Ir-regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-kontrolli uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-katina agroalimentari għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali u tas-saħħa tal-pjanti, tiġi applikata u infurzata b’mod korrett.
Ir-regolament jintroduċi approċċ aktar armonizzat u koerenti għall-kontrolli uffiċjali u l-miżuri ta’ infurzar tul il-katina agroalimentari u jsaħħaħ il-prinċipju ta’ kontrolli bbażati fuq ir-riskju.
PUNTI EWLENIN
Katina agroalimentari
Ir-regolament jinkludi regoli dwar kontrolli uffiċjali mwettqa fuq in-negozji kollha tal-ikel u tal-għalf, minn produtturi primarji sa bejjiegħa bl-imnut u fornituri tal-ikel, inkluż dawk li jrabbu, ikabbru u jinnegozjaw fil-pjanti u l-annimali.
Kamp ta’ applikazzjoni
Ir-regolament ikopri l-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar sabiex jivverifika l-konformità mar-regoli tal-katina agroalimentari dwar:
l-ikel u s-sikurezza tal-ikel, l-integrità u t-tjubija tal-ikel fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni;
l-użu ta’ organiżmi ġenetikament modifikati għall-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf;
is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-użu;
is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali;
il-produzzjoni organika u t-tikkettjar.
Ir-regolament ikopri wkoll l-importazzjoni ta’ ċerti annimali u prodotti minn:
barra l-UE li għandhom jiġu verifikati fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-UE;
prodotti mibjugħa fuq l-internet.
Ir-regolament ikopri wkoll kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità tal-annimali importati u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali ma’ ċerti regoli dwar l-użu ta’ mediċini veterinarji.
Sistema bbażata fuq ir-riskju
Jistabbilixxi sistema bbażata fuq ir-riskji biex l-awtoritajiet tal-infurzar nazzjonali jwettu l-kontrolli uffiċjali fejn huma meħtieġa l-aktar.
B’mod ġenerali, sabiex tiġi żgurata l-effettività tagħhom, dawn il-kontrolli mhux se jkunu mħabbra.
Il-benesseri tal-annimali
Il-kontrolli uffiċjali japplikaw għar-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali, inkluż matul it-trasport, il-qtil u t-trobbija tagħhom.
Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tadotta leġiżlazzjoni sabiex taġġusta r-rekwiżiti ta’ kontroll uffiċjali biex jintlaħqu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-benessri tal-annimali.
jgħinu lill-Istati Membri tal-UE bil-kontrolli uffiċjali tagħhom billi:
iwettqu studji xjentifiċi u tekniċi,
imexxu korsijiet ta’ taħriġ,
jaqsmu riżultati tar-riċerka u informazzjoni dwar innovazzjonijiet tekniċi;
jipprovdu l-kompetenza xjentifika u teknika ta’ metodi għall-valutazzjoni u t-titjib tal-benessri tal-annimali.
Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
Tiċċara u ssaħħaħ ir-regoli dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva bejn l-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u awtoritajiet oħra tal-infurzar, prosekuturi pubbliċi u awtoritajiet ġudizzjarji dwar każijiet possibbli ta’ nuqqas ta’ konformità.
Sistema integrata ta’ ġestjoni għal kontrolli uffiċjali se tintegra s-sistemi kollha tal-kompjuter eżistenti (u futuri) ġestiti mill-Kummissjoni.
Trasparenza
L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippubblikaw rapporti annwali.
Finanzjament
Regoli għall-kalkolu tal-miżati għall-kontrolli uffiċjali se jiżguraw li l-Istati Membri jiffinanzjaw is-sistema tal-kontroll tagħhom sew u li l-miżati ma jaqbżux l-ispiża tat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali.
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Ilu japplika mill- għall-maġġoranza tal-artikoli fir-regolament bħal dawk dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, id-definizzjonijiet, ir-regoli għall-awtoritajiet kompetenti, il-finanzjament tal-kontrolli uffiċjali u l-azzjonijiet ta’ infurzar tal-awtoritajiet kompetenti.
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, , pp. 1-142).
Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 2017/625 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal- li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, , pp. 118-150).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/466 tat- dwar miżuri temporanji biex jiġu limitati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għat-trattament xieraq tal-annimali matul ċertu tfixkil serju tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri minħabba l-marda tal-coronavirus (il-COVID-19) (ĠU L 98, , pp. 30-33).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat- li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u ta’ punti ta’ kontroll (ĠU L 165, , pp. 10-22).
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1012 tat- li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidderoga mir-regoli dwar il-ħatra ta’ punti ta’ kontroll u mir-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (ĠU L 165, , pp. 4-7).
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1081 tat- li jistabbilixxi r-regoli dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għat-taħriġ tal-persunal biex iwettaq ċerti kontrolli fiżiċi fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (ĠU L 171, , pp. 1-4).
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 tat- rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u għaż-żoni ta’ produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 131, , pp. 1-17).
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/631 tas- li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti (ĠU L 105, , pp. 1-2).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/329 tal- li jaħtar Ċentru ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għat-Trattament Xieraq tal-Annimali (ĠU L 63, , pp. 13-14).
Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, , pp. 1-208).
Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, , pp. 1-32).
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, , pp. 1-29).
Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, , pp. 1-50).
Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, , pp. 1-33).
Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119//KE tat- li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni ta’ l-għoġiela (verżjoni kodifikat) (ĠU L 10, , pp. 7-13).
Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tad- li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam (ĠU L 182, , pp. 19-28).
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, , pp. 1-16).
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat- dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, , pp. 1-44).