ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 441

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
28 ta' Novembru 2016


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 441/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 441/02

Kawża C-218/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Campobasso – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Gianpaolo Paoletti et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 6 TUE — Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Prinċipju ta’ retroattività tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli — Ċittadini Taljani li organizzaw id-dħul illegali fit-territorju Taljan ta’ ċittadini Rumeni — Fatti mwettqa qabel l-adeżjoni tar-Rumanija għall-Unjoni — Effett tal-adeżjoni tar-Rumanija fuq id-delitt ta’ għajnuna għall-immigrazzjoni klandestina — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2

2016/C 441/03

Kawża C-318/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte – l-Italja) – Tecnoedi Costruzioni Srl vs Comune di Fossano (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 7(c) — Ammont tal-limiti għall-kuntratti pubbliċi — Limitu mhux milħuq — Offerti anormalment baxxi — Esklużjoni awtomatika — Diskrezzjoni tal-awtorità kontraenti — Obbligi tal-awtorità kontraenti li jirriżultaw mil-libertà ta’ stabbiliment, mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi u mill-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni — Kuntratti li jistgħu jkollhom interess transkonfinali ċert)

3

2016/C 441/04

Kawża C-412/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hessisches Finanzgericht – il-Ġermanja) – TMD Gesellschaft für transfusionsmedizinische Dienste mbH vs Finanzamt Kassel II – Hofgeismar [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali — Artikolu 132(1)(d) — Kunsinni ta’ organi, ta’ demm u ta’ ħalib umani — Portata — Plażma ta’ demm uman ipproċessata u użata għal finijiet industrijali]

3

2016/C 441/05

Kawża C-466/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État – Franza) – Jean-Michel Adrien et vs Prim Ministru, Ministru għall-Finanzi u l-Kontijiet Pubbliċi, Ministru għad-Deċentralizzazzjoni u s-Servizz Pubbliku Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Uffiċjali nazzjonali ssekondati fi ħdan istituzzjoni jew korp tal-Unjoni — Pensjoni ta’ xjuħija — Dritt tal-għażla — Sospensjoni jew żamma tas-sħubija għall-iskema ta’ pensjoni nazzjonali — Limitazzjoni tal-kumulu tal-pensjoni miksuba taħt l-iskema ta’ pensjoni nazzjonali flimkien ma’ dik miksuba taħt l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni

4

2016/C 441/06

Kawża C-572/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus – l-Estonja) – F. Hoffmann-La Roche AG vs Accord Healthcare OÜ [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà industrijali u kummerċjali — Privattiva — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari — Regolament (KE) Nru 469/2009 — Artikolu 21(2) — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Ċertifikat maħruġ konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru qabel l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni tal-Artikolu 21(2) — Tul tal-validità taċ-ċertifikat — Validità tal-Artikolu 21(2) — Adattament tad-dritt derivat li jirriżulta direttament mill-att tal-adeżjoni — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja]

5

2016/C 441/07

Kawża C-576/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo – il-Bulgarija – Маya Маrinova ET vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 2(1)(a) — Artikolu 9(1) — Artikolu 14(1) — Artikoli 73, 80 u 273 — Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità — Frodi fiskali — Irregolaritajiet fil-kontabbiltà — Ħabi ta’ kunsinni u ta’ fatturat — Determinazzjoni tal-valur taxxabbli)

5

2016/C 441/08

Kawża C-583/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Politika tat-trasport — Regolament (KE) Nru 1071/2009 — Operatur tat-trasport bit-triq — Semplifikazzjoni u kooperazzjoni amministrattiva — Artikolu 16(1) u (5) — Reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi ta’ trasport bit-triq — Interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali)

6

2016/C 441/09

Kawża C-23/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KE) Nru 1071/2009 — Regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq — Artikolu 16(1) u (5) — Reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq — Nuqqas ta’ interkonnessjoni mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra)

7

2016/C 441/10

Kawża C-472/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja) fl-24 ta’ Awwissu 2016 – Jorge Luís Colino Sigüenza vs Ayuntamiento de Valladolid u IN-PULSO MUSICAL Sociedad Cooperativa

7

2016/C 441/11

Kawża C-474/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Colmar (Franza) fid-29 ta’ Awwissu 2016 – Ministère public, Belu Dienstleistung GmbH & Co KG, Stefan Nikless

8

2016/C 441/12

Kawża C-486/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Alicante (Spanja) fit-12 ta’ Settembru 2016 – Bankia S.A. vs Alfredo Sánchez Martínez u Sandra Sánchez Triviño

9

2016/C 441/13

Kawża C-491/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-14 ta’ Settembru 2016 – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP vs Maxiflor – Promoção e Comercialização de Plantas, Importação e Exportação, Lda

10

2016/C 441/14

Kawża C-498/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Settembru 2016 – Maximilian Schrems vs Facebook Ireland Limited

10

2016/C 441/15

Kawża C-505/16 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 minn Olga Stanislavivna Yanukovych, bħala eredi ta’ Viktor Viktorovych Yanukovych mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-12 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża T-347/14, Olga Stanislavivna Yanukovych vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

11

2016/C 441/16

Kawża C-507/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fis-26 ta’ Settembru 2016 – Entertainment Bulgaria System EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika – Sofia

13

2016/C 441/17

Kawża C-511/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

13

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 441/18

Kawża T-351/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – Crown Equipment (Suzhou) u Crown Gabelstapler vs Il-Kunsill Dumping — Importazzjoni ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw miċ-Ċina — Dazju antidumping definittiv — Rikors għal annullament — Interess dirett — Interess individwali — Ammissibbiltà — Determinazzjoni tal-valur normali — Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nruo1225/2009 — Regola tal-inqas dazju — Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 1225/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni

15

2016/C 441/19

Kawża T-367/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – August Storck vs EUIPO – Chiquita Brands (Fruitfuls) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Fruitfuls — Użu ġenwin — Artikolu 51(1)(a) u 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

15

2016/C 441/20

Kawża T-418/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – Sina Bank vs Il-Kunsill Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Terminu tar-rikors — Adattament tal-konklużjonijiet — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Modulazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ annullament

16

2016/C 441/21

Kawża T-824/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – Eveready Battery Company vs EUIPO – Hussain et (POWER EDGE) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea POWER EDGE — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti EDGE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009”]

17

2016/C 441/22

Kawża T-56/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – Raimund Schmitt Verpachtungsgesellschaft vs EUIPO (BRAUWELT) Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BRAUWELT — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 — Dritt għal smigħ — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009

18

2016/C 441/23

Kawża T-776/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – Meissen Keramik vs EUIPO (MEISSEN KERAMIK) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MEISSEN KERAMIK — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

19

2016/C 441/24

Kawża T-662/16: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2016 – Gall Pharma vs EUIPO – Pfizer (Styriagra)

19

2016/C 441/25

Kawża T-667/16 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2016 minn Pieter De Meyer et mis-sentenza mogħtija fl-20 ta' Awwissu 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-113/15, Adriaen a.o. vs Il-Kummissjoni

20

2016/C 441/26

Kawża T-668/16 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2016 minn HL mis-sentenza mogħtija fl-20 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-112/15, HL vs Il-Kummisjsoni

22

2016/C 441/27

Kawża T-681/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 – Henkel Electronic Materials (Il-Belġju) vs Il-Kummissjoni

23

2016/C 441/28

Kawża T-682/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 – Franza vs Il-Kummissjoni

24

2016/C 441/29

Kawża T-689/16: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2016 – PL vs Il-Kummissjoni

25

2016/C 441/30

Kawża T-691/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2016 – Elevolution-Engenharia vs Il-Kummissjoni

26

2016/C 441/31

Kawża T-692/16: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2016 – CJ vs ECDC

26

2016/C 441/32

Kawża T-693/16 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2016 minn HG mis-sentenza mogħtija fid-19 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-149/15, HG vs Il-Kummissjoni

27

2016/C 441/33

Kawża T-695/16 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2016 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-20 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża F-104/15, U (*1) vs Il-Kummissjoni

28

2016/C 441/34

Kawża T-698/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 – Trasta Komercbanka et vs BĊE

29

2016/C 441/35

Kawża T-702/16 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2016 minn José Barroso Truta, Marc Forli, Calogero Galante, Bernard Gradel mis-sentenza mogħtija fl-20 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-126/15, Barroso Truta et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

30

2016/C 441/36

Kawża T-715/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2016 – Pebagua vs Il-Kummissjoni

31

2016/C 441/37

Kawża T-717/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2016 – Waldhausen vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ siluwett ta’ ras ta’ żiemel)

31

2016/C 441/38

Kawża T-719/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2016 – Berliner Stadtwerke vs EUIPO (berlinWärme)

32

2016/C 441/39

Kawża T-720/16: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2016 – ARFEA vs Il-Kummissjoni

32

2016/C 441/40

Kawża T-724/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2016 minn Giorgio Cocchi u Nicola Falcione mid-digriet mogħti fit-2 ta’ Awwissu 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-134/11, Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni

34


 


MT

 

Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità, xi informazzjoni li tinsab f’din il-ħarġa ma tistax tibqa’ tiġi żvelata, u għalhekk ġiet ippubblikata verżjoni awtentika ġdida.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 441/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 428, 21.11.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 419, 14.11.2016

ĠU C 410, 7.11.2016

ĠU C 402, 31.10.2016

ĠU C 392, 24.10.2016

ĠU C 383, 17.10.2016

ĠU C 371, 10.10.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Campobasso – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Gianpaolo Paoletti et

(Kawża C-218/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 6 TUE - Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipju ta’ retroattività tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli - Ċittadini Taljani li organizzaw id-dħul illegali fit-territorju Taljan ta’ ċittadini Rumeni - Fatti mwettqa qabel l-adeżjoni tar-Rumanija għall-Unjoni - Effett tal-adeżjoni tar-Rumanija fuq id-delitt ta’ għajnuna għall-immigrazzjoni klandestina - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2016/C 441/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Campobasso

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Gianpaolo Paoletti, Umberto Castaldi, Domenico Faricelli, Antonio Angelucci, Mauro Angelucci, Antonio D’Ovidio, Camillo Volpe, Giampaolo Canzano, Raffaele Di Giovanni, Antonio Della Valle

Dispożittiv

L-Artikolu 6 TUE u l-Artikolu 49 tal-Karta għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-adeżjoni ta Stat għall-Unjoni ma tipprekludix lil Stat Membru ieħor milli jista’ jimponi sanzjoni kriminali fuq il-persuni li jikkommettu, qabel din l-adeżjoni, id-delitt ta’ għajnuna għall-immigrazzjoni illegali ta’ ċittadini tal-ewwel Stat.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte – l-Italja) – Tecnoedi Costruzioni Srl vs Comune di Fossano

(Kawża C-318/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 7(c) - Ammont tal-limiti għall-kuntratti pubbliċi - Limitu mhux milħuq - Offerti anormalment baxxi - Esklużjoni awtomatika - Diskrezzjoni tal-awtorità kontraenti - Obbligi tal-awtorità kontraenti li jirriżultaw mil-libertà ta’ stabbiliment, mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi u mill-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni - Kuntratti li jistgħu jkollhom interess transkonfinali ċert))

(2016/C 441/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tecnoedi Costruzioni Srl

Konvenut: Comune di Fossano

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Piemonte (qorti amministrattiva reġjonali tal-Piemonte) permezz ta’ deċiżjoni tad-29 ta’ April 2015 hija inammissibbli.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hessisches Finanzgericht – il-Ġermanja) – TMD Gesellschaft für transfusionsmedizinische Dienste mbH vs Finanzamt Kassel II – Hofgeismar

(Kawża C-412/15) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali - Artikolu 132(1)(d) - Kunsinni ta’ organi, ta’ demm u ta’ ħalib umani - Portata - Plażma ta’ demm uman ipproċessata u użata għal finijiet industrijali])

(2016/C 441/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hessisches Finanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TMD Gesellschaft für transfusionsmedizinische Dienste mbH

Konvenut: Finanzamt Kassel II – Hofgeismar

Dispożittiv

L-Artikolu 132(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunsinni ta’ demm uman li l-Istati Membri huma obbligati jeżentaw skont din id-dispożizzjoni ma jinkludux il-kunsinni ta’ plażma miksuba mid-demm uman, meta din il-plażma ma tkunx intiża għal użu terapewtiku dirett iżda esklużivament għall-fabbrikazzjoni ta’ prodotti mediċinali.


(1)  ĠU C 398, 30.11.2015.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État – Franza) – Jean-Michel Adrien et vs Prim Ministru, Ministru għall-Finanzi u l-Kontijiet Pubbliċi, Ministru għad-Deċentralizzazzjoni u s-Servizz Pubbliku

(Kawża C-466/15) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Uffiċjali nazzjonali ssekondati fi ħdan istituzzjoni jew korp tal-Unjoni - Pensjoni ta’ xjuħija - Dritt tal-għażla - Sospensjoni jew żamma tas-sħubija għall-iskema ta’ pensjoni nazzjonali - Limitazzjoni tal-kumulu tal-pensjoni miksuba taħt l-iskema ta’ pensjoni nazzjonali flimkien ma’ dik miksuba taħt l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni)

(2016/C 441/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jean-Michel Adrien, Frédéric Baron, Catherine Blanchin, Marc Bouillaguet, Anne-Sophie Chalhoub, Denis d'Ersu, Laurent Gravière, Vincent Cador, Roland Moustache, Jean-Richard de la Tour, Anne Schneider, Bernard Stamm, Éléonore von Bardeleben

Konvenuti: Prim Ministru, Ministru għall-Finanzi u l-Kontijiet Pubbliċi, Ministru għad-Deċentralizzazzjoni u s-Servizz Pubbliku

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha bħala effett li uffiċjal nazzjonali ssekondat fi ħdan istituzzjoni jew korp tal-Unjoni Ewropea li jagħżel li jibqa’ msieħeb fl-iskema ta’ pensjoni nazzjonali matul il-perijodu tal-issekondar tiegħu jitlef il-benefiċċji kollha jew parti minnhom li jikkorrispondu għas-sħubija tiegħu f’din l-iskema tal-aħħar jekk ikun għamel perijodu ta’ għaxar snin fis-servizz tal-Unjoni li jagħtih id-dritt għal pensjoni taħt l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus – l-Estonja) – F. Hoffmann-La Roche AG vs Accord Healthcare OÜ

(Kawża C-572/15) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà industrijali u kummerċjali - Privattiva - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikolu 21(2) - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Ċertifikat maħruġ konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru qabel l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea - Interpretazzjoni tal-Artikolu 21(2) - Tul tal-validità taċ-ċertifikat - Validità tal-Artikolu 21(2) - Adattament tad-dritt derivat li jirriżulta direttament mill-att tal-adeżjoni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja])

(2016/C 441/06)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Riigikohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: F. Hoffmann-La Roche AG

Konvenuta: Accord Healthcare OÜ

Dispożittiv

1)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex teżamina l-validità tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, kif emendat bl-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

2)

L-Artikolu 21(2) tar-Regolament Nru 469/2009, kif emendat, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari, dwar prodott mediċinali partikolari, maħruġ minn Stat Membru qabel l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea. Sa fejn dan il-prodott mediċinali kien is-suġġett, fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea, ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq preċedenti għal dik maħruġa fl-imsemmi Stat Membru u, jekk ikun il-każ, għall-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni, hija biss din l-ewwel awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-tul tal-validità tal-imsemmi ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo – il-Bulgarija – Маya Маrinova ET vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-576/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(a) - Artikolu 9(1) - Artikolu 14(1) - Artikoli 73, 80 u 273 - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità - Frodi fiskali - Irregolaritajiet fil-kontabbiltà - Ħabi ta’ kunsinni u ta’ fatturat - Determinazzjoni tal-valur taxxabbli))

(2016/C 441/07)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Veliko Tarnovo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Маya Маrinova ET

Konvenuti: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1)(a), l-Artikolu 9(1), l-Artikolu 14(1) u l-Artikoli 73 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema ta’ taxxa fuq il-valur miżjud kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità fiskali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha, fl-assenza, fil-maħżen ta’ persuna taxxabbli, ta’ merkanzija li ġiet ikkunsinnata lilha u fl-assenza ta’ reġistrazzjoni, fil-kontabbiltà ta’ din il-persuna taxxabbli, ta’ dokumenti fiskali marbuta ma’ din il-merkanzija, l-amministrazzjoni fiskali tista’ tippreżumi li l-imsemmija persuna taxxabbli sussegwentement biegħet din il-merkanzija lil terzi, u tiddetermina l-valur taxxabbli tal-bejgħ tal-imsemmija merkanzija abbażi tal-punti ta’ fatt li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, skont regoli li ma humiex previsti f’din id-direttiva. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din il-leġiżlazzjoni nazzjonali jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jiġi żgurat il-ġbir korrett tat-taxxa fuq il-valur miżjud u sabiex tiġi evitata l-frodi.


(1)  ĠU C 27, 25.01.2016.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-583/15) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Politika tat-trasport - Regolament (KE) Nru 1071/2009 - Operatur tat-trasport bit-triq - Semplifikazzjoni u kooperazzjoni amministrattiva - Artikolu 16(1) u (5) - Reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi ta’ trasport bit-triq - Interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali))

(2016/C 441/08)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux, M. M. Farrajota u P. Guerra u Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u C. Guerra Santos, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħolqitx reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq, u billi ma stabbilixxietx għaldaqstant interkonnessjoni mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 16(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016, p. 29.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-23/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 1071/2009 - Regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq - Artikolu 16(1) u (5) - Reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq - Nuqqas ta’ interkonnessjoni mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra))

(2016/C 441/09)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Hottiaux, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħolqitx reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u billi ma stabbilitx l-interkonnessjoni mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 16(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 98, 14.3.2016.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja) fl-24 ta’ Awwissu 2016 – Jorge Luís Colino Sigüenza vs Ayuntamiento de Valladolid u IN-PULSO MUSICAL Sociedad Cooperativa

(Kawża C-472/16)

(2016/C 441/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jorge Luís Colino Sigüenza

Konvenuti: Ayuntamiento de Valladolid u IN-PULSO MUSICAL Sociedad Cooperativa

Domandi preliminari

1)

Għandu jitqies li jeżisti trasferiment fis-sens tad-Direttiva 2001/23/KE (1) meta d-detentur ta’ konċessjoni ta’ skola tal-mużika muniċipali, li jirċievi l-mezzi materjali kollha mingħand il-kunsill ta’ din il-muniċipalità (bini, strumenti, klassijiet, għamara), li jimpjega l-persunal rispettiv tiegħu u li jipprovdi s-servizzi tiegħu skont is-sena akkademika, jabbanduna l-attività fl-1 ta’ April 2013, xahrejn qabel it-tmiem tas-sena akkademika, filwaqt li jrodd lura l-materjal kollu lill-imsemmi kunsill, li min-naħa tiegħu ma jkomplix l-attività biex tintemm is-sena akkademika 2012-13, iżda jagħti mill-ġdid il-kuntratt lil kuntrattur ġdid, li jerġa’ jibda l-attività f’Settembru 2013, fil-bidu tas-sena akkademika l-ġdida 2013-14, u għal dan il-għan jgħaddi lill-kuntrattur il-ġdid il-mezzi materjali meħtieġa li qabel kienu għad-dispożizzjoni tal-kuntrattur preċedenti (bini, strumenti, klassijiet, għamara)?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, fiċ-ċirkustanzi deskritti, fejn in-nuqqas tal-impriża prinċipali (il-kunsill muniċipali) li twettaq l-obbligi tagħha ġiegħel lill-ewwel kuntrattur itemm l-attività tiegħu u jkeċċi l-persunal kollu tiegħu, u fejn sussegwentement din l-impriża prinċipali tittrażmetti l-mezzi materjali lit-tieni kuntrattur, li jkompli bl-istess attività, għandu jitqies, fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/23/KE, li t-tkeċċija tal-ħaddiema tal-ewwel kuntrattur seħħet minħabba “raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ l-organizzazzjoni li jinvolvu bidliet fin-nies li jkunu jaħdmu”, jew inkella li l-kawża tat-tkeċċija kien it-“trasferiment ta’ l-impriża, n-negozju jew xi parti mill-impriza jew negozju”, ipprojbit mill-imsemmi artikolu?

3)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun li l-kawża tat-tkeċċija kienet it-trasferiment u, għaldaqstant, kawża pprojbita mid-Direttiva 2001/23/KE, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali milli tipprojbixxi lil Imħallef jew lil Qorti milli tiddeċiedi fuq il-mertu tal-allegazzjonijiet ta’ ħaddiem li jikkontesta t-tkeċċija, li seħħet fil-kuntest ta’ tkeċċija kollettiva, tiegħu f’kawża individwali biex jiddefendi d-drittijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji u 98/59/KE (2), tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, minħabba l-fatt li preċedentement kien hemm sentenza definittiva dwar it-tkeċċija kollettiva fil-kuntest ta’ proċedura li għaliha l-ħaddiem ma setgħax ikun parti, anki jekk is-sindakati rrappreżentati fl-impriża u/jew ir-rappreżentanti legali kollettivi tal-ħaddiema kienu jew setgħu jkunu parti għal dik il-proċedura?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98)

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Colmar (Franza) fid-29 ta’ Awwissu 2016 – Ministère public, Belu Dienstleistung GmbH & Co KG, Stefan Nikless

(Kawża C-474/16)

(2016/C 441/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Colmar

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministère public, Belu Dienstleistung GmbH & Co KG, Stefan Nikless

Domanda preliminari

L-effett marbut maċ-ċertifikat A1 maħruġ lil impriża ta’ xogħol temporanju, konformement mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (1), mill-istituzzjoni maħtura mill-awtorità tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni ta’ sigurtà soċjali tiegħu tibqa’ applikabbli għas-sitwazzjoni tal-impjegat, jimponi ruħu, minn naħa, fuq l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet tal-Istat ospitanti, u min-naħa l-oħra, fuq il-qrati tal-istess Stat Membru, meta jiġi kkonstatat li l-kundizzjonijiet tal-attività tal-impjegat b’mod manifest ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tar-regoli partikolari tal-Artikolu 12(1) u (2) tar-Regolament Nru 883/2004?


(1)  ĠU L 284, p. 1.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Alicante (Spanja) fit-12 ta’ Settembru 2016 – Bankia S.A. vs Alfredo Sánchez Martínez u Sandra Sánchez Triviño

(Kawża C-486/16)

(2016/C 441/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia de Alicante

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bankia S.A.

Konvenuti: Alfredo Sánchez Martínez u Sandra Sánchez Triviño

Domandi preliminari

1)

Huwa kuntrarju għall-Artikoli 4(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993 (1), dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi, li jittieħdu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tad-deċiżjoni dwar in-natura inġusta jew le ta’ klawżola ta’ terminazzjoni antiċipata bħal dik li tinsab fil-kuntratt kontenzjuż, konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, mhux biss iċ-ċirkustanzi eżistenti fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, iżda wkoll il-gravità tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tal-konsumatur li seħħ wara l-konklużjoni tiegħu?

2)

Huwa kuntrarju għall-prinċipju ta’ effettività stabbilit fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi li tiġi ordnata l-eżekuzzjoni abbażi ta’ klawżola ta’ terminazzjoni antiċipata li n-natura inġusta tagħha ġiet ikkonstatata f’sentenza definittiva mogħtija fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ eżekuzzjoni ipotekarja preċedenti bejn l-istess partijiet u bbażata fuq l-istess kuntratt ta’ self ipotekarju, minkejja li l-ordinament ġuridiku intern ma jirrikonoxxix l-effetti pożittivi tal-awtorità ta’ res judicata lil din is-sentenza preliminari, minkejja li hija tipprevedi l-impossibbiltà li jinfetħu proċeduri ġodda ta’ eżekuzzjoni bbażati fuq l-istess titolu eżekuttiv?

3)

Fil-każ ta’ proċeduri ta’ eżekuzzjoni ipotekarja fejn il-qorti tal-ewwel istanza rrifjutat li tordna l-eżekuzzjoni peress li hija kienet ibbażata fuq klawżola ta’ terminazzjoni antiċipata li kienet tqieset bħala inġusta fi proċeduri ta’ eżekuzzjoni ipotekarja preċedenti bbażati fuq l-istess titolu eżekuttiv u bejn l-istess partijiet u li fihom il-qorti tal-appell annullat ir-rifjut ta’ ordni ta’ eżekuzzjoni u bagħtet il-kawża lura sabiex l-eżekuzzjoni tiġi ordnata fl-ewwel istanza, huwa kuntrarju għall-prinċipju ta’ effettività previst fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi, li l-qorti tal-ewwel istanza tkun marbuta bid-deċiżjoni tal-qorti tal-appell, jew id-dritt intern għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti tal-ewwel istanza ma hijiex marbuta bid-deċiżjoni tal-qorti tat-tieni istanza peress li diġà hemm sentenza preċedenti definittiva li tiddikjara nulla l-klawżola ta’ terminazzjoni antiċipata li fuqha hija bbażata l-eżekuzzjoni, fejn għalhekk il-qorti tal-ewwel istanza ikollha mill-ġdid tiddikjara inammissibbli t-talba għal eżekuzzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-14 ta’ Settembru 2016 – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP vs Maxiflor – Promoção e Comercialização de Plantas, Importação e Exportação, Lda

(Kawża C-491/16)

(2016/C 441/13)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP

Konvenuta: Maxiflor – Promoção e Comercialização de Plantas, Importação e Exportação, Lda

Domandi preliminari

1)

Il-Programm operattiv għal żvilupp rurali (iktar ’il quddiem il-“Programm AGRO”) għandu jitqies li huwa “programm multi-annwali” fis-sens tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 (1), tal-21 ta’ Ġunju 1999 (sussegwentement imħassar skont l-Artikolu 107 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (2), tal-11 ta’ Lulju 2006, bla ħsara għall-Artikolu 105(1) tiegħu)?

2)

Il-Programm AGRO għandu jitqies li huwa “programm multi-annwali” fis-sens tat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 (3), tat-18 ta’ Diċembru 1995, li tipprovdi, “Fil-każ tal-programmi multiannwi, it-terminu tal-limitazzjoni għandu f’kull każ jibqa’ jiddekorri sakemm il-programm jitwaqqaf definittivament”?

3)

Fil-każ li l-Programm AGRO jitqies li huwa “programm multi-annwali” fis-sens tal-applikazzjoni tat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95

il-preskrizzjoni tal-proċeduri amministrattivi miftuħa fl-ambitu tiegħu hija suġġetta għal terminu ta’ 4 snin, kif stabbilit fl-Artikolu 3(1)?

jekk it-terminu ta’ 4 snin jiddekorri qabel il-programm jitwaqqaf, il-preskrizzjoni tagħlaq, jew

fid-dawl tat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament […] Nru 2988/95, id-dies ad quem tat-terminu ta’ preskrizzjoni jiġi estiż, jiġifieri, jiġi jirrifletti l-ġurnata li fih “il-programm [multi-annwali] jitwaqqaf definittivament”?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU 2006 L 210, p. 25)

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340)


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Settembru 2016 – Maximilian Schrems vs Facebook Ireland Limited

(Kawża C-498/16)

(2016/C 441/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Maximilian Schrems

Konvenuta: Facebook Ireland Limited

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li “konsumatur” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jitlef din il-kwalità meta, wara li jkun uża għal perijodu relattivament twil kont Facebook privat, jippubblika kotba b’rabta mal-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu, u xi kultant jagħti wkoll konferenzi remunerati, jopera siti internet, jiġbor donazzjonijiet sabiex jeżerċita d-drittijiet u jaċċetta t-trasferiment tad-drittijiet ta’ bosta konsumaturi b’korrispettiv għall-garanzija li jirritornalhom l-ammont miksub, wara tnaqqis tal-ispejjeż legali, fil-każ li jirbaħ il-kawża?

2)

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li konsumatur jista’ jinvoka fi Stat Membru flimkien mad-drittijiet proprji tiegħu li jirriżultaw minn kuntratt konkluż minn konsumatur fil-ġurisdizzjoni tar-rikorrent, ukoll drittijiet simili ta’ konsumaturi oħra li għandhom id-domiċilju tagħhom

a.

fl-istess Stat Membru,

b.

fi Stat Membru ieħor jew

c.

fi Stat terz,

meta dawn id-drittijiet, li jirriżultaw minn kuntratti konklużi minn konsumaturi bl-istess konvenut fl-istess kuntest legali, ġew ittrasferiti lilu u meta l-operazzjoni ta’ trasferiment ma taqax taħt attività professjonali tar-rikorrent iżda hija intiża sabiex jiġu eżerċitati kollettivament id-drittijiet?


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/11


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 minn Olga Stanislavivna Yanukovych, bħala eredi ta’ Viktor Viktorovych Yanukovych mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-12 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża T-347/14, Olga Stanislavivna Yanukovych vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-505/16 P)

(2016/C 441/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Olga Stanislavivna Yanukovych, bħala eredi ta’ Viktor Viktorovych Yanukovych (rappreżentant: T. Beazley QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża T-347/14, sa fejn il-punt speċifikat fil-punti 6 u 7 tal-appell, jiġifieri:

il-punti 2 u 4 tad-dispożittiv ta’ dan id-digriet;

il-punt 3 tad-dispożittiv tad-digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) mogħti fit-12 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża T-347/14, sa fejn il-Qorti Ġenerali qieset li l-istess punt 2 jimponi fuq il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jbati biss l-ispejjeż sostnuti mill-appellanti iżda mhux dawk sostnuti mid-decujus;

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għas-smigħ jew għall-finijiet ta’ deċiżjoni jew, sussidjarjament:

tilqa’ t-talbiet tal-appellanti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali limitu sa fejn speċifikati fil-punti 6 u 7 tal-appell, jiġifieri l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143 (1), tad-29 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/138 (2), tad-29 ta’ Jannar 2015 li jemenda r-Regolament Nru 208/2014, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 (3), tal-5 ta’ Marzu 2015 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 (4), tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill Nru 208/2014, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Viktor Yanukovych Viktorovych; u

sa fejn il-Qorti tal-Ġutizzja tqis li l-Qorti Ġenerali ma tkunx diġà għamlet hekk, tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ibati kemm l-ispejjeż tal-appellanti kif ukoll dawk sostnuti mid-decujus fir-rigward tat-talbiet għal annullament li jinsabu fir-rikors;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż tal-appellanti, inklużi dawk sostnuti mid-decujus, fir-rigward tat-talbiet għal annullament imressqa fin-nota ta’ adattament;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-ewwel lok, il-Qworti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet, fil-punti 84, 89 u 92 tad-digriet appellat, li n-nota ta’ adattament kienet inammissibbli peress li kienet ġiet introdotta fl-isem tal-persuna mejta wara mewtu. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod żbaljat li fiċ-ċirkustanzi tal-każ, l-ammissibbiltà tan-nota ta’ adattament kellha tiġi evalwata biss fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-mument meta n-nota għal modifika ġiet introdotta. Għall-kuntrarju, l-ammissibbiltà tan-nota għal adattament kellha tiġi evalwata b’mod globali fir-rigward taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża.

Fit-tieni lok, għalkemm il-Qorti Ġenerali kienet korretta li tikkonkludi li l-ammissibbiltà tan-nota ta’ adattament kellha tiġi evalwata biss fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-mument li fih ġiet introdotta, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li n-nota ta’ adattament ma kinitx, essenzjalment, ippreżentata f’isem l-appellanti. In-nota ta’ adattament, moqrija fil-kuntest ta’ elementi oħra li magħhom kienet ippreżentata quddiem il-Qorti Ġenerali, uriet biċ-ċar li kienet introdotta f’isem id-decujus/f’isem l-appellanti fil-kapaċità tagħha ta’ suċċessur u eredi de facto tad-decujus. Bħala tali, kienet ammissibbli fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-mument li fih ġiet introdotta. Meta waslet għall-konklużjoni opposta, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta żnaturat il-provi li ġew prodotti lilha.

Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li ma ddistingwietx bejn i) l-ammissibbiltà tan-nota ta’ adattament u ii) dik tat-tieni rikors għal annullament. Il-Qorti Ġenerali: 1) ħadet inkunsiderazzjoni b’mod żbaljat il-fatt li hija kienet tat sospensjoni fir-rigward tan-nota ta’ adattament; 2) ikkonkludiet b’mod żbaljat li l-ammissibbiltà ta’ nota ta’ adattament kellha tiġi evalwata biss fir-rigward tas-sitwazzjoni prevalenti fiż-żmien tal-introduzzjoni tan-nota ta’ adattament; 3) b’mod żbaljat injorat il-fatt li d-dritt tas-suċċessjoni tal-Ukraina jiddetermina s-suċċessur sitt xhur wara l-mewt iżda b’effett retroattiv, u 4) għaldaqstant, ċaħdet lill-appellanti, b’mod żbaljat u mingħajr l-ebda ġustifikazzjoni, rimedju sabiex tikkontesta l-atti tal-2015, b’mod partikolari bħala suċċessur u eredi.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143, tad-29 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119, ĠU 2015, L 24, p. 16.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/138, tad-29 ta’ Jannar 2015, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, ĠU L 24, p. 1.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, ĠU L 62, p. 25.

(4)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, ĠU L 62, p. 1.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fis-26 ta’ Settembru 2016 – “Entertainment Bulgaria System” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

(Kawża C-507/16)

(2016/C 441/16)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Entertainment System Bulgarija” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

Domandi preliminari

1.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 214 tad-Direttiva 2006/112 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li fil-kuntest tad-dritt għat-tnaqqis għandu jingħata piż differenti lill-ipoteżijiet ta’ identifikazzjoni għall-finijiet tal-VAT, jew, rispettivament, fis-sens li jipprekludu lill-Istati Membri milli jagħtu piż differenti lill-ipoteżijiet ta’ identifikazzjoni, bħalma huwa l-każ fid-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 97a u fl-Artikolu 70(4) taz-Zakon za danaka varhu dobavenata stoynost (Liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, iktar ’il quddiem iz-“ZDDS”)?

2.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 168(a) u tal-Artikolu 169(a) tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna, identifikata skont l-Artikolu 214(1)(e) tad-Direttiva 2006/12, ma għandhiex dritt li tnaqqas it-taxxa tal-input tal-VAT imħallsa minnha fir-rigward ta’ provvisti ta’ servizzi, imwettqa minn persuni taxxabbli minn Stati Membri oħra, f’sitwazzjoni fejn tuża dawn l-istess provvisti għat-twettiq ta’ provvisti ta’ servizzi fi Stati Membri oħra u fejn ikunu ssodisfatti r-rekwiżiti sostantivi u proċedurali l-oħra għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis?

3.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 168(a) u tal-Artikolu 169(a) tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 70(4) taz-ZDDS, li fl-ebda każ ma jirriżulta dritt għal tnaqqis ta’ kreditu fiskali għal persuna taxxabbli, identifikata għall-finijiet tal-VAT fuq il-bażi tal-Artikolu 214(1)(d) jew (e), u mhux fuq il-bażi tal-Artiklu 214(1)(a) tad-Direttiva 2006/112?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/13


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-511/16)

(2016/C 441/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. van Beek, G. von Rintelen, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottax, sal-1 ta’ Ġunju 2015, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma mad-Direttiva 2014/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 92/58/KEE, 92/85/KEE, 94/33/KE, 98/24/KE u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jiġu allinjati mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, jew, tal-inqas billi ma informax b’dan lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Aritkolu 6(1) tal-imsemmija direttiva;

timponi fuq il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, il-pagament ta’ penalità ta’ EUR 8 710 kuljum li jibda jiddekorri mill-għoti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża preżenti għal ksur tal-obbligu li jikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/27/UE;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-1 ta’ Ġunju 2015.

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu li jikkomunika miżuri ta’ traspożizzjoni fit-terminu għat-traspożizzjoni previst fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2014/27/UE.


Il-Qorti Ġenerali

28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – Crown Equipment (Suzhou) u Crown Gabelstapler vs Il-Kunsill

(Kawża T-351/13) (1)

(“Dumping - Importazzjoni ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw miċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Rikors għal annullament - Interess dirett - Interess individwali - Ammissibbiltà - Determinazzjoni tal-valur normali - Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nruo1225/2009 - Regola tal-inqas dazju - Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 1225/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2016/C 441/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Crown Equipment (Suzhou) Co. Ltd (Suzhou, iċ-Ċina) u Crown Gabelstapler GmbH & Co. KG (Roding, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Neuhaus, H. J. Freund u B. Ecker, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u B. Driessen, aġenti, assistiti minn B. O’Connor, solicitor u S. Gubel, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 372/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1008/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni interim parzjali taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU 2013, L 112, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Crown Equipment (Suzhou) Co. Ltd u Crown Gabelstapler GmbH & Co. KG għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.


(1)  ĠU C 252, 31.8.2013.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – August Storck vs EUIPO – Chiquita Brands (Fruitfuls)

(Kawża T-367/14) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Fruitfuls - Użu ġenwin - Artikolu 51(1)(a) u 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 441/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Rohr, A.-C. Richter, P. Goldenbaum, T. Melchert u T. Reher, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Poch, sussegwentement G. Schneider u D. Gája, u finalment D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Chiquita Brands LLC (Charlotte, North Carolina, l-Istati Uniti) (rappreżentant: L. Bakers, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1580/2013-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Chiquita Brands u August Storck.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-27 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1580/2013-5) hija annullata sa fejn ikkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiddikjara r-revoka tat-trade mark ikkontestata fir-rigward tal-“ħelu” li jaqa’ fil-klassi 30 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – Sina Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-418/14) (1)

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Terminu tar-rikors - Adattament tal-konklużjonijiet - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Modulazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ annullament”)

(2016/C 441/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sina Bank (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: B. Mettetal u C. Wucher-North, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u D. Gicheva, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, kif tirriżulta mill-avviż tal-15 ta’ Marzu 2014 għall-attenzjoni ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/143/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2014, C 77, p. 1), li żżomm l-inklużjoni tal-isem tar-rikorrenti fil-lista fl-Anness II tad- Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU 2010, L 195, p. 39), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 (ĠU 2010, L 281, p. 81), u l-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU 2012, L 88, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/776/PESK, tas-7 ta’ Novembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2014, L 325, p. 19), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2014, tas-7 ta’ Novembru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2014, L 325, p. 3), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1008, tal-25 ta’ Ġunju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU 2015, L 161, p. 19), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1001, tal-25 ta’ Ġunju 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU 2015, L 161, p. 1), sakemm dawn l-atti jżommu l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-lista li tinsab tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, u fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif tirriżulta mill-Avviż tal-15 ta’ Marzu 2014 għall-attenzjoni ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, li tinżamm l-inklużjoni ta’ isem Sina Bank fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, u fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/776/PESK, tas-7 ta’ Novembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1203/2013, tas-26 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament Nru 267/2012, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1008, tal-25 ta’ Ġunju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1001, tal-25 ta’ Ġunju 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012, huma annullati sa fejn żammew l-inklużjoni ta’ isem Sina Bank fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, jew fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012.

3)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2015/1008 għandhom jinżammu, f’dak li jirrigwarda Sina Bank, mid-data tad-dħul tagħha fis-seħħ sad-data tal-iskadenza tat-terminu tal-appell minn din is-sentenza, previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56, tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jew, jekk ikun ġie ppreżentat appell f’dan it-terminu minn din is-sentenza, sad-data ta’ meta jiġi miċħud dan l-appell.

4)

Il-Kunsill huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 25.8.2014.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – Eveready Battery Company vs EUIPO – Hussain et (POWER EDGE)

(Kawża T-824/14) (1)

([Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea POWER EDGE - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti EDGE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 441/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eveready Battery Company, Inc. (Saint-Louis, Missouri, l-Istati Uniti) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Garrido Otaola u M. Fischer, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Imran Hussain, Rizwana Hussain, Maariah Hussain, Danyaal Hussain u Zahra Hussain (Leeds, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-6 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 38/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eveready Battery Company, minn naħa, u I. Hussain, R. Hussain, M. Hussain, D. Hussain u Z. Hussain, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Eveready Battery Company, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 65, 23.2.2015.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – Raimund Schmitt Verpachtungsgesellschaft vs EUIPO (BRAUWELT)

(Kawża T-56/15) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BRAUWELT - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”)

(2016/C 441/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Raimund Schmitt Verpachtungsgesellschaft mbH & Co. KG (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Höfler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1121/2014-4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BRAUWELT bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Raimund Schmitt Verpachtungsgesellschaft mbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – Meissen Keramik vs EUIPO (MEISSEN KERAMIK)

(Kawża T-776/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MEISSEN KERAMIK - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 441/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Meissen Keramik GmbH (Meissen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Vohwinkel u M. Bagh, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek u A. Schifko, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 531/2015-1), fir-rigward ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv MEISSEN KERAMIK bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Meissen Keramik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 29.2.2016


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/19


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2016 – Gall Pharma vs EUIPO – Pfizer (Styriagra)

(Kawża T-662/16)

(2016/C 441/24)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gall Pharma GmbH (Judenburg, l-Awstrija) (rappreżentanti: D. Reichelt u L. Figura, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pfizer Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Styriagra” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 161 469

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 724/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni Numru 002286568 kontra t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 000233890;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/20


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2016 minn Pieter De Meyer et mis-sentenza mogħtija fl-20 ta' Awwissu 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-113/15, Adriaen a.o. vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-667/16 P)

(2016/C 441/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Pieter De Meyer (Brussell, il-Belġju) u 8 oħra (rappreżentant: R. Rata, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-20 ta’ Lulju 2016 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża F-112/15;

tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Novembru 2014 tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea, maħruġa permezz tal-Avviż Amministrattiv Nru 41-2014, li jistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi taħt l-eżerċizzju ta’ promozzjoni tal-2014 sa fejn l-isem tal-appellanti ma huwiex inkluż fiha;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż tal-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi meta ġie miċħud l-ewwel motiv tal-appellanti bħala infondat. L-appellanti jisostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq erba’ żbalji prinċipali fir-rigward tal-ewwel motiv:

l-ewwel nett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku stabbilixxa, bi ksur tal-ġurisprudenza applikabbli, li ma għandux il-ħtieġa li jirrevedi l-legalità tal-azzjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra jekk l-Awtorità tal-Ħatra ddikjarat li hija ssodisfat id-dmirijiet u l-obbligi legali tagħha;

it-tieni nett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball meta ċaħad ir-rapport tal-Kumitat konġunt ta’ monitoraġġ bħala prova u naqas milli effettivament iqis in-nuqqas ta’ komparabbiltà misjuba fis-sorsi ta’ informazzjoni użati mill-Awtorità tal-Ħatra;

it-tielet nett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball meta injora – mingħajr ġustifikazzjoni – l-eżistenza tal-argument u l-provi mressqa mill-appellanti dwar l-evalwazzjoni matematika tal-metodoloġija tal-evalwazzjoni letterarja tal-Awtorità tal-Ħatra kif ukoll it-tieni parti totali tal-ewwel motiv tal-appellanti;

ir-raba’ nett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball fil-preżunzjoni tiegħu li assenza ta’ evalwazzjoni effettiva tal-merti komparattivi ma jistgħux jagħtu lok għal annullament ta’ deċiżjoni dwar promozzjoni.

2.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq l-argument tal-appellanti li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi fir-rigward tat-tieni motiv tagħhom:

l-ewwel nett, billi arbitrarjament illimita l-ambitu u l-applikabbiltà tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll id-drittijiet fundamentali tal-appellanti taħt il-liġi tal-Unjoni b’mod inkompatibbli mar-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni; u

it-tieni nett, billi ċaħad it-tieni motiv tal-appellanti bħala infondat fuq raġunijiet manifestament żbaljati.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq nuqqas li jsir stħarriġ ġudizzjarju imparzjali u effettiv, li jagħti lok għal ksur tad-dritt tal-appellanti għal rimedju effettiv, fejn l-appellanti jsostni li:

l-ewwel nett, l-Imħallef Relatur għamel dikjarazzjonijiet bi preġudizzju li juru imparzjalità suġġettiva fir-rapport preparatorju li minn qabel iddeċieda l-eżitu tal-motivi tar-appellanti;

it-tieni nett, il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku naqas milli jirrikuża lill-Imħallef u jittrasferixxi l-kawża quddiem Awla differenti filwaqt li ammetta li d-dikjarazzjonijiet bi preġudizzju kkontestati ġew ikkupjati u ppestjati minn kawża differenti li tinvolvi rikorrenti differenti;

it-tielet nett, il-Qorti Ġenerali selettivament injorat u ċaħdet argumenti u provi kruċjali mingħajr kunsiderazzjoni jew reviżjoni. Bħala konklużjoni, l-appellanti tqis li d-dritt tagħhom għal rimedju effettiv inkiser mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku minħabba li naqas milli jwettaq stħarriġ imparzjali u effettiv.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/22


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2016 minn HL mis-sentenza mogħtija fl-20 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-112/15, HL vs Il-Kummisjsoni

(Kawża T-668/16 P)

(2016/C 441/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: HL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: R. Rata, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummisjsoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-20 ta’ Lulju 2016 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża F-112/15;

tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Novembru 2014 tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea, maħruġa permezz tal-Avviż Amministrattiv Nru 41-2014, li jistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi taħt l-eżerċizzju ta’ promozzjoni tal-2014 sa fejn l-isem tal-appellant ma huwiex inkluż fiha;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż tal-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi meta ġie miċħud l-ewwel motiv bħala infondat. L-appellant isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq erba’ żbalji prinċipali fir-rigward tal-ewwel motivi:

l-ewwel nett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku stabbilixxa, bi ksur tal-ġurisprudenza applikabbli, li ma għandhux il-ħtieġa li jirrevedi l-legalità tal-azzjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra jekk l-Awtorità tal-Ħatra ddikjarat li hija ssodisfat id-dmirijiet u l-obbligi legali tagħha;

it-tieni nett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball meta ċaħad ir-rapport tal-Kumitat konġunt ta’ monitoraġġ bħala prova u naqas milli effettivament iqis in-nuqqas ta’ komparabbiltà misjuba fis-sorsi ta’ informazzjoni użati mill-Awtorità tal-Ħatra;

it-tielet nett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball meta injora – mingħajr ġustifikazzjoni – l-eżistenza tal-argument u l-provi mressqa mill-appellant dwar l-evalwazzjoni matematika tal-metodoloġija tal-evalwazzjoni letterarja tal-Awtorità tal-Ħatra kif ukoll it-tieni parti totali tal-ewwel motiv;

ir-raba’ nett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball fil-preżunzjoni tiegħu li assenza ta’ evalwazzjoni effettiva tal-merti komparattivi ma jistgħux jagħtu lok għal annullament ta’ deċiżjoni dwar promozzjoni.

2.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq l-argument tal-appellant li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi fir-rigward tat-tieni motiv tiegħu:

l-ewwel nett, billi arbitrarjament illimita l-ambitu u l-applikabbiltà tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll id-drittijiet fundamentali tal-appellanti taħt il-liġi tal-Unjoni b’mod inkompatibbli mar-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni; u

It-tieni, billi ċaħad it-tieni motiv tal-appellanti bħala infondat fuq raġunijiet manifestament żbaljati.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq nuqqas li jsir stħarriġ ġudizzjarju imparzjali u effettiv, li jagħtu lok għal ksur tad-dritt tal-appellant għal rimedju effettiv, fejn l-appellant isostni li:

l-ewwel nett, l-Imħallef Relatur għamel dikjarazzjonijiet bi preġudizzju li juru imparzjalità suġġettiv fir-rapport preparatorju li minn qabel iddeċieda l-eżitu tal-motivi tar-appellanti;

it-tieni nett, il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku naqas milli jirrikuża lill-Imħallef u jittrasferixxi l-kawża quddiem Awla differenti filwaqt li ammetta li d-dikjarazzjonijiet bi preġudizzju kkontestati ġew ukkupjati u ppestjati minn kawża differenti li tinvolvi rikorrenti differenti;

it-tielet nett, il-Qorti Ġenerali selettivament injorat u ċaħdet argumenti u provi kruċjali mingħajr kunsiderazzjoni jew reviżjoni. Bħala konklużjoni, l-appellanti tqis li d-dritt tiegħu għal rimedju effettiv inkiser mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku minħabba li naqas milli jwettaq stħarriġ imparzjali u effettiva.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/23


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 – Henkel Electronic Materials (Il-Belġju) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-681/16)

(2016/C 441/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Henkel Electronic Materials (Il-Belġju) (Westerlo, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Reypens, C. Docclo u T. Verstraeten, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tgħaqqad flimkien il-kawża odjerna mal-Kawża T-131/16 minħabba r-rabta li teżisti bejn dawn iż-żewġ kawżi, għall-finijiet tal-proċedura orali u għal dawk tas-sentenza;

tirċievi u tilqa’ l-motivi għall-annullament invokati f’dan ir-rikors;

tannulla l-Artikoli 1 u 2 tad-deċiżjoni kkontestata (1);

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata safejn dan ma jipprovdi għal ebda miżura tranżitorja;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni ta’ atti legali li jikkostitwixxu l-allegata għajnuna mill-Istat u fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament Nru 2015/1589 (2).

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball ta’ fatt fid-deskrizzjoni tas-sistema ta’ riferiment, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tal-imsemmija sistema ta’ riferiment, u fuq żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 2015/1589.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku u fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 2015/1589.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tas-selettività rikjesta sabiex l-iskema kontenzjuża tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, u tal-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 2015/1589, kif ukoll fuq żball ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tal-mekkaniżmi tal-iskema kontenzjuża.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tal-ġustifikazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-iskema kontenzjuża.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fl-eżami tal-allegat vantaġġ derivanti mill-iskema kontenzjuża u fuq nuqqas ta’ preċiżjoni fl-eżami tal-iskema kontenzjuża.

7.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi tal-persuni taxxabbli u taċ-ċertezza legali.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju [notifikata bid-dokument numru C(2015) 9837] (ĠU L 260, p. 61).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, p. 9).


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/24


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-682/16)

(2016/C 441/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Alabrune, D. Colas u D. Segoin, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2016)4287 final, tat-12 ta’ Lulju 2016, innotifikata fit-13 ta’ Lulju 2016, li tissospendi l-pagamenti ta’ kull xahar lil Franza taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549). Dan il-motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet.

L-ewwel parti, li skontha l-awtoritajiet Franċiżi implementaw kompletament il-pjan ta’ azzjoni li jinkludi indikaturi ta’ progress ċari stabbiliti wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, li għalih tirreferi d-deċiżjoni kkontestata.

It-tieni parti, li skontha d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq elementi li ma kinux previsti fil-pjan ta’ azzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/25


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2016 – PL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-689/16)

(2016/C 441/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni konfermattiva tat-22 ta’ Diċembru 2015 tal-Kap tal-Unità DG HR.B4 “Ġestjoni tal-karriera u rendiment” sabiex ma tiġix eżegwita s-sentenza tas-TSP tal-15 ta’ April 2015 billi tiġi adottata deċiżjoni, diġà implementata għal iktar minn 3 snin, li tassenja mill-ġdid lir-rikorrent, fl-interess tas-servizz, mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fix-Xatt tal-Punent u fl-Istrixxa ta’ Gaża (Ġerusalemm tal-Lvant) għad-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u Trasport (MOVE) fi Brussell b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2013;

tannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda, tal-20 ta’ Awwissu 2015, tat-talba tar-rikorrent, li saret permezz tal-konsulent legali tiegħu, li jiġi informat bil-miżuri meħuda mill-Kummissjoni b’eżekuzzjoni tas-sentenza tat-TSP tal-15 ta’ April 2015 fil-Kawża F-96/13;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent somma ta’ EUR 250 000 bħala kumpens għad-danni materjali u morali sostnuti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 266 TFUE, sa fejn id-deċiżjonijiet ikkontestati ma josservawx id-dispożittiv tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (“TSP”) tal-15 ta’ April 2015 fil-Kawża F-96/13 fir-rigward tal-motivazzjonijiet tiegħu li jikkostitwixxu l-appoġġ neċessarju għalih fis-sens li huma indispensabbli sabiex jiġi ddeterminat is-sens eżatt ta’ dak li ġie deċiż fid-dispożittiv.

Ir-rikorrent iqis li l-Artikolu 266 TFUE jimponi fuq il-Kummissjoni li tevita li kwalunkwe att li jissostitwixxi l-att annullat ikun ivvizzjat mill-istess irregolaritajiet bħal dawk identifikati fis-sentenza ta’ annullament, li huwa l-każ fil-kawża ineżami.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ proċedura, sa fejn id-deċiżjonijiet ikkontestati ma jikkostitwixxux eżekuzzjoni regolari, ta’ bona fide u leali tas-sentenza ta’ annullament tat-TSP u ġew adottati biss bl-għan li jagħtu l-impressjoni ta’ legalità lil deċiżjoni li, għalkemm ġiet annullata, diġà ġiet implementata għal iktar minn tliet snin.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/26


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2016 – Elevolution-Engenharia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-691/16)

(2016/C 441/30)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Elevolution-Engenharia SA (Amadora, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Pinto Cardoso u L. Fuzeta da Ponte, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tilqa’ r-rikors fl-intier tiegħu u għaldaqstant tannulla d-deċiżjonijiet tal-konvenuta li jinkludu n-noti ta’ debitu reċevuti mir-rikorrenti permezz ta’ ittra tat-3 ta’ Awwissu 2016;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ispejjeż tar-rikorrenti, liema spejjeż għad iridu jiġu kkwantifikati.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza. Il-konvenuta hija nieqsa minn kompetenza u minn setgħat sabiex tadotta l-atti li tagħhom qed jintalab l-annullament.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-forom sostanzjali. In-noti kkontestati huma impliċitament jew taċitament immotivati, huma ppreżentati b’mod mhux ċar u ma humiex koerenti mad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tat-Trattat u tar-regoli relatati mal-applikazzjoni tiegħu.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/26


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2016 – CJ vs ECDC

(Kawża T-692/16)

(2016/C 441/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: CJ (Agios Stefanos, il-Greċja) (rappreżentant: V. Kolias, avukat)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u konsegwentement tordna lill-ECDC jħallas lir-rikorrent ir-remunerazzjoni li huwa kien jirċievi mill-1 ta’ Mejju 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2014 kieku kien baqa’ fis-servizz tal-ECDC u li, fl-istennija ta’ dettalji min-naħa tal-ECDC u skont il-kalkoli mwettqa b’mod provviżorju mir-rikorrent, kienet tammonta għal EUR 140 000, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali;

tordna lill-ECDC iħallsu s-somma ta’ EUR 13 000 bħala kumpens għad-dannu morali;

tordna lill-ECDC ibati l-ispejjeż tiegħu stess u jħallas l-ispejjeż tiegħu f’din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-ECDC kiser l-Artikolu 266 TFUE billi implementa b’mod żbaljat is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea fil-Kawżi magħquda F-159/12 u F-161/12 CJ v ECDC, u jargumenta b’mod partikolari li:

minħabba li ċ-ċirkustanzi essenzjali ġew ittrasformati b’mod irrevokabbli, l-ECDC kien żbaljat meta ta effett retroattiv lid-deċiżjoni kkontestata;

l-ECDC kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li d-deċiżjoni kkontestata la kienet adatta u lanqas neċessarja sabiex jintlaħqu l-għan imfittex mit-tkeċċija li seħħet fl-2012 u li wara ġiet annullata;

l-ECDC wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta injora r-reklutaġġ frawdolenti tal-kap tas-servizz legali tal-ECDC;

l-ECDC kiser l-Artikolu 22a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal meta keċċa lir-rikorrent bħala reazzjoni tar-rapport tiegħu intitolat in tempore non suspecto li seħħ ftit qabel it-tkeċċija tiegħu, fatti li qajmu s-susspett ta’ ġestjoni finanzjarja ħażina fi ħdan l-ECDC.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-kumpens finanzjarju tad-dannu morali subit minħabba l-ksur, mill-ECDC, tal-Artikolu 266 TFUE u minħabba d-dikjarazzjoni tiegħu li r-rikorrent ipprova jippromwovi n-nepotiżmu.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/27


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2016 minn HG mis-sentenza mogħtija fid-19 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-149/15, HG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-693/16 P)

(2016/C 441/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: HG (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża F-149/15;

bħala konsegwenza, tilqa’ t-talbiet tal-appellanti fl-ewwel istanza u għaldaqstant,

tannulla d-Deċiżjoni CMS 13-005 tal-Awtorità tal-Ħatra Tripartitika sa fejn din tipprevedi s-sospensjoni ta’ avvanz fl-iskala għal perijodu ta’ 18-il xahar u l-kumpens għal dannu stabbilit permezz tad-deċiżjoni għal EUR 108 596,35

sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent

sussidjarjament, tnaqqas is-sanzjoni finanzjarja li tinsab fid-Deċiżjoni CMS 13-005

tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu morali u għar-reputazzjoni subit mir-rikorrent stmat għal EUR 20 000

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju dwar ir-responsabbiltà finanzjarja tal-appellanti, huwa ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) ma ddeċidiex fuq wieħed mill-ilmenti tal-appellanti, dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Barra minn hekk, huwa wettaq diversi żbalji ta’ liġi u żnatura l-provi tal-proċess.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq difetti ta’ proċedura ta’ atti preparatorji għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u tal-ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, kif ukoll tal-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u ta’ żbalji ta’ liġi li wettaq it-TSP.

3.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Kummissjoni u mit-TSP.

4.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u ta’ fatt li t-TSP wettaq fir-rigward tal-ewwel ilment sostnut kontra l-appellanti. Barra minn hekk, it-TSP kiser l-obbligu tiegħu ta’ motivazzjoni.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/28


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2016 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-20 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża F-104/15,  U (*1) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-695/16 P)

(2016/C 441/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-C. Simon, F. Simonetti u G. Gattinara, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: U (*1) u Il-Parlament Ewropew

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta’ Lulju 2016 mogħtija fil-Kawża F-104/15,  U (*1) vs Il-Kummissjoni;

fir-rigward tal-proċedura fl-ewwel istanzi, sa fejn it-Tribunal ikkunsidra l-kawża fi stat li tiġi deċiża, tiċħad ir-rikors bħala infondat u tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż;

fir-rigward tal-proċedura fl-appell, tikkundanna lil kull parti tbati l-ispejjeż tagħha relatati ma’ din il-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll fuq ksur tal-projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita, fir-rigward tal-punti 53 sa 56, 60, 75 sa 78 tas-sentenza appellata.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq diversi żbalji ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, fir-rigward tal-punti 31, 57 sa 60, 61 sal-ewwel sentenza tal-punt 65, tas-sentenza appellata.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq diversi żbalji ta’ liġi u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, fir-rigward tal-punti 65, 67 sa 79 tas-sentenza appellata.


(*1)  Informazzjoni mħassra fil-qafas tal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/29


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 – Trasta Komercbanka et vs BĊE

(Kawża T-698/16)

(2016/C 441/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Trasta Komercbanka AS (Riga, il-Latvja) u 6 oħra (rappreżentati minn: O. Behrends, L. Feddern u M. Kirchner, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE, tat-3 ta’ Marzu 2016, li tirtira l-liċenzja bankarja ta’ Trasta Komercbanka AS; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-MSU (1) u ta’ dispożizzjonijiet relatati fil-kuntest tal-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni preċedenti tal-BĊE mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas, min-naħa tal-BĊE, li jeżamina u li jevalwa b’attenzjoni u b’mod imparzjali l-aspetti fattwali kollha li jinkludu, iżda mhux limitati għal, li l-BĊE ma rreaġixxiex b’mod xieraq għall-fatt li l-informazzjoni u d-dokumenti ppreżentati mill-awtorità lokali regolatorja Latvjana ma kinux preċiżi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità billi naqas milli jirrikonoxxi d-disponibbiltà ta’ miżuri alternattivi.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-Artikolu 19 u tal-premessa 75 tar-Regolament tal-MSU u wettaq użu ħażin ta’ poter.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-BĊE, tar-regoli proċedurali li jinkludu d-dritt għal smigħ, id-dritt għal aċċess għall-fajl u d-dritt għal deċiżjoni motivata b’mod xieraq, u tal-Artikolu 83(1) tar-Regolament Qafas tal-MSU.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, tal-15 ta’ Ottubru 2013, li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63)


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/30


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2016 minn José Barroso Truta, Marc Forli, Calogero Galante, Bernard Gradel mis-sentenza mogħtija fl-20 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-126/15, Barroso Truta et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-702/16 P)

(2016/C 441/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: José Barroso Truta (Bofferdange, il-Lussemburgu), Marc Forli (Lexy, Franza), Calogero Galante (Aix Sur Cloie, il-Belġju), Bernard Gradel (Konacker, Franza) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara u tiddeċiedi li:

is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-126/15, Barroso Truta et vs Il-QĠUE, hija annullata;

tiddeċiedi, permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda, li:

il-Qorti tal-Ġustizzja hija kkundannata tħallas EUR 61 121,08 f’isem J. Barroso Truta, EUR 129 440,98 f’isem M. Forli, EUR 76 324,29 f’isem C. Galante u EUR 99 565,13 f’isem B. Gradel, f’fondi jew assigurazzjoni f’isem l-appellanti;

sussidjarjament, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kkundannata tħallas is-somom imsemmija lill-appellanti, liema somom għandhom jiżdiedu b’interessi komposti bir-rata ta’ 3,1 % fis-sens mid-data tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea;

il-Qorti tal-Ġustizzja hija kkundannata għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi allegatament imwettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta qies li r-rikors għad-danni kien inammissibbli minħabba li l-appellanti ma kinux osservaw il-proċedura prekontenzjuża, li allegatament kien imissha bdiet bl-introduzzjoni ta’ lment, imbagħad b’eventwali rikors għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jirrikonoxxu l-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz fl-iskema tal-pensjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi allegatament imwettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta qies li l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ma kinitx wettqet nuqqas amministrattiv meta kkomunikat il-proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz, li madankollu kienu rriżultaw inkompleti jew saħansitra inkorretti peress li kienu indirizzati lil membri tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet I.

3.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi allegatament imwettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta qies li d-dannu invokat mill-appellanti kien ipotetiku.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/31


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2016 – Pebagua vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-715/16)

(2016/C 441/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Asociación de la pesca y acuicultura del entorno de Doñana y del Bajo Guadalquívir (Pebagua) (Isla Mayor, Spanja) (rappreżentant: A. J. Uceda Sosa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-regolament ta’ implementazzjoni kkontestat,

sussidjarjament, tannulla l-inklużjoni tal-ispeċi Procambarus clarkii fil-lista approvata mill-imsemmi regolament,

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141, tat-13 ta’ Lulju 2016, li jadotta lista ta’ speċijiet aljeni [eżotiċi] invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2016, L 189, p. 4)

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li, fir-rigward tal-ispeċi Procambarus clarkii, la ġew issodisfatti r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament 1143/2014 u lanqas ma twettqet evalwazzjoni tar-riskju fit-termini previsti fl-Artikolu 5(1) tal-imsemmi regolament.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/31


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2016 – Waldhausen vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ siluwett ta’ ras ta’ żiemel)

(Kawża T-717/16)

(2016/C 441/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Waldhausen GmbH & Co. KG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Ekey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (rappreżentazzjoni ta’ siluwett ta’ ras ta’ żiemel) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 588 933

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Awwissu 2016 fil-Każ R 1195/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/32


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2016 – Berliner Stadtwerke vs EUIPO (berlinWärme)

(Kawża T-719/16)

(2016/C 441/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Berliner Stadtwerke (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker u A. Schönfleisch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “berlinWärme” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 062 558

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-19 ta’ Lulju 2016, fil-Każ R 618/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/32


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2016 – ARFEA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-720/16)

(2016/C 441/39)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Aziende riunite filovie ed autolinee Srl (ARFEA) (Alessandria, l-Italja) (rappreżentanti: M. Chiti, V. Angiolini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-10 ta’ Ġunju 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38132 (2015/C) (ex 2014/NN) – Kumpens addizzjonali mogħti lil Arfea għall-eżekuzzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku – u, fejn xieraq, l-atti l-oħra koannessi u preliminari li huma suġġetti għar-rikors;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata tiddikjara inkompatibbli mas-suq intern u tordna l-irkupru tal-għajnuna li l-awtoritajiet Taljani taw lir-rikorrenti, li hija impriża privata li tipprovdi servizzi ta’ trasport pubbliku lokali permezz ta’ konċessjonijiet kif ukoll servizzi ta’ trasport privat fuq skala kummerċjali, bħala kumpens għall-eżekuzzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 108(3) TFUE.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-miżura kkontestata ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Fi kwalunkwe każ, din ma hijiex għajnuna “ġdida”, kif prevista mill-imsemmija dispożizzjoni.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107 TFUE.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-miżura kkontestata tikkostitwixxi kumpens għal obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq Arfea, mogħtija b’eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet definittivi tal-qrati Taljani, u mhux “għajnuna mill-Istat” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tat-Trattat FUE.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipji ġenerali ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-liġijiet u ta’ ċertezza legali kif ukoll tal-prinċipji żviluppati f’dan il-qasam mill-Qorti tal-Ġustizzja.

F’dan ir-rigward, il-kumpannija rikorrenti tikkontesta l-applikazzjoni għall-każ ineżami tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, li saret fid-deċiżjoni kkontestat. Fil-fatt, il-fatti tal-kawża, li immaterjalizzaw fil-1997-1998, jaqgħu taħt regolament ieħor [ir-Regolament (KEE) Nru 1191/1969].

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji fil-qasam tal-preskrizzjoni.

F’dan ir-rigward, il-kumpannija rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni li timponi l-irkupru tal-miżura inkwistjoni 18-il sena wara li seħħew il-fatti li taw lok għall-kawża.

5.

Il-ħames huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ġenerali żviluppati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-finijiet tad-definizzjoni tal-għanjuna mill-Istat u tal-prinċipju tal-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri.

F’dan ir-rigward, il-kumpannija rikorrenti ssostni li hija tintendi li turi li, fil-kawża li tikkonċernaha, il-prinċipji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, kien ġew osservati. Barra minn hekk, il-kumpannija rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni interferiet f’qasam li jaqa’ taħt l-evalwazzjoni tal-qorti nazzjonali.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur u applikazzjoni żbaljata tal-iskema tal-għjanuna mill-Istat meta l-obbligi ta’ servizz pubbliku jiġu imposti unilateralment.

Il-kumpannija rikorrenti tallega li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li, f’dan il-każ, ir-reġjun tal-Piemonte impona fuqha obbligi ta’ servizz pubbliku li għandhom jiġu kkumpensati b’miżuri estranji għall-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat.

7.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji fil-qasam tas-suċċessjoni ratione temporis tar-regoli.

Il-kumpannija rikorrenti, minbarra dak li sostniet fil-kuntest tat-tielet motiv, tikkontesta l-applikazzjoni għal-każ inezami tar-Regolament Nru 1370/2007. Hija tallega li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li, f’dan il-każ, ir-reġjun tal-Piemonte impona fuqha obbligi ta’ servizz pubbliku li għandhom jiġu kkumpensati permezz ta’ miżuri estranji għall-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat.


28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/34


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2016 minn Giorgio Cocchi u Nicola Falcione mid-digriet mogħti fit-2 ta’ Awwissu 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-134/11, Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-724/16 P)

(2016/C 441/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Giorgio Cocchi (Wezembeek Oppem, il-Belġju) u Nicola Falcione (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara u tiddeċiedi,

id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-134/11, Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni, huwa annullat;

tiddeċiedi permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda:

id-deċiżjoni tad-9 ta’ Marzu 2011, li tirrifjuta t-talbiet għal assistenza, hija annullata;

il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas is-somom ta’ EUR 22 000 lil N. Falcione u ta’ EUR 35 000 lil G. Cocchi, bħala danni minnhom sostnuti;

il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti jinvokaw aggravju uniku, ibbażat fuq l-iżball ta’ liġi li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq fl-evalwazzjoni tal-interess tal-appellanti li jipproċedu bil-proċedura. Fil-fatt, l-appellanti kellhom interess, li ma kienx biss amministrattiv, li r-rikors tagħhom jintlaqa’.