni għall-għoti tal-kreditu?

2)

L-obbligu ta’ tnaqqis tal-ispiża totali tal-kreditu ipotekarju fil-każ ta’ rimbors antiċipat tal-kreditu ipotekarju previst fl-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 2014/17 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispiża totali tal-kreditu ipotekarju għandha titnaqqas b’mod proporzjonali għar-relazzjoni tat-tul tat-terminu bejn il-ġurnata ta’ rimbors antiċipat tal-kreditu u l-ġurnata oriġinarjament miftiehma bħala ġurnata ta’ rimbors tal-kreditu mat-tul tat-terminu oriġinarjament miftiehem bejn il-ġurnata għar-rimbors tal-kreditu u l-ġurnata għar-rimbors totali tal-kreditu, jew inkella t-tnaqqis tal-ispiża totali tal-kreditu ipotekarju għandu jkun proporzjonali għat-telf ta’ benefiċċji mistennija mill-kreditur, jiġifieri għar-relazzjoni tal-interessi li kien għad fadal li jitħallsu wara r-rimbors antiċipat tal-kreditu (dovut għat-terminu mill-ġurnata wara r-rimbors totali effettiv sal-ġurnata oriġinarjament miftiehma għar-rimbors totali) mal-interessi dovuti għat-terminu kollu tat-tul tal-kuntratt ta’ kreditu oriġinarjament miftiehem (mill-ġurnata ta’ ħlas tal-kreditu għall-ġurnata miftiehma għar-rimbors totali tal-kreditu)?


(1)  ĠU 2014, L 60, p. 34, u r-rettifika fil-ĠU 2015, L 246, p. 11.

(2)  ĠU 2008, L 133, p. 66, u r-rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, ĠU 2010, L 119, p. 40, ĠU 2011, L 234, p. 46.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/9


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2022 minn Asociación de Delineantes de Hacienda mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-13 ta’ Lulju 2022 fil-Kawża T-280/22, Asociación de Delineantes de Hacienda vs Spanja

(Kawża C-552/22 P)

(2023/C 173/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Asociación de Delineantes de Hacienda (rappreżentant: D. Álvarez Cabrera, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Renju ta’ Spanja

Permezz ta’ digriet tas-17 ta’ Marzu 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament infondat u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/10


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2022 minn Hijos de Moisés Rodríguez González, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fid-29 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-306/20 – Hijos de Moisés Rodríguez González vs EUIPO – L-Irlanda u Ornua (La Irlandesa 1943)

(Kawża C-605/22 P)

(2023/C 173/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Hijos de Moisés Rodríguez González, SA (rappreżentant: J. García Domínguez, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda u Ornua Co-operative Ltd

Permezz ta’ digriet tat-8 ta’ Marzu 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li Hijos de Moisés Rodríguez González għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/10


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2022 minn G-Core Innovations Sàrl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-28 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-454/21, G-Core Innovations vs EUIPO – Coretransform (G CORELABS)

(Kawża C-732/22 P)

(2023/C 173/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: G-Core Innovations Sàrl (rappreżentant: L. Axel Karnøe Søndergaard, advokat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Coretransform

B’digriet tat-23 ta’ Marzu 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ddeċidiet li l-appell ma setax jitkompla u li G-Core Innovations Sàrl għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/10


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2022 minn Primagran sp. z o.o. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-22 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-624/21, Primagran vs EUIPO – Primagaz (prımagran)

(Kawża C-735/22 P)

(2023/C 173/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Primagran sp. z o.o. (rappreżentant E. Jaroszyńska-Kozłowska, radca prawny)

Partijiet oħra fil-proċedura: Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Compagnie des gaz de pétrole Primagaz

Permezz ta’ digriet tal-24 ta’ Marzu 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u li Primagran sp. z o.o għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-20 ta’ Diċembru 2022 – M.S.G. et vs Banco Santander, SA

(Kawża C-775/22, Banco Santander)

(2023/C 173/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M.S.G. et

Konvenut: Banco Santander, SA

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34(1)(a) u (b), flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 53(1) u (3), tal-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(2) u tal-Artikolu 64(4)(b) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, wara l-konverżjoni f’ishma u t-trasferiment sussegwenti tagħhom, mingħajr korrispettiv effettiv, tad-dejn subordinat (strumenti kapitali tal-kategorija 2) maħruġ minn istituzzjoni ta’ kreditu suġġetta għal proċedura ta’ riżoluzzjoni u mhux dovut meta ġiet adottata l-proċedura ta’ riżoluzzjoni, il-persuni li akkwistaw dan id-dejn subordinat qabel il-ftuħ ta’ tali proċedura ta’ riżoluzzjoni jeżerċitaw, fil-konfront ta’ dik l-istituzzjoni jew tal-entità suċċessur tagħha, azzjoni intiża għan-nullità tal-kuntratt ta’ sottoskrizzjoni għal dan id-dejn subordinat, billi jitolbu l-ħlas lura tal-prezz imħallas għas-sottoskrizzjoni għad-dejn subordinat, miżjud bl-interessi akkumulati mid-data tal-konklużjoni tal-imsemmi kuntratt?


(1)  ĠU 2014, L 173, p. 190.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-22 ta’ Diċembru 2022 – M.C.S. vs Banco Santander, SA

(Kawża C-779/22, Banco Santander)

(2023/C 173/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M.C.S.

Konvenut: Banco Santander, SA

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34(1)(a) u (b), moqrija flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 53(1) u (3) u tal-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(2) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kreditu jew id-dritt eventwali li jirriżulta minn kundanna tal-istituzzjoni li ssuċċediet lil Banco Popular bħala konsegwenza tan-nullità tal-akkwist ta’ strument kapitali (ishma privileġġjati), li ġie kkonvertit f’ishma qabel ma ġew adottati l-miżuri ta’ riżoluzzjoni ta’ Banco Popular (7 ta’ Ġunju 2017), jista’ jitqies bħala passiv kopert mill-previżjoni ta’ amortizzament tal-Artikolu 53(3) tad-Direttiva 2014/59, bħala obbligi jew talbiet “li mhumiex dovuti”, b’tali mod li dan id-dritt jew dan il-kreditu jkun skarikat u ma jkunx opponibbli kontra Banco Santander bħala suċċessur ta’ Banco Popular, meta r-rikors li minnu jirriżulta dan l-obbligu jkun ġie ppreżentat wara t-tmiem tal-proċedura ta’ riżoluzzjoni tal-bank?

Jew, għall-kuntrarju, l-imsemmija dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kreditu jew id-dritt iċċitat jikkostitwixxi obbligi “dovuti” (Artikolu 53(3) tad-direttiva) jew “obbligazzjoni diġà dovuta” fil-mument tar-riżoluzzjoni tal-bank (Artikolu 60(2)(b)), u, bħala tali, eskluż mill-effetti tal-iskarikar jew tal-kanċellazzjoni ta’ dawn l-obbligi jew talbiet, anki jekk l-ishma jkunu ġew iddepprezzati u annullati, u, konsegwentement, ikun jista’ jiġi infurzat kontra Banco Santander bħala suċċessur ta’ Banco Popular, inkluż meta r-rikors li minnu tirriżulta din il-kundanna għal kumpens ikun ġie ppreżentat wara t-tmiem tal-proċedura ta’ riżoluzzjoni tal-bank?


(1)  ĠU 2014, L 173, p. 190.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-23 ta’ Diċembru 2022 – FSC vs Banco Santander SA

(Kawża C-794/22, Banco Santander)

(2023/C 173/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FSC

Konvenut: Banco Santander SA

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34(1)(a) u (b), moqrija flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 53(1) u (3) [u] ma’ dawk tal-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(2) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kreditu jew id-dritt eventwali li jirriżulta mill-kundanna għal kumpens imposta fuq l-istituzzjoni li ssuċċediet lil Banco Popular bħala konsegwenza ta’ azzjoni għad-danni dderivata mill-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott finanzjarju (dejn subordinat konvertibbli b’mod obbligatorju f’ishma tal-istess bank), mhux inkluż fost l-istrumenti ta’ kapital addizzjonali li għalihom jagħmlu riferiment il-miżuri ta’ riżoluzzjoni ta’ Banco Popular, li ġew ikkonvertiti f’ishma tal-bank qabel ma ġew adottati l-miżuri ta’ riżoluzzjoni tal-bank (7 ta’ Ġunju 2017), jista’ jitqies bħala passiv kopert mill-previżjoni ta’ amortizzament jew tmiem tal-Artikolu 53(3) tad-Direttiva 2014/59, bħala obbligi jew talbiet “li mhumiex dovuti”, b’tali mod li dan id-dritt jew dan il-kreditu jkun skarikat u ma jkunx opponibbli kontra Banco Santander bħala suċċessur ta’ Banco Popular, meta r-rikors li minnu tirriżulta din il-kundanna għal kumpens ikun ġie ppreżentat wara t-tmiem tal-proċedura ta’ riżoluzzjoni tal-bank?

Jew, għall-kuntrarju, l-imsemmija dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kreditu jew id-dritt iċċitat jikkostitwixxi obbligi jew talbiet “dovuti” – Artikolu 53(3) tad-Direttiva – jew “obbligazzjoni diġà dovuta” fil-mument tar-riżoluzzjoni tal-bank – Artikolu 60(2)(b) – u, bħala tali, eskluż mill-effetti tal-iskarikar jew tal-kanċellazzjoni ta’ dawn l-obbligi jew talbiet u, konsegwentement, ikun jista’ jiġi infurzat kontra Banco Santander bħala suċċessur ta’ Banco Popular, inkluż meta r-rikors li minnu tirriżulta din il-kundanna għal kumpens ikun ġie ppreżentat wara t-tmiem tal-proċedura ta’ riżoluzzjoni tal-bank?


(1)  ĠU 2014, L 173, p. 190.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Bratislava III (is-Slovakkja) fl-24 ta’ Jannar 2023 – NFŠ a.s. vs Slovenská republika, li qiegħda taġixxi permezz tal-Ministerstvo školstva, vedy, výskumu a športu Slovenskej republiky, u Ministerstvo školstva, vedy, výskumu a športu Slovenskej republiky

(Kawża C-28/23, NFŠ)

(2023/C 173/19)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Bratislava III

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NFŠ a.s.

Konvenuti: Slovenská republika, li qiegħda taġixxi permezz tal-Ministerstvo školstva, vedy, výskumu a športu Slovenskej republiky, and Ministerstvo školstva, vedy, výskumu a športu Slovenskej republiky

Domandi preliminari

1)

Kuntratt ta’ sussidju u wegħda ta’ xiri konklużi bejn ministeru (l-Istat) u entità rregolata mid-dritt privat magħżula b’mod mhux kompetittiv, jikkostitwixxu “kuntratt pubbliku għal xogħlijiet” fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2004/18 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1) jew tal-Artikolu 2(6)(c) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (2), sa fejn il-kuntratt ta’ sussidju huwa għajnuna mill-Istat approvata mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE, l-obbligi inklużi fil-kuntratt ta’ sussidju jinkludu obbligu fuq l-Istat li jagħti s-sussidju kif ukoll obbligu fuq l-entità rregolata mid-dritt privat li tibni binja konformement mal-kundizzjonijiet speċifikati mill-ministeru u li tippermetti lil organizzazzjoni sportiva tuża parti minnha, u l-obbligi inklużi fil-wegħda ta’ xiri jinkludu għażla unilaterali favur l-entità rregolata mid-dritt privat li tikkorrispondi għal obbligu għall-Istat li jixtri l-binja mibnija, kont meħud tal-fatt li dawn il-kuntratti jikkostitwixxu qafas ta’ obbligi reċiproki bejn il-ministeru u l-entità rregolata mid-dritt privat, li jippreżentaw rabta materjali u temporali?

2)

L-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2004/18 jew l-Artikolu 2(6)(c) tad-Direttiva 2014/24 jipprekludu leġiżlazzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru skont liema att ġuridiku li, permezz tal-kontenut tiegħu jew tal-għan tiegħu, jikser il-liġi jew jevitaha jew huwa kuntrarju għall-prinċipji aċċettati tal-moralità huwa null b’mod assolut (jiġifieri huwa null ab initio / ex tunc) jekk dan il-ksur tal-liġi jikkonsisti fi ksur gravi tar-regoli fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi?

3)

L-Artikolu 2d(1)(a) u l-Artikolu 2d(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665 tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (3), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru skont liema att ġuridiku li, permezz tal-kontenut tiegħu jew tal-għan tiegħu, jikser il-liġi jew jevitaha jew huwa kuntrarju għall-prinċipji aċċettati tal-moralità huwa null b’mod assolut (jiġifieri huwa null ab initio / ex tunc) meta dan il-ksur tal-liġi jikkonsisti fi ksur gravi (evażjoni) tar-regoli fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, bħal fit-tilwima fil-kawża prinċipali?

4)

L-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2004/18 jew l-Artikolu 2(6)(c) tad-Direttiva 2014/24 għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu r-rikonoxximent ex tunc ta’ effetti legali ta’ wegħda ta’ xiri bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.

(2)  ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246, rettifika fil-ĠU 2016, L 63, p. 44.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/14


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2023 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fis-16 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-469/20, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-40/23 P)

(2023/C 173/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, H. van Vliet, I. Georgiopoulos, rappreżentanti)

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) tas-16 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-469/20, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni;

tiċħad ir-raba’ u l-ħames motiv fil-Kawża T-469/20;

tuża s-setgħa tagħha skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 61(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi l-kawża hija stess u tiddikjara r-rikors infondat fl-intier tiegħu, u

tikkundanna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka aggravju wieħed, magħmul minn żewġ partijiet.

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ikkontestata fl-ewwel istanza (1), (iktar ’il quddiem id-“id-deċiżjoni”) iddikjarat miżura bħala kompatibbli mas-suq intern, mingħajr ma ħadet deċiżjoni finali dwar jekk din il-miżura kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

L-ewwel parti tallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi meta qieset li l-Kummissjoni tista’ toħroġ deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijet fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament 2015/1589 (2) jekk l-ewwel tiddeċiedi dwar jekk il-miżura investigata tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni ssostni li d-diversi metodi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ma jsostnux din il-konklużjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ssostni li s-sentenza appellata tmur kontra l-għan tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jiġi ċċarat b’ħeffa jekk miżuri jkunux kompatibbli mas-suq intern. Fil-fatt, jekk is-sentenza tiġi kkonfermata, dan jista’ jwassal sabiex il-Kummissjoni tkun imġiegħla twettaq investigazzjonijiet li jieħdu ż-żmien u li ma humiex neċessarji dwar jekk miżura speċifika tkoprix l-elementi kollha tal-Artikolu 107(1) TFUE, minkejja l-fatti li hija f’kull każ konvinta li l-miżura hija kompatibbli mas-suq intern.

It-tieni parti ssostni li l-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi meta ddeċidiet li d-deċiżjoni tikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali. Bil-kontra, id-deċiżjoni żiedet iċ-ċertezza legali billi ddikjarat li l-miżura hija kompatibbli mas-suq intern hekk kif il-Kummissjoni waslet għal din il-konklużjoni.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 2998 final tat-12 ta’ Mejju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.54537 (2020/NN) – il-Pajjiżi l-Baxxi, Projbizzjoni tal-faħam għall-produzzjoni tal-elettriku fil-Pajjiżi l-Baxxi.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Frar 2023 – WY vs Laudamotion GmbH, Ryanair DAC

(Kawża C-54/23, Laudamotion u Ryanair)

(2023/C 173/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WY

Konvenuti: Laudamotion GmbH, Ryanair DAC

Domandi preliminari

1)

Dritt għal kumpens għal dewmien ta’ titjira ta’ mill-inqas tliet sigħat, skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), huwa ġeneralment eskluż jekk il-passiġġier, fil-każ ta’ riskju ta’ dewmien twil, jieħu titjira ta’ sostituzzjoni li kien irriżerva huwa stess u għalhekk jilħaq id-destinazzjoni finali tiegħu b’dewmien ta’ inqas minn tliet sigħat, jew dritt għal kumpens jista’ fi kwalunkwe każ jiġi previst f’din is-sitwazzjoni jekk, qabel il-mument li fih il-passiġġier għandu jippreżenta ruħu għal check-in, ikunu diġà jeżistu indizji suffiċjenti u ċerti, li sal-wasla lejn id-destinazzjoni finali kien ser ikun hemm dewmien ta’ mill-inqas tliet sigħat?

2)

Fl-ipoteżi fejn ir-risposta għall-ewwel domanda hija fis-sens ta’ dik tal-aħħar: id-dritt għal kumpens minħabba dewmien tat-titjira ta’ mill-inqas tliet sigħat skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament Nru 261/2004 jippreżupponi, fis-sitwazzjoni msemmija iktar ’il fuq, li l-passiġġier jippreżenta ruħu fil-ħin għal check-in konformement mal-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-2 ta’ Frar 2023 – JH vs Policejní prezidium

(Kawża C-57/23, Policejní prezidium)

(2023/C 173/22)

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JH

Konvenut: Policejní prezidium

Domandi preliminari

1)

X’livell ta’ distinzjoni bejn id-diversi suġġetti tad-data jirrikjedi l-Artikolu 4(1)(c) jew l-Artikolu 6 moqri flimkien mal-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (1)? Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-ġbir ta’ data ġenetika tal-persuni kollha ssuspettati jew suġġetti għal prosekuzzjoni għat-twettiq ta’ reat kriminali intenzjonali, hija kompatibbli mar-rekwiżit ta’ minimizzazzjoni tal-ipproċessar tad-data personali, kif ukoll mal-obbligu li tiġi stabbilita distinzjoni bejn diversi kategoriji ta’ suġġetti tad-data?

2)

Huwa konformi mal-Artikolu 4(1)(e) tad-Direttiva 2016/680 il-fatt li, fid-dawl tal-iskop ġenerali ta’ prevenzjoni, ta’ tfittxija jew ta’ skoperta tar-reati kriminali, il-ħtieġa li jibqa’ jinżamm il-profil tad-DNA tiġi evalwata mis-servizzi tal-pulizija abbażi tal-ħtiġijiet interni tagħhom, li fil-prattika ta’ spiss iwassal sabiex data personali sensittiva tinżamm għal żmien indeterminat fl-assenza ta’ kwalunkwe limitu ta’ żmien massimu ta’ żamma tal-imsemmija data? Fin-negattiv, fid-dawl ta’ liema kriterji għandha, jekk ikun il-każ, tiġi evalwata n-natura proporzjonata ratione temporis taż-żamma tad-data personali miġbura u miżmuma għal dan l-għan?

3)

Fil-każ tad-data personali partikolarment sensittiva li taqa’ taħt l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2016/680, liema huma l-kundizzjonijiet sostantivi jew proċedurali minimi għall-kisba, għaż-żamma u għat-tħassir ta’ din id-data li għandhom ikunu previsti fid-dritt tal-Istat Membru permezz ta’ “dispożizzjoni ta’ portata ġenerali”? Il-ġurisprudenza tista’ hija wkoll ikollha l-kwalità ta’ “liġi tal-Istat Membru” fis-sens tal-Artikolu 8(2), moqri flimkien mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2016/680?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 89, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 6.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 5 de Barcelona (Spanja) fis-6 ta’ Frar 2023 – Pedro Francisco vs Subdelegación del Gobierno en Barcelona

(Kawża C-62/23, Pedro Francisco)

(2023/C 173/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no 5 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pedro Francisco

Konvenut: Subdelegación del Gobierno en Barcelona

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 27 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekords tal-pulizija jistgħu jservu ta’ bażi jew ta’ fundament sabiex jiġi evalwat jekk il-kondotta personali tal-persuna kkonċernata tikkostitwixxix theddida reali, meta l-għan tal-proċedura kriminali huwa li jiġi stabbilit jekk din il-kondotta seħħitx jew le?

2)

Fil-każ li l-ewwel risposta tingħata risposta fl-affermattiv, għandu jiġi kkunsidrat, fid-dawl tal-Artikolu 27 tad-Direttiva 2004/38, li l-awtorità amministrattiva għandha ssemmi espressament u b’mod dettaljat il-fatti li fuqhom huma bbażati dawn ir-rekords tal-pulizija u l-proċeduri ġudizzjarji li nbdew, kif ukoll l-eżitu tagħhom, sabiex jiġi kkonfermat li ma għandhiex quddiemha biss sempliċi preżunzjonijiet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 5 de Barcelona (Spanja) fis-6 ta’ Frar 2023 – Sagrario et vs Subdelegación del Gobierno en Barcelona

(Kawża C-63/23)

(2023/C 173/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 5 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sagrario, Joaquín, Prudencio

Konvenut: Subdelegación del Gobierno en Barcelona

Domandi preliminari

1)

L-aħħar parti tal-Artikolu 15(3) u l-Artikolu 17 tad-Direttiva [tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1)], meta dawn isemmu “ċirkustanzi partikolarment diffiċli”, għandhom awtomatikament jinkludu ċ-ċirkustanzi kollha li fihom huwa kkonċernat minuri u/jew dawk li huma simili għal dawk imsemmija fl-istess Artikolu 15?

2)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix l-għoti ta’ permess ta’ residenza awtonomu li jiggarantixxi li l-membri tal-familja riunifikati ma jibqgħux f’sitwazzjoni ta’ irregolarità amministrattiva, meta jokkorru dawn iċ-ċirkustanzi partikolarment diffiċli, hija konformi mal-aħħar parti tal-Artikolu 15(3) u mal-Artikolu 17 tad-Direttiva?

3)

L-aħħar parti tal-Artikolu 15(3) u l-Artikolu 17 tad-Direttiva jistgħu jiġu interpretati fis-sens li dan id-dritt għal permess awtonomu huwa akkwistat meta l-familja riunifikata tibqa’ mingħajr permess ta’ residenza għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tagħha?

4)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix, qabel ma jiġi rrifjutat it-tiġdid tal-permess ta’ residenza tal-membri tal-familja riunifikati, l-evalwazzjoni neċessarja u obbligatorja taċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 17 tad-Direttiva, hija konformi mal-Artikoli 15(3) u 17 tad-Direttiva?

5)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix li, qabel ir-rifjut ta’ permess ta’ residenza jew tat-tiġdid tiegħu bħala benefiċjarju tar-riunifikazzjoni tal-familja, ikun hemm proċedura speċifika ta’ smigħ tal-minuri, meta l-isponsor ikun ġie rrifjutat il-permess ta’ residenza jew it-tiġdid tiegħu, hija konformi mal-Artikoli 15(3) u 17 tad-Direttiva kif ukoll mal-Artikoli 6(1), u 8(1) u (2) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mal-Artikoli 47, 24, 7 u 33(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali?

6)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix li, qabel ir-rifjut ta’ permess ta’ residenza jew tat-tiġdid tiegħu bħala konjuġi riunifikat, meta l-isponsor ikun ġie rrifjutat il-permess ta’ residenza jew it-tiġdid tiegħu, ikun hemm proċedura li fil-kuntest tagħha l-persuna kkonċernata tkun tista’ tinvoka ċ-ċirkustanzi previsti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva, sabiex titlob li tingħatalha l-possibbiltà li tkompli r-residenza tagħha mingħajr interruzzjoni fil-konfront tas-sitwazzjoni ta’ residenza preċedenti tagħha, hija konformi mal-Artikoli 15(3) u 17 tad-Direttiva kif ukoll mal-Artikoli 6(1) u 8(1) u (2) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mal-Artikoli 47, 24, 7 u 33(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Frar 2023 – MK vs K GmbH

(Kawża C-65/23, K GmbH)

(2023/C 173/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MK

Konvenut: K GmbH

Domandi preliminari

1.

Dispożizzjoni legali nazzjonali li tkun ġiet adottata abbażi tal-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 (1) tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (iktar ’il quddiem ir-“RĠPD”), bħalma huwa l-Artikolu 26(4) tal-Bundesdatenschutzgesetz (il-Liġi Federali dwar il-Protezzjoni tad-Data, iktar ’il quddiem il-“BDSG”), u li tipprovdi li l-ipproċessar ta’ data personali – li tinkludi kategoriji partikolari ta’ data personali – ta’ impjegati għall-finijiet tar-relazzjoni ta’ impjieg hija permissibbli abbażi ta’ ftehimiet kollettivi konformement mal-Artikolu 88(2) tar-RĠPD, għandha tiġi interpretata fis-sens li anki r-rekwiżiti l-oħra tar-RĠPD, bħalma huma dawk previsti fl-Artikolu 5, fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikolu 9(1) u (2) tar-RĠPD, għandhom jiġu osservati f’kull każ?

2.

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Dispożizzjoni nazzjonali legali adottata abbażi tal-Artikolu 88(1) tar-RĠPD, bħalma huwa l-Artikolu 26(4) tal-BDSG, tista’ tiġi interpretata fis-sens li l-partijiet fi ftehim kollettiv (fil-kawża ineżami, il-partijiet fi ftehim ta’ impjieg) għandhom marġni ta’ manuvra fl-evalwazzjoni tal-ħtieġa ta’ pproċessar ta’ data fis-sens tal-Artikolu 5, tal-Artikolu 6(1) u tal-Artikolu 9(1) u (2) tar-RĠPD, li huwa suġġett biss għal stħarriġ ġudizzjarju limitat?

3.

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda:

F’tali każ, għal xiex għandu jkun limitat l-istħarriġ ġudizzjarju?

4.

L-Artikolu 82(1) tar-RĠPD għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna hija intitolata għal kumpens għal dannu morali meta d-data personali tagħha tkun is-suġġett ta’ pproċessar li ma josservax ir-rekwiżiti tar-RĠPD jew id-dritt għal kumpens għal dannu morali jeħtieġ li s-suġġett tad-data jistabbilixxi li ġarrab xi tip ta’ danni morali?

5.

L-Artikolu 82(1) tar-RĠPD huwa ta’ natura preventiva speċjali jew ġenerali u għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont tad-dannu morali li għandu jiġi kkumpensat, abbażi tal-Artikolu 82(1) tar-RĠPD, mill-kontrollur jew mill-proċessur?

6.

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont tad-dannu morali li għandu jiġi kkumpensat abbażi tal-Artikolu 82(1) tar-RĠPD għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-livell ta’ ħtija tal-kontrollur jew tal-proċessur? B’mod partikolari, il-fatt li ma jkunx hemm ħtija jew li jkun hemm livell baxx ta’ ħtija min-naħa tal-kontrollur jew tal-proċessar jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni favur tagħhom?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fis-7 ta’ Frar 2023 – Elliniki Ornithologiki Etaireia, Syllogos Diktyo Oikologikon Organoseon Aigaiou, Perivallontikos Syllogos Rethymnou, Politistikos Syllogos Thronos Kleisidiou, KX et vs Ypourgos Esoterikon, Ypourgos Oikonomikon, Ypourgos Anaptyxis kai Ependyseon, Ypourgos Perivallontos kai Energeias, Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon

(Kawża C-66/23)

(2023/C 173/26)

Lingwa tal-kawża: Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elliniki Ornithologiki Etaireia (Soċjetà Ornitoloġika Ellenika)

Syllogos Diktyo Oikologikon Organoseon Aigaiou (Assoċjazzjoni Network fl-Eġew ta’ Organizzazzjonijiet Ekoloġiċi)

Perivallontikos Syllogos Rethymnou (Assoċjazzjoni għall-Ambjent ta’ Rethymno)

Politistikos Syllogos Thronos Kleisidiou (Assoċjazzjoni Kulturali Thronos Klisidiou)

KX et

Konvenuti: Ypourgos Esoterikon (Ministru tal-Intern)

Ypourgos Oikonomikon (Ministru tal-Ekonomija)

Ypourgos Anaptyxis kai Ependyseon (Ministru tal-Iżvilupp u tal-Investiment)

Ypourgos Perivallontos kai Energeias (Ministru tal-Ambjent u tal-Enerġija)

Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon (Ministru għall-Iżvilupp Agrikolu u għall-Ikel)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (1), flimkien mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawn indikati (fil-motivazzjoni), li jipprevedu li l-miżuri speċjali ta’ protezzjoni, konservazzjoni u ripristinar tal-ispeċi u tal-habitat tal-għasafar selvaġġi fiż-żoni ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS) japplikaw biss għall-“ispeċi kklassifikati”, jiġifieri biss għall-ispeċi ta’ għasafar selvaġġi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE u għall-għasafar migratorji regolarment preżenti ġewwa kull waħda miż-ŻPS li, flimkien mal-kriterji għan-nomina taż-ŻPS li jinsabu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, huma użati bħala indikaturi deċiżivi għan-nomina ta’ territorju bħala ŻPS?

2)

Għall-finijiet ta’ risposta għad-domanda preċedenti huwa rilevanti l-fatt li l-imsemmija miżuri speċjali ta’ protezzjoni, konservazzjoni u ripristinar tal-ispeċi u tal-habitat tal-għasafar selvaġġi fiż-żoni ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS) huma essenzjalment miżuri preventivi bażiċi ta’ protezzjoni (“miżuri ta’ prekawzjoni”) taż-ŻPS, b’applikazzjoni orizzontali, jiġifieri għaż-ŻPS kollha, u li sal-lum ma ġewx adottati, fl-ordinament ġuridiku Grieg, pjanijiet ta’ ġestjoni għal kull ŻPS speċifika, li jiddefinixxu l-għanijiet u l-miżuri neċessarji sabiex tintlaħaq jew tiġi ggarantita l-konservazzjoni sodisfaċenti ta’ kull waħda miż-ŻPS u tal-ispeċi li jgħixu fiha?

3)

Għall-finijiet ta’ risposta għaż-żewġ domandi preċedenti huwa rilevanti l-fatt li, abbażi tal-obbligu ta’ stima ambjentali ta’ proġetti u ta’ attività fis-sens tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (3) u tal-“evalwazzjoni xierqa” msemmija fl-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-ispeċi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE jew l-għasafar migratorji regolarment preżenti f’kull waħda miż-ŻPS ikunu, fl-ambitu ta’ stima tal-effetti fuq l-ambjent ta’ kull wieħed mill-pjanijiet speċifiċi ta’ xogħlijiet pubbliċi jew privati, meħuda inkunsiderazzjoni kollha?

(1)  GU 2010, L 20, p. 7.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.

(3)  GU 2012, L 26, p. 1


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fil-15 ta’ Frar 2023 – Biedrība “Latvijas Informācijas un komunikācijas tehnoloģijas asociācija” vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-87/23, Latvijas Informācijas un komunikācijas tehnoloģijas asociācija)

(2023/C 173/27)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā apgabaltiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Biedrība “Latvijas Informācijas un komunikācijas tehnoloģijas asociācija”

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li organizzazzjoni mingħajr skop ta’ lukru li l-attività tagħha hija intiża għall-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ għajnuna mill-Istat iffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għandha titqies bħala persuna taxxabbli li twettaq attività ekonomika?

2)

L-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li assoċjazzjoni li fir-realtà ma tipprovdix servizz ta’ taħriġ għandha xorta waħda tiġi assimilata mal-fornitur tas-servizz meta s-servizzi jinkisbu mingħand operatur ekonomiku ieħor sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ proġett ta’ għajnuna mill-Istat iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali?

3)

Meta l-fornitur tas-servizz jirċievi biss mingħand id-destinatarju tas-servizz korrispettiv parzjali għas-servizz ipprovdut (30 %) u l-valur residwu tas-servizz jitħallas fil-forma ta’ ħlas tal-għajnuna mingħand il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-korrispettiv taxxabbli huwa, skont l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2006/112, l-ammont totali li l-fornitur tas-servizz jirċievi kemm mingħand id-destinatarju tas-servizz kif ukoll mingħand terz fil-forma ta’ ħlas tal-għajnuna?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335 p. 60.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Groß-Gerau (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Frar 2023 – PU vs SmartSport Reisen GmbH

(Kawża C-108/23, SmartSport Reisen)

(2023/C 173/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Groß-Gerau

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PU

Konvenut: SmartSport Reisen GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jirregola mhux biss il-ġurisdizzjoni internazzjonali, iżda jinkludi wkoll regola li tikkonċerna l-ġurisdizzjoni territorjali tal-qrati nazzjonali dwar kuntratti tal-ivvjaġġar, li għandha tiġi osservata mill-qorti adita, meta kemm il-konsumatur bħala vjaġġatur kif ukoll il-parti kontraenti tiegħu bħala l-operatur turistiku, ikollhom is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru, filwaqt li d-destinazzjoni tal-vjaġġ ma tkunx f’dan l-Istat Membru, iżda barra mill-pajjiż, bil-konsegwenza li l-konsumatur ikun jista’ jinvoka drittijiet kuntrattwali kontra l-operatur turistiku quddiem il-qorti tad-domiċilju tiegħu, flimkien mar-regoli nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/21


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2023 mill-Autoridad Portuaria de Bilbao mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-14 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża T-126/20, Autoridad Portuaria de Bilbao vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-110/23 P)

(2023/C 173/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Autoridad Portuaria de Bilbao (rappreżentanti: D. Sarmiento Ramírez-Escudero u X. Codina García-Andrade, abogados)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali għar-raġunijiet esposti fit-tliet aggravji u tiddikjara li s-sentenza hija vvizzjata bi żball ta’ liġi;

tiddeċiedi fuq il-mertu tal-kawża, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut u l-Artikolu 170 tar-Regoli tal-Proċedura, billi tiddikjara li r-rikors għall-annullament tad-deċiżjonijiet kkontestati quddiem il-Qorti Ġenerali, ippreżentat fl-ewwel istanza mill-Autoridad Portuaria de Bilbao, għandu jintlaqa’,

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Autoridad Portuaria de Bilbao kemm fil-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll f’din il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju:

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija vvizzjata bi żball ta’ liġi peress li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi kkonstatat li l-Exención Fiscal de Bizkaia (l-Eżenzjoni mit-Taxxa ta’ Bizkaia) hija vantaġġ mingħajr ma tevalwaha bħala arranġament kumpless.

Insostenn tal-ewwel aggravju, l-appellanti ssostni li l-motivazzjoni invokata mill-Qorti Ġenerali sabiex tikkonkludi li ma teżisti ebda miżura ta’ natura kumplessa hija bbażata fuq motivi purament formali li jitbiegħdu mill-evalwazzjoni sostantiva rikjesta tal-ġurisprudenza. tal-Qorti tal-Ġustizzja.

It-tieni aggravju:

Is-sentenza hija vvizzjata bi żball ta’ liġi peress li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 107 TFUE tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) u l-ġurisprudenza rilevanti, ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE, l-Artikolu 296 TFUE u l-Artikolu 41 tal-Karta, billi tikkonkludi li l-Kummissjoni ma għandhiex twettaq analiżi sħiħa tad-data disponibbli fejn ikun ċar li hemm benefiċjarju wieħed biss tal-iskema ta’ għajnuna.

Insostenn tat-tieni aggravju, l-appellanti ssostni li huwa paċifiku li entità waħda biss tibbenefika mill-Exención Fiscal de Bizkaia taħt il-liġi Spanjola (Autoridad Portuaria de Bilbao). F’dak il-każ, anki jekk il-miżura tista’ tiġi kkwalifikata bħala “skema ta’ għajnuna” għall-finijiet tar-Regolament 2015/1589, il-Kummissjoni trid twettaq analiżi sħiħa tad-data disponibbli. Dan huwa l-każ skont l-għan oriġinali tal-ġurisprudenza, li tippermetti lill-Kummissjoni li ma twettaqx tali analiżi, interpretata fid-dawl tal-Artikolu 4(3) TUE, l-Artikolu 296 TFUE u l-Artikolu 41 tal-Karta.

It-tielet aggravju:

Is-sentenza hija vvizzjata bi żball ta’ liġi peress li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 108 TFUE u r-Regolament 2015/1589, fid-dawl tal-Artikolu 4(3) TUE, billi kkonstatat li, fil-proċeduri ta’ kooperazzjoni, l-obbligi tal-Kummissjoni huma inqas estensivi minn fi proċeduri ta’ investigazzjoni.

Insostenn tat-tielet aggravju, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali tindika fis-sentenza tagħha, mingħajr ebda ġustifikazzjoni, li fi proċedura ta’ kooperazzjoni taħt l-Artikolu 21 tar-Regolament 2015/1589, l-Istat Membru għandu inqas garanziji milli fi proċedura ta’ investigazzjoni. Fir-rigward ta’ dan l-aggravju, l-appellanti ssostni li kemm il-formulazzjoni tal-Artikoli 21 sa 23 tar-Regolament 2015/1589 kif ukoll ir-rabta mill-qrib bejn l-Artikolu 108 TFUE, li minnu tirriżulta l-proċedura ta’ kooperazzjoni fir-Regolament 2015/1589, kif ukoll il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali fl-Artikolu 4(3) TUE jfissru li l-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru.


(1)  ĠU 2015, L 248, p. 9.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fit-28 ta’ Frar 2023 – Virgilijus Valančius vs Il-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja

(Kawża C-119/23, Valančius)

(2023/C 173/30)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus apygardos administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Virgilijus Valančius

Konvenut: Il-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 254 TFUE, li jipprovdi li jistgħu jintgħażlu bħala membri tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea persuni “li ma jkunx hemm dubbju dwar l-indipendenza tagħhom u li jkollhom il-kapaċità li jeżerċitaw funzjonijiet għolja fil-ġudikatura”, moqri flimkien mal-Artikolu 19(2) TUE, jeżiġi li Stat Membru jagħżel lil kandidat għall-funzjoni ta’ mħallef tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea b’mod esklużiv abbażi ta’ kriterji professjonali?

2)

Prassi nazzjonali, bħal dik inkwistjoni f’din il-kawża, fejn il-Gvern ta’ Stat Membru, responsabbli għall-proposta ta’ kandidat għall-funzjonijiet ta’ mħallef tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, jaħtar, sabiex jiżgura t-trasparenza tal-għażla ta’ dan il-kandidat, grupp ta’ evalwazzjoni tal-kandidati kompost minn esperti indipendenti – liema kumitat, abbażi ta’ kriterji ta’ għażla ċari u stabbiliti bil-quddiem u wara intervista mal-kandidati kollha, jistabbilixxi lista ta’ mertu u, kif tipprovdi proċedura stabbilita bil-quddiem, jippreżenta lill-Gvern l-isem tal-kandidat li kiseb l-aħjar evalwazzjoni f’dak li jikkonċerna l-kapaċitajiet u l-kompetenzi professjonali tiegħu –, iżda l-Gvern jipproponi għall-funzjonijiet ta’ mħallef tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea mhux lill-kandidat imniżżel l-ewwel fil-lista ta’ mertu iżda lil kandidat ieħor, hija kompatibbli mar-rekwiżit li l-imħallef joffri l-garanziji kollha ta’ indipendenza kif ukoll mal-kundizzjonijiet l-oħra ta’ aċċess għall-funzjonijiet bħala mħallef stabbiliti fl-Artikolu 254 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 19(2) TFUE, bl-għarfien li l-Imħallef innominat b’mod li jista’ jkun illegali jista’ jinfluwenza d-deċiżjonijiet li tadotta l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea?


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fl-1 ta’ Marzu 2023 – Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite vs “Legafact” EOOD

(Kawża C-122/23, Legfact)

(2023/C 173/31)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

Konvenut:“Legafact” EOOD

Domandi preliminari

1.

Dispożizzjoni legali nazzjonali li, fil-każ ta’ eżenzjoni taħt il-Kapitolu 1 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), tittratta b’mod differenti lill-persuni taxxabbli skont il-ħeffa li biha jilħqu l-livell ta’ dħul mill-bejgħ meħtieġ għar-reġistrazzjoni obbligatorja għall-finijiet tal-VAT, tmur kontra l-prinċipji tas-sistema komuni tal-VAT tal-Unjoni Ewropea?

2.

Id-Direttiva 2006/112 tippermetti dispożizzjoni legali nazzjonali li tipprovdi li n-natura eżentata ta’ provvista taħt il-Kapitolu I tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112 tiddependi mit-twettiq fit-terminu previst tal-obbligu tal-fornitur li jippreżenta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni obbligatorja għall-finijiet tal-VAT?

3.

Abbażi ta’ liema kriterji, li jirriżultaw mill-interpretazzjoni tad-Direttiva 2006/112, għandu jiġi evalwat jekk id-dispożizzjoni legali nazzjonali msemmija, li tipprevedi t-tnissil ta’ obbligu fiskali fil-każ li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni obbligatorja għall-finijiet tal-VAT tiġi ppreżentata tard, għandhiex in-natura ta’ sanzjoni?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Marzu 2023 – Müller Reisen GmbH vs Stadt Olsberg

(Kawża C-128/23, Müller Reisen)

(2023/C 173/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent quddiem il-Vergabekammer Westfalen u quddiem il-qorti tar-rinviju: Müller Reisen GmbH

Konvenut quddiem il-Vergabekammer Westfalen u quddiem il-qorti tar-rinviju: Stadt Olsberg

Parti oħra fil-kawża: Tuschen Transporte

Domanda preliminari

L-Artikolu 32(2)(c) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1) għandu, fid-dawl tal-Artikolu 14 TFUE, jiġi interpretat b’mod restrittiv fis-sens li kuntratt pubbliku għal servizzi ta’ interess ġenerali jista’, f’każ ta’ urġenza kbira, jingħata skont proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, anki jekk l-avveniment kien prevedibbli għall-awtorità kontraenti u ċ-ċirkustanzi invokati għall-ġustifikazzjoni tal-urġenza kbira huma attribwibbli lilha?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 65.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/24


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-165/23)

(2023/C 173/33)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Koleva u C. Hermes, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Motivi u argumenti prinċipali

Din il-kawża tikkonċerna n-nuqqas tar-Repubblika tal-Bulgarija li twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(2) u (5) u taħt l-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”).

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament, ir-Repubblika tal-Bulgarija kellha sat-13 ta’ Jannar 2018 sabiex tistabbilixxi sistema għas-sorveljanza ta’ speċi aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni jew sabiex tinkludi din is-sistema fis-sistema eżistenti tagħha, liema sistema għandha tiġbor u tirreġistra data dwar l-okkorrenza fl-ambjent ta’ speċi aljeni invażivi permezz ta’ teħid ta’ kampjuni, ta’ monitoraġġ jew ta’ proċeduri oħra bil-għan li jiġi impedit it-tixrid ta’ speċi aljeni invażivi fl-Unjoni. Is-sistema ta’ sorveljanza għandha tissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament.

Skont l-Artikolu 13(2) u (5) tar-Regolament, ir-Repubblika tal-Bulgarija kellha sat-13 ta’ Lulju 2019 sabiex tistabbilixxi u timplimenta pjan ta’ azzjoni uniku jew sett ta’ pjanijiet ta’ azzjoni u sabiex tikkomunika dan il-pjan jew dan is-sett ta’ pjanijiet lill-Kummissjoni.

Ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi hawnhekk imsemmija.

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi naqset milli tistabbilixxi (jew billi naqset milli tinkludi fis-sistema eżistenti tagħha) sistema għas-sorveljanza ta’ speċi aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni, liema sistema għandha tinkludi l-informazzjoni kollha prevista fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament;

tikkonstata li, billi naqset milli tistabbilixxi u timplimenta pjan ta’ azzjoni uniku jew sett ta’ pjanijiet ta’ azzjoni u billi naqset milli tikkomunika dan il-pjan jew dan is-sett ta’ pjanijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(2) u (5) tar-Regolament;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Bulgarija għall-ispejjeż tal-kawża.


(1)  ĠU 2014, L 317, p. 35.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/25


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-167/23)

(2023/C 173/34)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u C. Hermes)

Konvenut: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi stabbilita sistema ta’ sorveljanza tal-ispeċi aljeni invażivi ta’ rilevanza għall-Unjoni kif ukoll sabiex jiġu adottati, implementati u mibgħuta pjanijiet ta’ azzjoni sabiex jiġu ttrattati t-toroq prijoritarji f’relazzjoni mal-introduzzjoni u mat-tixrid aċċidentali ta’ speċi aljeni invażivi, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(1) u (2) tal-Artikolu 13(2) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 (1),

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra li r-Repubblika Ellenika għadha ma stabbilitx (u lanqas ma inkorporat fis-sistema eżistenti tagħha) sistema ta’ sorveljanza tal-ispeċi aljeni invażivi ta’ rilevanza għall-Unjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1142/2014. Fl-assenza ta’ sistema ta’ sorveljanza, ir-Repubblika Ellenika barra minn hekk ma osservatx ir-rekwiżiti essenzjali li tali sistema ta’ sorveljanza għandha tissoddisfa skont l-Artikolu 14(2) tar-regolament inkwistjoni.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea tqis li r-Repubblika Ellenika ma stabbilitx u lanqas ma implimentat pjan ta’ azzjoni jew serje ta’ pjanijiet ta’ azzjoni u li ma bagħtithomx mingħajr dewmien lill-Kummissjoni. Għaldaqstant, il-Greċja ma kkonformatx mal-Artikolu 13(2) u (5) tal-imsemmi regolament.

Għal dawn ir-raġunijiet, ir-Repubblika Ellenika kisret l-Artikolu 14(1) u (2) u l-Artikolu 13(2) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, kif ukoll it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (GU 2014, L 317, p. 35).


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/25


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs l-Irlanda

(Kawża C-172/23)

(2023/C 173/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u E. Sanfrutos Cano, aġenti)

Konvenut: L-Irlanda

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

Tikkonstata li l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 13(2) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (1) peress li naqset milli tistabbilixxi u timplimenta pjanijiet ta’ azzjoni għad-direzzjonijiet prijoritarji kollha identifikati u li tikkomunikahom lill-Kummissjoni mingħajr dewmien;

tikkundanna lil l-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 13(2) u (5) tar-Regolament 1143/2014, l-Irlanda kellha tliet snin mill-adozzjoni tal-lista tal-Unjoni sabiex tistabbilixxi, timplimenta u tikkomunika lill-Kummissjoni pjanijiet ta’ azzjoni li jindirizzaw id-direzzjonijiet prijoritarji tal-introduzzjoni u t-tixrid mhux intenzjonali ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament 1143/2014. Il-Kummissjoni kienet adottat il-lista tal-Unjoni indikata fl-Artikolu 13 tar-Regolament 1143/2104 fit-13 ta’ Lulju 2016 u għaldaqstant it-terminu ta’ tliet snin skada fit-13 ta’ Lulju 2019.

L-Irlanda identifikat tliet direzzjonijiet prijoritarji (is-sajd, l-isport nawtiku u t-trasport tal-materjal tal-ħabitat) skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament.

Madankollu, l-Irlanda stabbilixxiet u kkomunikat lill-Kummissjoni pjanijiet ta’ azzjoni biss għal żewġ direzzjonijiet prijoritarji, mit-tlieta identifikati.


(1)  ĠU 2014, L 317, p. 35.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/26


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-180/23)

(2023/C 173/36)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Triantafyllou u P. Messina, agenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tikkonstata li, billi ma kkonkludietx u ma ppubblikatx ftehim kuntrattwali bejn l-awtoritajiet Griegi u l-Organismos Sidirodromon Ellados (l-Organizzazzjoni tal-Ferroviji tal-Greċja, OSE), il-ġestjonarju tal-infrastruttura Ellenika, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 30(2) u (6) tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni) (1), ikkunsidrat flimkien mal-Anness V tagħha; u

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Ellenika ma kkonkludietx mal-ġestjonarju tal-infrastruttura (l-OSE) il-ftehim previst dwar l-infrastruttura tal-ferroviji li huwa previst fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2012/34. Issa, dan il-ftehim kellu jkun konkluż għas-16 ta’ Ġunju 2015 (Artikolu 64 tad-Direttiva) u josserva l-elementi kollha elenkati fl-Anness V.


(1)  ĠU 2012, L 343, p. 32, rettifiki fil-ĠU 2015, L 67, p. 32 u fil-ĠU 2015, L 196, p. 67.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/27


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta

(Kawża C-181/23)

(2023/C 173/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ladenburger, E. Montaguti, J. Tomkin, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika ta’ Malta

Talbiet

tikkonstata li bl-istabbiliment u bl-implimentazzjoni ta’ programm istituzzjonalizzat bħall-akkwist tan-nazzjonalità Maltija permezz ta’ naturalizzazzjoni għal servizzi eċċezzjonali permezz ta’ investiment dirett abbażi tal-Artikolu 10(9) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija kif emendat bl-Att tal-2020 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Emenda Nru 2), u r-Regolamenti dwar l-għoti ta’ ċittadinanza għal servizzi eċċezzjonali, tal-2020, li joffri naturalizzazzjoni fin-nuqqas ta’ rabta reali tal-applikanti mal-pajjiż, inkambju għal ħlasijiet jew għal investimenti predeterminati, ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 20 TFUE u l-Artikolu 4(3) TUE;

tikkundanna lil Ir-Repubblika ta’ Malta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Wara emenda għall-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija f’Novembru 2013, Malta introduċiet l-ewwel programm tagħha ta’ ċittadinanza permezz ta’ investiment fl-2014.

L-iskema tal-2014 ġiet sussegwentement issostitwita fl-2020 mill-programm ta’ “Ċittadinanza Maltija permezz ta’ Naturalizzazzjoni għal Servizzi Eċċezzjonali b’Investiment Dirett”. L-iskema l-ġdida ġiet stabbilita mill-Att tal-2020 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Emenda Nru 2) u mir-Regolamenti dwar l-għoti ta’ ċittadinanza għal servizzi eċċezzjonali, tal-2020.

Il-liġi tal-Unjoni tipprekludi skemi nazzjonali ta’ ċittadinanza permezz ta’ investiment li jippermettu l-għoti sistematiku ta’ ċittadinanza ta’ Stat Membru inkambju għal ħlasijiet jew investimenti predeterminati fin-nuqqas ta’ rekwiżit ta’ rabta ġenwina bejn l-Istat u l-individwi kkonċernati.

Il-Kummissjoni tqis li l-iskema taċ-Ċittadinanza Maltija permezz ta’ Naturalizzazzjoni għal Servizzi Eċċezzjonali b’Investiment Dirett (2020) tikkostitwixxi tali skema illegali ta’ ċittadinanza permezz ta’ investiment. Billi stabbilixxiet u żammet tali skema, Malta tikkomprometti u timmina l-essenza tal-integrità taċ-ċittadinanza tal-Unjoni bi ksur tal-Artikolu 20 TFUE u bi ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/27


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-191/23)

(2023/C 173/38)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: C. Hermes, L. Santiago de Albuquerque, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li r-Repubblika Portugiża ma wettqitx l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(2) u (5) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1143/2014 tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (1), sa fejn la ħolqot u lanqas applikat pjanijiet ta’ azzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament, u sa fejn lanqas ma bagħtithom lill-Kummissjoni fit-terminu ta’ żmien mogħti.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 13(2) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2104, ir-Repubblika Portugiża kellha tliet snin, mid-data tal-adozzjoni tal-lista ta’ speċi aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni (il-“lista tal-Unjoni”), biex toħloq, tapplika u tibgħat lill-Kummissjoni pjanijiet ta’ azzjoni biex jindirizzaw id-direzzjonijiet prijoritarji ta’ introduzzjoni u ta’ tixrid ta’ dawn l-ispeċi fit-territorju u fl-ibħra tagħha.

Ir-Repubblika Portugiża identifikat ħdax-il direzzjoni prijoritarja, koperti b’seba’ proposti ta’ pjanijiet ta’ azzjoni.

Barra minn hekk, ir-Repubblika Portugiża ma indikatx id-data prevista ta’ konklużjoni u ta’ approvazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet, u lanqas ma bagħtithom lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU 2014, L 317, p. 35.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/28


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Latvja

(Kawża C-192/23)

(2023/C 173/39)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u I. Naglis, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika tal-Latvja

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika tal-Latvja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(2) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (1), billi ma stabbilixxitx u ma applikatx pjanijiet ta’ azzjoni għat-toroq prijoritarji ta’ introduzzjoni ddefiniti, kif ukoll billi ma bagħtithomx mingħajr dewmien lill-Kummissjoni.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Latvja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

B’konformità mal-Artikolu 13(2) u (5) tar-Regolament Nru 1143/2014, ir-Repubblika tal-Latvja kellha terminu ta’ tliet snin, sa mill-adozzjoni tal-lista tal-Unjoni, sabiex tistabbilixxi, tapplika u tibgħat lill-Kummissjoni serje ta’ pjanijiet ta’ azzjoni għat-toroq prijoritarji mhux intenzjonali ta’ introduzzjoni u tixrid ta’ speċi aljeni invażivi li huma preokkupanti għall-Unjoni, iddefiniti skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1143/2014. Il-Kummissjoni adottat il-lista msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1143/2014 fit-13 ta’ Lulju 2016 jiġifieri t-terminu ta’ tliet snin skada fit-13 ta’ Lulju 2019.

Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament, il-Latvja identifikat tal-inqas ħames toroq prijoritarji (toroq ortikoli, ta’ introduzzjoni sekondarja u akwarji, għall-pjanti, u toroq ta’ introduzzjoni sekondarja u ta’ ħarba minn faċilitajiet ikkonfinati, għall-annimali).

Barra minn hekk, il-Latvja stabbiliet u bagħtet lill-Kummissjoni pjanijiet ta’ azzjoni biss għal waħda minn dawn it-toroq prijoritarji ddefiniti.


(1)  ĠU 2014, L 317, p. 35.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/29


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-193/23)

(2023/C 173/40)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u G. Gattinara, aġenti)

Konvenut: ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi ma elaboratx u implimentatx pjan uniku jew serje ta’ pjanijiet ta’ azzjoni biex titratta l-vetturi prijoritarji ta’ speċijiet aljeni invażivi u billi ma ttrażmettietx jew ittrażmettiethom b’dewmien lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi imposti mill-Artikolu 13(2) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (1);

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

B’motiv uniku tar-rikors, il-Kummissjoni ssostni li, billi ma elaboratx u implimentatx pjan uniku jew serje ta’ pjanijiet ta’ azzjoni biex titratta l-vetturi prijoritarji ta’ speċijiet aljeni invażivi u billi ma ttrażmettietx jew ittrażmettiethom b’dewmien lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi imposti mill-Artikolu 13(2) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi.

B’mod partikolari, fid-data tal-iskadenza tat-terminu indikat fl-opinjoni motivata, jiġifieri d-9 ta’ April 2022, il-konvenuta ma elaboratx u ma implimentatx pjan uniku jew serje ta’ pjanijiet ta’ azzjoni biex titratta l-vetturi prijoritarji ta’ speċijiet aljeni invażivi skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament, u lanqas ma kkomunikat mingħajr dewmien tali pjan jew tali serje ta’ pjanijiet skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament.


(1)  ĠU 2014, L 317, p. 35.


Il-Qorti Ġenerali

15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/30


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2023 – ABLV Bank vs BĊE

(Kawża T-100/23)

(2023/C 173/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ABLV Bank (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tat-8 ta’ Diċembru 2022 fir-rigward tar-rikorrenti li permezz tagħha l-BĊE ċaħad it-talba tar-rikorrenti għal aċċess għal dokumenti tal-BĊE skont ir-regoli dwar aċċess pubbliku għal dokumenti;

Tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-lista ta’ dokumenti pprovduta mill-konvenut fid-deċiżjoni kkontestata kienet manifestament inkompleta.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni l-BĊE irrefera lir-rikorrenti b’mod illegali għas-sit internet tal-awtoritajiet ta’ pajjiż terz, minflok ma żvela d-dokument rilevanti fil-pussess tiegħu stess.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut b’mod illegali rrifjuta aċċess għal seba’ dokumenti.

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenut ma pprovdiex motivizzjoni speċifika għar-rifjut ta’ aċċess fir-rigward ta’ kull wieħed mid-dokumenti, li l-konvenut interpreta u applika b’mod żbaljat il-kunċett ta’ “informazzjoni li hija protetta bil-liġi tal-Unjoni”, skont l-Artikolu 4(1)(ċ) tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Marzu 2004 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew, (1) li l-BĊE interpreta u applika b’mod żbaljat l-eċċezzjoni ta’ interessi kummerċjali fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-imsemmija Deċiżjoni tal-BĊE, li l-BĊE naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-interess pubbliku fl-iżvelar u li l-BĊE bbaża ruħu b’mod żbaljat fuq il-protezzjoni ta’ dokumenti intiżi għal użu intern jew għal konsultazzjonijiet preliminari mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, skont l-Artikolu 4(3) tal-imsemmija Deċiżjoni tal-BĊE, u ma pprovdiex motivazzjoni suffiċjenti f’dan ir-rigward.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-BĊE naqas milli jagħti aċċess għall-fajl.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut b’mod illegali u mingħajr ebda bażi legali, waqqaf l-ipproċessar ta’ parti mit-talba għal aċċess.


(1)  Deċiżjoni 2004/258/KE (ECB/2004/3) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 5, p. 51).


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/31


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2023 – Kargins vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-110/23)

(2023/C 173/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rems Kargins (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ddatata 12 ta’ Diċembru 2022 u rċevuta fis-16 ta’ Diċembru 2022 fir-rigward tar-rikorrent li biha l-Kummissjoni ċaħdet it-talba tar-rikorrent għal aċċess għad-dokumenti skont ir-regoli li jirregolaw l-aċċess pubbliku għal dokumenti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-lista ta’ dokumenti pprovdut mill-konvenuta fid-deċiżjoni kkontestata hija manifestament inkompleta.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta redattat b’mod illeġittimu partijiet sinjifikattivi tad-dokumenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta ċaħdet l-aċċess għal erbatax-il dokument u li għamlet hekk abbażi ta’ interpretazzjoni żbaljata u applikazzjoni tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament 1049/2001 (1) fir-rigward tad-djufija potenzjali tal-proċedura ġudizzjarja.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-pożizzjoni tal-konvenuta fir-rigward ta’ interess pubbliku potenzjalment prevalenti hija vvizzjati minn numru ta’ difetti inkluż, inter alia, li l-konvenuta ma rreferitx għal xi dannu fl-iżvelar, li ma kkunsidratx is-sinjifikat politiku u ekonomiku ta’ dan il-każ, u li ma kkunsidratx l-interess pubbliku fl-abbiltà li tevalwa d-differenza bejn ittra leġittima amicus curiae u interferenza illeġittima mill-Kummissjoni mal-amministrazzjoni tal-ġustizzja fi Stat Membru, billi tindika lill-qorti nazzjonali responsabbli li tisma’ l-appell konsegwenzi avversi għall-Istat Membru kkonċernat bħala riżultat ta’ azzjoni avversa meħuda mill-Kummissjoni jekk id-deċiżjoni tal-qrati inferjuri ma tinqalibx.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset milli tagħti aċċess lir-rikorrent għal fajl.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li, billi toħroġ id-deċiżjoni kkontestata lir-rikorrent kważi sena wara li l-applikazzjoni konfermatorja ntbagħtet, id-data tal-iskadenza skont l-Artikolu 8(1) u (2) nqabżet b’mod tant egreġjuż li tikkostitwixxi ċaħda ta’ aċċess fiż-żmien rilevanti.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/31


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2023 – Debreceni Egyetem vs Il-Kunsill

(Kawża T-115/23)

(2023/C 173/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Debreceni Egyetem (Debrecen, l-Ungerija) (rappreżentanti: J. Rausch u Á. Papp, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, tannulla, b’effetti ex tunc, jiġifieri, retroattivament sa mid-data tal-adozzjoni tiegħu, l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2506 (1) tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni mill-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Ungerija, u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka dsatax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2 TUE

Ksur tal-Istat tad-dritt u tal-ġustizzja: l-istabbilimenti tal-edukazzjoni miżmuma minn trust ta’ interess pubbliku ma pparteċipawx fil-proċedura preċedenti għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni u huma ssanzjonati b’konsegwenza ta’ atti leġiżlattivi adottati mil-leġiżlatur Ungeriż.

Ksur taċ-ċertezza legali u taċ-ċarezza tar-regoli: sa fejn il-kategorija ta’ persuni li qegħdin jiġu akkużati b’kunflitt ta’ interessi, jiġifieri, l-“eżekuttivi politiċi għolja”, ma hijiex kunċett preċiż, din tiġġenera interpretazzjonijiet arbitrarji u applikazzjoni tad-dritt li tista’ tagħti lok għal abbużi.

Ksur tal-ugwaljanza u nuqqas ta’ osservanza tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni: id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tiddiskrimina kontra l-istabbilimenti tal-edukazzjoni Ungeriżi miżmuma minn trust ta’ interess pubbliku meta mqabbla ma stabbilimenti oħra li joperaw skont mudell ieħor ta’ sostenn.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4 TUE

Nuqqas ta’ osservanza tal-projbizzjoni ta’ ċaħda ta’ kompetenzi: l-edukazzjoni u r-riċerka xjentifika – u, għaldaqstant, il-garanzija ta’ funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u d-definizzjoni tal-kuntest li fih joperaw – jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri, kompetenza li minnha qiegħdha tiġi mċaħħda l-Ungerija permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni peress li hemm interferenza diretta fil-funzjonament tal-istabbilimenti tal-edukazzjoni Ungeriżi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4 TUE

Ksur tas-sussidjarjetà: id-Deċiżjoni tippermetti li sanzjonijiet pekunjarji jiġu imposti direttament fuq entitajiet ġuridiċi li huma differenti mid-destinatarju tagħha, mingħajr ebda eżami minn qabel dwar jekk l-Ungerija tinsabx f’pożizzjoni li tipproteġi b’mod suffiċjenti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.

Ksur tal-proporzjonalità: is-sospensjoni tal-pagamenti hija ritaljazzjoni finanzjarja li tant hija serja li l-applikazzjoni tagħha hija ġġustifikata biss fil-każ ta’ ksur manifest u immedjat ta’ drittijiet; barra minn hekk, din għandha effetti li jtulu fiż-żmien.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7 TUE

Nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-effetti: ma ttieħdux inkunsiderazzjoni l-eventwali konsegwenzi fuq id-drittijiet u l-obbligi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 9 TUE

Ksur tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tal-Unjoni: il-persuni leżi mill-miżura huma dawk l-għalliema, ir-riċerkaturi u l-istudenti li ppreżentaw it-talbiet korrispondenti, sa fejn is-sospensjoni tal-pagamenti fil-konfront tagħhom tagħmilha impossibbli li dawn iwettqu l-attivitajiet ta’ studju jew ta’ tagħlim u riċerka rispettivi tagħhom.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 11 TUE

La kien hemm konsultazzjonijiet mal-istabbilimenti tal-edukazzjoni għolja miżmuma minn trust ta’ interess pubbliku u lanqas mal-istudenti, mal-għalliema, mar-riċerkaturi u mas-soċji ta’ dawn l-istabbilimenti.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2 TFUE

It-TFUE ma ttrasferixxiex lill-Unjoni l-kompetenzi fil-kuntest tal-politika fil-qasam tal-edukazzjoni u tar-riċerka xjentifika li ġew eżerċitati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 9 TFUE

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni ma twassalx għal livell għoli ta’ edukazzjoni u taħriġ; barra minn hekk, fit-tul, tikkawża effetti sfavorevoli fil-qasam akkademiku, xjentifiku u ta’ taħriġ għall-istudenti, għall-għalliem u għar-riċerkaturi tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Ungeriżi miżmuma minn fondazzjonijiet.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 56 TFUE

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tillimita d-drittijiet ta’ dawk iċ-ċittadini tal-Unjoni li ma humiex ċittadini Ungeriżi (studenti, għalliema, riċerkaturi) li jiżvolġu l-attività tagħhom fiċ-ċentri tal-edukazzjoni Ungeriżi miżmuma minn trust ta’ interess pubbliku.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 67 TFUE

Permezz tal-irtirar tal-fondi, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tirrendi impossibbli l-funzjonament taċ-ċentri miżmuma minn trust ta’ interess pubbliku u tirrappreżenta attakk fuq il-kuntest ġuridiku li fih joperaw l-imsemmija ċentri, jiġifieri, indirettament, fuq is-sistema legali awtonoma (differenti) Ungeriża u fuq it-tradizzjonijiet legali tal-Ungerija.

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 120 TFUE

L-effetti diskriminatorji u sproporzjonati tal-miżura huma manifesti u joħolqu wkoll żvantaġġ kompetittiv mhux iġġustifikat għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja li joperaw fil-forma ta’ trust ta’ interess pubbliku.

12.

It-tnax-il motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 124 TFUE

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni ssospendiet il-fondi fir-rigward ta’ diversi destinatarji u fil-frattemp allokathom lil entitajiet oħra.

13.

It-tletax-il motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 165 TFUE

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni ma tikkontribwixxix għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni ta’ kwalità, iżda fil-verità tikkawżalha danni gravi u tqiegħdha f’diffikultà.

14.

L-erbatax-il motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 179 TFUE

L-irtirar tal-fondi tal-programm ta’ kooperazzjoni u ta’ skambju edukattiv Erasmus+ u tal-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni Horizon Europe jippreżupponi ostaklu ċar kemm għall-moviment liberu tar-riċerkaturi, tal-għarfien xjentifiku u tat-teknoloġiji kif ukoll għall-iżvilupp tal-kompetittività tagħhom.

15.

Il-ħmistax-il motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 13 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamenti tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”)

Effett evidenti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni hija l-bidla fil-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Ungeriżi li joperaw skont il-mudell il-ġdid.

16.

Is-sittax-il motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2 TUE

Fl-opinjoni tar-rikorrenti, il-kunflitt ta’ interessi li jservi ta’ bażi u ta’ motivazzjoni għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni ma jeżistix.

17.

Is-sbatax-il motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 48 tal-Karta

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tissanzjona direttament lir-rikorrenti meta, fil-każ tagħha, ma jeżistix il-kunflitt ta’ interessi politiċi invokat bħala ġustifikazzjoni tas-sanzjoni, u dan jippreżupponi ksur gravi u manifest tal-preżunzjoni ta’ innoċenza.

18.

It-tmintax-il motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52 tal-Karta

Peress li, fil-każ tar-rikorrenti, de facto ma jeżistix kunflitt ta’ interessi politiċi, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tikser ir-rekwiżiti ta’ neċessità partikolari u ta’ proporzjonalità.

19.

Id-dsatax-il motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament ta’ Awtorizzazzjoni (2)

Il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni mingħajr ma eżamina, fuq il-mertu u speċifikament, l-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interessi politiċi li jikkostitwixxi l-bażi tal-imsemmija deċiżjoni.


(1)  ĠU 2022, L 325, p. 94.

(2)  Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU 2020, L 433, p. 1).


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/34


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2023 – Synapsa Med vs EUIPO – Gravity Products (Gravity)

(Kawża T-125/23)

(2023/C 173/44)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Synapsa Med sp. z o.o. (Jelcz Laskowice, il-Polonja) (rappreżentant: G. Kuchta, radca prawny)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gravity Products LLC (New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Gravity” – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 982 729

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 923/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tbiddel id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2023 billi tilqa’ l-appell mid-deċiżjoni tal-11 ta’ April 2022 li tiddikjara t-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GRAVITY ZTUE-017982729 bħala invalida u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 945(1) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2017/1001 kif ukoll tal-Artikolu 7(2) u (3) u tal-Artikoli 16 u 17(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikoli 60(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2017/1001.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/35


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2023 – Vintae Luxury Wine Specialists vs EUIPO – Grande Vitae (vintae)

(Kawża T-136/23)

(2023/C 173/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Vintae Luxury Wine Specialists SLU (Logroño, Spanja) (rappreżentanti: L. Broschat García u L. Polo Flores, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grande Vitae GmbH (Delmenhorst, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “vintae” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 851 092

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 2238/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO sabiex tiddikjara t-trade mark kontenzjuża valida fir-rigward ta’ prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 33 u 35;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, Grande Vitae GmbH, għall-ispejjeż kollha sostnuti fil-kuntest tat-tilwima quddiem il-Qorti Ġenerali, inkluż dik relatata mal-proċedimenti quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

ksur tal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/35


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2023 – Kirov vs EUIPO – Pasticceria Cristiani (CRISTIANI)

(Kawża T-149/23)

(2023/C 173/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Georgi Kirov (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: J. Matzner, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pasticceria Cristiani Sas di Sergio Cristiani & C. (Livorno, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “CRISTIANI” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 498 381

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 835/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjent għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/36


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2023 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-156/23)

(2023/C 173/47)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, S. Żyrek, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea mogħtija fl-ittra tat-13 ta’ Jannar 2023 (1), dwar it-tpaċija ta’ ammont bħala pagament ta’ penalità ta’ kuljum deċiża permezz tad-digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Ottubru 2021 (Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C-204/21 R, EU:C:2021:878) għall-perijodu mit-30 ta’ Awwissu sat-28 ta’ Ottubru 2022;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motivi bbażati fuq il-ksur tal-Artikoli 101 u 102, b’rabta mal-Artikolu 98 tar-Regolament 2018/1046 (2), minħabba li ġiet applikata l-proċedura ta’ rkupru tad-dovut permezz ta’ tpaċija, minkejja li d-digriet tas-27 ta’ Ottubru 2021 impona pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum sal-eżekuzzjoni tad-digriet tal-14 ta’ Lulju 2021 (Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C-204/21 R, EU:C:2021:593), meta fil-15 ta’ Lulju 2022 ma baqgħux jiġu applikati d-dispożizzjonijiet li s-sospensjoni tal-applikazzjoni tagħhom kienet meħtieġa mid-digriet tal-14 ta’ Lulju 2021.


(1)  Ittra tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Jannar 2023. Ref. ARES(2023)240070.

(2)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36).


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/37


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2023 – Kneipp vs EUIPO – Patou (Joyful by nature)

(Kawża T-157/23)

(2023/C 173/48)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kneipp GmbH (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pejman, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jean Patou (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Joyful by nature” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 159 946

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 532/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ċaħdet l-appell ippreżentat mir-rikorrent kontra r-rifjut tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għall-prodotti u s-servizzi li jaqgħu fil-Klassijiet 3, 4, 35 u 44;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċidmenti ta’ oppożizzjoni.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/37


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2023 – VO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-160/23)

(2023/C 173/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: VO (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Mejju 2022 innotifikata fl-istess jum permezz ta’ Ares(2022)3814828 [kunfidenzjali(1) li permezz tagħha, fil-kwalità tagħha ta’ Awtorità tal-Ħatra, hija ddeċidiet li tnaqqas lir-rikorrenti mill-grad AST2/3 għall-grad AST1/3 b’mod effettiv mid-data tal-ewwel jum tax-xahar wara din id-deċiżjoni, jiġifieri l-1 ta’ Ġunju 2022;

tordna l-ħlas mill-Kummissjoni, bħala kumpens għad-dannu materjali, suġġett għal żieda jew tnaqqis matul il-proċedura, ta' somma ta’ EUR 533,88 li tikkorrispondi għad-differenza bejn ir-remunerazzjoni tar-rikorrenti u l-benefiċċji dovuti minħabba l-grad AST2/3 tagħha u dawk fil-fatt irċevuti wara t-tnaqqis fi grad ikkontestat;

tordna l-ħlas mill-Kummissjoni, bħala kumpens għad-dannu morali u għar-reputazzjoni tiegħu, suġġett għal żieda jew tnaqqis matul il-proċedura, ta’ somma ta’ EUR 10 000;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 51 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tad-dispożizzjonijiet interni adottati b’eżekuzzjoni tagħhom, b’mod partikolari d-Deċiżjoni C(2019) 6855 tal-4 ta’ Ottubru 2019 dwar il-proċeduri ta’ trattament tal-inkompetenza professjonali u, b’mod partikolari, l-Artikoli 4 sa 7 tagħha, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 1597/7 tat-28 ta’ April 2004 dwar iż-żamma ta’ standards professjonali.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju li jimponi fuq l-amministrazzjoni li tieħu deċiżjoni biss fuq il-bażi ta’ motivi legalment ammissibbli, jiġifieri rilevanti u mhux ivvizzjati bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, ta’ fatt jew ta’ liġi, kif ukoll tal-obbligu ta’ motivazzjoni ġusta u adegwata.

3.

It-tielet motiv, ibbażat, l-ewwel, fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ premura, tal-aspettattivi leġittimi, ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ugwaljanza fit-trattament u, ibbażat, it-tieni, fuq l-oħra, fuq użu ħażin ta’ poter.


(1)  Data kunfidenzjali ommessa.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/38


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2023 – Schönegger Käse-Alm vs EUIPO – Jumpseat3D plus Germany (Rebell)

(Kawża T-161/23)

(2023/C 173/50)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Schönegger Käse-Alm GmbH (Prem, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Seiler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jumpseat3D plus Germany GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Rebell” – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 810 950

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 295/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija ddikjarata invalida t-trade mark tal-Unjoni “Rebell” Nru 2 810 950 li taqa’ taħt il-klassi 29 għall-prodotti: “Prodotti tal-ħalib, b’mod partikolari butir, preparazzjonijiet tal-butir, butir ikkjarifikat, butir taż-żejt, ġobon kwark, ħelu bil-ġobon tal-kwark, prodotti mill-ħalib, prodotti mill-ħalib imnixxef, ikel djetetiku li fih ħalib u prodotti tal-ħalib”;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ir-rikorrenti ġiet ikkundannata għall-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell;

tikkundanna għall-ispejjeż lill-EUIPO u lil Jumpseat3D plus Germany GmbH, fil-każ li l-parti l-oħra fil-proċedimenti tintervjeni fil-kawża kontra l-konvenuta, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mal-Artikolu 21(1)(e) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mar-raba’ sentenza tal-Artikolu 19(1) u mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/39


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2023 – Sengül Ayhan vs EUIPO – Pegase (Rock Creek)

(Kawża T-162/23)

(2023/C 173/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sengül Ayhan e. K (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Boden, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pegase SAS (Saint-Malo, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Rock Creek” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 352 299

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 1237/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-oppożizzjoni tat-12 ta’ Mejju 2022;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/40


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2023 – Dekoback vs EUIPO – DecoPac (DECOPAC)

(Kawża T-166/23)

(2023/C 173/52)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dekoback GmbH (Helmstadt-Bargen, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. von Moers, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DecoPac, Inc. (Anoka, Minnesota, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “DECOPAC” – trade mark verbali tal-Unjoni Nru 160 747

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 754/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkanċella kompletament it-trade mark Nru 160 747 DECOPAC li ġiet irreġistrata għall-parti l-oħra, DecoPac, Inc.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 52 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/40


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2023 – RT France vs Il-Kunsill

(Kawża T-169/23)

(2023/C 173/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: RT France (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentant: E. Piwnica, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/191 tas-27 ta’ Jannar 2023 li temenda d-deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina;

tikkundanna l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha;

bil-konsegwenzi legali kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut kiser il-libertà tal-espressjoni żgurata mill-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut kiser il-libertà tal-intrapriża protetta mill-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut kiser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni li jirriżulta mill-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/41


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2023 – VR vs Il-Parlament

(Kawża T-171/23)

(2023/C 173/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: VR (rappreżentanti: L. Levi u P. Baudoux, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Ġunju 2022 li tinforma lir-rikorrent li l-kuntratt tiegħu kien ser jiġi xolt u, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjoni tal-20 ta’ Diċembru 2022 li tiċħad l-ilment tiegħu kontra d-deċiżjoni tad-9 ta’ Ġunju 2022;

tikkundanna lill-konvenut jikkumpensa d-dannu sostnut mir-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni dwar ir-raġunijiet li taw lok għad-deċiżjoni, u fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b’mod iktar partikolari tad-dritt għas-smigħ, tad-dmir ta’ motivazzjoni, tal-osservanza tar-rekwiżit ta’ imparzjalità tal-amministrazzjoni u tad-dmir ta’ diliġenza.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq id-dmir ta’ premura.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2023 – ZK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-627/28) (1)

(2023/C 173/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 4, 7.1.2019.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2023 – NV vs BEI

(Kawża T-16/22) (1)

(2023/C 173/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Għaxar Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 95, 28.2.2022.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2023 – Ilunga Luyoyo vs Il-Kunsill

(Kawża T-97/22) (1)

(2023/C 173/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 148, 4.4.2022.


15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2023 – NV vs BEI

(Kawża T-447/22) (1)

(2023/C 173/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Għaxar Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 359, 19.9.2022.