EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0720

Kawża T-720/16: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2016 – ARFEA vs Il-Kummissjoni

OJ C 441, 28.11.2016, p. 32–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/32


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2016 – ARFEA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-720/16)

(2016/C 441/39)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Aziende riunite filovie ed autolinee Srl (ARFEA) (Alessandria, l-Italja) (rappreżentanti: M. Chiti, V. Angiolini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-10 ta’ Ġunju 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38132 (2015/C) (ex 2014/NN) – Kumpens addizzjonali mogħti lil Arfea għall-eżekuzzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku – u, fejn xieraq, l-atti l-oħra koannessi u preliminari li huma suġġetti għar-rikors;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata tiddikjara inkompatibbli mas-suq intern u tordna l-irkupru tal-għajnuna li l-awtoritajiet Taljani taw lir-rikorrenti, li hija impriża privata li tipprovdi servizzi ta’ trasport pubbliku lokali permezz ta’ konċessjonijiet kif ukoll servizzi ta’ trasport privat fuq skala kummerċjali, bħala kumpens għall-eżekuzzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 108(3) TFUE.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-miżura kkontestata ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Fi kwalunkwe każ, din ma hijiex għajnuna “ġdida”, kif prevista mill-imsemmija dispożizzjoni.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107 TFUE.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-miżura kkontestata tikkostitwixxi kumpens għal obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq Arfea, mogħtija b’eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet definittivi tal-qrati Taljani, u mhux “għajnuna mill-Istat” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tat-Trattat FUE.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipji ġenerali ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-liġijiet u ta’ ċertezza legali kif ukoll tal-prinċipji żviluppati f’dan il-qasam mill-Qorti tal-Ġustizzja.

F’dan ir-rigward, il-kumpannija rikorrenti tikkontesta l-applikazzjoni għall-każ ineżami tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, li saret fid-deċiżjoni kkontestat. Fil-fatt, il-fatti tal-kawża, li immaterjalizzaw fil-1997-1998, jaqgħu taħt regolament ieħor [ir-Regolament (KEE) Nru 1191/1969].

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji fil-qasam tal-preskrizzjoni.

F’dan ir-rigward, il-kumpannija rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni li timponi l-irkupru tal-miżura inkwistjoni 18-il sena wara li seħħew il-fatti li taw lok għall-kawża.

5.

Il-ħames huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ġenerali żviluppati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-finijiet tad-definizzjoni tal-għanjuna mill-Istat u tal-prinċipju tal-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri.

F’dan ir-rigward, il-kumpannija rikorrenti ssostni li hija tintendi li turi li, fil-kawża li tikkonċernaha, il-prinċipji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, kien ġew osservati. Barra minn hekk, il-kumpannija rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni interferiet f’qasam li jaqa’ taħt l-evalwazzjoni tal-qorti nazzjonali.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur u applikazzjoni żbaljata tal-iskema tal-għjanuna mill-Istat meta l-obbligi ta’ servizz pubbliku jiġu imposti unilateralment.

Il-kumpannija rikorrenti tallega li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li, f’dan il-każ, ir-reġjun tal-Piemonte impona fuqha obbligi ta’ servizz pubbliku li għandhom jiġu kkumpensati b’miżuri estranji għall-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat.

7.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji fil-qasam tas-suċċessjoni ratione temporis tar-regoli.

Il-kumpannija rikorrenti, minbarra dak li sostniet fil-kuntest tat-tielet motiv, tikkontesta l-applikazzjoni għal-każ inezami tar-Regolament Nru 1370/2007. Hija tallega li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li, f’dan il-każ, ir-reġjun tal-Piemonte impona fuqha obbligi ta’ servizz pubbliku li għandhom jiġu kkumpensati permezz ta’ miżuri estranji għall-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat.


Top