Implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema

SOMMARJU TA’:

Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema

X’INHU L-GĦAN TAL-LINJA GWIDA?

Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) (Il-Linja Gwida) tistabbilixxi regoli uniformi għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Eurosistema għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) li l-munita tagħhom hija l-euro.

PUNTI EWLENIN

Sabiex tikseb l-għan ewlieni tagħha li żżomm stabbiltà fil-prezzijiet għaż-żona tal-euro kollha, l-Eurosistema tuża sett ta’ strumenti u proċeduri tal-politika monetarja. Dawn jipprovdu l-qafas operazzjonali għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-politika monetarja fil-prattika.

Il-linja gwida fiha revoli dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

Kontropartijiet eliġibbli

Kontropartijiet għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja3 tal-Eurosistema għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin biex jipparteċipaw f’dawn l-operazzjonijiet:

Assi eliġibbli

Biex jieħdu sehem fl-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, il-kontropartijiet għandhom jipprovdu lill-Eurosistema b’assi li huma aċċettati bħala kollateral għal operazzjonijiet bħal dawn. Ir-regoli dwar il-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-kollateral huma stabbiliti fil-Linja Gwida UE) 2024/3129 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/22).

Sanzjonijiet għal nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tal-kontropartijiet

L-Eurosistema tista’ timponi sanzjonijiet, kemm finanzjarji kif ukoll mhux finanzjarji, fuq kontropartijiet li jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi tar-riżerva jew milli jikkonformaw mar-regoli operattivi.

Miżuri diskrezzjonali

L-Eurosistema tista’ tagħżel li tagħmel dan li ġej f’każ ta’ tħassib dwar is-solidità finanzjarja tal-kontroparti jew tħassib ieħor ġustifikat:

Il-linja gwida fiha wkoll għadd ta’ regoli li jirregolaw l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji tal-BĊN komuni għall-operazzjonijiet kollha tal-politika monetarja tal-Eurosistema, il- qsim ta’ informazzjoni u l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

MINN META TAPPLIKA L-LINJA GWIDA?

Il-linja gwida ilha tapplika mill-, minbarra l-Artikolu 142 (appoġġ ta’ likwidità fir-rigward ta’ titoli ggarantiti b’assi), li ilu japplika mill-.

SFOND

Skont l-Artikolu 127(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-objettiv tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) huwa li żżomm stabbiltà fil-prezzijiet.

L-Artikolu 127(2) tat-trattat jiddikjara li l-kompiti bażiċi tas-SEBĊ huma li:

L- istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE jipprevedi li:

TERMINI EWLENIN

  1. Proċedura ta’ sejħa għall-offerti. Proċedura li biha l-Eurosistema tipprovdi likwidità lil, jew tirtira l-likwidità mis-suq fejn il-BĊN jidħol fi tranżazzjonijiet billi jaċċetta offerti sottomessi mill-kontropartijiet wara tħabbir pubbliku.
  2. Kontroparti. Istituzzjoni li tissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-Eurosistema biex taċċessa l-operazzjonijiet tal-politika monetarja tagħha.
  3. Operazzjonijiet tal-politika monetarja. Operazzjonijiet tas-suq miftuħ u faċilitajiet permanenti.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Il-linji gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (riformulazzjoni) (ĠU L 91, , pp. 3–135).

Emendi suċċessivi għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament .