Ir-Regolament (UE) 2019/2021 jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn1 għall-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ unitajiet tal-wiri elettroniċi2, inklużi t-televixins, il-moniters u s-sinjali diġitali. Ir-regolament iħassar ir-Regolament (KE) 642/2009 li applika biss għat-televixins u l-moniters tat-televixin.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2013 jistabbilixxi regoli dwar it-tikkettar ta’ u l-għoti ta’ informazzjoni supplimentari dwar il-prodott fuq dawn il-prodotti. Dan iħassar ir-Regolament Delegat (UE) 1062/2010 li applika biss għat-televixins u l-moniters tat-televixin.
Ir-regolamenti ma japplikawx għal ċerti prodotti tal-unitajiet tal-wiri, bħal proġetturi, unitajiet tal-wiri mediċi, unitajiet tal-wiri elettroniċi żgħar jew sistemi komprensivi tal-vidjokonferenzi. Apparati oħra, bħal unitajiet tal-wiri tax-xandir, professjonali u tas-sigurtà, whiteboards interattivi diġitali, jew frejms tar-ritratti diġitali, għandhom biss jissodisfaw ftit mir-rekwiżiti, bħal dawk relatati mal-effiċjenza tal-materjal (iffaċilitar tat-tiswija u riċiklaġġ).
PUNTI EWLENIN
Ir-Regolament (UE) 2019/2021 jistabbilixxi:
ir-rekwiżiti tal-ekodisinn skont id-Direttiva 2009/125/KE;
fl-Anness II, id-data () meta r-rekwiżiti tal-ekodisinn jidħlu fis-seħħ. Dawn ikopru:
l-effiċjenza enerġetika,
rekwiżiti tal-modalità mitfi u tal-modalità standby,
l-effiċjenza tal-materjali, inklużi d-disinn għall-iżmantellar, riċiklaġġ aħjar u ż-żieda fl-irkupru tal-materjali,
informazzjoni għas-sewwejja u l-fornituri tal-partijiet ta’ rikambju, inkluża d-disponibbiltà tal-aġġornamenti tas-software u tal-firmware,
disponibbiltà ta’ partijiet ta’ rikambju;
il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità, u fl-Anness III l-metodi tal-kejl u l-kalkoli li jridu jsiru.
L-awtoritajiet nazzjonali għandhom japplikaw il-proċeduri tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness IV meta jwettqu verifiki tas-sorveljanza tas-suq.
L-Anness V jistabbilixxi punti ta’ referenza indikattivi bbażati fuq l-aqwa teknoloġija disponibbli (waqt it-tħejjija tal-leġiżlazzjoni) għall-aspetti ambjentali meqjusa bħala sinifikanti u kwantifikabbli.
Il-Kummissjoni jeħtiġilha tirrevedi r-regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tivvaluta għadd ta’ aspetti 3 snin wara li jidħol fis-seħħ.
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2013 jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 dwar it-tikkettar tal-enerġija u jistabbilixxi regoli għall-fornituri, in-negozjanti u l-pjattaformi tal-hosting tal-Internet.
Il-fornituri jeħtiġilhom jiżguraw li:
kull unità tal-wiri elettronika tiġi fornuta b’tikketta stampata bil-format u li jkun fiha l-informazzjoni stipulata fl-Anness III;
l-informazzjoni fl-iskeda informattiva dwar il-prodott, kif stipulat fl-Anness V, u l-kontenut tad-dokumentazzjoni teknika, kif stipulat fl-Anness VI, jiddaħħlu fil-bażi tad-data tal-prodotti;
jekk jintalab b’mod speċifiku min-negozjant, l-iskeda informattiva dwar il-prodott issir disponibbli f’forma stampata;
kull reklam viżiv jew materjal promozzjonali tekniku għal mudell speċifiku ta’ unità tal-wiri elettronika, inkluż fuq l-Internet, ikun fih il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa ta’ klassijiet tal-effiċjenza disponibbli fuq it-tikketta (ara l-Anness VII u l-Anness VIII);
tikketta elettronika, bil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness III, issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ unità tal-wiri elettronika;
skeda informattiva dwar il-prodott elettroniku, kif stipulat fl-Anness V, issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ unità tal-wiri elettronika;
it-tikketta trid tiġi stampata fuq l-imballaġġ jew titwaħħal fuqu.
In-negozjanti jeħtiġilhom jiżguraw li:
kull unità tal-wiri elettronika, waqt il-bejgħ, inkluż waqt il-fieri, ikollha t-tikketta mogħtija mill-fornituri murija fuq quddiem tal-apparat jew imdendla miegħu jew imqiegħda b’tali mod li tkun tidher b’mod ċar u li tkun assoċjata b’mod inekwivoku mal-mudell speċifiku;
diment li l-unità tal-wiri elettronika tinżamm fil-modalità mixgħul meta tkun qed tintwera lill-konsumaturi biex tinbiegħ, it-tikketta elettronika murija fuq l-iskrin tista’ tissostitwixxi t-tikketta stampata;
meta mudell ta’ unità tal-wiri elettronika jintwera waqt il-bejgħ mingħajr ebda unità murija barra mill-imballaġġ, it-tikketta stampata fuq l-imballaġġ jew imwaħħla fuqu għandha tkun viżibbli;
fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod jew telebejgħ, it-tikketta u l-iskeda informattiva dwar il-prodott jiġu pprovduti skont l-Annessi VII u VIII;
kull reklam viżiv jew materjal promozzjonali tekniku għal mudell speċifiku ta’ unità tal-wiri elettronika, inkluż fuq l-Internet, ikun fih il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa ta’ klassijiet tal-effiċjenza disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII.
it-tikketta elettronika u l-iskeda informattiva elettronika dwar il-prodott mogħtija min-negozjant jintwerew skont l-Anness VIII, u jridu jinformaw lin-negozjant dwar l-obbligu li juruhom.
L-awtoritajiet nazzjonali għandhom japplikaw il-proċedura tal-valutazzjoni stabbilita fl-Anness IX meta jwettqu verifiki tas-sorveljanza tas-suq.
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika hija bbażata fuq indiċi stipulat fl-Anness II.
Il-Kummissjoni Ewropea jeħtiġilha teżamina r-regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku 3 snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.
MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLAMENTI?
It-tnejn japplikaw mill-. Madankollu, ir-rekwiżit li l-unitajiet tal-wiri elettroniċi jiġu fornuti b’tikketta stampata bil-format u li jkun fiha l-informazzjoni stipulata fl-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2013 japplika mill-.
Ir-Regolament (UE) 2017/1369 jistabbilixxi qafas li jistipula rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija għal prodotti relatati mal-enerġija biex jippermettu lill-konsumaturi jagħżlu prodotti aktar effiċjenti biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħhom.
Ekodisinn: Politika għat-titjib, permezz ta’ disinn aħjar, tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom, speċjalment l-effiċjenza enerġetika tagħhom.
Unità tal-wiri elettronika: skrin tal-wiri u l-elettronika assoċjata li l-funzjoni primarja tagħha tkun il-wiri ta’ informazzjoni viżwali minn sorsi b’wajer jew mingħajru.
DOKUMENTI EWLENIN
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2021 tal- li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 (ĠU L 315, , pp. 241-266)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2013 tal- li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar tal-enerġija tal-unitajiet tal-wiri elettroniċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 (ĠU L 315, , pp. 1-28)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2019/2013 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, , pp. 1-23)
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016-2019 (COM(2016) 773 final, )
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-għeluq taċ-ċirku — Pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkolari (COM(2015) 614 final, )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 tas- li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-kompjuters u s-servers informatiċi (ĠU L 175, , pp. 13-33)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat- li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins (ĠU L 314, , pp. 64-80)
Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, , pp. 10-35)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas- li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfija (ĠU L 339, , pp. 45-52)