EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0367

Kawża T-367/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – August Storck vs EUIPO – Chiquita Brands (Fruitfuls) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Fruitfuls — Użu ġenwin — Artikolu 51(1)(a) u 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

OJ C 441, 28.11.2016, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – August Storck vs EUIPO – Chiquita Brands (Fruitfuls)

(Kawża T-367/14) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Fruitfuls - Użu ġenwin - Artikolu 51(1)(a) u 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 441/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Rohr, A.-C. Richter, P. Goldenbaum, T. Melchert u T. Reher, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Poch, sussegwentement G. Schneider u D. Gája, u finalment D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Chiquita Brands LLC (Charlotte, North Carolina, l-Istati Uniti) (rappreżentant: L. Bakers, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1580/2013-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Chiquita Brands u August Storck.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-27 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1580/2013-5) hija annullata sa fejn ikkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiddikjara r-revoka tat-trade mark ikkontestata fir-rigward tal-“ħelu” li jaqa’ fil-klassi 30 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


Top