Id-Dikjarazzjoni tal-UE dwar il-mezzi ta’ kooperazzjoni u implimentazzjoni
Il-ftehim jipprovdi għall-Aġenda 2030 tal-NU dwar Żvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta’ Pariġi bħala l-oqsfa globali li jiggwidaw is-sħubija.
L-objettivi tal-ftehim huma li:
Djalogu ta’ Sħubija u azzjoni strutturata għall-ispeċifikajiet tal-partijiet huma l-għodda prinċipali biex jintlaħqu dawn l-objettivi.
Il-ftehim għandu l-għan li jiffaċilita l-adozzjoni ta’ pożizzjonijiet komuni mill-partijiet fuq ix-xena dinjija, isaħħaħ is-sħubijiet biex jippromwovu l-multilateraliżmu u l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli bil-ħsieb li jmexxu ‘l quddiem l-azzjoni globali.
Il-ftehim jinkludi Parti Ġenerali (il-Partijiet I sa VI), li huma legalment vinkolanti fuq il-partijiet kollha, u tliet protokoll reġjonali li huma legalment vinkolanti fuq il-parti UE u fuq il-membri tal-OSAKP Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku rispettivament u li jiffukaw fuq il-bżonnijiet speċifiċi ta’ kull reġjun.
Istituzzjonijiet korrispondenti konġunti għal kull protokoll reġjonali huma stabbiliti wkoll.
Il-ftehim ilu japplika b’mod proviżjorju mill-. Dan ser jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fih l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u tal-inqas żewġ terzi mill-membri OSAKP jispiċċaw il-proċeduri interni tagħhom għal dak l-iskop u jiddepożitaw l-istrumenti tagħhom li jesprimu l-kunsens tagħhom li jkunu marbuta mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Il-Ftehim ta’ Shubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri taghha, minn naha wahda, u l-Membri tal-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Pacifiku, min-naha l-ohra (ĠU L., 2023/2862 ).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2861 tal- dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Membri tal-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (ĠU L., 2023/2861, ).
Id-Dikjarazzjoni tal-UE dwar il-mezzi ta’ kooperazzjoni u implimentazzjoni (ĠU L., 2023/2863, ).
l-aħħar aġġornament