EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0367

2008/367/KE: Deċiżjoni Nru 2/2007 tal-Kumitat Konġunt Komunità/Żvizzera għat-Trasport bl-Ajru stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tal- 15 ta’ Diċembru 2007 li jissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-Trasport bl-Ajru

OJ L 127, 15.5.2008, p. 58–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/367/oj

15.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 127/58


DEĊIŻJONI Nru 2/2007 TAL-KUMITAT KONĠUNT KOMUNITÀ/ŻVIZZERA GĦAT-TRASPORT BL-AJRU STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU

tal-15 ta’ Diċembru 2007

li jissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-Trasport bl-Ajru

(2008/367/KE)

IL-KUMITAT TAT-TRASPORT BL-AJRU KOMUNITÀ/ŻVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu

L-Anness għal din id-Deċiżjoni għandu jissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Komunità

Daniel CALLEJA CRESPO

Il-Kap tal-Konfederazzjoni Żvizzera

Raymond CRON


ANNESS

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, l-espressjonjiet li ġejjin huma definiti kif ġej:

kulfejn l-atti speċifikati f'dan l-Anness ikun fihom referenza għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, jew il-ħtieġa ta' konnessjoni ma' dawn ta' l-aħħar, ir-referenzi għandhom, għall-għan ta' dan il-Ftehim, jinftiehmu bħala li japplikaw ugwalment għall-Iżvizzera jew għall-ħtieġa ta' konnessjoni ma' l-Iżvizzera;

bla ħsara għall-Artikolu 15 ta' dan il-Ftehim, it-terminu “trasportatur bl-ajru Komunitarju” imsemmi fid-direttivi u fir-regolamenti Komunitarji li ġejjin għandu jinkludi trasportatur bl-ajru li għandu liċenzja u għandu l-post prinċipali tal-kummerċ tiegħu u, jekk ikun il-każ, l-uffiċċju reġistrat tiegħu fl-Iżvizzera, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92.

1.   It-tielet pakkett għal-liberalizzazzjoni ta' l-avjazzjoni u regoli oħra dwar l-avjazzjoni ċivili

Nru 2407/92

Ir-Regolament tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1992 dwar liċenzjar ta’ air carriers [trasportaturi bl-ajru].

(L-Artikoli 1-18)

Rigward l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 13(3), ir-referenza għall-Artikolu 226 tat-Trattat tal-KE għandha tkun interpretata bħala referenza għall-proċeduri applikabbli ta' dan il-Ftehim.

Nru 2408/92

Ir-Regolament tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji.

(L-Artikoli 1-10, 12-15)

(L-Annessi se jkunu emendati sabiex jinkludu ajruporti Żvizzeri).

(L-emendi għall-Anness I, li ġejjin mill-Anness II, Kapitolu 8 (Il-Politika tat-Trasport), Sezzjoni G (It-Trasport bl-Ajru), il-punt 1, ta' l-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw).

Nru 2409/92

Ir-Regolament tal-Kunsill tat-23 ta Lulju 1992 dwar nollijiet u rati għal servizzi ta' l-ajru.

(L-Artikoli 1-11)

Nru 2007/79

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar il-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta' Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji ta' l-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji ta' l-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Arju (IACA).

Nru 93/104

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 1993 dwar xi aspetti ta' l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif emendata l-aħħar bi:

Id-Direttiva Nru 2000/34/KE tat-22 ta' Ġunju 2000.

Nru 437/2003

Ir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru.

Nru 1358/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta' Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Annessi I u II tiegħu.

Nru 785/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti ta’ l-assigurazzjoni tat-trasportaturi ta’ l-ajru u l-operaturi ta’ l-ajruplani

Nru 91/670

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-aċċettazzjoni reċiproka tal-liċenzar ta' persunal għall-eżerċizzju ta' funzjonijiet fl-avjazzjoni ċivili.

(L-Artikoli 1-8)

Nru 95/93

Ir-Regolament tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12), kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament 793/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 (l-Artikoli 1-2).

Nru 96/67

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti Komunitarji.

(l-Artikoli 1-9, 11-23 u 25)

Nru 2027/97

Ir-Regolament tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti (l-Artikoli 1-8), kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament Nru 889/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2002 (l-Artikoli 1-2).

2.   Regoli dwar il-kompetizzjoni

Fit-testi li ġejjin, ir-referenzi kollha għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat għandhom jinftiehmu li jfissru l-Artikoli 8 u 9 ta' dan il-Ftehim.

Nru 17/62

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-6 ta' Frar 1962 li jimplimenta l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat (l-Artikolu 8(3)), kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament Nru 59/62,

Ir-Regolament Nru 118/63,

Ir-Regolament Nru 2822/71,

Ir-Regolament Nru 1216/99,

Ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002. (l-Artikoli 1-13, 15-45)

Nru 2988/74

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 1974 li jikkonċerna l-perjodi ta' limitazzjoni fil-proċedimenti u l-infurzar tas-sanzjonijiet taħt ir-regoli tal-KEE dwar it-trasport u l-kompetizzjoni (l-Artikoli 1-7), kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 (l-Artikoli 1-13, 15-45).

Nru 3975/87

Ir-Regolament tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 1987 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-applikazzjoni tar-Regoli dwar il-kompetizzjoni għall-impriżi fis-settur tat-trasport bl-ajru, (l-Artikoli 1-7, 8(1), 8(2), 9-11, 12(1), 12(2), 12(4), 12(5), 13(1), 13(2), u 14-19), kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1284/91 ta'l-14 ta’ Mejju 1991 (l-Artikolu 1),

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2410/92 tat-23 ta' Lulju 1992 (l-Artikolu 1),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 (l-Artikoli 1-13, 15-45).

Nru 3976/87

Ir-Regolament tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 1987 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (l-Artikoli 1-5 u 7), hekk kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2344/90 ta' l-24 ta' Lulju 1990 (l-Artikolu 1),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2411/92 tat-23 ta' Lulju 1992 (l-Artikolu 1),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 (l-Artikoli 1-13, 15-45).

Nru 1617/93(2)

Ir-Regolament tal-Kumissjoni tal-25 ta' Ġunju 1993 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma li jikkonċernaw l-ippjanar konġunt u l-koordinazzjoni ta' skedi, l-operazzjonijiet konġunti, il-konsultazzjonijiet dwar it-tariffi tal-passiġġieri u tal-merkanzija fuq servizzi ta' l-ajru skedati u l-allokazzjoni ta' slots fl-ajruporti (l-Artikoli 1-7), kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1523/96 ta' l-24 ta' Lulju 1996 (l-Artikoli 1 u 2),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1083/1999 tas-26 ta' Mejju 1999,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1324/2001 tad-29 ta' Ġunju 2001,

Nru 4261/88

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 1988 dwar l-ilmenti, l-applikazzjonijiet u s-seduti previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3975/87.

(l-Artikoli 1-14)

Nru 80/723

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 1980 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi (l-Artikoli 1-9), kif emendata l-aħħar bi:

Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 85/413/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1985 (l-Artikoli 1-3).

Nru 1/2003

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat

(l-Artikoli 1-13 u 15-45)

(Safejn dan ir-Regolament huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Iż-żieda ta' dan ir-Regolament ma tolqotx il-qsim tal-kompiti skond dan il-Ftehim).

Nru 773/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE.

Nru 139/2004

Ir-Regolament tal-Kunsill ta' l-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [Fużjonijiet])

(l-Artikoli 1-18, 19(1)-(2), 20-23)

B'referenza għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet [Fużjonijiet], bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera għandu japplika dan li ġej:

(1)

B'referenza għal konċentrazzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja skond l-Artikolu 1 ta' l-imsemmi Regolament u li tista' tiġi riveduta skond il-liġijiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni ta' talanqas tliet Stati Membri tal-KE u tal-Konfederazzjoni Żvizzera, il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament jistgħu, qabel kwalunkwe notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jinformaw lill-Kummissjoni tal-KE permezz ta' sottomissjoni motivata sabiex il-konċentrazzjoni tiġi eżaminata mill-Kummissjoni.

(2)

Il-Kummissjoni tal-KE għandha tittrażmetti lill-Konfederazzzjoni Żvizzera mingħajr dewmien is-sottomissjonijiet kollha skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-paragrafu preċedenti.

(3)

Jekk il-Konfederazzjoni Żvizzera tesprimi opinjoni negattiva rigward it-talba li l-każ jiġi riferut, l-awtorità kompetenti Żvizzera għall-kompetizzjoni għandha żżomm il-kompetenza tagħha u l-każ ma għandux jiġi riferut mill-Konfederazzjoni Żvizzera skond dan il-paragrafu.

B'referenza għal-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikoli 4(4) u (5), 9(2) u (6) u 22(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet]:

(1)

Il-Kummissjoni tal-KE għandha tittrażmetti lill-awtorità kompetenti Żvizzera għall-kompetizzjoni mingħajr dewmien id-dokumenti kollha rilevanti skond l-Artikoli 4(4) u (5), 9(2) u (6) u 22(2).

(2)

Il-kalkolu tal-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikoli 4(4) u (5), 9(2) u (6), u 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandu jibda, għall-Konfederazzjoni Żvizzera, mill-wasla tad-dokumenti rilevanti mill-awtorità kompetenti Żvizzera dwar il-kompetizzjoni.

Nru 802/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta' konċentramenti bejn l-impriżi.

(l-Artikoli 1-24)

3.   Sikurezza ta’ l-avjazzjoni

Nru 3922/91

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili ((l-Artikoli 1-3, 4(2), (5-11, u 13), kif emendati:

Ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006.

Nru 94/56/KE

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 1994 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta' aċċidenti u inċidenti ta' l-avjazzjoni ċivili.

(l-Artikoli 1-13)

Nru 36/2004

Id-Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-sigurtà [sikurezza] ta' ajruplani ta' pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità.

(l-Artikoli 1-9 u 11-14)

Nru 768/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tad-19 ta' Mejju 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza ta' ajruplani li jużaw ajruporti tal-Komunità u dwar il-ġestjoni tas-sistema ta' l-informazzjoni [titlu mhux uffiċjali].

Nru 2003/42

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar rapporti ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili.

(l-Artikoli 1-12)

Nru 1592/2002

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà [Sikurezza] ta' l-Avjazzjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament”), kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament Nru 1643/2003 tat-22 ta' Lulju 2003,

Ir-Regolament Nru 1701/2003 ta' l-24 ta' Settembru 2003.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 334/2007 tat-28 ta' Marzu 2007,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2007 tat-2 ta' Frar 2007 rigward l-estensjoni tal-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 53(4)

Il-kumitat stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1592/2002.

L-Aġenzija għandha wkoll tgawdi fl-Iżvizzera mill-poteri mogħtija lilha skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tgawdi, anki fl-Iżvizzera, il-poteri konferiti lilha għad-deċiżjonijiet adottati skond l-Artikoli 10(2), (4) u (6), 16(4), 29(3)(i), 31(3), 32(5) u 53(4).

Minkejja l-adattament orizzontali provdut fl-ewwel inċiż ta' l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” fl-Artikolu 54 tar-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE li jissemmew f’dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jiftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera

L-ebda dispożizzjoni f'dan ir-Regolament ma għandha tkun interpretata fis-sens ta' trasferiment ta' poteri lill-EASA biex taġixxi f'isem l-Iżvizzera fl-ambitu ta' ftehimiet internazzjonali għal raġunijiet differenti għajr dawk biex tgħinha fil-qadi ta' l-obbligi tagħha skond dawn il-ftehimiet.

It-test tar-Regolament għandu, għall-finijiet tal-Ftehim, jinqara bl-adattamenti li ġejjin

(a)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kelmiet “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kelmiet “il-Komunità”;

(ii)

fil-paragrafu 2(a), il-kelmiet “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kelmiet “mill-Komunità”;

(iii)

fil-paragrafu 2 il-punti (b) u (c) huma mħassra;

(iv)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Kull meta l-Komunità tinnegozja ma’ pajjiż terz sabiex tikkonkudi ftehim bil-kundizzjoni li Stat Membru jew Aġenzija tista’ toħroġ ċertifikati abbażi taċ-ċertifikati li jinħarġu mill-awtoritajiet aeronawtiċi ta’ dak il-pajjiż terz, għandha tagħmel sforz sabiex tikseb għall-Iżvizzera offerta ta’ ftehim simili mal-pajjiż terz ikkonċernat. L-Iżvizzera għandha, min-naħa tagħha, tagħmel ħilitha biex tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi li jikkorrispondu għal dawk tal-Komunità”.

(b)

Fl-Artikolu 20, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   B'deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet ta' l-impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, iċ-ċittadini Żvizzeri li jgawdu mid-drittijiet ċivili u politiċi jistgħu jiġu impjegati b'kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija.”

(ċ)

Fl-Artikolu 21, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-Iżvizzera għandha tapplika għall-Aġenzija l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej li hemm fl-Anness A ta' dan l-Anness, skond l-Appendiċi ta' l-Anness A.”.

(d)

Fl-Artikolu 28, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-Iżvizzera għandha tipparteċipa bis-sħiħ fil-Bord ta' Ġestjoni, u fi ħdanu għandha l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, ħlief id-dritt tal-vot”.

(e)

Fl-Artikolu 48, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fil-kontribuzzjoni finanzjarja li tissemma fil-paragrafu 1(a), skond il-formula li ġejja:

S (0.2/100) + S [1 - (a+b) 0.2/100] c/C

fejn:

S

=

il-parti tal-baġit ta’ l-Aġenzija li mhux koperta bil-ħlasijiet u l-imposti li jissemmew fil-paragrafi 1(b) u (c)

a

=

l-għadd ta' l-Istati Assoċjati,

b

=

l-għadd ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE

c

=

il-kontribuzzjoni ta' l-Iżvizzera għall-baġit ta' l-ICAO,

C

=

il-kontribuzzjoni totali ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE u ta’ l-Istati Assoċjati fil-baġit ta' l-ICAO.”

(f)

Fl-Artikolu 50, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontroll finanzjarju mill-Komunità fl-Iżvizzera li jikkonċerna l-parteċipanti fl-attivitajiet ta’ l-Aġenzija huma stipulati fl-Anness B ta’ l-Anness preżenti.”

(g)

L-Anness II għar-Regolament għandu jkun estiż għall-inġenji ta' l-ajru li ġejjin, bħala prodotti li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(3)(a)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 ta' l-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji ta' l-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (1):

 

A/c - [HB IDJ] – tip CL600-2B19,

 

A/c - [HB-IGM] – tip Gulfstream G-V-SP,

 

A/c - [HB-IIS, HB-IIY, HB-IMJ, HB-IVL, HB-IVZ, HB-JES] –tip Gulfstream G-V,

 

A/c - [HB-IBX, HB-IKR, HB-IMY, HB-ITF, HB-IWY] – tip Gulfstream G-IV,

 

A/c - [HB-XJF, HB-ZCW, HB-ZDF, HB-ZDO] – tip MD 900.

Nru 736/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2006 dwar il-metodi ta' xogħol ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ajru għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' l-istandardizzazzjoni [titlu mhux uffiċjali].

Nru 1702/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji ta' l-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom, kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/2005 tas-7 ta' Marzu 2005,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2006 tat-8 ta' Mejju 2006.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 335/2007 tat-28 ta' Marzu 2007,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 375/2007 tat-30 ta' Marzu 2007

Għall-finijiet tal-Ftehim, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1702/2003 għandhom jinftiehmu bl-aġġustament li ġej:

l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafi 3, 4, 6, 8, 10, 11, 13 u 14, id-data “it-28 ta' Settembru 2003” għandha tinbidel bil-kliem “id-data li fiha tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kumitat għat-Trasport bl-Ajru Komunità/Żvizzera li tintegra r-Regolament 1592/2002 fl-Anness għar-Regolament”.

Nru 2042/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Novembru 2003 dwar l-kapaċità kontinwa li jintużaw fl-ajru ta' inġenji ta' l-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol, kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2006 tat-8 ta' Mejju 2006.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2007 tat-30 ta' Marzu 2007.

Nru 104/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Aġenzija tas-Sigurta' [Sikurezza] ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

Nru 488/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2005 dwar l-onorarji u l-ħlasijiet lill-Agenzija tas-Sigurtà [Sikurezza] ta' l-Avjazzjoni Ewropea.

Nru 779/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-24 ta’ Mejju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 488/2005 dwar miżati u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni.

Nru 593/2007

Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni (14.2).

Nru 2111/2005

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji ta’ l-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija ta’ l-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE.

Nru 473/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi r-regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' kumpaniji ta' l-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operat fil-Komunità skond il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Dan ir-Regolament għandu japplika sakemm jibqa' fis-seħħ fl-UE.

4.   Is-Sigurtà fl-Avjazzjoni

Nru 2320/2002

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-8, 10-13), kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 849/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004.

Nru 622/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' April 2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni, kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2004 tal-15 ta' Jannar 2004,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 781/2005 ta' l-24 ta' Mejju 2005 (l-Artikoli 1-2),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 857/2005 tas-6 ta' Ġunju 2005 (l-Artikoli 1-2),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 831/2006 tat-2 ta’ Ġunju 2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1448/2006 tad-29 ta' Settembru 2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1546/2006 ta' l-4 ta' Ottubru 2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1862/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2006 tal-13 ta' Jannar 2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 240/2006 ta' l-10 ta' Frar 2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 437/2007 ta' l-20 ta' April 2007.

Nru 1217/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet komuni għal programmi ta' kontroll ta' kwalità għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili nazzjonali.

Nru 1486/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Awissu 2003 li jistabbilixxi proċeduri sabiex jitmexxew spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili.

(l-Artikoli 1-13 u 15-18)

Nru 1138/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ġunju 2004 li jistabbilixxi tifsira komuni għal partijiet kritiċi taż-żoni ristretti ta' sigurtà fl-ajruporti.

5.   Ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru

Nru 549/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas).

Il-Kummissjoni għandha teżerċita fl-Iżvizzera l-poteri mogħtija lilha skond l-Artikoli 6, 8(1), 10, 11 u 12.

Minkejja l-aġġustament orizzontali msemmi fl-ewwel inċiż ta' l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” li hemm fl-Artikolu 5 tar-Regolament 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE li jissemmew f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jiġu interpretati bħala applikabbli għall-Iżvizzera.

il-kumitat stabbilit skond ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 (il-kumitat ta' l-ajru uniku).

Nru 550/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta' Servizzi).

Rigward l-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi l-poteri mogħtija lilha skond l-Artikolu 16, kif emendati aktar 'l isfel.

Għall-finijiet tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament huma emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera” wara l-kelmiet “fil-Komunità”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafi 1 u 6, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet “u fl-Iżvizzera” wara l-kelmiet “il-Komunità”.

(ċ)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera” wara l-kelmiet “fil-Komunità”.

(d)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera” wara l-kelmiet “fil-Komunità”.

(e)

L-Artikolu 16(3) għandu jinbidel b'li ġej:

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u tgħarraf biha lill-fornitur ta' servizz, sakemm ikun legalment ikkonċernat.

Nru 551/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-arja fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament ta' l-Ispazju ta' l-Arja)

Il-Kummissjoni għandha teżerċita fl-Iżvizzera l-poteri mogħtija lilha skond l-Artikoli 2, 3(5) u 10.

Nru 552/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku ta' l-Ajru (ir-Regolament ta' Interoperabbiltà).

Il-Kummissjoni għandha teżerċita fl-Iżvizzera l-poteri mogħtija lilha skond l-Artikoli 4, 7 u 10(3).

Għall-finijiet tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2 il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandu jiddaħħal wara l-kliem “il-Komunità”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 4 il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandu jiddaħħal wara l-kliem “il-Komunità”.

(ċ)

L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 3, it-tieni inċiż u dak ta' l-aħħar, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet “jew l-Iżvizzera” wara l-kelmiet “il-Komunità”.

Nru 2096/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-provvista ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (Test b'rilevanza għaż-ŻEE).

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Iżvizzera l-poteri mogħtija lilha skond l-Artikolu 9.

Nru 2150/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli ta' l-ispazju ta' l-arja.

Nru 2006/23

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar Liċenzja Komunitarja għall-Kontrolluri tat-Traffiku ta' l-Ajru.

Nru 730/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-11 ta' Mejju 2006 dwar il-klassifikazzjoni ta' l-ispazju ta' l-arja u l-aċċess 'il fuq mil-livell ta' tajran 195 tat-titjiriet magħmula skond ir-regoli ta' tajran viżwali.

Nru 1033/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' Lulju 2006 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-proċeduri għall-pjanijiet tat-titjir fil-fażi ta' qabel it-titjir għall-Ajru Uniku Ewropew [titlu mhux uffiċjali].

Nru 1032/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għas-sistemi awtomatiċi ta' skambju ta' dejta tat-titjira għall-iskopijiet tan-notifika, koordinament u trasferiment ta' titjiriet bejn unitajiet ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru.

Nru 1794/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema komuni ta' ħlasijiet għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru [titlu mhux uffiċjali].

Nru 219/2007

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp ta' sistema Ewropea għall-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru (SESAR) [titlu mhux uffiċjali].

Nru 633/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' protokoll ta' trasferiment ta' messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta' titjiriet bejn ċentri ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru.

6.   L-Ambjent u t-Tniġġis akustiku

Nru 2002/30

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità.

(l-Artikoli 1-12 u 14-18).

(L-emendi ta' l-Anness I, li ġejjin mill-Anness II, Kapitolu 8 (Il-Politika tat-Trasport), Sezzjoni G (It-Trasport bl-Ajru), numru 2, ta' l-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw).

Nru 80/51

Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1979 dwar il-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' ħsejjes minn ajruplani subsoniċi (l-Artikoli 1-9), kif emendata l-aħħar bi:

Id-Direttiva Nru 83/206/KEE.

Nru 89/629

Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-4 ta’ Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' ħsejjes minn ajruplani ċivili subsoniċi li jaħdmu bil-ġett.

(l-Artikoli 1-8)

Nru 92/14

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-2 ta' Marzu 1992 dwar il-limitazzjoni tat-tħaddim ta' ajruplani koperti mit-II Parti, Kapitolu 2, Volum I ta' l-Anness għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988).

(l-Artikoli 1-11)

7.   Il-protezzjoni tal-konsumatur

Nru 90/314

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar vjaġġi organizzati, vaganzi organizzati u turs organizzati.

(l-Artikoli 1-10)

Nru 93/13

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-5 ta' April 1993 dwar kundizzjonijiet inġusti f'kuntratti għall-konsumatur.

(l-Artikoli 1-11)

Nru 2299/89

Ir-Regolament tal-Kunsill ta' l-24 ta' Lulju 1989 dwar kodiċi ta' kondotta għal sistemi ta' riżervazzjoni kompjuterizzata (l-Artikoli 1-22), kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 3089/93,

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 323/1999 tat-8 ta’ Frar 1999.

Nru 261/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament Nru 295/91.

(l-Artikoli 1-18)

8.   Diversi

Nru 2003/96

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku

(l-Artikoli 14(1)(b) u 14(2))

Annessi:

A:

Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej

B:

Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontroll finanzjarju eżerċitat mill-Komunità għall-parteċipanti Żvizzeri fl-attivitajiet ta' l-EASA

C:

Id-Dikjarazzjon tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni Żvizzera f'Kumitati tal-Komunità.


(1)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

ANNESS A

PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT li kkunsidraw, f'konformità ma' l-Artikolu 28 tat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Uniku u Kummissjoni Unika tal-Komunitajiet Ewropej, dawn il Komunitajiet u l-Bank ta' l-Investiment Ewropew għandhom igawdu fit-territorji ta' l-Istati Membri dawk il-privileġġi u immunitajiet li huma meħtieġa għat-twettiq ta' dmirijiethom,

QABLU fuq id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi ma' dan it-Trattat.

KAPITOLU I

PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U OPERAZZJONIJIET TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Artikolu 1

Is-sit u l-bini tal-Komunitajiet għandhom ikunu invjolabbli. Dawn għandhom ikunu eżentati minn perkwiżizzjoni, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprijazzjoni.

Il-proprjetà u l-assi tal-Komunitajiet ma għandhom ikunu soġġetti għal ebda miżura amministrattiva jew legali li jirrestrinġuhom mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 2

L-arkivji tal-Komunitajiet għandhom ikunu invjolabbli.

Artikolu 3

Il-Komunitajiet, l-assi, dħul u proprjetà oħra tagħhom għandhom ikunu eżenti minn kull taxxa diretta.

Il-gvernijiet ta' l-Istati Membri għandhom, fejn hu possibbli, jieħdu il-miżuri adattati sabiex iħallsu jew jagħtu lura l-ammont ta' taxxi indiretti jew taxxi fuq il-bejgħ inklużi fil-prezz ta' proprjetà mobbli jew immobbli, meta l-Komunitajiet jagħmlu għall-użu uffiċjali tagħhom, xiri sostanzjali bi prezz li jinkludi taxxi ta' din ix-xorta. Iżda, dawn id-dispożizzjonijiet, ma għandhomx jiġu applikati, fejn ikollhom effett li jilwi l-kompetizzjoni fil-Komunitajiet.

Ma tingħata l-ebda eżenzjoni ta' taxxi u ammonti dovuti fuq nfiq ta' flejjes għal servizzi ta' utilità pubblika.

Artikolu 4

Il-Komunitajiet għandhom ikunu eżenti mid-dazji kollha tad-dwana, projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' oġġetti intiżi għall-użu uffiċjali tagħhom; l-oġġetti importati għal dan il-għan ma għandhomx jitneħħew, la bi ħlas u lanqas b'xejn, fit-territorju tal-pajjiż fejn kienu ġew importati, ħlief b'kundizzjonijiet approvati mill-gvern ta' dak il-pajjiż.

Il-Kommunitajiet għandhom ikunu eżenti wkoll minn kull dazju tad-dwana u kull projbizzjoni u kull restrizzjoni fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni rigward il-pubblikazzjonijiet tagħhom.

Artikolu 5

Il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar tista’ żżomm kull tip ta' valuta u tista' topera kontijiet fi kwalunkwe valuta.

KAPITOLU II

KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ PASSER

Artikolu 6

Għall-komunikazzjonijiet uffiċjali tagħhom u għat-trażmissjoni tad-dokumenti tagħhom kollha, l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet għandhom igawdu fit-territorju ta' kull Stat Membru l-istess trattament li jingħata minn dak l-Istat lill-missjonijiet diplomatiċi.

Il-korrispondenza uffiċjali u l-komunikazzjonijiet uffiċjali oħra ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet ma għandhomx ikunu soġġetti għal ċensura.

Artikolu 7

1.   Laissez-passer, f'forma li għandha tkun stabbilita mill-Kunsill, li għandu jkun rikonoxxut bħala dokument validu ta' l-ivvjaġġar mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri, jista' jinħareġ lill-membri u l-impjegati ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet mill-Presidenti ta' dawn l-istituzzjonijiet. Dan il-laissez-passer għandu jinħareġ lill-uffiċjali u lill-impjegati l-oħra b'kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' l-Impjegati oħra tal-Komunitajiet.

Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi ftehimiet biex dawn il-laissez-passer ikunu rikonoxxuti bħala dokumenti validi għall-ivvjaġġar fit-territorju ta' pajjiżi li mhumiex membri.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u Azzar, madankollu, għandhom jibqgħu applikabbli għall-membri u għall-impjegati ta' l-istituzzjonijiet li fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan it-Trattat ikollhom fil-pussess tagħhom laissez-passer li hemm provdut dwaru f'dak l-Artikolu, sakemm jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

KAPITOLU III

IL-MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 8

L-ebda restrizzjoni amministrattiva jew ta' tip ieħor ma għandha tiġi imposta fuq il-moviment liberu tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qegħdin jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.

Rigward il-kontroll tad-dwana u tal-kambju, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom jingħataw:

(a)

mill-gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil uffiċjali anzjani li jkunu jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom fuq missjonijiet uffiċjali temporanji;

(b)

mill-gvern ta' Stati Membri oħra, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil rappreżentanti ta' gvernijiet barranin fuq missjonijiet uffiċjali temporanji.

Artikolu 9

Il-Membri tal-Parlament Ewropew ma għandhom ikunu soġġetti għal ebda għamla ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċedimenti legali dwar opinjonijiet li jesprimu jew voti li jitfgħu fil-qadi ta' dmirijiethom.

Artikolu 10

Matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu:

(a)

fit-territorju ta' l-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-Parlament tagħhom;

(b)

fit-territorju ta' kull Stat Membru ieħor, immunità minn kull miżura ta' detenzjoni u minn proċedimenti legali.

Bl-istess mod, l-immunità għandha tapplika għal Membri waqt li jkunu qegħdin jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa' il-Parlament Ewropew.

L-Immunità ma tistax tiġi invokata meta xi Membru jinqabad fl-att ta' għemil ta' reat u ma għandhiex iżżomm lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja l-immunità ta' xi wieħed mill-Membri tiegħu.

KAPITOLU IV

RAPPREŻENTANTI TA' L-ISTATI MEMBRI LI JIEĦDU SEHEM FIX-XOGĦOL TA' L-ISTITUZZJONIJIET TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ.

Artikolu 11

Ir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri li jkunu qegħdin jieħdu sehem fix-xogħol ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fit-twettiq ta' dmirijiethom u matul il-vjaġġ lejn u mill-post tas-seduta, igawdu dawk il-privileġġi, immunjitajiet u faċilitajiet regolari.

Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-membri tal-korpi konsultattivi tal-Komunitajiet.

KAPITOLU V

UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ.

Artikolu 12

Fit-territorju ta' kull Stat Membru, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, l-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-Komunitajiet għandhom:

(a)

soġġett għad-disposizzjonijiet tat-Trattati relatati, minn banda, mar-regoli fuq ir-responsabbiltà ta' uffiċjali u impjegati oħra lejn il-Komunitajiet u, mill-banda l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti f'disputi bejn il-Komunitajiet u l-uffiċjali tagħhom u impjegati oħra, ikollhom l-immunità minn proċedimenti legali rigward l-atti mwettqa minnhom fil-kariga uffiċjali tagħhom, inkluż kliemhom mitkellem jew miktub. Wara li jkunu temmew il-kariga tagħhom, dawn għandhom ikomplu jgawdu din l-immunità.

(b)

flimkien mal-konjuġi tagħhom u d-dipendenti tal-familji tagħhom, ma jkunux soġġetti għal restrizzjonijiet ta' immigrazzjoni jew għal formalitajiet għar-reġistrazzjoni ta' aljeni;

(ċ)

fir-rigward ta' regolamenti tal-valuta jew tal-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet bħal ma normalment jingħataw lil uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d)

igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr dazju l-għamara u oġġetti tagħhom meta jieħdu l-ewwel darba l-pożizzjoni tagħhom fil-pajjiż relatat, u d-dritt biex jerġgħu jesportaw mingħajr dazju l-għamara u l-oġġetti tagħhom, ma' tmiem dmirijiethom f'dak il-pajjiż, soġġetti f'kull każ għall-kundizzjonijiet li l-gvern tal-pajjiż li fih dan id-dritt ikun eżerċitat iqishom meħtieġa;

(e)

ikollhom id-dritt li jimportaw mingħajr dazju vettura bil-mutur għall-użu personali tagħhom, akkwistata jew fil-pajjiż ta' l-aħħar residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu jkollhom iċ-ċittadinanza skond it-termini li jkunu fis-seħħ fis-suq intern f'dak il-pajjiż, bla ħsara f'kull każ għall-kundizzjonijiet li l-gvern tal-pajjiż ikkonċernat iqishom meħtieġa.

Artikolu 13

L-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet għandhom ikunu soġġetti għal taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Komunitajiet, skond il-kundizzjonijiet u l-proċedura stipulata mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

Għandhom jkunu eżenti minn taxxi nazzjonali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa mill-Komunitajiet.

Artikolu 14

Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, it-taxxa fuq il-ġid u t-taxxa tas-suċċessjoni u fl-applikazzjoni ta' konvenzjonijiet dwar kif tista tevita taxxa doppja konklużi bejn Stati Membri tal-Komunitajiet, uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet li, għar-raġuni unika li jwettqu dmirijiethom fis-servizz tal-Komunitajiet, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru li ma jkunx il-pajjiz tad-domiċilju tagħhom, għal skopijiet ta' taxxa meta huma jidħlu fis-servizz tal-Komunitajiet, għandhom jitqiesu, sew fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom, sew fil pajjiż tad-domiċilju tagħhom għal skopijiet ta' taxxa, daqs li kieku żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż l-aħħar imsemmi, sakemm dak il-pajjiż ikun membru tal-Komunitajiet. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għal konjugi, sal-punt li dan ta' l-aħħar ma jkunx impjegat separatament fuq xogħol bi qligħ, u għal tfal dipendenti minn u fit-tutela tal-persuni msemmija f'dan l-Artikolu.

Il-proprjetà mobbli li tkun tal-persuni msemmija fil-paragrafu ta' qabel u li tinstab fit-territorju tal-pajjiż fejn huma jkunu joqogħdu għandha tkun eżenti minn taxxi tal-mewt f'dak il-pajjiż; Din il-proprjetà għandha, fl-istima ta’ din it-taxxa, tkun ikkunsidrata bħallikieku qiegħda fl-Istat ta' domiċilju għal skopijiet ta' taxxa, skond id-drittijiet ta' pajjizi terzi u l-applikazzjoni, li hija possibbli li ssir, tad-dispożizzjonijiet ta' konvenzjonijiet internazzjonali dwar it-tassazzjoni doppja.

Kull domiċilju li jiġi akkwistat unikament għal raġuni ta' twettiq ta' dmirijiet fis-servizz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra ma għandhux jitqies meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 15

Il-Kunsill għandu, filwaqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jistabbilixxi l-iskema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għal uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet.

Artikolu 16

Il-Kunsill għandu, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-istituzzjonijiet l-oħra involuti, jistabbilixxi il-kategoriji ta' uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet li għalihom japplikaw bis-sħiħ, jew f'parti minnhom, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, l-Artikolu 13(2), u l-Artikolu 14.

L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi ta' uffiċjali u impjegati oħra inklużi f'dawn il-kategoriji għandhom jingħataw perjodikament lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri.

KAPITOLU VI

PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TA' MISSJONIJIET TA' PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI MAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Artikolu 17

L-Istat Membru fil-pajjiż li fih il-Kommunitajiet għandhom is-sede tagħhom għandu jagħti l-immunitajiet u l-privileġġi diplomatiċi li s-soltu jagħtu lill-missjonijiet ta' pajjiżi terzi akkreditati lill-Komunitajiet.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 18

Privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet għandhom jingħataw lil uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet unikament fl-interessi tal-Komunitajiet.

Kull istituzzjoni tal-Komunitajiet għandha tkun obbligata tirrinunzja l-immunità li tingħata lil uffiċjal jew impjegat ieħor kulfejn dik l-istituzzjoni tqis li t-tneħħija ta' dik l-immunità ma tmurx kontra l-interessi tal-Komunitajiet.

Artikolu 19

L-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet għandhom, bil-għan li japplikaw dan il-Protokoll, jikkooperaw ma' l-awtoritajiet responsabbli ta' l-Istati Membri involuti.

Artikolu 20

L-Artikoli 12 sa 15 u l-Artikolu 18 għandhom japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni.

Artikolu 21

L-Artikoli 12 sa 15 u l-Artikolu 18 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali, ir-Registratur u r-Relaturi Assistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Membri u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim' Istanza, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 tal-Protokolli fuq l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-immunità minn proċedimenti legali ta' Imħallfin u Avukati Ġenerali.

Artikolu 22

Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ewropew ta' l-Investiment, għall-membri ta' l-organi tiegħu, għall-impjegati tiegħu u għar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri li jkunu qegħdin jieħdu sehem fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju lejn id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.

Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment għandu wkoll ikun eżent minn kull forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni simili fil-każ ta' xi żieda fil-kapital u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkollhom x'jaqsmu miegħu fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħhu. Bl-istess mod, ix-xoljiment jew il-likwidazzjoni tiegħu ma għandhom iqajmu l-ebda impożizzjoni. Fl-aħħar nett, l-attivitajiet tal-Bank u l-organi tiegħu mwettqa f'konformità ma' l-Istatut tiegħu ma għandhom ikunu soġġetti għal ebda taxxa fuq il-valur tal-bejgħ.

Artikolu 23

Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri ta' l-organi tiegħu u għall-impjegati tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment għandu wkoll ikun eżent minn kull forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni simili fil-każ ta' xi żieda fil-kapital u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkollhom x'jaqsmu miegħu fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħhu. L-attivitajiet tal-Bank u l-organi tiegħu mwettqa f'konformità ma' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda taxxa fuq il-valur tal-bejgħ.

Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom japplikaw ukoll għall-Istitut Monetarju Ewropew. Bl-istess mod, ix-xoljiment jew il-likwidazzjoni tiegħu ma għandhom iqajmu l-ebda impożizzjoni.

B'XIEHDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji hawn taħt iffirmati ffirmaw dan il-Protokoll.

Magħmul fi Brussell fit-tmien jum ta' April fis-sena elf disa' mija u ħamsa u sittin.

APPENDIĊI

PROĊEDURI GĦALL-APPLIKAZZJONI FL-IŻVIZZERA TAL-PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

1.   Estensjoni ta' l-applikazzjoni għall-Iżvizzera

Kull referenza għall-Istati Membri fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll”) għandha tinftiehem bħala estiża għall-Iżvizzera, għajr meta jkun provdut mod ieħor fid-dispożizzjonijiet li ġejjin.

2.   Eżenzjoni għall-Aġenzija mit-taxxi indiretti (inkluża l-VAT)

L-oġġetti u s-servizzi esportati mill-Iżvizzera mhumiex soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) Żvizzera. F'każ ta' oġġetti u servizzi fornuti fl-Iżvizzera lill-Aġenzija għall-użu uffiċjali tagħha, l-eżenzjoni mill-VAT issir permezz ta' rifużjoni, skond l-Artikolu 3(2) tal-Protokoll. L-eżenzjoni mill-VAT tingħata jekk il-prezz tax-xiri attwali ta' l-oġġetti u s-servizzi msemmija fil-fattura jew id-dokument ekwivalenti jkollu total ta' mhux anqas minn 100 Frank Żvizzeru (inkluża t-taxxa).

Ir-rifużjoni tal-VAT tingħata fuq preżentazzjoni lill-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa, Diviżjoni Prinċipali tal-VAT, tal-formuli pprovduti mill-Amministrazzjoni Żvizzera għal dan il-għan. It-talbiet għar-rifużjoni, flimkien mad-dokumenti anċillari meħtieġa, huma ġeneralment ipproċessati fi żmien tliet xhur mid-data tat-tressiq.

3.   Proċedura għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-persunal ta' l-Aġenzija

B'referenza għall-Artikolu 13(2) tal-Protokoll, l-Iżvizzera għandha teżenta, skond il-prinċipji tal-liġijiet interni tagħha, lill-uffiċjali u impjegati oħra ta' l-Aġenzija skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 (1) mit-taxxi federali, kantonali u komunali fuq is-salarji, pagi u emolumenti mħallsa mill-Komunità u soġġetti għal taxxa interna bi profitt għal din ta' l-aħħar.

L-Iżvizzera mhix meqjusa bħala Stat Membru, fi ħdan it-tifsira tal-punt 1 imsemmi hawn fuq, għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 14 tal-Protokoll.

L-uffiċjali u l-impjegati oħra ta' l-Aġenzija, kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom li qegħdin fis-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-Komunità, mhumiex obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Żvizzera.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandha kompetenza esklussiva għall-kwistjonijiet kollha rigward ir-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni u l-persunal tagħha għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (2) u d-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Dritt Komunitarju l-oħra li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-25 ta’ Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/2002 (ĠU L 264, 2.10.2002, p. 13).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 256/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri speċjali applikabbli temporanjament għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħra) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7).

ANNESS B

KONTROLL FINANZJARJU FIR-RIGWARD TAL-PARTEĊIPANTI ŻVIZZERI FL-ATTIVITAJIET TAL-FTEHIM EWROPEW DWAR L-AVJAZZJONI

Artikolu 1

Komunikazzjoni diretta

L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament flimkien mal-persuni u l-entitajiet kollha stabbiliti fl-Iżvizzera u li jieħdu sehem fl-attivitajiet ta' l-Aġenzija, bħala kuntratturi, parteċipanti fi programmi ta' l-Aġenzija, persuni li rċevew ħlas mill-baġit ta' l-Aġenzija jew tal-Komunità, jew subkuntratturi. Dawn il-persuni jistgħu jibagħtu direttament lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija kull informazzjoni u dokumentazzjoni rilevanti li jkunu meħtieġa li jikkomunikaw fuq il-bazi ta' l-istrumenti li jissemmew fid-Deċiżjoni preżenti u tal-kuntratti u l-konvenzjonijiet konklużi kif ukoll deċizjonijiet meħuda b'segwitu għalihom.

Artikolu 2

Verifiki

1.   Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) u r-Regolament Finanzjarju adottat mill-Bord ta' Ġestjoni ta' l-Aġenzija fis-26 ta' Marzu 2003, r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), kif ukoll l-istrumenti l-oħra msemmija f'din id-Deċiżjoni, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipprevedu t-twettiq fi kwalunkwe mument ta' verifiki xjentifiċi, finanzjarji, tekniċi jew ta' xort'oħra fis-sedi tagħhom u tas-subkuntratturi tagħhom minn uffiċjali tal-Kummissjoni jew ta' l-Aġenzija jew minn persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija.

2.   L-uffiċjali ta' l-Aġenzija u tal-Kummissjoni, kif ukoll persuni oħra mqabbda mill-Aġenzija u l-Kummissjoni, għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, ix-xogħlijiet u d-dokumenti, kif ukoll għal kull tagħrif meħtieġ, inkluż dak f'format elettroniku, sabiex jagħmlu dawn il-verifiki. Dan id-dritt għall-aċċess għandu jiġi stipulat b’mod ċar fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni ta’ l-istrumenti li jissemmew f’din id-Deċiżjoni.

3.   Il-Qorti ta’ l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha aċċess għall-istess drittijiet tal-Kummissjoni.

4.   Il-verifika tista' ssir sa ħames snin wara l-iskadenza ta’ din id-Deċiżjoni preżenti jew skond it-termini previsti fil-kuntratti jew fil-konvenzjonijiet konklużi jew fid-deċizjonijiet meħuda.

5.   L-Uffiċċju Federali tal-Verifika Żvizzeru għandu jiġi informat minn qabel bil-verifiki li jsiru fit-territorju Żvizzeru. It-twettiq tal-verifiki ma huwa bl-ebda mod soġġett għall-komunikazzjoni minn qabel ta' din l-informazzjoni.

Artikolu 3

Kontrolli fil-post

1.   Skond dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (OLAF) hija awtorizzata li twettaq kontrolli u spezzjonijiet fil-post fit-territorju Żvizzeru fil-kundizzjonijiet u skond il-modalitajiet stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (3).

2.   Il-kontrolli u l-verifiki fil-post għandhom jitħejjew u jitmexxew mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Uffiċċju tal-Verifika Federali Żvizzeru jew ma' awtoritajiet kompetenti Żvizzeri oħra maħtura minnu, li għandhom jiġu nnotifikati fil-ħin dwar is-suġġett, l-għan u l-bażi ġuridika tal-verifiki u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dak il-għan, l-uffiċjali ta' l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post.

3.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri kkonċernati hekk jixtiequ, il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fil-post isiru konġuntament mill-Kummissjoni u minn dawn l-awtoritajiet.

4.   F'kaz fejn il-parteċipanti fil-programm ma jaqblux ma’ kontroll jew verifika fil-post, l-awtoritajiet Żvizzeri għandhom jagħtu lill-kontrolluri tal-Kummissjoni, f'konformità mad-dipożizzjonijiet nazzjonali tagħhom, l-għajnuna meħtieġa li tippermetti t-twettiq tal-missjoni tagħhom ta' kontroll u verifika fil-post.

5.   Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport malajr kemm jista' ikun lill-Uffiċċju Federali tal-Verifika Żvizzeru dwar xi fatt jew suspett marbut ma’ xi irregolarità li tkun waslet għan-notifika tagħha waqt li jkunu qed isiru l-kontrolli jew l-ispezzjonijiet fil-post. F'kull każ, il-Kummissjoni hija obbligata tgħarraf lill-awtorità msemmija qabel dwar ir-riżultat ta' verifiki u spezzjonijiet bħal dawn.

Artikolu 4

Informazzjoni u konsultazzjoni

1.   Sabiex dan l-Annnes jiġi implimentat b'mod xieraq, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri u Komunitarji għandhom jaqsmu t-tagħrif bejniethom b'mod regolari u, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, iwettqu l-konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jgħarrfu lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kull element li jkunu saru jafu bih marbut ma' l-eżistenza ta' irregolarità b’konnessjoni mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni ta' l-istrumenti li jissemmew f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba skond dan l-Anness, tkun f'liema forma tkun, għandha tkun koperta mis-sigriet professjonali u mħarsa bl-istess mod bħalma titħares informazzjoni analoga mil-leġiżlazzjoni Żvizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet Komunitarji. Din l-informazzjoni ma tistax tiġi kkomunikata lil persuni oħra ħlief dawk li, fl-istituzzjonijiet Komunitarji, fl-Istati Membri jew fl-Iżvizzera, li minħabba l-ħidma tagħhom, jeħtieġu li jkunu jafuhom, u lanqas ma tista' tintuża għal għanijiet għajr dawk li jservu sabiex jiżguraw il-ħarsien effettiv ta' l-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6

Miżuri amministrattivi u penalitajiet

Bla ħsara għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, miżuri u sanzjonijiet ammistrattivi jistgħu jiġu imposti mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni fi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002, kif ukoll mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien ta' l-interessi finanzjari tal-Komunitajiet Ewropej (4).

Artikolu 7

Irkupru u infurzar

Id-deċiżjonijiet ta' l-Aġenzija jew tal-Kummissjoni meħuda fi ħdan il-firxa ta' din id-Deċiżjoni li jimponu obbligu pekunjarju fuq persuni oħra li mhumiex Stati għandhom ikunu infurzabbli fl-Iżvizzera.

L-ordni għall-infurzar għandu jinħareġ, bla ebda kontroll ieħor għajr għall-verifika ta' l-awtentiċità ta' l-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Żvizzeru, li għandu jinforma lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni b'dan. L-infurzar għandu jseħħ skond ir-regoli ta' proċedura Żvizzeri. Il-leġittimità tad-deċiżjoni ta' infurzar hija soġġetta għall-kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej maqtugħa skond klawżola ta' arbitraġġ huma infurzabbli bl-istess kundizzjonijiet.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p.72.

(3)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(4)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

ANNESS C

DIKJARAZZJONI TAL-KUNSILL DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI TA' L-IŻVIZZERA FIL-KUMITATI

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jaċċetta li d-dikjarazzjoni rigward il-parteċipazzjoni ta' l-Iżvizzera fil-kumitati annessi għall-att finali tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport bl-ajru minn issa 'l quddiem fiha l-inċiż supplimentari li ġej:

“—

kumitat stabbilit skond ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 (il-kumitat ta' l-ajru uniku).”

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jaċċetta li d-dikjarazzjoni rigward il-parteċipazzjoni ta' l-Iżvizzera fil-kumitati annessi għall-att finali tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat fil-21 ta' Ġunju 1999 u adottat mill-Kunsill fl-4 ta' April 2002, minn issa 'l quddiem għandu jinqara bl-inċiż supplimentari li ġej:

“—

il-kumitat stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1592/2002.”.


Top