Id-Direttiva (UE) 2019/771 għandha l-għan li tassikura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-Unjoni Ewropea (UE), waqt li tipprovdi lill-konsumaturi b’livell għoli ta’ protezzjoni. Dan tagħmlu billi tistabbilixxi ċerti regoli komuni dwar il-kuntratti għall-bejgħ bejn il-bejjiegħa u l-konsumaturi.
Dawn ikopru:
il-konformità ta’ oġġetti mal-kuntratt;
rimedji disponibbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità;
il-modi kif jiġu eżerċitati dawn ir-rimedji;
il-garanziji kummerċjali.
Id-Direttiva (UE) 2024/1799, li tistabbilixxi regoli komuni għall-promozzjoni tat-tiswija ta’ oġġetti, u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/771. Hija għandha l-għan li tagħmilha aktar faċli għall-konsumaturi li jfittxu tiswija minflok sostituzzjoni u li tagħmel is-servizzi ta’ tiswija aktar aċċessibbli, trasparenti u li jiġbidhom.
PUNTI EWLENIN
Il-leġiżlazzjoni tapplika għal kuntratti ta’ bejgħ1 bejn konsumatur u bejjiegħ għall-provvista ta’ prodotti2.
il-provvista ta’ kontenut diġitali3 jew servizzi diġitali4, ħlief jekk dawn ikunu inkorporati jew interkonnessi mal-prodotti stess, meħtieġa biex huma jwettqu l-funzjonijiet tagħhom u pprovduti taħt il-kuntratt tal-bejgħ (prodotti b’elementi diġitali);
kull mezz fiżiku użat b’mod esklużiv biex iġorr kontenut diġitali (pereżempju CDs, DVDs).
Il-bejjiegħa għandhom jassikuraw li prodotti mwassla lill-konsumatur jikkonformaw mal-kuntratt ta’ bejgħ billi:
jikkonformaw ma’ dak li jkun maqbul kuntrattwalment, jiġifieri skont id-deskrizzjoni, tip, kwantità u kwalità, li jkollhom il-karatteristiċi meħtieġa mill-kuntratt u li jkunu adattati għall-iskopijiet maqbula; u
jikkonformaw mal-kriterji oġġettivi ta’ konformità, jiġifieri:
ikunu adattati għall-iskopijiet li għalihom is-soltu jintużaw prodotti simili;
jikkorrespondu mal-kampjun jew mudell muri lill-konsumatur;
jitwasslu bl-aċċessorji, struzzjonijiet u imballaġġ li l-konsumatur jistenna b’mod raġunevoli; u
jippossjedu l-kwalitajiet u karatteristiċi li l-konsumatur jista’ b’mod raġunevoli jistenna, inkluż konformi mad-Direttiva Emendatorja (UE) 2024/1799, fir-rigward ta’ durabbiltà, riparabbiltà, funzjonalità, kompatibbiltà u sigurtà normali għal prodotti tal-istess tip.
Il-bejjiegħa huma responsabbli għal kull nuqqas ta’ konformità li jsir apparenti fi żmien sentejn mill-konsenja. Matul l-ewwel sena, il-konsumatur m’għandux għalfejn jagħti provi li d-difett kien jeżisti meta saret il-kunsinna.
Għal prodotti b’element diġitali:
il-bejjiegħa jridu jinfurmaw lill-konsumatur dwar u jipprovdulhom l-aġġornamenti meħtieġa kollha biex iżommuhom konformi mad-durata li l-konsumatur jista’ jistenna b’mod raġunevoli, ħlief jekk l-element diġitali tal-prodotti ikun fornut kontinwament, f’liema każ aġġornamenti jridu jkunu pprovduti matul il-perjodu kollu tal-provvista.
il-bejjiegħa huma responsabbli għal kull nuqqas ta’ konformità li ssir apparenti fi żmien sentejn mill-konsenja, ħlief jekk l-element diġitali jrid ikun pprovdut kontinwament għal perjodu itwal, f’liema każ il-bejjiegħ huwa responsabbli matul il-perjodu kollu tal-provvista.
taħt id-Direttiva Emendatorja (UE) 2024/1799, fejn bejjiegħ jagħti lil konsumatur għażla bejn tiswija u sostituzzjoni bħala mezz li jġib il-prodott konformi u l-konsumatur jagħżel tiswija, il-perjodu ta’ imputabilità jkun estiż darba bi 12-il xahar.
Jekk il-prodotti jkollhom difett (nuqqas ta’ konformità), il-konsumaturi għandhom dritt għar-rimedji li ġejjin:
għażla bejn tiswija u sostituzzjoni tal-prodotti: dawn iridu jkunu bla ħlas, fi żmien raġunevoli mill-mument li l-bejjiegħ ikun infurmat mill-konsumatur dwar in-nuqqas ta’ konformità u mingħajr inkonvenjent maġġuri għall-konsumatur, wara li titqies in-natura u l-iskop tal-prodotti;
matul it-tiswija, skont in-natura speċifika tal-prodott inkwistjoni, partikolarment jekk il-konsumatur ikollu bżonn li jkollu dan disponibbli b’mod permanenti, il-bejjiegħ jista’ jipprovdi lill-konsumatur, bla ħlas, prodott ta’ sostituzzjoni, inkluż prodott irranġat, b’self;
il-bejjiegħ jista’ jipprovdi, fuq talba espliċita tal-konsumatur, prodott irranġat biex jissodisfa l-obbligazzjoni tiegħu li jissosstitwixxi l-prodott.
Il-bejjiegħ jista’ jagħti rimedju alternattiv jekk dak li jkun intgħażel huwa impossibbli jew jinvolvi spejjeż sproporzjonati għall-bejjiegħ. Dan jista’ jinvolvi:
tnaqqis proporzjonat fil-prezz;
tmiem il-kuntratt, ħlief jekk id-difett ikun żgħir.
Garanziji kummerċjali
jorbtu lill-garanti taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-garanzija u r-reklamar assoċjat, skont liema jkun l-aktar vantaġġjuż għall-konsumatur;
jridu jkunu fornuti lill-konsumatur f’lingwaġġ sempliċi, intelliġibbli u b’mod li jkun aċċessibbli għal referenza futura;
jinkludu:
konferma li l-konsumatur huwa intitolat bil-liġi għal rimedji bla ħlas mill-bejjiegħ għal kull difett;
l-isem u l-indirizz tal-garanti;
il-proċedura għall-implimentazzjoni, u t-termini tal-garanzija.
jeskludu mil-leġiżlazzjoni oġġetti użati mibjugħab’irkant u annimali ħajjin;
jirregolaw aspetti tal-liġi ġenerali tal-kuntratti jew id-dritt għal danni fejn dawn mhumiex koperti mid-direttiva;
jippermettu lill-konsumaturi jagħżlu rimedju speċifiku jekk in-nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti toħroġ fi żmien 30 jum mill-kunsinna, jew iżommu regoli speċifiċi dwar garanziji għal difetti moħbija.
L-Istati Membri:
ma għandhomx japplikaw miżuri, inklużi dispożizzjonijiet aktar jew inqas stretti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, differenti minn dawk fid-direttiva;
huma permessi japplikaw limiti ta’ żmien itwal għar-responsabbiltà tal-bejjiegħ minn dawk fid-direttiva;
jistgħu jistipulaw li biex jibbenefika mid-drittijiet tal-konsumatur, il-klijent għandu jinforma lill-bejjiegħ fi żmien xahrejn minn meta jinstab id-difett;
jassikuraw li jeżisti mezz adegwat u effettiv li jassikura konformità mal-leġiżlazzjoni;
jinfurmaw lill-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom skont id-direttiva u kif dawn jistgħu jiġu infurzati;
kellhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri stipulati fil-leġiżlazzjoni sal-.
Revoka
Id-Direttiva (UE) 2019/771 ħassret u ssostitwixxiet id-Direttiva 1999/44/KE mill-.
MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?
Id-Direttiva (UE) 2019/771 kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sal-. Ir-regoli li jinsabu fid-direttiva ilhom japplikaw mill-.
Id-Direttiva emendatorja (UE) 2024/1799 għandha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sal- u se tapplika minn dak il-jum.
SFOND
Id-direttiva għandha l-għan li ssib bilanċ bejn livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u kompetittività akbar tan-negozju, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà.
Il-leġiżlazzjoni tikkomplementa d-Direttiva (UE) 2019/770, li tistabbilixxi regoli dwar il-provvista ta’ kontenut diġitali u servizzi diġitali, inkluż kontenut diġitali mpoġġi fuq mezz fiżiku (bħal DVDs, CDs, stikks USB u kards tal-memorja).
Kuntratt tal-bejgħ. Kuntratt fejn bejjiegħ jittrasferixxi sjieda ta’ prodotti lil konsumatur bi skambju għal prezz.
Prodotti. Kull oġġett fiżiku, inklużi l-ilma, gass u enerġija elettrika meta jinbiegħu f’volum limitat jew bi kwantità mifthiema, kull oġġett fiżiku mobbli li jinkorpora jew li huwa interkonness ma’ kontenut diġitali jew servizz diġitali b’mod li l-assenza ta’ dak il-kontenut diġitali jew servizz diġitali kien iżomm lill-prodotti milli jwettqu l-funzjonijiet tagħhom (prodotti b’elementi diġitali).
Kontenut diġitali.Data li tkun ipprovduta u fornuta f’forma diġitali.
Servizz diġitali. Servizz li jippermetti lill-konsumatur biex joħloq, jipproċessa, jaħżen jew jaċċessa data f’forma diġitali, jew servizz li jippermetti l-ixxerjar ta’ jew xi interazzjoni oħra ma’ data f’forma diġitali mtellgħa jew maħluqa mill-konsumatur jew utenti oħra ta’ dak is-servizz.
DOKUMENT PRINĊIPALI
Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, u li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, , pp. 28–50).
DOKUMENTI RELATATI
Id-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali (ĠU L 136, , pp. 1–27).
Ir-Regolament (UE) 2017/1128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar l-iżgurar tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut online fis-suq intern (ĠU L 168, , pp. 1–11).
Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2017/1128 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.