Ir-Regolament (UE) 2015/2120 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ
Il-fornituri tal-internet għandhom jittrattaw it-traffiku kollu b’mod ugwali meta jipprovdu servizzi ta’ aċċess għall-internet:
Il-fornituri jistgħu jużaw miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku raġonevoli, iżda dawn iridu jkunu trasparenti, mhux diskriminatorji, proporzjonati u mhux ibbażati fuq konsiderazzjonijiet kummerċjali.
Il-miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku ma jridux jimmonitorjaw kontenut speċifiku u ma jridux jitħallew fis-seħħ aktar milli hu neċessarju. Il-miżuri li jmorru lil hinn minn tali ġestjoni tat-traffiku raġonevoli (pereżempju, imblukkar jew throttling) huma pprojbiti, ħlief għal għadd limitat ta’ każijiet definiti fir-Regolament.
Ftehimiet dwar servizzi li jirrikjedu livell speċifiku ta’ kwalità huma permessi, dejjem jekk ma jkunux sostituti għall-aċċess għall-internet u ma jnaqqsux id-disponibbiltà jew il-kwalità tas-servizzi ta’ aċċess għall-internet. Fornituri tas-servizz tal-aċċess tal-internet għandhom jinfurmaw il-konsumaturi dwar:
Dan ilu japplika mit-.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, , pp. 1-18).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2015/2120 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament