Computing avvanzat

Il-Computing avvanzat, magħruf ukoll bħala computing ta’ prestazzjoni għolja (HPC), jirreferi għall-użu ta’ supercomputers, jew clusters ta’ computers li jiffunzjonaw bħala supercomputer biex iwettqu proġetti fuq skala kbira ħafna.

Minħabba d-daqs u l-kumplessità tagħhhom, sistemi tal-HPC iqumu l-flus biex jinħolqu u jinżammu. Huwa għal din ir-raġuni li l-Unjoni Ewropea (UE) ħolqot l-Impriża Konġunta Ewropea għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja — korp li jiġbor flimkien riżorsi mill-UE, pajjiżi parteċipanti u msieħba privati — biex isaħħu l-pożizzjoni tal-Ewropa bħala qawwa ewlenija tal-HPC u tagħmel dawn ir-riżorsi disponibbli għar-riċerkaturi, għall-industrija u għal negozji żgħar Ewropej. L-UE bħalissa qed tippjana li tinvesti EUR 7 biljun iktar f’sistemi tal-HPC minn issa sal-2033.

L-HPC għandu rwol ċentrali fil-viżjoni tal-Kummissjoni Ewropea għat-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa sal-2030. L-HPC jista’ jintuża f’għadd kbir ta’ oqsma ta’ applikazzjoni: minn monitoraġġ u mitigazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima u l-produzzjoni ta’ vetturi iktar siguri u ambjentali sa żieda fiċ-ċibersigurtà u l-avvanz tal-fruntieri tal-għarfien f’ħafna oqsma xjentifiċi.

ARA WKOLL