Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Difiża kollettiva

It-Trattat ta’ Lisbona jinkludi klawżola ta’ difiża kollettiva (l-Artikolu 42(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea TUE) fi ħdan ir-regoli tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK) tal-Unjoni Ewropea. Meta Stat Membru tal-UE jkun fil-mira ta’ aggressjoni armata fit-territorju tiegħu, l-Istati Membri l-oħrajn tal-UE għandhom jgħinuh bil-mezzi kollha fis-setgħa tagħhom. Dawn l-impenji għandhom ikunu konsistenti mal-impenji li jsiru mill-Istati Membri bħala membri tan-NATO.

L-Artikolu 42(7) tat-TUE jispira ruħu mit-Trattat ta’ Brussell (kif immodifikat fl-1954), li stabbilixxa l-Unjoni Ewropea tal-Punent (UEP), alleanza ta’ difiża ta’ 10 pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent, li flimkien mal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, kienet il-garanti ewlieni tas-sigurtà Ewropea wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Fis-sena 2000, l-UEP qablet li tittrasferixxi b’mod gradwali l-kapaċitajiet u l-kompiti tagħha lill-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni tal-UE. Finalment, l-UEP waqfet teżisti f’Ġunju 2011.

ARA WKOLL

Top