02002A0430(02) — MT — 01.02.2022 — 014.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
FTEHIM bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (ĠU L 114 30.4.2002, p. 73) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DECISION No 1/2004 OF THE COMMUNITY/SWITZERLAND AIR TRANSPORT COMMITTEE of 6 April 2004 (*) |
L 151 |
1 |
30.4.2004 |
|
|
DECISION No 3/2004 of the community/switzerland air transport committee of 22 April 2004 (*) |
L 151 |
9 |
30.4.2004 |
|
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT TAT-TRASPORT TA’ L-AJRU TA’ L- IŻVIZZERA/IL-KOMUNITÀ tat-12 ta’ Lulju 2005 |
L 210 |
46 |
12.8.2005 |
|
|
DECISION No 2/2005 OF THE COMMUNITY/SWITZERLAND AIR TRANSPORT COMMITTEE of 25 November 2005 (*) |
L 347 |
91 |
30.12.2005 |
|
|
L 298 |
23 |
27.10.2006 |
||
|
DEĊIŻJONI Nru 2/2006 TAL-KUMITAT KONĠUNT DWAR L-AVJAZZJONI KOMUNITÀ/ŻVIZZERA tat-18 ta' Ottubru 2006 |
L 298 |
25 |
27.10.2006 |
|
|
L 318 |
31 |
17.11.2006 |
||
|
L 318 |
42 |
17.11.2006 |
||
|
L 34 |
19 |
8.2.2008 |
||
|
L 127 |
58 |
15.5.2008 |
||
|
L 40 |
38 |
11.2.2009 |
||
|
L 106 |
20 |
28.4.2010 |
||
|
L 347 |
54 |
31.12.2010 |
||
|
L 187 |
32 |
16.7.2011 |
||
|
L 338 |
70 |
21.12.2011 |
||
|
L 128 |
14 |
16.5.2012 |
||
|
L 356 |
109 |
22.12.2012 |
||
|
L 12 |
4 |
17.1.2014 |
||
|
L 212 |
21 |
18.7.2014 |
||
|
L 373 |
24 |
31.12.2014 |
||
|
L 226 |
12 |
29.8.2015 |
||
|
L 118 |
24 |
4.5.2016 |
||
|
L 42 |
19 |
18.2.2017 |
||
|
L 348 |
46 |
29.12.2017 |
||
|
L 329 |
30 |
27.12.2018 |
||
|
L 226 |
1 |
30.8.2019 |
||
|
L 3 |
1 |
7.1.2020 |
||
|
L 194 |
17 |
18.6.2020 |
||
|
L 15 |
11 |
18.1.2021 |
||
|
L 265 |
26 |
26.7.2021 |
||
|
L 19 |
84 |
28.1.2022 |
||
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru
IL-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA
hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa “l-Isvizzera”,
u
IL-KOMUNITÀ EWROPEA,
hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa “il-Komunità”,
hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa “il-Partijiet Kontraenti”,
WAQT li jagħrfu l-karattru integrat ta' l-avjazzjoni ċivili internazzjonali u xewqana li r-regolamenti dwar it-trasport bl-ajru intra-Ewropew ikunu armonizzati;
XEWQANA li jiddikjaraw regoli dwar l-avjazzjoni ċivili fl-arja koperta mill-Komunità u mill-Isvizzera, regoli li huma mingħajr preġudizzju għal dawk preżenti fit-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ it-“Trattat KE”) u b'mod partikolari għall-kompetenzi Komunitarji eżistenti taħt l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat KE u r-regoli dwar il-kompetizzjoni mnissla minnu;
JAQBLU li huwa xieraq li jibbażaw dawn ir-regoli fuq il-leġislazzjoni li hi fis-seħħ fil-Komunità fil-waqt li jiġi ffirmat dan il-Ftehim;
XEWQANA li ma jħallux, bir-rispett kollu dovut lejn l-independenza tal-qrati, interpretazzjonijiet diverġenti u li jaslu għal interpretazzjoni kemm jista' jkun uniformi tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u tad-disposizzjonijiet korrispondenti tal-liġi Komunitarja li huma sostanzjalment riprodotti f'dan il-Ftehim,
FTEHMU KIF ĠEJ:
KAPITOLU 1
Għanijiet
Artikolu 1
Artikolu 2
Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw sakemm jolqtu t-trasport bl-ajru jew materji li huma direttament relatati mat-trasport bl-ajru hekk kif imsemmija fl-Anness ta' dan il-Ftehim.
KAPITOLU 2
Disposizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 3
Fl-ambitu ta' dan il-Ftehim, u mingħajr preġudizzju għal xi disposizzjoni speċjali li jkun hemm f'dak ir-rigward, kull diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' nazzjonalità għandha tkun ipprojbita.
Artikolu 4
Fl-ambitu ta' dan il-Ftehim u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92, hekk kif inkluż fl-Anness ta' dan il-Ftehim, m'għandu jkun hemm ebda restrizzjoni fuq il-libertà ta' stabbiliment ta' ċittadini ta' Stat Membru fl-KE jew ta' l-Isvizzera fit-territorju ta' xi wieħed minn dawn l-Istati. Dan għandu japplika wkoll għat-twaqqif ta' aġenziji, friegħi u sussidjarji minn ċittadini ta' xi Stat Membru fl-KE jew ta' l-Isvizzera stabbiliti fit-territorju ta' xi wieħed minn dawn l-Istati. Il-libertà ta' stabbiliment għandha tinkludi d-dritt li jinbdew u jitmexxew attivitajiet bħala persuni li jaħdmu għal rashom u t-twaqqif u l-immaniġġjar ta' impriżi, b'mod partikolari kumpanniji jew ditti fis-sens ta' l-Artikolu 5, paragrafu 2, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti għaċ-ċittadini proprji tiegħu mill-liġi tal-pajjiż fejn isir tali stabbiliment.
Artikolu 5
Artikolu 6
L-Artikoli 4 u 5 m'għandhomx japplikaw, safejn għandu x'jaqsam ma' xi Parti Kontraenti, għal attivitajiet li f'dik il-Parti Kontraenti huma marbuta, ukoll jekk okkażjonalment, ma' l-eżerċizzju ta' l-awtorità uffiċjali.
Artikolu 7
L-Artikolu 4 u 5 u l-miżuri meħuda fl-ambitu tagħhom m'għandhomx jippreġudikaw l-applikabbilità tad-disposizzjonijiet stabbiliti mill-liġi, minn regolamenti jew minn azzjoni amministrattiva li jipprovdu trattament speċjali għal ċittadini barranin fuq il-bażi ta' politika pubblika, sigurtà pubblika jew ta' saħħa pubblika.
Artikolu 8
Dawn li ġejjin għandhom jiġu pprojbiti bħala inkompatibbli ma' dan il-Ftehim: kull ftehim bejn impriżi, deċiżjonijiet meħuda minn assoċjazzjonijiet ta' impriżi u prattiċi miftiehma li jistgħu jaffetwaw il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti u li għandhom bħala l-oġġett jew l-effett tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fit-territorju kopert minn dan il-Ftehim, u b'mod partikolari dawk li:
direttament jew indirettament jiffissaw il-prezzijiet ta' xiri jew bejgħ jew xi kondizzjoni oħra kummerċjali;
jillimitaw jew jikkontrollaw il-produzzjoni, is-swieq, l-iżvilupp teknoloġiku, jew l-investiment;
jaqsmu s-swieq jew l-egħjun ta' fornitura;
japplikaw kondizzjonijiet differenti għal operazzjonijiet ekwivalenti ma' partijiet kummerċjali oħra, u b'hekk ipoġġuhom fi żvantaġġ kompetittiv;
jagħmlu l-konklużjoni ta' kuntratti suġġett għall-aċċettazzjoni mill-parti l-oħra ta' obbligazzjonijiet sussidjarji li, min-natura tagħhom jew skond l-użu kummerċjali, m'għandhomx x'jaqsmu mas-suġġett ta' tali kuntratti.
Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jistgħu, madankollu, jiġu ddikjarati mhux applikabbli fil-każ ta':
li tikkontribwixi għat-titjib tal-produzzjoni jew tad-distribuzzjoni ta' merkanzija jew li tippromovi progress teknoloġiku jew ekonomiku, filwaqt li tħalli lill-konsumaturi sehem xieraq mill-benefiċċji li jirriżultaw, u li ma:
timponix fuq l-impriżi kkonċernati restrizzjonijiet li mhumiex indispensabbli għall-ksib ta' dawn l-għanijiet;
tħallix lil tali impriża l-possibilità li telimina l-kompetizzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' parti sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni.
Artikolu 9
Kull abbuż min-naħa ta' impriża waħda jew iktar ta' posizzjoni dominanti fit-territorju kopert minn dan il-Ftehim jew f'parti sostanzjali tiegħu għandu jiġi pprojbit bħala inkompatibbli ma' dan il-Ftehim safejn dan ikun jista' jaffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.
Dan l-abbuż jista', b'mod partikolari, jikkonsisti fi:
l-imposizzjoni diretta jew indiretta ta' prezzijiet ta' xiri jew bejgħ inġusti jew ta' kondizzjonijiet kummerċjali inġusti oħra;
il-limitazzjoni tal-produzzjoni, tas-swieq jew ta' l-iżvilupp teknoloġiku bi preġudizzju għall-konsumaturi;
l-applikazzjoni ta' kondizzjonijiet differenti għal operazzjonijiet ekwivalenti ma' partijiet kummerċjali oħra, li b'hekk jitpoġġew fi żvantaġġ kompetittiv;
il-konklużjoni ta' kuntratti tiġi magħmula suġġetta għall-aċċettazzjoni mill-parti l-oħra ta' obbligazzjonijiet supplimentari li, min-natura tagħhom jew skond l-użu kummerċjali, m'għandhomx x'jaqsmu mas-suġġett tal-kuntatt.
Artikolu 10
Kull ftehim, deċiżjoni u prattika miftiehma, li għandhom bħala l-oġġett jew l-effett tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, kif ukoll l-abbuż ta' posizzjoni dominanti, li jistgħu jaffettwaw biss il-kummerċ fl-Isvizzera, għandhom ikunu suġġetti għal-liġi Svizzera u jibqgħu taħt il-kompetenza ta' l-awtoritajiet Svizzeri.
Artikolu 11
Artikolu 12
Artikolu 13
Dawn li ġejjin għandhom ikunu kompatibbli ma' dan il-Ftehim:
għajnuna li għandha karattru soċjali, mogħtija lil konsumaturi individwali, iżda tali għajnuna trid tingħata mingħajr diskriminazzjoni relatata ma' l-oriġini tal-prodotti kkonċernati;
għajnuna li tagħmel tajjeb għad-danni kkawżati minn diżastri naturali jew avvenimenti eċċezzjonali.
Dawn li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala kompatibbli ma' dan il-Ftehim:
għajnuna għal promozzjoni ta' l-iżvilupp ekonomiku f'postijiet fejn il-livell ta' l-għixien huwa baxx b'mod anormali jew fejn hemm nuqqas ta' impiegi serju;
għajnuna għal promozzjoni tat-twettiq ta' proġett importanti ta' interess Ewropew komuni jew sabiex tinstab soluzzjoni għal disturb serju fl-ekonomija ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti;
għajnuna li tiffaċilita attivitajiet ekonomiċi partikolari jew ta' oqsma ekonomiċi partikolari, fejn tali għajnuna ma taffetwax avversament il-kondizzjonijiet kummerċjali sa punt li jmur kontra l-interess komuni.
Artikolu 14
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Svizzeri għandhom iżommu taħt reviżjoni kostanti l-materji li għalihom jagħmel referenza l-Artikolu 12 u kull sistema ta' għajnuna eżistenti rispettivament fl-Istati Membri tal-KE u fl-Isvizzera. Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li l-Parti Kontraenti l-oħra tinżamm infurmata dwar kull proċedura mibdija sabiex jiġi garantit r-rispett tar-regoli ta' l-Artikoli 12 u 13 u, jekk meħtieġ, tista' tissottometti osservazzjonijiet qabel ma' tittieħed deċiżjoni finali. Fuq talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti, il-Kumitat Konġunt għandhu jiddiskuti kull miżura xierqa mitluba mill-għanijiet u mill-funzjonament ta' dan il-Ftehim.
KAPITOLU 3
Drittijiet ta' Traffiku
Artikolu 15
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92, hekk kif inkluż fl-Anness ta' dan il-Ftehim:
Għall-għanijiet tal-paragrafu 1:
Artikolu 16
Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu jieħdu post id-disposizzjonijiet rilevanti ta' ftehim bilaterali eżistenti bejn l-Isvizzera u l-Istati Membri tal-KE. Madankollu, drittijiet ta' traffiku eżisteni li joriġinaw minn dawn il-ftehim bilaterali u li mhumiex koperti taħt l-Artikolu 15 jistgħu jibqgħu jiġu eżerċitati, iżda ma jridx ikun hemm diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' nazzjonalità u l-kompetizzjoni ma tiġix distorta.
KAPITOLU 4
Infurzar tal-Ftehim
Artikolu 17
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa, ġenerali jew partikolari, sabiex jiżguraw it-twettieq ta' l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn dan il-Ftehim u għandhom jieqfu milli jieħdu xi miżura li tista' tipperikola l-ksib ta' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 18
Artikolu 19
Artikolu 20
Kull mistoqsija dwar il-validità ta' deċiżjoni ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji meħuda fuq il-bażi tal-kompetenzi tagħhom taħt dan il-Ftehim, għandha tkun esklussivament ta' kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.
KAPITOLU 5
Il-Kumitat Konġunt
Artikolu 21
Artikolu 22
KAPITOLU 6
Leġislazzjoni Ġdida
Artikolu 23
Il-Kumitat Konġunt għandu:
KAPITOLU 7
Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali
Artikolu 24
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw ma' xulxin fi żmien xieraq fuq talba ta' waħda jew oħra mill-Partijiet Kontraenti, skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 25, 26 u 27:
dwar kwistjonijiet dwar it-trasport bl-ajru li jiġu kkunsidrati fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali; u
dwar l-aspetti varji ta' l-iżviluppi possibbli tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet Kontraenti u pajjiżi terzi dwar it-trasport bl-ajru, u dwar il-funzjonament ta' l-elementi sinifikanti ta' ftehim bilaterali jew multilaterali milħuqa f'dan il-qasam.
Il-konsultazzjonijiet għandhom jinżammu fi żmien xhar mit-talba jew malajr kemm jista' jkun f'każijiet urġenti.
Artikolu 25
L-għanijiet prinċipali tal-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 24(a) għandhom ikunu:
jiġi stabbilit konġuntament jekk il-kwistjonijiet jinvolvux problemi ta' interess komuni; u
skond in-natura ta' dawn il-problemi:
Artikolu 26
Artikolu 27
KAPITOLU 8
Disposizzjonijiet Finali
Artikolu 28
Ir-rappreżentanti, l-esperti u l-impjegati l-oħra tal-Partijiet Kontraenti għandhom jiġu mitluba, ukoll wara li jtemmu dmirijiethom, li ma jiżvelawz informazzjoni miksuba fil-kwadru ta' dan il-Ftehim, li hija koperta mill-obbligazzjoni ta' segretezza professjonali.
Artikolu 29
Kull Parti Kontraenti tista' tressaq materja li hija suġġett ta' disputa li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim quddiem il-Kumitat Konġunt. Dan ta' l-aħħar għandu jfittex li jirrisolvi il-kwistjoni. Il-Kumitat Konġunt għandu jingħata l-informazzjoni kollha li tista' tkun utli sabiex issir possibbli eżami fil-fond tas-sitwazzjoni, bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli. Għal dan il-għan, il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina kull possibilità li tħares il-funzjonament proprju ta' dan il-Ftehim. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw għal kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej taħt l-Artikolu 20.
Artikolu 30
Artikolu 31
Jekk waħda mill-Partijiet Kontraenti tirrifjuta li tħares l-obbligazzjonijiet tagħha taħt dan il-Ftehim, il-Parti Kontraenti l-oħra tista', mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22 u wara li tkun temmet kull proċedura applikabbli oħra prevista f'dan il-Ftehim, tieħu miżuri temporanji xierqa ta' salvagwardja sabiex iżżomm l-bilanċ ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 32
L-Anness ta' dan il-Ftehim għandu jifforma parti integrali minnu.
Artikolu 33
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, dan il-Ftehim għandu jieħu post id-disposizzjonijiet rilevanti ta' ftehim bilaterali fis-seħħ bejn l-Isvizzera fuq naħa waħda u l-Istati Membri fl-KE fuq in-naħa l-oħra li jikkonċernaw kull materja koperta minn dan il-Ftehim u l-Anness tiegħu.
Artikolu 34
Dan il-Ftehim għandu japplika, fuq naħa waħda fit-territorji li fihom huwa applikat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat, u fuq l-oħra, fit-territorju ta' l-Isvizzera.
Artikolu 35
Artikolu 36
Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri proprji tagħhom. Għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara n-notifikazzjoni finali tad-depożitu tad-dokument ta' ratifika jew approvazzjoni tas-seba' ftehim kollha li ġejjin:
Hecho en Luxemburgo, el veintiuno de junio de mil novecientos noventa y nueve, en doble ejemplar en lenguas alemana, danesa, española, finesa, francesa, griega, inglesa, italiana, neerlandesa, portuguesa y sueca, siendo cada uno de estos textos igualmente auténtico.
Udfærdiget i Luxembourg, den enogtyvende juni nitten hundrede og nioghalvfems, i to eksemplarer på dansk, engelsk, finsk, fransk, græsk, italiensk, nederlandsk, portugisisk, spansk, svensk og tysk, idet hver af disse tekster har samme gyldighed.
Geschehen zu Luxemburg am einundzwanzigsten Juni neunzehnhundertneunundneunzig in zwei Urschriften in dänischer, deutscher, englischer, finnischer, französischer, griechischer, italienischer, niederländischer, portugiesischer, spanischer und schwedischer Sprache, wobei jeder dieser Wortlaute gleichermaßen verbindlich ist.
Έγινε στο Λουξεμβούργο, στις είκοσι μία Ιουνίου χίλια εννιακόσια ενενήντα εννέα, σε δύο αντίγραφα στην αγγλική, γαλλική, γερμανική, δανική, ελληνική, ισπανική, ιταλική, ολλανδική, πορτογαλική, σουηδική και φινλανδική γλώσσα· καθένα από τα κείμενα είναι εξίσου αυθεντικό.
Done at Luxembourg on the twenty-first day of June in the year one thousand and ninety-nine, in two copies in the Danish, Dutch, English, Finnish, French, German, Greek, Italian, Portuguese, Spanish and Swedish languages, each of those texts being equally authentic.
Fait à Luxembourg, le vingt-et-un juin mil neuf cent quatre-vingt dix-neuf, en deux exemplaires en langues allemande, anglaise, danoise, espagnole, finnoise, française, grecque, italienne, néerlandaise, portugaise et suédoise, chacun de ces textes faisant également foi.
Fatto a Lussemburgo, addì ventuno giugno millenovecentonovantanove, in due copie, nelle lingue danese, finlandese, francese, greca, inglese, italiana, olandese, portoghese, spagnola, svedese e tedesca, ciascun testo facente ugualmente fede.
Gedaan te Luxemburg, de eenentwintigste juni negentienhonderd negenennegentig, in tweevoud, in de Deense, de Duitse, de Engelse, de Finse, de Franse, de Griekse, de Italiaanse, de Nederlandse, de Portugese, de Spaanse en de Zweedse taal, zijnde alle teksten gelijkelijk authentiek.
Feito em Luxemburgo, em vinte e um de Junho de mil novecentos e noventa e nove, em duplo exemplar nas línguas alemã, dinamarquesa, espanhola, finlandesa, francesa, grega, inglesa, italiana, neerlandesa, portuguesa e sueca, fazendo igualmente fé qualquer dos textos.
Tehty Luxemburgissa kahdentenakymmenentenäensimmäusenä päivänä kesäkuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäyhdeksän kahtena kappaleena englannin, espanjan, hollannin, italian, kreikan, portugalin, ranskan, ruotsin, saksan, suomen ja tanskan kielellä, ja jokainen teksti on yhtä todistuvsvoimainen.
Utfärdat i Luxemburg den tjugoförsta juni nittonhundranittionio i två exemplar på det danska, engelska, finska, franska, grekiska, italienska, nederländska, portugisiska, spanska, svenska och tyska språket, vilka samtliga texter är lika giltiga.
Por la Comunidad Europea
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Voor de Europese Gemeenschap
Pela Comunidade Europeia
Euroopan yhteisön puolesta
På Europeiska gemenskapens vägnar
Por la Confederación Suiza
For Det Schweiziske Edsforbund
Für der Schweizerischen Eidgenossenschaft
Για την Ελβετική Συνομοσπονδία
For the Swiss Confederation
Pour la Confédération suisse
Per la Confederazione svizzera
Voor de Zwitserse Bondsstaat
Pela Confederação Suíça
Sveitsin valaliiton puolesta
På Schweiziska Edsförbundets vägnar
ANNESS
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:
1. Liberalizzazzjoni tal-avjazzjoni u regoli oħra tal-avjazzjoni ċivili
Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi bl-ajru fil-Komunità, (Riformulazzjoni), ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3, kif emendat b'dan:
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/79 tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta’ Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Ajru (IACA) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 302, 1.12.2000, p. 57.
Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9.
Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru, ĠU L 66, 11.3.2003, p. 1.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003 tal-31 ta’ Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Annessi I u II tiegħu, ĠU L 194, 1.8.2003, p. 9, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani, ĠU L 138, 30.4.2004, p. 1, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità, ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1, (l-Artikoli 1-12) kif emendat b'dan:
Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 70, 14.3.2009, p. 11.
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità, ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36.
(l-Artikoli 1-9, 11-23, u 25).
Ir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 35, 4.2.2009, p. 47.
2. Regoli tal-kompetizzjoni
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1, (l-Artikoli 1-13, 15-45)
(Sal-estent fejn dan ir-Regolament huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. L-inserzjoni ta’ dan ir-Regolament ma taffettwax it-tqassim tal-kompiti skont dan il-Ftehim.)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.
(Artikoli 1-18, 19(1)-(2), u 20-23)
Fir-rigward tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera għandu japplika dan li ġej:
Fir-rigward ta’ konċentrazzjoni kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja skont it-tifsira tal-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament u li tista’ tiġi rieżaminata skont il-liġijiet tal-kompetizzjoni nazzjonali ta’ minn tal-inqas tliet Stati Membri tal-KE u l-Konfederazzjoni Żvizzera, il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament jistgħu, qabel kwalunkwe notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jinformaw lill-Kummissjoni tal-KE permezz ta’ sottomissjoni motivata li l-konċentrazzjoni jenħtieġ li tiġi eżaminata mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti s-sottomissjonijiet kollha skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-paragrafu preċedenti lill-Konfederazzjoni Żvizzera mingħajr dewmien.
Fejn il-Konfederazzjoni Żvizzera tkun esprimiet li ma taqbilx mat-talba biex tirreferi l-każ, l-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera għandha żżomm il-kompetenza tagħha, u l-każ ma għandux jiġi riferut mill-Konfederazzjoni Żvizzera skont dan il-paragrafu.
Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien msemmija fl-Artikolu 4(4) u (5), fl-Artikoli 9(2) u (6), u fl-Artikoli 22(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet:
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti d-dokumenti rilevanti kollha lill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera skont l-Artikolu 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6) u l-Artikolu 22(2) mingħajr dewmien.
Il-kalkolu tal-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 4(4) u (5), fl-Artikolu 9(2) u (6), u fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandu jibda, għall-Konfederazzjoni Żvizzera, mal-wasla tad-dokumenti rilevanti mill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1, (l-Artikoli 1-24), kif emendat b'dan:
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f’ċerti intrapriżi (Verżjoni kkodifikata) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 487/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 148, 11.6.2009, p. 1.
3. Sikurezza tal-avjazzjoni
Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, kif emendat b’dan li ġej:
L-Aġenzija għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament fl-Iżvizzera wkoll.
Il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha għad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 2(6) u (7), l-Artikolu 41(6), l-Artikolu 62(5), l-Artikolu 67(2) u (3), l-Artikolu 70(4), l-Artikolu 71(2), l-Artikolu 76(4), l-Artikolu 84(1), l-Artikolu 85(9), l-Artikolu 104(3)(i), l-Artikolu 105(1) u l-Artikolu 106(1) u (6) fl-Iżvizzera wkoll.
Minkejja l-adattament orizzontali previst fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” li saru fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 u msemmija fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139 ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.
Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jitqies bħala trasferiment lill-awtorità EASA biex taġixxi f’isem l-Iżvizzera fil-qafas ta’ ftehimiet internazzjonali għal finijiet oħra għajr li tassisti fil-qadi tal-obbligi tagħha skont tali ftehimiet.
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara bl-adattamenti li ġejjin:
L-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1(a), il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Unjoni”;
jiżdied il-paragrafu li ġej:
Fl-Artikolu 95 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
Fl-Artikolu 96 jiżdied il-paragrafu li ġej:
“L-Iżvizzera għandha tapplika għall-Aġenzija l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, li huwa stabbilit bħala l-Anness A ta’ dan l-Anness, f’konformità mal-Appendiċi tal-Anness A.”
Fl-Artikolu 102 jiżdied il-paragrafu li ġej:
Fl-Artikolu 120 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
S (0,2/100) + S [1 - (a+b) 0,2/100] c/C
fejn:
|
S |
= |
il-parti tal-baġit tal-Aġenzija mhux koperta mit-tariffi u mill-imposti msemmija fil-paragrafu 1(c) u (d) |
|
a |
= |
l-għadd ta’ Stati Assoċjati |
|
b |
= |
l-għadd ta' Stati Membri tal-UE |
|
c |
= |
il-kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għall-baġit tal-ICAO, |
|
C |
= |
il-kontribuzzjoni totali tal-Istati Membri tal-UE u tal-Istati Assoċjati għall-baġit tal-ICAO.” |
Fl-Artikolu 122 jiżdied il-paragrafu li ġej:
L-Anness I tar-Regolament għandu jiġi estiż biex jinkludi l-inġenji tal-ajru li ġejjin bħala prodotti koperti mill-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom ( 1 ):
Fl-Artikolu 132(1), ir-referenza għar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tinftiehem, fir-rigward tal-Iżvizzera, bħala referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti.
L-Artikolu 140(6) ma japplikax għall-Iżvizzera.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/723 tal-4 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċertifikazzjoni ta’ bdoti ta’ pajjiżi terzi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011, ĠU L 170, 2.6.2020, p. 1.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4, (l-Artikoli 1-3, 4(2), (5-11, u 13), kif emendat b'dan:
F’konformità mal-Artikolu 139 tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-Regolament (KEE) Nru 3922/91 jitħassar mid-data ta’ applikazzjoni tar-regoli dettaljati adottati skont il-punt (a) tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 dwar il-limitazzjonijiet tal-ħin tat-titjiriet u tal-ħin tas-servizz u r-rekwiżiti tal-mistrieħ fir-rigward tat-taxi tal-ajru, is-servizzi mediċi ta’ emerġenza u l-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru bi bdot wieħed bl-ajruplani.
Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 104/2004 tat-22 ta’ Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea, ĠU L 16, 23.1.2004, p. 20.
Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista komunitarja ta’ kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14, kif emendat l-aħħar b'dan:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011 tas-16 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta’ kolliżjonijiet fl-ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 336, 20.12.2011, p. 20, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 646/2012 tas-16 ta’ Lulju 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar multi u ħlasijiet penali perjodiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 187, 17.7.2012, p. 29.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni, ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar metodi ta’ operat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għat-twettiq ta’ spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 179, 29.6.2013, p. 46.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2153 tas-16 ta’ Diċembru 2019 dwar it-tariffi u l-imposti applikati mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 319/2014, ĠU L 327, 17.12.2019, p. 36.
Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012, ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1018 tad-29 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta’ klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b’mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 163, 30.6.2015, p. 1.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2357 tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar in-nuqqas ta’ konformità effettiva mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċertifikati maħruġin mill-akkademja Ellenika tat-taħriġ fil-qasam tal-avjazzjoni msejħa “Hellenic Aviation Training Academy” (HATA) u ma’ liċenzji tal-Parti-66 maħruġin abbażi ta’ dawn iċ-ċertifikati (notifikata bid-dokument C(2016) 8645), ĠU L 348, 21.12.2016, p. 72.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 tat-13 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 71, 14.3.2018, p. 10, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat ta’ gliders kif ukoll il-ħruġ ta’ liċenzji għal ekwipaġġ tat-titjira għall-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 326, 20.12.2018, p. 64, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament (UE) 2019/494 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 2019 dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 85 I, 27.3.2019, p. 11.
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1128 tal-1 ta’ Lulju 2019 dwar id-drittijiet ta’ aċċess għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u għat-tweġibiet maħżuna fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/780/UE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 177, 2.7.2019, p. 112.
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2034 tas-6 ta’ Ottubru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 416, 11.12.2020, p. 1.
4. Sigurtà tal-Avjazzjoni
Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 338, 19.12.2009, p. 17, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 18/2010 tat-8 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam ma’ speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, ĠU L 7, 12.1.2010, p. 3.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 23, 27.1.2010, p. 1, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta’ Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1, kif emendat b'dan:
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005 tas-16 ta’ Novembru 2015 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li fihom it-tagħrif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 (mhux ippubblikata fil-ĠU), kif emendata b'dan:
5. Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru
Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1, kif emendat b'dan:
Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 6, 8, 10, 11 u 12.
L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:
Fil-paragrafu 2, il-kliem “fil-livell Komunitarju” jenħtieġ li jiġi sostitwit bil-kliem “fil-livell Komunitarju, bl-involviment tal-Iżvizzera”.
Minkejja l-aġġustament orizzontali msemmi fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” li saru fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE u msemmija f’dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.
Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta’ Servizz) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10, kif emendat b'dan:
B’rabta mal-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 9a, 9b, 15, 15a, 16 u 17.
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jiġu emendati kif ġej:
L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
Fil-paragrafu 2, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
Fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 6, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
Fil-paragrafu 1, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
Fil-paragrafu 1, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.
L-Artikolu 16(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:
Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20, kif emendat b'dan:
Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 3a, 6 u 10.
Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament ta’ Interoperabilità) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26, kif emendat b'dan:
Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 4, 7 u 10(3).
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jiġu emendati kif ġej:
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
Fil-paragrafu 2, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
Fil-paragrafu 4, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.
L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:
Fit-taqsima 3, it-tieni u l-aħħar inċiżi, għandhom jiddaħħlu l-kliem “jew l-Iżvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”.
F’konformità mal-Artikolu 139 tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 jitħassar b’effett mill-11 ta’ Settembru 2018. Madankollu, l-Artikoli 4, 5, 6, 6a u 7 ta’ dak ir-Regolament u l-Annessi III u IV tiegħu għandhom jibqgħu japplikaw sad-data tal-applikazzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 47 tar-Regolament 2018/1139 u sa fejn dawk l-atti jkopru s-suġġett tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard mit-12 ta’ Settembru 2023.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 342, 24.12.2005, p. 20.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 tal-4 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-proċeduri għall-pjanijiet tat-titjiriet fil-fażi ta’ qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 186, 7.7.2006, p. 46, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 tas-6 ta’ Lulju 2006 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 186, 7.7.2006, p. 27, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR), ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta’ titjiriet bejn ċentri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 146, 8.6.2007, p. 7, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 13, 17.1.2009, p. 3, kif emendat b'dan:
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara bl-adattament li ġej:
“UIR tal-Iżvizzera” tiżdied fil-parti A tal-Anness I.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 tat-30 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 84, 31.3.2009, p. 20, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-data ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 23, 27.1.2010, p. 6, kif emendat:
Ir-Regolament (UE) Nru 73/2010 huwa mħassar b'effett mis-27.01.2022.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10, kif emendat b'dan:
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2010)5134 tad-29 ta’ Lulju 2010 dwar il-ħatra ta’ Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (mhux ippubblikata fil-ĠU).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2011 tal-24 ta’ Frar 2011 dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbiliment u l-modifikazzjoni ta’ blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali, ĠU L 51, 25.2.2011, p. 2.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2011) 4130 tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar in-nomina ta’ Maniġer tan-Netwerk għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (mhux disponibbli bil-Malti u mhux ippubblikata fil-ĠU).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 305, 23.11.2011, p. 23, kif emendat b'dan:
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011 għandu jinqara bl-adattament li ġej:
“UIR tal-Iżvizzera” tiżdied fl-Anness I.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 305, 23.11.2011, p. 35, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 tas-16 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta’ spazjar bejn il-kanali ta’ komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 320, 17.11.2012, p. 14, kif emendat b'dan:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 123, 4.5.2013, p. 1, kif emendat b’dan:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/116 tal-1 ta’ Frar 2021 dwar l-istabbiliment tal-Proġett Komuni Wieħed li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru previst fir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2014 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 36, 2.2.2021, p. 10.
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, l-Anness għar-Regolament għandu jinqara bl-adattamenti li ġejjin:
il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 1.2.1.r): “s) Zürich Kloten”
il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 2.2.1.r): “s) Zürich Kloten”
il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 2.2.2.r): “s) Zürich Kloten”
il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 2.2.3.bb): “cc) Geneva; dd) Zürich Kloten”.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1048 tat-18 ta’ Lulju 2018 li jistipula rekwiżiti dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi dwar navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni, ĠU L 189, 26.7.2018, p. 3.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1.
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/709 tas-6 ta’ Mejju 2019 dwar il-ħatra tal-maniġer tan-netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-ajru uniku Ewropew (notifikata bid-dokument C(2019) 3228), ĠU L 120, 8.5.2019, p. 27.
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/891 tat-2 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni riveduti mal-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu referenzjarju (2020-2024) u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/903 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 195, 3.6.2021, p. 3.
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2167 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li tapprova l-Pjan Strateġiku tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tal-ajru uniku Ewropew għall-perjodu 2020-2029, ĠU L 328, 18.12.2019, p. 89.
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2168 tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar il-ħatra tal-president u tal-membri u s-sostituti tagħhom tal-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk u tal-membri u s-sostituti tagħhom taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu ta’ referenza 2020-2024, ĠU L 328, 18.12.2019, p. 90.
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2012 tad-29 ta’ Novembru 2019 dwar l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 312, 3.12.2019, p. 95.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1627 tat-3 ta’ Novembru 2020 dwar miżuri eċċezzjonali għat-tielet perjodu ta’ referenza (2020-2024) tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti tal-ajru uniku Ewropew minħabba l-pandemija tal-COVID-19 ĠU L 366, 4.11.2020, p. 7.
6. Ambjent u storbju
Id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (l-Artikoli 1-12 u 14-18), ĠU L 85, 28.3.2002, p. 40.
(L-emendi għall-Anness I, li jirriżultaw mill-Anness II, il-Kapitolu 8 (Politika tat-Trasport), it-Taqsima G (Trasport bl-Ajru), il-punt 2 tal-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw).
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/629/KEE tal-4 ta’ Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni tal-emissjoni ta’ ħsejjes minn ajruplani ċivili jet subsoniċi, ĠU L 363, 13.12.1989, p. 27.
(l-Artikoli 1-8).
Id-Direttiva 2006/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988) (verżjoni kodifikata) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 374, 27.12.2006, p. 1.
7. Protezzjoni tal-konsumatur
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59 (l-Artikoli 1-10).
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawsoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29 (l-Artikoli 1-11), kif emendata b'dan:
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru fir-rigward tal-ġarr bl-ajru ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom fl-eventwalità ta’ inċidenti, ĠU L 285, 17.10.1997, p. 1, (l-Artikoli 1-8), kif emendat b'dan:
Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1.
(l-Artikoli 1-18).
Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1.
8. Mixxellanji
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar it-tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.
(Artikolu 14(1)(b) u Artikolu 14(2).
9. Annessi:
|
A |
: |
Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea |
|
B |
: |
Dispożizzjonijiet dwar il-kontroll finanzjarju mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-parteċipanti Żvizzeri li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-EASA |
ANNESS A
PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,
(2) FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li, f’konformità mal-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“KEEA”), l-Unjoni Ewropea u l-KEEA għandhom igawdu fit-territorji tal-Istati Membri tali privileġġi u immunitajiet kif inhu neċessarju għall-qadi tal-kompiti tagħhom,
QABLU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika:
KAPITOLU I
PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U OPERAZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 1
L-istabbilimenti u l-binjiet tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli. Għandhom ikunu eżentati minn tiftix, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi miżura ġuridika jew amministrattiva ta’ restrizzjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Artikolu 2
L-arkivji tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli.
Artikolu 3
L-Unjoni, l-assi, id-dħul u proprjetà oħra tagħha għandhom ikunu eżentati mit-taxxi diretti kollha.
Il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, kull fejn possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa biex iħallsu jew jagħtu lura l-ammont tat-taxxi indiretti jew tat-taxxi tal-bejgħ inkluż fil-prezz tal-proprjetà mobbli jew immobbli, fejn l-Unjoni tagħmel, għall-użu uffiċjali tagħha, xiri sostanzjali li l-prezz tiegħu jinkludi taxxi ta’ dan it-tip. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu applikati, sabiex ikollhom effett ta’ distorsjoni fuq il-kompetizzjoni fl-Unjoni.
Ma għandha tingħata l-ebda eżenzjoni fir-rigward tat-taxxi u tal-ħlasijiet dovuti li jammontaw sempliċement għal imposti għal servizzi ta’ utilità pubblika.
Artikolu 4
L-Unjoni għandha tkun eżentata mid-dazji doganali, mill-projbizzjonijiet u mir-restrizzjonijiet kollha fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward tal-oġġetti maħsuba għall-użu uffiċjali tagħha: l-oġġetti importati b’dan il-mod ma għandhomx jintremew, irrispettivament jekk hux bi ħlas jew le, fit-territorju tal-pajjiż li fih ġew importati, għajr b’kundizzjonijiet approvati mill-gvern ta’ dak il-pajjiż.
L-Unjoni għandha tkun eżentata wkoll minn kwalunkwe dazju doganali u kwalunkwe projbizzjoni u restrizzjoni fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.
KAPITOLU II
KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ PASSER
Artikolu 5
Għall-komunikazzjonijiet uffiċjali u għat-trażmissjoni tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom igawdu fit-territorju ta’ kull Stat Membru t-trattament akkordat minn dak l-Istat għall-missjonijiet diplomatiċi.
Il-korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal ċensura.
Artikolu 6
Il-laissez passer fil-forma preskritta mill-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza sempliċi, li għandu jiġi rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, għall-membri u għall-impjegati ta’ dawn l-istituzzjonijiet, jistgħu jinħarġu mill-Presidenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Dawn il-laissez passer għandhom jinħarġu għall-uffiċjali u għal impjegati oħra bil-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet għal dawn il-laissez passer biex jiġu rikonoxxuti bħala dokumenti validi tal-ivvjaġġar fit-territorju ta’ pajjiżi terzi.
KAPITOLU III
MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW
Artikolu 7
Ma għandha tiġi imposta l-ebda restrizzjoni amministrattiva jew restrizzjoni oħra fuq il-moviment liberu tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qed jivvjaġġaw lejn il-post tal-laqgħa tal-Parlament Ewropew jew minnu.
Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward tad-dwana u l-kontroll fuq il-kambju, jingħataw:
mill-gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk li jingħataw lill-uffiċjali anzjani li jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra fuq missjonijiet uffiċjali temporanji;
mill-gvern ta’ Stati Membri oħra, l-istess faċilitajiet bħal dawk li jingħataw lir-rappreżentanti ta’ gvernijiet barranin fuq missjonijiet uffiċjali temporanji.
Artikolu 8
Il-Membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe forma ta’ inkjesta, detenzjoni jew proċediment legali fir-rigward tal-opinjonijiet espressi jew tal-voti mixħuta minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Artikolu 9
Matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu:
fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom;
fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor, l-immunità minn kwalunkwe miżura ta’ detenzjoni u minn proċedimenti legali.
L-immunità bl-istess mod għandha tapplika għall-Membri meta jkunu qed jivvjaġġaw lejn il-post tal-laqgħa tal-Parlament Ewropew u minnu.
L-immunità ma tistax tintalab meta Membru jinstab fl-att tat-twettiq ta’ reat u ma għandhiex twaqqaf lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja l-immunità ta’ wieħed mill-Membri tiegħu.
KAPITOLU IV
RAPPREŻENTANTI TAL-ISTATI MEMBRI LI QED JIPPARTEĊIPAW FIL-ĦIDMA TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 10
Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u l-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fit-twettiq ta’ dmirijiethom u matul il-vjaġġi tagħhom lejn il-post tal-laqgħa u minnu, igawdu mill-privileġġi, mill-immunitajiet u mill-faċilitajiet abitwali.
Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-membri tal-korpi konsultattivi tal-Unjoni.
KAPITOLU V
UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRA TAL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 11
Fit-territorju ta’ kull Stat Membru u irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni għandhom:
soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati marbuta, minn naħa waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali u impjegati oħra lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’tilwim bejn l-Unjoni u l-uffiċjali u impjegati oħra tagħha, ikollhom immunità minn proċedimenti legali fir-rigward tal-atti mwettqa minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, inkluż kliemhom mitkellem jew miktub. Għandhom ikomplu jgawdu minn din l-immunità wara li jkunu waqfu mill-kariga tagħhom;
flimkien mal-konjugi tagħhom u l-membri dipendenti tal-familja tagħhom, ma jkunux soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ immigrazzjoni jew għal formalitajiet għar-reġistrazzjoni tal-persuni barranin;
fir-rigward tar-regolamenti dwar il-munita jew il-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet kif jingħataw b’mod abitwali lil uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;
igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr dazju l-għamara u l-affarijiet tagħhom l-ewwel darba li jibdew jaħdmu fil-pajjiż ikkonċernat, u d-dritt li jesportaw mill-ġdid mingħajr dazju l-għamara u l-affarijiet tagħhom, malli jtemmu dmirijiethom f’dak il-pajjiż, soġġett fi kwalunkwe każ għall-kundizzjonijiet ikkunsidrati neċessarji mill-gvern tal-pajjiż fejn dan id-dritt huwa eżerċitat;
id-dritt jimportaw mingħajr dazju karozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata fil-pajjiż tal-aħħar residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma ċittadini skont it-termini ta’ amministrazzjoni fis-suq domestiku f’dak il-pajjiż, u li jesportawha mill-ġdid mingħajr dazju, soġġett fi kwalunkwe każ għall-kundizzjonijiet ikkunsidrati neċessarji mill-gvern tal-pajjiż ikkonċernat.
Artikolu 12
L-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni għandhom iħallsu taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq is-salarji, il-pagi jew l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, b’konformità mal-kundizzjonijiet u mal-proċedura stabbilita mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu permezz tar-regolamenti b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni tal-istituzzjonijiet ikkonċernati.
Għandhom ikunu eżentati mit-taxxi nazzjonali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa mill-Unjoni.
Artikolu 13
Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu, tat-taxxa fuq il-ġid u tad-dazji tal-mewt u fl-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet dwar l-evitar tat-tassazzjoni doppja konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni li, sempliċement minħabba l-qadi ta’ dmirijiethom fis-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li mhux il-pajjiż ta’ domiċilju tagħhom għal finijiet ta’ taxxa fil-mument li jibdew jaħdmu mal-Unjoni, għandhom jiġu kkunsidrati, kemm fil-pajjiż tar-residenza proprja tagħhom u fil-pajjiż ta’ domiċilju għal finijiet ta’ taxxa, li żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż tal-aħħar diment li huwa membru tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għall-konjugi, sal-estent fejn dan tal-aħħar ma jkunx/tkunx separatament impjegat(a) f’impjieg bi ħlas, u għat-tfal dipendenti fuq il-persuni msemmija f’dan l-Artikolu u fil-kura tagħhom.
Il-proprjetà mobbli li tappartjeni għall-persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn qed jgħixu għandha tkun eżentata mid-dazji tal-mewt f’dak il-pajjiż; tali proprjetà għandha, għall-valutazzjoni ta’ tali dazju, tiġi kkunsidrata bħala li tinsab fil-pajjiż ta’ domiċilju għall-finijiet ta’ taxxa, soġġett għad-drittijiet tal-pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli tad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar it-tassazzjoni doppja.
Kwalunkwe domiċilju miksub biss minħabba l-qadi ta’ dmirijiet fis-servizz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra ma għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 14
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz tar-regolamenti b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u għal impjegati oħra tal-Unjoni.
Artikolu 15
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz tar-regolamenti b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra kkonċernati, għandhom jiddeterminaw il-kategoriji tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra tal-Unjoni li għalihom għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12, u l-Artikolu 13, kompletament jew parti minnhom.
L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra inklużi f’tali kategoriji għandhom jiġu kkomunikati perjodikament lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
KAPITOLU VI
PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TAL-MISSJONIJIET TA’ PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-UNJONI EWROPEA
Artikolu 16
L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-Unjoni għandha s-sede tagħha għandu jagħti l-immunitajiet u l-privileġġi diplomatiċi abitwali lill-missjonijiet ta’ pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 17
Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet għandhom jingħataw lill-uffiċjali u lil impjegati oħra tal-Unjoni biss fl-interessi tal-Unjoni.
Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tkun meħtieġa tirrinunzja l-immunità mogħtija lil uffiċjal jew lil impjegat ieħor kull fejn dik l-istituzzjoni tikkunsidra li dik ir-rinunzja ta’ tali immunità ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.
Artikolu 18
L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom, għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, jikkooperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 19
L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni.
Artikolu 20
L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, għall-Avukati Ġenerali, għar-Reġistraturi u għall-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea marbut mal-immunità minn proċedimenti legali tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.
Artikolu 21
Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-organi tiegħu, għall-persunal u r-rappreżentanti tal-Istati Membri li jieħdu sehem fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.
Barra minn hekk, il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jkun eżentat minn kwalunkwe forma ta’ tassazzjoni jew ta’ impożizzjoni ta’ natura simili fl-okkażjoni ta’ kwalunkwe żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkunu konnessi miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. B’mod simili, ix-xoljiment jew il-likwidazzjoni tiegħu ma għandhomx jagħtu lok għal xi impożizzjoni. Finalment, l-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa b’konformità mal-Istatut tiegħu ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.
Artikolu 22
Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-organi u tal-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Barra minn hekk, il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun eżentat minn kwalunkwe forma ta’ tassazzjoni jew ta’ impożizzjoni ta’ natura simili fl-okkażjoni ta’ kwalunkwe żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkunu konnessi miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa f’konformità mal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.
Appendiċi tal-ANNESS A
PROĊEDURI GĦALL-APPLIKAZZJONI FL-IŻVIZZERA TAL-PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA
1. Estensjoni tal-applikazzjoni għall-Iżvizzera
Kull fejn il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) fih referenzi għall-Istati Membri, ir-referenzi jridu jinftiehmu li japplikaw b’mod ugwali għall-Iżvizzera, sakemm id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma jiddeterminawx mod ieħor.
2. Eżenzjoni tal-Aġenzija mit-tassazzjoni indiretta (inkluż il-VAT)
L-oġġetti u s-servizzi esportati mill-Iżvizzera ma jridux ikunu soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-Iżvizzera. Fil-każ ta’ oġġetti u ta’ servizzi fornuti lill-Aġenzija fl-Iżvizzera għall-użu uffiċjali tagħha, b’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, l-eżenzjoni mill-VAT hija permezz ta’ rifużjoni. Eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz proprju tax-xiri tal-oġġetti u tas-servizzi msemmija fil-fattura jew f’dokument ekwivalenti jkollu total ta’ minn tal-inqas 100 frank Żvizzeru (inkluż it-taxxa).
Ir-rifużjoni tal-VAT trid tingħata mal-preżentazzjoni tal-formoli Żvizzeri pprovduti għal dan l-iskop lid-Diviżjoni Prinċipali tal-VAT tal-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa. Bħala regola, l-applikazzjonijiet għar-rifużjoni jridu jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha ġew reġistrati flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn neċessarji.
3. Proċeduri għall-applikazzjoni tar-regoli marbuta mal-persunal tal-Aġenzija
Fir-rigward tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll, l-Iżvizzera għandha teżenta, skont il-prinċipji tad-dritt nazzjonali tagħha, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Aġenzija skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 ( 2 ) minn taxxi federali, kantonali u komunali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni Ewropea u soġġett għal taxxa interna għall-benefiċċju tagħha.
L-Iżvizzera ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala Stat Membru skont it-tifsira tal-punt 1 ta’ hawn fuq għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Protokoll.
L-uffiċjali u impjegati oħra tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom li huma membri tas-sistema ta’ assigurazzjoni soċjali applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea mhumiex obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Żvizzera.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni esklużiva fi kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna r-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija jew il-Kummissjoni u l-persunal tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 ( 3 ) u d-dispożizzjonijiet l-oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
ANNESS B
KONTROLL FINANZJARJU FIR-RIGWARD TAL-PARTEĊIPANTI ŻVIZZERI FL-ATTIVITAJIET TAL-FTEHIM EWROPEW DWAR L-AVJAZZJONI
Artikolu 1
Komunikazzjoni diretta
L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew mal-entitajiet kollha stabbiliti fl-Iżvizzera u li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija, bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Aġenzija, riċevituri ta’ pagamenti mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Komunità, jew sottokuntratturi. Tali persuni jistgħu jibagħtu direttament lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma meħtieġa jissottomettu abbażi tal-istrumenti msemmija f’din id-deċiżjoni u tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u kwalunkwe deċiżjoni meħuda skonthom.
Artikolu 2
Verifiki
Artikolu 3
Verifiki fuq il-post
Artikolu 4
Informazzjoni u konsultazzjoni
Artikolu 5
Kunfidenzjalità
L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont dan l-Anness se tkun koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u tkun protetta bl-istess mod bħal ma hija protetta informazzjoni simili mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Iżvizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni għajr dawk fl-istituzzjonijiet tal-Komunità, fl-Istati Membri, jew fl-Iżvizzera li l-funzjoni tagħhom tirrikjedi li jkunu jafuha, u lanqas ma tista’ tintuża għal finijiet oħra għajr biex tiżgura l-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.
Artikolu 6
Miżuri u penali amministrattivi
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, jistgħu jiġu imposti miżuri u penali amministrattivi mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 u mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea ( 7 ).
Artikolu 7
Irkupru u infurzar
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni li jimponu obbligu pekunjarju fuq persuni għajr Stati għandhom ikunu infurzabbli fl-Iżvizzera.
L-ordni ta’ infurzar trid tinħareġ, mingħajr xi kontroll ieħor għajr verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Żvizzeru, li trid tinforma lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni dwarha. L-infurzar jrid iseħħ f’konformità mar-regoli Żvizzeri ta’ proċedura. Il-legalità tad-deċiżjoni ta’ infurzar hija soġġetta għal kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Is-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont klawsola tal-arbitraġġ huma infurzabbli bl-istess termini.
ATT FINALI
Il-Plenipotenzarji
tal-KOMUNITÀ EWROPEA
u
tal-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA,
li ltaqgħu nhar il-21 ta' Ġunju 1999 fil-Lussemburgu għall-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru adottaw id-Dikjarazzjonijiet Konġunti li jissemmew hawn isfel u li huma mehmuża ma' dan l-Att Finali:
Huma ħadu ukoll nota tad-Dikjarazzjonijiet li ġejjin annessi ma' dan l-Att Finali:
Hecho en Luxemburgo, el ventiuno de junio de mil novecientos noventa y nueve.
Udfærdiget i Luxembourg den enogtyvende juni nitten hundrede og nioghalvfems.
Geschehen zu Luxemburg am einundzwanzigsten Juni neunzehnhundertneunundneunzig.
Έγινε στο Λουξεμβούργο, στις είκοσι μία Ιουνίου χίλια εννιακόσια ενενήντα εννέα.
Done at Luxembourg on the twenty-first day of June in the year one thousand nine hundred and ninety-nine.
Fait à Luxembourg, le vingt-et-un juin mil neuf cent quatre-vingt dix-neuf.
Fatto a Lussemburgo, addì ventuno giugno millenovecentonovantanove.
Gedaan te Luxemburg, de eenentwintigste juni negentienhonderd negenennegentig.
Feito em Luxemburgo, em vinte e um de Junho de mil novecentos e noventa e nove.
Tehty Luxemburgissa kahdentenakymmenentenäensimmäisenä päivänä kesäkuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäyhdeksän.
Som skedde i Luxemburg den tjugoförsta juni nittonhundranittionio.
Por la Comunidad Europea
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Voor de Europese Gemeenschap
Pela Comunidade Europeia
Euroopan yhteisön puolesta
På Europeiska gemenskapens vägnar
Por la Confederación Suiza
For Det Schweiziske Edsforbund
Für der Schweizerischen Eidgenossenschaft
Για την Ελβετική Συνομοσπονδία
For the Swiss Confederation
Pour la Confédération suisse
Per la Confederazione svizzera
Voor de Zwitserse Bondsstaat
Pela Confederação Suíça
Sveitsin valaliiton puolesta
På Schweiziska Edsförbundets vägnar
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA
dwar Ftehim ma' Pajjiżi Terzi
Il-Partijiet Kontraenti jagħrfu li huwa mixtieq li jittieħdu l-passi neċesarji sabiex tiġi żġurata koerenza bejn ir-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom dwar it-traffiku bl-ajru u ftehim oħra aktar wiesgħa dwar it-trasport bl-ajru bbażati fuq l-istess prinċipji.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA
Għall-Aktar Negozjati
Il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jibdew negozjati għall-konklużjoni ta' ftehim f'meddiet ta' ħidma ta' interess komuni bħalma huma l-aġġornament tal-Protokoll 2 għall-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles ta' l-1972 u l-parteċipazzjoni Svizzera f'ċerti programmi Komunitarji għat-taħriġ, iż-żgħażagħ, il-media l-istatistiċi u l-ambjent. Ix-xogħol preparatorju għal dawn il-programmi għandu jimxi rapidament darba li n-negozjati bilaterali preżenti jiġu konklużi.
DIKJARAZZJONI
dwar l-Attendenza Svizzera għall-Kumitati
Il-Kunsill jaqbel li r-rappreżentanti ta' l-Isvizzera jistgħu, safejn is-suġġetti jkunu ta' interess għalihom, jattendu laqgħat tal-kumitati u tal-gruppi ta' ħidma ta' esperti li ġejjin bħala osservaturi:
Ir-rappreżentati ta' l-Isvizzera m'għandhomx ikunu preżenti meta dawn il-kumitati jivvutaw.
Fil-każ ta kumitati oħra li għandhom x'jaqsmu ma' meddiet ta' ħidma koperti minn dawn il-ftehim u li dwarhom l-Isvizzera adottat jew l-acquis communautaire jew miżuri ekwivalenti, il-Kummissjoni sejra tikkonsulta l-esperti Svizzeri bil-mod speċifikat fl-Artikolu 100 tal-Ftehim ŻEE.
DIKJARAZZJONI MILL-ISVIZZERA
dwar il-Possibilità ta' l-Emendar ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropejdwar il-Possibilità ta’ l-Emendar ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej
Il-Gvern Svizzeru jindika l-istennija tiegħu li, jekk l-Istatut u r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej jiġu emendati sabiex jippermettu avukata li huma intitulati li jidhru quddiem qrati ta' Stati li huma partijiet ta' ftehim simili bħall-preżenti li jidhru quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, tali emendi ikun ukoll jinkludi l-possibilità għall-avukata Svizzeri li jidhru quddiem il-qrati Svizzeri li jidhru quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej dwar kwistjonijiet li jiġu riferiti lil dik il-Qorti skond dan il-Ftehim.
( 1 ) ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1.
( 2 ) Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/2002 (ĠU L 264, 2.10.2002, p. 13).
( 3 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri partikolari li huma temporanjament applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ impjegati oħra) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7.)
( 4 ) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
( 5 ) ĠU L 357, 31.12.2002, p.72.
( 6 ) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
( 7 ) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.