Tagħmir użat għal ripressjoni interna u skopijiet militari
Il-bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tagħmir, li jista’ jintuża
għal ripressjoni interna, għal xi persuna jew entità fil-, jew għall-użu
fil-Myanmar/Burma hu pprojbit jekk hu intenzjonat għall-użu militari, utenti finali
militari jew pulizija tal-gwardja tal-fruntiera. Dan jinkludi:
armi tan-nar, munizzjoni, siti tal-armamenti, bombi u grenadi;
vetturi u komponenti speċjali maħsuba għall-kontroll ta’ xi irvell:
mgħammra b’kanun tal-ilma għall-iskop tal-kontroll ta’ xi irvell;
elettrifikati biex jirripellaw barrieri;
maħsuba biex jittrasportaw jew jittrasferixxu priġunieri jew detenuti,
jew
maħsuba biex jattivaw barrieri mobbli.
splussivi maħsuba apposta biex jinizjaw splużjonijiet b’mezzi elettriċi jew mhux
elettriċi, ħlief għal dawk għal użu kummerċjali bħal neffieħa tal-airbags
tal-karozzi.
splussivi oħra, inklużi:
amatol,
nitroċelluloża (li jkollu aktar minn 12.5 % nitroġenu).
nitroglikol,
tetraninat tal-pentaeritritol,
klorur tal-pikril, u
trinitrotoluwen
tagħmir protettiv, inkluż:
karozza tal-persuna li tipprovdi protezzjoni ballistika jew għal
daqqiet, u
elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika jew ta’ frammentazzjoni, elmi
għal kontra l-irvellijiet, tarki kontra l-irvellijiet u tarki
ballistiċi.
Il-projbizzjoni ma tinkludix l-ilbies protettiv, inkluż il-ġkieket u l-elmi
rinfurzati, esportati temporanjament lejn il-Myanmar/Burma minn persunal
tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-Unjoni Ewropea (UE) jew ta’ Stat Membru tal-UE, il-media jew ħaddiema umanitarji u fl-iżvilupp għall-użu personali biss.
Assistenza teknika u attività ta’ finanzjament militari
Il-forniment (jew promozzjoni) ta’ dawn li ġejjin lil xi persuna, entità jew korp fi
jew għal użu fil-Myanmar/Burma hija pprojbita:
assistenza teknika għal attivitajiet militari u li tipprovdi armi u tagħmir
relatat, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir
paramilitari u spare parts;
assistenza finanzjarja relatata ma’ attivitajiet militari inkluża ripressjoni
interna, b’mod partikolari, għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu
għall-esportazzjoni għal xi bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’
armi u tagħmir relatat.
Tagħmir, teknoloġija u software biex jissorveljaw jew għall-interċettazzjoni
tal-komunikazzjoni bl-internet jew bit-telefon
Il-bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tagħmir, teknoloġija jew
software li jista’ jintuża għas-sorveljanza jew interċettazzjoni
tal-komunikazzjonijiet bl-internet jew bit-telefon mingħajr l-awtorizzazzjoni minn
qabel mill-Istat Membru rilevanti, huma pprojbiti.
L-Istati Membri ma għandhomx jagħtu l-awtorizzazzjoni jekk jemmnu li t-tagħmir,
it-teknoloġija jew is-software se jintuża għal repressjoni interna mill-gvern,
il-korpi pubbliċi, il-korporazzjonijiet jew l-aġenziji tal-Myanmar/Burma.
Sanzjonijiet ekonomiċi
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha huma ffriżati jekk
jappartjenu jew huma l-proprjetà ta’, jew huma fil-pussess ta’ jew taħt
il-kontroll ta’ persuni, entitajiet jew korpi elenkati f’Anness IV
tar-regolament.
Ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma jistgħu jsiru disponibbli
għall-persuni, entitajiet jew korpi elenkati.
Derogi
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rillaxx ta’ ċerti fondi ffriżati, inkluż
għal:
bżonnijiet bażiċi inkluż ikel, kera jew mutwu ipotekarju,
mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni u spejjeż
tal-infrastruttura urbana;
miżati professjonali raġonevoli u spejjeż għal servizzi
legali;
miżati jew spejjeż għaż-żamma ta’ fondi ffriżati jew riżorsi
ekonomiċi;
ċerti spejjeż straordinarji oħra, wara li tagħti lill-Istati
Membri l-oħra u lill-Kummissjoni Ewropea avviż tal-inqas ġimagħtejn qabel;
użu diplomatiku jew konsulari, jew użu minn organizzazzjoni
internazzjonali b’immunità;
skopijiet umanitarji, bħal twassil ta’ assistenza — inkluż
provvisti mediċi — u ikel, trasferiment ta’ ħaddiema umanitarji jew
evakwazzjonijiet;
dekummissjonar ta’ bjar taż-żejt u tal-gass konformi mal-istandards internazzjonali, bħal rimi tal-iskart u
rimedjazzjoni tas-sit għal raġunijiet ta’ sigurtà u ambjentali.
Persuni u entitajiet b’sanzjonijiet
Membri tal-forzi armati tal-Myanmar, il-forza tal-pulizija tal-Myanmar u
l-pulizija tal-gwardja tal-fruntiera responsabbli għal:
tfixkil tal-provvediment ta’ assistenza umanitarja lil popolazzjoni
ċivili fil-bżonn; jew
tfixkil tat-twettiq ta’ investigazzjonijiet indipendenti fi ksur jew
abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.
Persuni jew entitajiet:
li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħhom idgħajfu
d-demokrazija jew l-istat tad-dritt, jew li jheddu l-paċi, is-sigurtà
jew l-istabbilità tal-Myanmar/Burma; jew
li jappartjenu jew li huma taħt il-kontroll tal-forzi armati
tal-Myanmar, jew li jiġġeneraw dħul għal jew jipprovdu appoġġ għal jew
ta’ benefiċċju għalihom.
Persuni jew entitajiet assoċjati ma’ dawn ta’ fuq.
Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat- dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma u li tħassar
id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111, ,
pp. 75–76)
L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK ġew inkorporati fit-test oriġinali.
Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 tat- dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Mjanmar/Burma u li jħassar
ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 (ĠU L 121, , pp.
1–7).
Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill
fi (tagħmir kopert
mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li
jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari) (li
taġġorna u tissostitwixxi l-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea adottata
mill-Kunsill fis-) (ĠU C 100,
, pp.
3–35).
Verzjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea - Titolu V - Dispożizzjonijiet
ġenerali dwar l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar
il-politika estera u ta' sigurtà komuni - Kapitolu 2 - Dispożizzjonijiet speċifiċi
dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni - Taqsima 1 - Dispożizzjonijiet komuni
- Artikolu 29 (ex Artikolu 15 TUE) (ĠU C 202, , p. 33).
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - Il-ħames
parti - L-azzjoni esterna ta' l-Unjoni - Titolu IV - Il-miżuri restrittivi -
Artikolu 215 (ex Artikolu 301 TKE) (ĠU C 202, , p.
144).