EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006D0728

Deċiżjoni Nru 2/2006 Tal-kumitat konġunt dwar l-avjazzjoni komunità/żvizzera tat- 18 ta' Ottubru 2006 li temenda l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru

OJ L 298, 27.10.2006, p. 25–26 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 142M, 5.6.2007, p. 410–411 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/728/oj

5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

410


DEĊIŻJONI Nru 2/2006 TAL-KUMITAT KONĠUNT DWAR L-AVJAZZJONI KOMUNITÀ/ŻVIZZERA

tat-18 ta' Ottubru 2006

li temenda l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru

(2006/728/KE)

IL-KUMITAT KONĠUNT DWAR L-AVJAZZJONI KOMUNITÀ/ŻVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF GEJ:

Artikolu 1

1.   Dan li ġej għandu jidħol wara t-tmiem tal-punt 5 (Sigurtà fl-Ajru) ta' l-Anness għall-Ftehim, kif imdaħħal mill-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/2005 tal-Kumitat Konġunt dwar l-Avjazzjoni Komunità/Żvizzera tat-12 ta' Lulju 2005 (1).

“6.   Il-Ġestjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru”

2.   In-numerazzjoni tal-punt 6 (Oħrajn) ta' l-Anness għall-Ftehim għandha tinbidel għal 7.

Artikolu 2

1.   Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni:

“Nru 549/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 549/2004 ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (ir-regolament ta' Qafas).

Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi l-poteri mogħtija lilha skond l-Artikoli 6, 8(1), 10, 11 u 12.

Minkejja l-adattament orizzontali pprovdut fl-ewwel inċiż ta' l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-‘Istati Membri’ li jinsabu fl-Artikolu 5 tar-Regolament 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE msemmija f'dak il-provvediment ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.”

2.   Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) ta' din id-Deċiżjoni:

“Nru 550/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 550/2004 ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizzi).

Rigward l-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi l-poteri mogħtija lilha skond l-Artikolu 16, kif emendat aktar 'l isfel.

Għall-finijiet tal-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara bl-adattamenti li ġejjin:

a)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet ‘u l-Iżvizzera’ wara l-kelma ‘il-Komunità’.

b)

L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 6, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet ‘u l-Iżvizzera’ wara l-kelma ‘l-Komunità’.

ċ)

L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet ‘u l-Iżvizzera’ wara l-kelmiet ‘fil-Komunità’.

d)

L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet ‘u l-Iżvizzera’ wara l-kelmiet ‘fil-Komunità’.

e)

L-Artikolu 16, il-paragrafu 3, għandu jitbiddel b'dan li ġej:

‘3.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri, u tgħarraf b'dan lill-fornitur tas-servizz, fil-grad li dan huwa kkonċernat fil-liġi’.”

3.   Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) ta' din id-Deċiżjoni:

“Nru 551/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 551/2004 ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament ta' l-ispazju ta' l-arja).

Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi l-poteri mogħtija lilha skond l-Artikoli 2, 3(5) u 10.”

4.   Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 2(3) ta' din id-Deċiżjoni:

“Nru 552/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 552/2004 ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru (ir-Regolament ta' l-interoperabilità).

Fl-Iżvizzera, l-Kummissjoni għandha tgawdi l-poteri mogħtija lilha skond l-Artikoli 4, 7 u 10(3).

Għall-finijiet tal-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara bl-adattamenti li ġejjin:

a)

L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet ‘jew l-Iżvizzera’ wara l-kelmiet ‘fil-Komunità’.

b)

L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 4, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet ‘jew l-Iżvizzera’ wara l-kelmiet ‘fil-Komunità’.

ċ)

L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 3, it-tieni inċiż u dak ta' l-aħħar, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet ‘jew l-Iżvizzera’ wara l-kelma ‘Komunità’.”

5.   Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 2(4) ta' din id-Deċiżjoni:

“Nru 2096/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1096/2005 ta' l-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-provvista ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.

Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi l-poteri mogħtija lilha skond l-Artikolu 9.”

6.   Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 2(5) ta' din id-Deċiżjoni:

“Nru 2150/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli ta' l-ispazju ta' l-ajru.”

Artikolu 3

1.   Fil-punt 3 (Armonizzazzjoni Teknika) ta' l-Anness għall-Ftehim, għandu jitħassar dan li ġej:

“Nru 65/93

Id-Direttiva tal-Kunsill dwar id-definizzjoni u l-użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali kompatibbli għall-ksib ta' tagħmir u sistemi għall-amministrazzjoni tat-traffiku fl-ajru.

(l-Artikoli 1-5, 7-10)

Nru 15/97

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (KE) 15/1997 tal-25 ta' Marzu 1997 li tadotta l-istandards tal-Eurocontrol u temenda d-Direttiva 93/65/KEE dwar id-definizzjoni u l-użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali kompatibbli għall-ksib ta' tagħmir u sistemi għall-amministrazzjoni tat-traffiku fl-ajru.

(l-Artikoli 1-4, 6)”

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, u fil-Kompendju Uffiċjali tal-Liġi Federali Żvizzera. Tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara dak ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Komunità

Daniel CALLEJA CRESPO

Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera

Raymond CRON


(1)  ĠU L 210, 12.8.2000, p. 46.


Top