Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 — miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi
Ir-Regolament (UE) 2018/1542 — miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi
Flimkien, id-deċiżjoni (adottata fil-kuntest tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE) u r-regolament (adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)) jintroduċu reġim ġdid tal-UE għal sanzjonijiet “tematiċi”, biex tiġi miġġielda t-theddida mill-użu u l-proliferazzjoni ta’ armi kimiċi1.
Id-deċiżjoni tirrikjedi li l-pajjiżi tal-UE jipprevjenu d-dħul fi jew it-tranżitu mit-territorju tagħhom ta’ persuni u entitajiet fil-mira li huma direttament responsabbli għall-iżvilupp u l-użu ta’ armi kimiċi, kif ukoll dawk li jipprovdu appoġġ finanzjarju, tekniku jew materjali, u dawk li jassistu, jinkoraġġixxu u li huma assoċjati magħhom.
Huma permessi xi eċċezzjonijiet inkluż, pereżempju:
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiffriżaw kwalunkwe fond u riżorsa ekonomika2 li jappartjenu għal, li huma miżmuma jew ikkontrollati minn persuni jew entitajiet fil-mira. Eċċezzjonalment, huma jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ wħud minn dawn il-fondi jekk, pereżempju, dawn ikunu meħtieġa:
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jinnotifikaw lill-pajjiżi l-oħra tal-UE u lill-Kummissjoni Ewropea f’dawn il-każijiet.
Il-Kunsill huwa responsabbli għat-tfassil u l-emendar tal-lista ta’ individwi u entitajiet fil-mira fl-anness għad-deċiżjoni Il-Kunsill għandu jaġixxi b’unanimità abbażi ta’ proposta jew minn pajjiż tal-UE jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
Il-Kunsill imbagħad jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-individwu(i) jew lill-entità(ajiet) fil-mira jew direttament (jekk l-indirizz tagħhom ikun magħruf) jew indirettament permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż.
Ir-regolament:
L-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont ta’ individwu jew korp elenkat jistgħu jikkreditaw il-kontijiet iffriżati, iżda kwalunkwe żieda f’dawn il-kontijiet se tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti bi kwalunkwe tranżazzjoni ta’ dan it-tip mingħajr dewmien.
L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq bona fide fuq il-bażi li tali azzjoni tkun konformi ma’ dan ir-regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa tal-individwu jew tal-korp li jkun qed jimplimentah, jew tad-diretturi jew l-impjegati tiegħu, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b’riżultat ta’ negliġenza.
Kwalunkwe għarfien jew involviment intenzjonali fl-attivitajiet biex jiġu evitati l-miżuri (projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u/jew iffriżar tal-assi) huwa pprojbit.
Ir-regolament japplika:
Id-deċiżjoni u r-regolament ilhom japplikaw mis-.
Ir-reġim il-ġdid ta’ miżuri restrittivi, jew ta’ sanzjonijiet, ġie adottat mill-UE fil- bħala segwitu għall-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa ta’ Ġunju 2018, li talab l-adozzjoni malajr kemm jista’ jkun ta’ reġim ġdid ta’ miżuri restrittivi tal-UE biex jiġu indirizzati l-użu u l-proliferazzjoni ta’ armi kimiċi.
L-ewwel sanzjonijiet taħt ir-reġim il-ġdid ġew introdotti f’Jannar 2019 li rriżultaw fl-emenda tad-deċiżjoni u tar-regolament (ara “Dokumenti relatati”).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 tal- li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi (ĠU L 259, , pp. 25-30)
Emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542 tal- li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi (ĠU L 259, , pp. 12-21)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament