Klawżola ta’ difiża reċiproka

It-Trattat ta’ Lisbona jsaħħaħ is-solidarjetà bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) fit-trattament tat-theddid estern billi jintroduċi klawżola ta’ difiża reċiproka (l-Artikolu 42(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea). Din il-klawżola tipprovdi li jekk Stat Membru jkun vittma ta’ aggressjoni armata fuq it-territorju tiegħu, l-Istati Membri l-oħrajn għandhom l-obbligu li jgħinu u li jassistu bil-mezzi kollha fis-setgħa tagħhom, skont l-Artikolu 51 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

Dan l-obbligu ta’ difiża reċiproka huwa vinkolanti għall-Istati Membri kollha. Madanakollu, ma jaffettwax in-newtralità ta’ ċerti Stati Membri u huwa konsistenti mal-impenji tal-pajjiżi li huma membri tan-NATO.

Din il-klawżola hija ssupplimentata mill-klawżola tas-solidarjetà (l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea), li tipprovdi li l-Istati Membri huma obbligati jaġixxu b’mod konġunt meta wieħed minnhom ikun il-vittma ta’ attakk terroristiku jew ta’ diżastru naturali jew ta’ diżastru magħmul mill-bniedem.

ARA WKOLL