Brussell, 16.4.2024

COM(2024) 173 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Rapport dwar l-Istat ta' Schengen 2024


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni
Rapport dwar l-Istat ta’ Schengen 2024

Fl-2023, iż-żona Schengen mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni (iż-“żona Schengen”) kompliet turi reżiljenza fid-dawl ta’ xenarju ġeopolitiku li qiegħed jinbidel, għalkemm għadha esposta għal sfidi interkonnessi. Ir-rapport dwar l-Istat ta’ Schengen 2024 iqis l-iżviluppi importanti li seħħew matul l-aħħar sena u jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-istat taż-żona Schengen. Dan jirrifletti l-inizjattivi ewlenin fi ħdan il-mandat attwali tal-Kummissjoni biex issaħħaħ il-qafas ta’ Schengen.

Filwaqt li jibni fuq l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen imwettqa fl-2023, ir-rapport jidentifika wkoll oqsma ta’ prijorità li jeħtieġu impetu politiku u operazzjonali u jenfasizza oqsma fejn hija meħtieġa applikazzjoni mtejba tar-regoli ta’ Schengen. Kważi 40 sena wara l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Schengen, livell għoli ta’ kooperazzjoni bejn il-fruntieri jibqa’ rilevanti daqs qatt qabel, biex iż-żona Schengen tkun tista’ tkompli tikkontribwixxi għall-kompetittività ekonomika tal-UE u tagħmel il-ħajja aktar faċli u aktar sigura għaċ-ċittadini u n-negozji.

Dan ir-Rapport 1 , li jagħti bidu għaċ-ċiklu ta’ Schengen 2024-2025, iservi bħala l-bażi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi u s-segwitu kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali. Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ prijorità għaż-żona Schengen, flimkien ma’ dan ir-Rapport, il-Kummissjoni ressqet proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill għaż-żona Schengen u tistieden lill-Kunsill jadottaha matul il-laqgħa li jmiss tal-Kunsill ta’ Schengen f’Ġunju 2024.

B’mod partikolari, il-ftehimiet li ntlaħqu dwar il-qafas leġiżlattiv, il-passi storiċi meħuda biex titlesta ż-żona Schengen u l-konsolidazzjoni tal-governanza ta’ Schengen huma l-elementi kostitwenti biex nitbiegħdu minn stat kostanti ta’ kriżi lejn it-tħejjija, ir-reżiljenza, u r-reazzjonijiet kollettivi, li jimmarkaw punt ta’ bidla fl-isforzi konġunti tagħna għall-ġestjoni ta’ Schengen.



1. Inwettqu l-impenji tagħna għal Żona Schengen aktar b’Saħħitha

Wara kważi erba’ deċennji ta’ kooperazzjoni, Schengen evolviet fl-akbar żona ta’ vjaġġar ħieles fid-dinja. Bl-istabbiliment ta’ żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni bi fruntiera esterna kondiviża, l-Istati Membri tal-UE qablu b’mod ambizzjuż li jieħdu responsabbiltà konġunta f’sistema fejn l-azzjonijiet ta’ dak li jkun jestendi lil hinn mill-interessi nazzjonali u jkollu impatt fuq il-membri kollha ta’ Schengen.

Qafas legali msaħħaħ

Is-suċċessjoni ta’ kriżijiet reċenti enfasizzat l-importanza tat-tisħiħ tar-reżiljenza taż-żona Schengen. Sar dejjem aktar evidenti li żona Schengen li tiffunzjona tajjeb teħtieġ qafas legali komuni msaħħaħ biex jitnaqqas is-sens ta’ kriżi persistenti u biex jitbiegħed minn azzjonijiet unilaterali u mhux koordinati, li jirriżultaw primarjament minn nuqqas ta’ għodod komuni effettivi. Biex inwettqu l-impenn tagħna għal Schengen b’saħħitha u li tibqa’ valida fil-futur, il-ftehimiet dwar leġiżlazzjoni ġdida matul it-tieni ċiklu ta’ Schengen jiftħu kapitolu ġdid fl-istorja ta’ Schengen biex tiġi ppreservata l-integrità tagħha.

Il-Ftehim politiku dwar il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen rivedut se jipproteġi l-pedament taż-żona Schengen: in-nuqqas ta’ kontrolli fil-fruntieri interni. Is-salvagwardji addizzjonali u l-miżuri l-ġodda, inkluża l-proċedura ta’ trasferiment biex jittaffew il-movimenti sekondarji, għandhom jagħmluha possibbli għall-Istati Membri li jindirizzaw b’mod effettiv it-tħassib tagħhom dwar is-sigurtà u l-migrazzjoni permezz ta’ kooperazzjoni transfruntiera msaħħa, filwaqt li jibnu fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2023 2 dwar il-kooperazzjoni ta’ Schengen. Ir-regoli l-ġodda se jagħtu spinta wkoll lill-koordinazzjoni tal-UE, jiżguraw il-prevedibbiltà, u jtejbu s-sett ta’ għodod disponibbli biex jirrispondu b’mod effettiv għall-isfidi fil-fruntieri esterni tal-UE, b’mod partikolari f’każijiet ta’ theddid għas-saħħa pubblika 3 u f’sitwazzjonijiet fejn il-migranti jiġu strumentalizzati għal skopijiet politiċi.

Barra minn hekk, sar progress biex jiġu żgurati l-fruntieri esterni tal-ajru filwaqt li jiġi ffaċilitat ukoll l-ivvjaġġar bl-ajru aktar rapidu bil-qbil politiku dwar żewġ Regolamenti biex jissaħħaħ l-użu tal-Informazzjoni bil-Quddiem dwar il-Passiġġieri (API, Advance Passenger Information). Għall-ewwel darba, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi se jkunu jistgħu jiksbu din l-informazzjoni għal titjiriet intra-UE magħżula.

Barra minn hekk, l-ilħiq ta’ ftehim politiku dwar il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil f’Diċembru 2023 kien pass importanti li se jappoġġa u jsaħħaħ b’mod sinifikanti l-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen. B’mod partikolari, ir-Regolament il-ġdid dwar l-Iskrinjar, ladarba jiġi adottat, se jipprevedi regoli uniformi biex jissaħħu l-fruntieri esterni u tiżdied is-sigurtà fiż-żona Schengen b’mod li jiżgura konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali. Il-Patt se jagħmel ukoll il-proċeduri tal-ażil u tar-ritorn aktar effettivi u b’hekk jillimita l-movimenti sekondarji mhux awtorizzati fiż-żona Schengen.

Fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, id-Direttiva dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi 4 adottata f’Mejju 2023, u r-Regolament Prüm II 5 dwar it-tfittxija u l-iskambju awtomatizzati ta’ data għall-kooperazzjoni tal-pulizija, adottata fi Frar 2024, jagħlqu l-lakuni fl-informazzjoni u jagħtu spinta lill-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni tal-kriminalità.

Barra minn hekk, issa hemm fis-seħħ regoli aktar b’saħħithom biex jappoġġaw l-ispazju ta’ libertà, ġustizzja u sigurtà biex jiġu miġġielda żewġ forom ewlenin ta’ kriminalità transfruntiera. L-ewwel nett, id-Direttiva emendata Kontra t-Traffikar 6 se tintroduċi għodod aktar b’saħħithom għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji biex jinvestigaw u jħarrku forom ġodda ta’ sfruttament u biex jipproteġu lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin. Il-leġiżlazzjoni l-ġdida tiżgura koordinazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet kontra t-traffikar u tal-ażil. It-tieni, il-ftehim li ntlaħaq dwar l-aġġornament tar-regoli dwar it-traffikar tal-armi tan-nar fl-importazzjoni u l-esportazzjoni 7 se jikkontribwixxi biex jitnaqqas ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni tal-embargo fl-esportazzjoni tal-armi tan-nar għall-użu ċivili u biex jissaħħu l-kontrolli fuq l-importazzjoni ta’ tali armi tan-nar minn pajjiżi terzi.

Fl-aħħar nett, għad hemm bżonn li jsir progress fin-negozjati dwar il-proposti leġiżlattivi għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti 8 . Il-leġiżlazzjoni attwali li ilha għaddejja għexieren ta’ snin ma tipprovdix l-għodod it-tajba biex tiġi miġġielda din il-kriminalità li dejjem qiegħda tevolvi u huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE u mal-Istati Membri. Dan jinkludi r-regolament propost dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-pulizija fir-rigward tal-prevenzjoni, is-sejbien u l-investigazzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin, u dwar it-tisħiħ tal-appoġġ tal-Europol għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra tali reati 9 .



Lejn implimentazzjoni f’waqtha tal-qafas imsaħħaħ

Il-qafas legali aġġornat li jirfed il-funzjonament taż-żona Schengen juri li l-Unjoni tagħti riżultati b’saħħithom għaċ-ċittadini tagħha. Wara l-adozzjoni formali tal-pakkett leġiżlattiv, l-implimentazzjoni tiegħu se tkun kruċjali biex jiġi sostnut Schengen b’saħħtu fis-snin li ġejjin. Il-Kummissjoni se tikkoordina u tissorvelja mill-qrib din il-fażi. Hija r-responsabbiltà kollettiva tagħna li niżguraw implimentazzjoni rapida, koerenti u konsistenti, b’mod partikolari:

Fil-fruntieri esterni

·Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament dwar l-Iskrinjar, se jkun meħtieġ li kull Stat Membru jibda l-proċess tal-allokazzjoni tar-riżorsi u l-kapaċitajiet inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ monitoraġġ indipendenti.

Miżuri interni

·Wara l-adozzjoni tal-emendi għall-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, l-Istati Membri, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Koordinatur ta’ Schengen, se jaħdmu b’approċċ reġjonali biex jistabbilixxu l-miżuri l-ġodda fir-reġjuni tal-fruntieri interni, inklużi l-arranġamenti operazzjonali għall-użu tal-proċedura ta’ trasferiment u l-kooperazzjoni msaħħa tal-pulizija, bil-ħsieb li jitneħħew gradwalment il-kontrolli fit-tul fil-fruntieri interni.

·Sa tmiem is-sena, l-Istati Membri kollha se jkollhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta’ Kuntatt maħtur, li huwa l-entità ċentrali responsabbli għall-koordinazzjoni u l-iffaċilitar tal-iskambju ta’ informazzjoni skont id-Direttiva dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, ikun operazzjonali u magħmul minn persunal mill-awtoritajiet rilevanti tal-infurzar tal-liġi, li jopera taħt sistema elettronika unika ta’ ġestjoni tal-każijiet.

·F’konformità mad-Direttiva riveduta Kontra t-Traffikar, l-Istati Membri jeħtieġ li jemendaw il-liġi kriminali nazzjonali u jifformalizzaw il-mekkaniżmi ta’ riferiment tagħhom bħala l-ewwel pass lejn l-istabbiliment ta’ Mekkaniżmu Ewropew ta’ Riferiment għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin.

It-tlestija taż-żona Schengen

Matul it-tieni ċiklu ta’ Schengen, il-Kroazja ssieħbet fiż-żona Schengen. Matul l-aħħar sena, il-Kroazja laqgħet madwar żewġ miljun turist aktar milli fl-2022 10 , u tat spinta lill-ekonomija nazzjonali tagħha, peress li t-turiżmu jammonta għal 20 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tal-Kroazja. L-ammissjoni tal-Kroazja fiż-żona Schengen iffaċilitat ukoll it-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali mal-ġirien tagħha l-Ungerija, l-Italja u s-Slovenja. Bejn Diċembru 2023 u Frar 2024, il-Kroazja saritilha l-ewwel evalwazzjoni perjodika tagħha ta’ Schengen, li żvelat iż-żieda fil-ħidma operazzjonali li twettqet biex jiġu indirizzati l-movimenti sekondarji u l-attivitajiet kriminali transfruntiera, b’żieda sinifikanti fil-pattulji konġunti fil-fruntiera mas-Slovenja 11 . Madankollu, id-devjazzjoni tal-flussi migratorji fir-rotta tal-Balkani tal-Punent, u ż-żieda fil-wasliet irregolari fil-fruntiera tagħha mal-Bożnija-Ħerzegovina, jitolbu sforzi msaħħa biex jiġu mfixkla n-networks tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin u biex ikomplu jissaħħu l-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-fruntieri.

Bħala stadju importanti taċ-ċiklu ta’ Schengen 2023-2024, il-Kunsill ħa deċiżjoni tant mistennija 12 dwar l-ammissjoni fis-Schengen tal-Bulgarija u r-Rumanija f’Diċembru 2023. Dan huwa r-riżultat tal-kontribut kontinwu tal-Bulgarija u r-Rumanija għal żona Schengen li tiffunzjona bis-sħiħ, kif muri f’diversi okkażjonijiet 13 . Mill-31 ta’ Marzu 2024, il-Bulgarija u r-Rumanija saru membri ġodda taż-żona Schengen bl-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta’ Schengen. Fl-ewwel fażi, tneħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni tal-ajru u tal-baħar.

Biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-fruntieri esterni bħala l-Istati ta’ Schengen, iż-żewġ Stati Membri qablu mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (“Frontex”) biex tiżdied il-preżenza tal-Korp Permanenti. Matul dawn l-aħħar xhur, l-Aġenzija bdiet taħdem fuq it-triplikar tal-iskjerament ta’ uffiċjali tal-Korp Permanenti fil-fruntiera bejn il-Bulgarija u t-Turkija u żiedet ukoll il-preżenza tagħha fil-fruntieri Bulgari u Rumeni mas-Serbja. Il-kooperazzjoni msaħħa taħt l-Oqfsa ta’ Kooperazzjoni 14 mnedija f’Marzu 2024 diġà qiegħda trendi riżultati pożittivi u l-azzjoni ta’ finanzjament speċifiku ġdida ta’ EUR 85 miljun imnedija mill-Kummissjoni se ttejjeb ukoll il-kapaċitajiet fil-fruntieri esterni. Bi tħejjija għat-tneħħija futura tal-kontrolli fil-fruntieri interni fuq l-art, il-kooperazzjoni tal-pulizija fir-reġjun ġiet imsaħħa permezz tal-istabbiliment ta’ inizjattiva ta’ kooperazzjoni reġjonali li ssegwi l-approċċ tar-rotta kollha, li tinkludi wkoll l-Awstrija, il-Greċja, l-Ungerija u s-Slovakkja. Abbażi ta’ analiżijiet tar-riskju konġunti, l-objettiv huwa li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ ppjanar annwali konġunt li jistabbilixxi attivitajiet konkreti. Il-koordinatur ta’ Schengen se jkompli jappoġġa din l-inizjattiva, li hija kkoordinata fuq bażi ta’ rotazzjoni mill-Istati Membri involuti. Il-Kummissjoni se tkompli tipprovdi l-appoġġ kollu meħtieġ lill-Presidenza tal-Kunsill biex tiżgura li deċiżjoni biex jitneħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni fuq l-art tkun tista’ tittieħed fl-2024.

L-iskambju rapidu ta’ informazzjoni huwa pedament tal-integrazzjoni ta’ Schengen, speċjalment għal dawk l-Istati Membri li għadhom mhumiex qegħdin japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ. Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu, il-konnessjoni ta’ Ċipru mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen f’Lulju 2023 saħħet b’mod sinifikanti s-sigurtà fl-Ewropa 15 . Minn Frar 2024, Ċipru kellu aktar minn 12 000 twissija attiva fis-sistema u l-awtoritajiet Ċiprijotti wettqu madwar 21 miljun tfittxija, li rriżultaw fl-identifikazzjoni ta’ theddid għas-sigurtà, li għen ukoll biex jiġu lokalizzati madwar 30 persuna nieqsa. L-evalwazzjoni ta’ Schengen li saret fl-2023 żvelat li s-sistema hija integrata sew fil-proċessi tal-fruntieri, tal-migrazzjoni u tal-infurzar tal-liġi f’Ċipru, għalkemm huma meħtieġa aktar sforzi biex jiġu sfruttati bis-sħiħ il-funzjonalitajiet kollha disponibbli. Ittieħdu wkoll passi importanti rigward l-ammissjoni f’Schengen tal-Irlanda fir-rigward tal-partijiet tal-acquis ta’ Schengen li hija talbet li tieħu sehem fihom, inkluż il-kooperazzjoni tal-pulizija, is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, il-kooperazzjoni dwar id-drogi u l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen. L-evalwazzjoni ta’ Schengen tal-acquis li fadal li l-Irlanda talbet li tieħu sehem fih 16 se tiġi ffinalizzata fit-tieni nofs tal-2024.

It-tlestija taż-żona Schengen

Żona Schengen wiesgħa u magħquda hija forza mexxejja għall-istabbiltà u l-prosperità madwar il-kontinent. It-tlestija taż-żona Schengen kienet prijorità ewlenija għal din il-Kummissjoni. L-ewwel tkabbir f’aktar minn deċennju mal-Kroazja – u d-deċiżjoni meħuda fl-2023 dwar it-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni tal-ajru u tal-baħar mal-Bulgarija u r-Rumanija huma xhieda ta’ dan l-impenn.

Il-passi li jmiss:

·Issa huwa meħtieġ li l-Kunsill jieħu deċiżjoni finali u jistabbilixxi data xierqa għat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni fuq l-art mal-Bulgarija u r-Rumanija.

·Ladarba l-evalwazzjoni ta’ Schengen li għaddejja tikkonferma r-rieda tal-Irlanda li timplimenta l-partijiet tal-acquis li talbet li tieħu sehem fihom, il-Kunsill se jkun fil-pożizzjoni li jieħu deċiżjoni unanima.

·Wara l-evalwazzjonijiet ta’ Schengen ta’ Ċipru fl-oqsma kollha ta’ politika, il-Kummissjoni qiegħda timmonitorja l-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u, f’dan ir-rigward, se twettaq iż-żjarat ta’ verifika meħtieġa. B’mod parallel, il-Kummissjoni se tkompli taħdem mal-awtoritajiet Ċiprijotti dwar l-integrazzjoni ulterjuri tagħha fiż-żona Schengen, filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi speċjali tagħha.

2. Lejn Qafas ta’ Governanza Integrat ta’ Schengen

Kif enfasizzat mill-President von der Leyen fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2023, l-isfidi komuni jeħtieġu unità ta’ azzjoni 17 . F’dawn l-aħħar snin, iż-żona Schengen uriet b’mod konsistenti li tista’ tipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni permezz ta’ approċċ Ewropew ikkoordinat. Fl-2023, il-Kunsill ta’ Schengen evolva fi pjattaforma biex jikkoordina rispons konġunt għall-isfidi komuni li jħallu impatt fuq il-membri ta’ Schengen u ż-żona Schengen kollha kemm hi.

Koordinazzjoni politika fil-livell tal-UE b’għodod imsaħħa

F’konformità mal-prijoritajiet stabbiliti mill-Kunsill ta’ Schengen f’Ġunju 2023, l-għodod taċ-Ċiklu ta’ Schengen ġew imsaħħa biex itejbu l-identifikazzjoni f’waqtha tar-riskji u n-nuqqasijiet li jħallu impatt fuq l-istabbiltà ta’ Schengen u jrawmu livell ogħla ta’ implimentazzjoni. Dawn l-isforzi konġunti rriżultaw f’mandat imsaħħaħ tal-Kunsill ta’ Schengen, li stabbilixxa l-istadju għal reazzjonijiet komuni aktar effettivi.

B’mod partikolari, il-Barometru ta’ Schengen+, li integra dejjem aktar ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ta’ Schengen, identifika b’mod aktar effettiv kwistjonijiet li jeħtieġu rispons konġunt. Pereżempju, l-esponiment tal-abbuż tas-sistema tal-ażil minn ċittadini mingħajr viża appoġġa r-reviżjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Sospensjoni tal-Viża u l-għarfien dwar l-isfidi dwar ir-ritorni kkontribwixxa għar-riflessjoni li għaddejja dwar kif tista’ tiżdied l-effettività tar-ritorni sostenibbli permezz tal-promozzjoni ta’ approċċ Ewropew. Bl-istess mod, ir-riżultati tal-ewwel evalwazzjoni tematika dwar it-traffikar tad-droga u l-identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet serji fit-twettiq tal-kontroll tal-fruntieri ressqu azzjonijiet konkreti ta’ rimedju.

L-indirizzar tal-lakuni fl-istampa tas-sitwazzjoni tal-UE

Il-Barometru ta’ Schengen+ ikkontribwixxa għall-iżvilupp tal-istampa tas-sitwazzjoni tal-UE billi ġabar flimkien id-data u l-intelligence disponibbli fil-livell tal-UE. Madankollu, id-data disponibbli għadha mhux kompluta u hija frammentata minħabba kwalità baxxa tad-data u analiżi komprensiva sottożviluppata fil-livelli nazzjonali u tal-UE.

Fiċ-ċiklu ta’ Schengen 2024-2025, il-Kummissjoni se tkompli taħdem lejn data u analiżi aktar kompluti u kwalitattivi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenziji tal-Ġustizzja u l-Intern u l-Istati Membri. Jeħtieġ li jinstabu r-rabtiet neqsin bejn id-data relatata, li n-nuqqas ta’ dan ifixkel il-kapaċitajiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-fruntieri, il-migrazzjoni u l-awtoritajiet tas-sigurtà u jikkostitwixxi lakuna fis-sigurtà. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tappella lill-Aġenziji biex isaħħu l-analiżijiet konġunti dwar kwistjonijiet trażversali, filwaqt li jibnu fuq skambju aktar b’saħħtu ta’ informazzjoni bejniethom u jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha.

Is-sistemi msaħħa tal-IT fuq skala kbira, flimkien mas-sistemi l-ġodda u l-għodod tal-interoperabbiltà se jkunu essenzjali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi. L-implimentazzjoni f’waqtha tagħhom hija prijorità. Bl-istess mod, huwa meħtieġ li titħaffef il-ħidma għall-implimentazzjoni tar-Repożitorju Ċentrali għar-Rapportar u l-Istatistika, li se jippermetti l-ġenerazzjoni awtomatika ta’ data statistika u rapportar analitiku bejn is-sistemi.

Il-governanza nazzjonali

Governanza sostenibbli ta’ Schengen b’diversi saffi tiddependi fuq strutturi nazzjonali robusti fi ħdan l-Istati Membri li jiggarantixxu livell għoli ta’ koordinazzjoni tal-atturi rilevanti kollha u jikkontribwixxu b’mod effettiv għal interazzjoni bla xkiel bejn il-livelli nazzjonali u tal-UE biex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti tal-arkitettura ta’ Schengen.

Fil-livell nazzjonali, l-evalwazzjonijiet ta’ Schengen fl-2023 enfasizzaw strutturi, strateġiji u kapaċitajiet amministrattivi diverġenti ta’ koordinazzjoni biex ir-rekwiżiti ta’ Schengen jitqiegħdu fil-prattika. Filwaqt li xi Stati Membri stabbilew strutturi u prattiki ta’ koordinazzjoni tal-governanza ta’ Schengen, diversi oħrajn għad ma għandhomx entità ċentralizzata ta’ koordinazzjoni. Barra minn hekk, mhuwiex applikat mudell ta’ analiżi tar-riskju unifikat 18 għad-dominji rilevanti kollha. Dawn in-nuqqasijiet jipprevjenu lill-Istati Membri milli jistabbilixxu stampa olistika tas-sitwazzjoni nazzjonali li tillimita l-fehim tagħhom tal-ħtiġijiet ġenerali eżistenti u emerġenti. L-istampa tas-sitwazzjoni attwali tonqos ukoll milli tirrikonoxxi l-interkonnessjonijiet bejn diversi kwistjonijiet bħall-kriminalità transfruntiera u l-ġestjoni tal-fruntieri. F’diversi Stati Membri, dawn il-kwistjonijiet jiġu ttrattati separatament, u dan jillimita l-proċeduri fuq il-fruntiera għall-ġestjoni tal-migrazzjoni biss.

Strutturi ta’ governanza nazzjonali dgħajfa jfixklu l-implimentazzjoni effettiva ta’ għodod u proċessi strateġiċi, b’mod partikolari l-iżvilupp tal-kapaċitajiet nazzjonali u l-ippjanar ta’ kontinġenza. Dan ifixkel ukoll l-allinjament effettiv tal-istrateġiji nazzjonali u Ewropej li jkollu impatt fuq il-kapaċità li tittieħed azzjoni fuq il-prijoritajiet Ewropej fil-livell nazzjonali. Fl-aħħar nett, il-frammentazzjoni tipprevjeni lill-Istati Membri milli jibbenefikaw u jsegwu l-inizjattivi tal-UE fi ħdan il-Kunsill ta’ Schengen.

Wara l-adozzjoni tal-politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri mill-Kummissjoni f’Marzu 2023, il-Frontex irrevediet l-istrateġija teknika u operazzjonali u pprovdiet taħriġ u appoġġ tekniku lill-Istati Membri għar-reviżjoni tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom. Il-Kummissjoni dalwaqt se tirrieżamina l-istrateġiji aġġornati mressqa mill-Istati Membri filwaqt li tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni tematika dwar il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri mwettqa fl-2019. Huwa meħtieġ approċċ simili fil-qasam tas-sigurtà interna peress li l-evalwazzjonijiet reċenti ta’ Schengen żvelaw li l-istrateġiji nazzjonali tas-sigurtà interna mhux dejjem ikunu allinjati mal-prijoritajiet tal-UE u mal-istrateġiji relatati mas-sigurtà interna.

Governanza nazzjonali msaħħa se twitti t-triq għal livell ogħla ta’ implimentazzjoni tar-regoli ta’ Schengen permezz ta’ aktar sjieda u koordinazzjoni. Kwalunkwe leġiżlazzjoni hija tajba biss daqs l-implimentazzjoni effettiva tagħha u l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen huwa salvagwardja ewlenija f’dan ir-rigward. Biex jitnaqqas id-distakk bejn il-livelli operazzjonali u politiċi, fl-2023, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjonijiet komprensivi ġodda ta’ Schengen li rriżultaw f’rapporti ta’ pajjiż wieħed. F’konformità mar-rapporti strateġiċi l-ġodda, li jirriflettu s-sinerġiji bejn l-oqsma kollha ta’ politika ta’ Schengen, il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri stabbiliet metodoloġija komuni u oġġettiva għat-Tabella ta’ Valutazzjoni ta’ Schengen fl-2023. It-Tabella ta’ Valutazzjoni ta’ Schengen tivviżwalizza l-livell ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjonijiet ta’ Schengen. Dan ikejjel il-progress li sar fil-fażi ta’ segwitu għall-evalwazzjonijiet ta’ Schengen. Billi tipprovdi din il-ħarsa ġenerali olistika u integrata 19 , tippermetti l-identifikazzjoni ta’ lakuni fl-implimentazzjoni li fihom l-Istati Membri jeħtieġ li jikkonċentraw l-isforzi tagħhom.

It-Tabelli ta’ Valutazzjoni ta’ Schengen individwali tal-2024 żvelaw li, b’mod ġenerali, l-Istati Membri ħadu miżuri effettivi biex jimplimentaw azzjonijiet ta’ rimedju ħalli jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjonijiet ta’ Schengen, għalkemm l-implimentazzjoni tagħhom miexja bil-mod. Bħala medja, il-livell ta’ implimentazzjoni huwa bejn 48 % u 80 %, bil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jiksbu punteġġ ta’ aktar minn 50 %. Il-progress ivarja bejn is-sitt oqsma differenti li jitkejlu fit-Tabella ta’ Valutazzjoni. F’xi oqsma, bħas-sigurtà interna u l-kooperazzjoni tal-pulizija, l-Istati Membri għandhom livell simili ta’ implimentazzjoni, li jindika sfidi simili fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ Schengen, bil-biċċa l-kbira tagħhom ikunu fil-medda ta’ 50-75 %. Madankollu, f’oqsma oħra, b’mod partikolari l-ġestjoni tal-fruntieri esterni u tar-ritorn, l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ rimedju tvarja bejn l-Istati Membri u, f’ħafna każijiet, nuqqasijiet importanti għadhom ma ġewx indirizzati (ara l-Anness 1).

Tabella ta’ Valutazzjoni ta’ Schengen aggregata: punteġġi medji għal kull dimensjoni ewlenija tas-sistema ta’ Schengen 20

Skont l-approċċ il-ġdid tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen, il-Koordinatur ta’ Schengen qiegħed iwettaq segwitu mal-Istati Membri biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta’ Schengen, kif muri fit-Tabella ta’ Valutazzjoni ta’ Schengen. Dan jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-governanza nazzjonali, kif muri miż-żjarat reċenti fil-Litwanja, il-Finlandja, il-Latvja u l-Iżlanda.

Iċ-ċiklu ta’ Schengen 2024-2025

Matul iċ-ċiklu ta’ Schengen 2024-2025, l-isforzi għandhom jiffukaw fuq l-iżgurar ta’ tħejjija soda tal-Kunsilli ta’ Schengen permezz ta’ metodi ta’ ħidma msaħħa. L-ewwel Programm ta’ Ħidma tal-Kunsill ta’ Schengen stabbilit mill-Presidenza Belġjana huwa pass importanti lejn ċiklu ta’ Schengen aktar stabbli. Il-kwistjonijiet trażversali li jirriżultaw mill-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen kif identifikati fir-rapporti tal-pajjiżi ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen il-ġodda jeħtieġ li jiġu integrati aħjar fit-tħejjija tal-laqgħat tal-Kunsill u s-segwitu għalihom.

Filwaqt li jibni fuq il-progress li sar fl-2023 biex tiġi kkonsolidata l-governanza ta’ Schengen, dan il-qafas jeħtieġ li jissaħħaħ biex jittejbu l-istabbiliment u s-segwitu tal-prijoritajiet komuni għaż-żona Schengen permezz ta’ sjieda politika akbar tal-Istati Membri kollha u r-responsabbiltà fil-livell tal-UE. Biex jintlaħaq dan l-objettiv, ir-rapport dwar l-Istat ta’ Schengen tal-2024 huwa akkumpanjat minn Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill għaż-żona Schengen għaċ-ċiklu ta’ Schengen 2024-2025. Dan il-qafas strutturat se jappoġġa lill-Istati Membri billi jikkomplementa l-isforzi individwali tagħhom b’azzjoni koordinata u komuni permezz tal-Kunsill ta’ Schengen u se jiffaċilita wkoll monitoraġġ mill-qrib tal-progress li sar biex jiġi żgurat livell għoli ta’ implimentazzjoni tar-regoli ta’ Schengen. Dan se jimmassimizza l-kapaċità taċ-ċiklu ta’ Schengen li jġib bidla kemm permezz ta’ azzjonijiet individwali kif ukoll kollettivi.

Il-passi li jmiss:

·Adozzjoni mill-Kunsill tal-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-2024-2025 u l-monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni tagħha.

·Segwitu f’waqtu għar-riżultati tat-Tabelli ta’ Valutazzjoni ta’ Schengen tal-2024 bl-appoġġ tal-Koordinatur ta’ Schengen.

·Tħejjija u segwitu sodi tal-Kunsilli ta’ Schengen permezz ta’ metodi ta’ ħidma msaħħa u ottimizzazzjoni tal-għodod taċ-Ċiklu ta’ Schengen.

·Minħabba r-rwol kruċjali tal-Aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet taċ-ċiklu ta’ Schengen, il-Kunsill ta’ Schengen għandu jżid il-gwida politika tiegħu għal azzjonijiet operazzjonali fl-appoġġ lill-Istati Membri bl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta’ Schengen u fl-iżgurar tas-sinerġiji meħtieġa.

Biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet għaż-żona Schengen, u meta jitqiesu l-proposti ppreżentati mill-Istati Membri matul il-proċess ta’ konsultazzjoni, waħda mill-evalwazzjonijiet tematiċi li ġejjin tista’ titwettaq fl-2025:

1.Valutazzjoni tal-proċessi u l-għodod li jappoġġaw l-għarfien komuni tas-sitwazzjoni għall-fruntieri, il-migrazzjoni u s-sigurtà abbażi ta’ ġestjoni msaħħa tal-informazzjoni, għal żona Schengen aktar reżiljenti.

2.Identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet komuni biex jingħelbu r-riskji assoċjati mal-frodi tal-identità u tad-dokumenti.

3.Kapaċitajiet u proċessi biex jiġu indirizzati r-riskji għas-sigurtà assoċjati mal-migrazzjoni irregolari, b’enfasi partikolari fuq il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u l-infiltrazzjoni terroristika.

3. Insaħħu t-tħejjija tagħna għal fruntieri esterni reżiljenti

Il-migrazzjoni irregolari kompliet tkun sfida komuni fl-2023, għalkemm l-għadd ta’ qsim irregolari tal-fruntieri huwa ħames darbiet inqas mil-livelli tal-2015. Filwaqt li ġie osservat tnaqqis sinifikanti fuq ir-rotta tal-Balkani tal-Punent, il-wasliet bil-baħar kienu partikolarment għoljin fl-Italja, fil-Gżejjer Kanarji u fil-gżejjer Griegi. It-tensjonijiet fil-viċinat immedjat u lil hinn flimkien mal-effetti tal-instabbiltà soċjali, ekonomika u klimatika x’aktarx iżidu l-pressjoni tal-migrazzjoni lejn iż-żona Schengen. Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja li għaddejja bħalissa kontra l-Ukrajna ġiegħlet lil miljuni jfittxu rifuġju fl-Ewropa filwaqt li komplew jagħmlu pressjoni fuq il-kapaċitajiet fl-Istati Membri. Fil-fruntiera fuq l-art tal-Lvant, l-istrumentalizzazzjoni tal-migranti orkestrata mir-Russja ġiet osservata għal darb’oħra. L-istrumentalizzazzjoni tal-migranti u theddid ibridu ieħor, inkluż ir-riskju li tiġi mfixkla r-reżiljenza tal-infrastruttura transfruntiera kritika jista’ jkollha impatt ulterjuri fuq il-kapaċità tal-Istati Membri li jirrispettaw iż-żona Schengen.

Barra minn hekk, hemm tħassib urġenti dwar il-kriminalità transfruntiera u n-networks kriminali li jkomplu jisfruttaw il-fruntieri esterni tal-Istati Membri għat-traffikar tal-bnedmin u l-attivitajiet ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti.

Il-kooperazzjoni internazzjonali fil-kuntest tat-theddid għas-sigurtà globali hija aktar importanti minn qatt qabel. Peress li l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali tikkawża telf kbir ta’ ħajjiet fuq il-baħar u għadd dejjem akbar ta’ dħul mhux awtorizzat u movimenti mhux awtorizzati fiż-żona Schengen marbuta mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin, il-Kummissjoni nediet Alleanza Globali għall-Ġlieda Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti f’Novembru 2023. L-għan huwa li tinfetaħ era ġdida ta’ kooperazzjoni internazzjonali, li tiffoka fuq il-prevenzjoni u r-rispons għall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u li toffri alternattivi għall-migrazzjoni irregolari bħala deterrent għall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti.

F’dan l-isfond, il-Kunsill Ewropew fl-2023 enfasizza ripetutament 21 li approċċ komprensiv u kkoordinat għat-tħejjija u r-rispons għall-kriżijiet tal-UE huwa prijorità politika ewlenija. Dan huwa essenzjali għall-funzjonament taż-żona Schengen. L-istampa tas-sitwazzjoni taż-żona Schengen tibni fuq intelligence miġbura minn varjetà ta’ sorsi fil-fruntieri esterni, minn pajjiżi terzi u fiż-żona Schengen. Huwa meħtieġ li jiġu ottimizzati l-forniment u l-iskambju ta’ informazzjoni, li titwettaq analiżi tar-riskju bir-reqqa u solida u li r-risponsi operazzjonali jiġu adattati fil-ħin. Dan se jtejjeb it-tħejjija taż-żona Schengen biex jiġu ġestiti b’mod effettiv l-isfidi komuni, u b’hekk issir aktar reżiljenti, inkluż permezz ta’ konnessjoni aħjar bejn id-dimensjonijiet strateġiċi u operazzjonali.

Fatturi ewlenin li jinfluwenzaw l-istampa tas-sitwazzjoni tal-UE u l-impatt tagħha fuq il-proċessi Ewropej u nazzjonali

Id-dimensjoni esterna tal-istampa tal-intelligence tal-UE: mir-reazzjoni għall-prevenzjoni

It-tagħmir tal-UE biex tittratta x-xenarju globali li dejjem qiegħed jinbidel jeħtieġ viġilanza u adattament kostanti. Ir-reżiljenza u t-tħejjija taż-żona Schengen jiddependu fuq stampa ta’ intelligence bbażata fuq fehim profond tal-iżviluppi globali, it-theddid, u l-isfidi emerġenti f’pajjiżi terzi. L-uffiċjali ta’ kollegament Ewropej u nazzjonali skjerati f’pajjiżi terzi għandhom rwol ewlieni fl-għoti ta’ informazzjoni aġġornata dwar l-iżviluppi u l-isfidi emerġenti. Huma jiġbru, janalizzaw u jiskambjaw informazzjoni u jinfurmaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet nazzjonali u kollettivi tal-Istati Membri dwar il-ġestjoni tal-fruntieri, l-immigrazzjoni u kwistjonijiet ta’ sigurtà. L-evalwazzjonijiet ta’ Schengen fl-2023, madankollu, urew li xi Stati Membri mhumiex qegħdin jużaw l-appoġġ ta’ intelligence ta’ uffiċjali skjerati minn Stati Membri oħra b’mod effiċjenti, u b’hekk qegħdin jonqsu milli jiksbu informazzjoni kruċjali. Fl-istess ħin, il-pajjiżi prijoritarji rilevanti fil-livell tal-UE mhumiex koperti b’mod effettiv, u l-mandati tal-uffiċjali nazzjonali ta’ kollegament ivarjaw ħafna, u jvarjaw minn ġeneriċi għal speċjalizzati. Barra minn hekk, il-metodoloġija tal-ġbir tal-informazzjoni hija frammentata u n-networks lokali mhumiex sfruttati bis-sħiħ, u dan joħloq lakuni fl-istampa tal-intelligence tal-UE 22 . Hemm ukoll skambju limitat ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet trażversali bejn l-uffiċjali skjerati għall-fruntieri u l-migrazzjoni u dawk għas-sigurtà.

Biex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet, l-iskjeramenti ta’ uffiċjali ta’ kollegament Ewropej u nazzjonali f’pajjiżi terzi ta’ prijorità jeħtieġ li jiġu kkoordinati mill-qrib biex tiġi żgurata l-identifikazzjoni f’waqtha tar-riskji f’dawn il-pajjiżi. Sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħhom, l-uffiċjali ta’ kollegament għandhom jiġu skjerati b’mod strateġiku, billi jiġu mmappjati u ottimizzati l-postijiet, il-mandati u r-rekwiżiti ta’ rapportar. Dan se jimmassimizza l-valur tagħhom, jappoġġa l-prijoritajiet tal-UE u jipprevjeni d-duplikazzjonijiet. Barra minn hekk, in-networks eżistenti ta’ uffiċjali ta’ kollegament jeħtieġ li jissaħħu taħt il-kappa tad-delegazzjonijiet tal-UE f’pajjiżi terzi ta’ prijorità biex tiġi żgurata analiżi integrata segwita minn rispons operazzjonali. Dan se jippermetti li jingħalqu l-lakuni, tissaħħaħ id-direzzjoni politika, u tinġabar flimkien is-sensibilizzazzjoni strateġika u operazzjonali mifruxa għal ġestjoni tal-fruntieri, immigrazzjoni u azzjonijiet ta’ sigurtà aktar effettivi. L-uffiċjali ta’ kollegament u l-persunal skjerati f’pajjiżi terzi jikkontribwixxu wkoll għall-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari u r-riskji għas-sigurtà permezz tal-attivitajiet operazzjonali tagħhom.

Preżenza ta’ uffiċjali ta’ kollegament tal-UE f’pajjiżi terzi 23

Il-Frontex skjerat uffiċjali ta’ kollegament 24 u l-Unjoni ffirmat għadd ta’ Ftehimiet dwar l-Istatus 25 ma’ pajjiżi terzi li jippermettu attivitajiet operazzjonali tal-Frontex fit-territorji tagħhom b’setgħat eżekuttivi. Dawn il-ftehimiet irriżultaw ukoll fl-iskjerament ta’ uffiċjali tal-korp permanenti u fl-għoti ta’ assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntiera bejn pajjiżi terzi. Matul l-aħħar sena, l-Aġenzija saħħet l-appoġġ tagħha għall-attivitajiet ta’ kontroll fil-fruntieri permezz ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ ftehimiet dwar l-istatus mal-Albanija, il-Moldova, il-Montenegro, u l-Maċedonja ta’ Fuq, li jinkludu salvagwardji tad-drittijiet fundamentali. Ftehimiet ġodda għandhom ukoll jiġu miftiehma fil-pront mas-Serbja u l-Bożnija-Ħerzegovina. L-Aġenzija ffirmat ukoll diversi arranġamenti ta’ ħidma 26 ma’ awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi biex tappoġġa attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità. Madankollu, huwa meħtieġ li dan l-appoġġ operazzjonali jiġi sfruttat bis-sħiħ, b’mod partikolari biex jiġi żgurat li l-ftehimiet dwar l-istatus u l-arranġamenti ta’ ħidma meħtieġa jiġu konklużi ma’ pajjiżi ewlenin ta’ oriġini jew ta’ tranżitu tal-migrazzjoni lejn l-UE, kif enfasizzat fl-evalwazzjoni tar-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta 27 . Matul iċ-ċiklu ta’ Schengen 2024-2025, huwa meħtieġ li jissaħħu s-sinerġiji ma’ sforzi oħra tal-UE fil-pajjiżi terzi rilevanti u li jinħolqu l-kundizzjonijiet għal dawn il-pajjiżi biex jinvolvu ruħhom f’dawn il-ftehimiet u l-arranġamenti.

Flimkien ma’ preżenza Ewropea msaħħa u aktar strateġika f’pajjiżi terzi, il-politika komuni tal-UE dwar il-viżi hija strument ewlieni għall-involviment tal-Unjoni mal-pajjiżi sħab, u għandha rwol importanti fl-indirizzar tar-riskji għas-sigurtà u l-migrazzjoni irregolari, minbarra li tiffaċilita l-ivvjaġġar. B’mod partikolari, il-Mekkaniżmu ta’ Sospensjoni tal-Viża jippermetti l-monitoraġġ ta’ oqsma fejn l-Unjoni tista’ tiffaċċja riskji minħabba abbuż ta’ reġimi mingħajr viża. Dawn jinkludu l-proporzjon għoli ta’ applikazzjonijiet għall-ażil ippreżentati minn ċittadini minn pajjiżi terzi mingħajr viża 28 , li joħolqu piż sinifikanti fuq is-sistemi nazzjonali tal-ażil u tar-ritorn, kif ukoll ir-riskji assoċjati mal-iskemi taċ-ċittadinanza b’investiment u n-nuqqas ta’ allinjament bejn il-politika tal-UE dwar il-viżi u l-politika dwar il-viżi ta’ ċerti pajjiżi terzi. Biex tindirizza dawn ir-riskji, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal reviżjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Sospensjoni tal-Viża 29 . Din tipprevedi raġunijiet ġodda għas-sospensjoni ta’ reġimi mingħajr viża kif ukoll limiti aktar flessibbli għall-iskattar tal-mekkaniżmu ta’ sospensjoni. In-negozjati tal-proposta għadhom għaddejjin. Il-Kummissjoni tilqa’ l-approċċ ġenerali adottat mill-Kunsill u tappella lill-koleġiżlaturi biex javvanzaw malajr f’dan il-fajl ewlieni. B’mod parallel, il-Kummissjoni se tkompli tirrapporta dwar pajjiżi terzi mingħajr viża fir-rigward tal-isfidi migratorji u ta’ sigurtà.

Kontroll effettiv tal-fruntieri esterni

Ir-reżiljenza taż-żona Schengen hija bbażata fuq sistema robusta ta’ sorveljanza tal-fruntieri. L-evalwazzjonijiet ta’ Schengen imwettqa fl-2023 lill-Istati Baltiċi u l-Finlandja żvelaw livell imtejjeb ta’ kapaċitajiet, b’mod partikolari għas-sorveljanza tal-fruntieri fuq l-art. Il-Finlandja, pereżempju, ħadet passi importanti mill-aħħar evalwazzjoni tagħha fl-2018 biex ittejjeb il-kapaċitajiet tagħha ta’ sorveljanza tal-fruntieri. Dan it-tisħiħ issa jeħtieġ li jitlesta b’mod urġenti biex jirrispondi għat-theddid u l-isfidi kkawżati mill-obbligu li tiġi ġestita waħda mill-itwal sezzjonijiet tal-fruntieri esterni fuq l-art ta’ Schengen. L-ammissjoni tal-Kroazja fiż-żona Schengen teħtieġ ukoll attivitajiet ta’ sorveljanza msaħħa biex jiġu indirizzati l-isfidi migratorji emerġenti fil-fruntiera mal-Bożnija-Ħerzegovina. Fir-rigward tal-kapaċitajiet ta’ sorveljanza u sejbien fil-fruntieri tal-baħar tal-UE, il-maġġoranza tal-Istati Membri għandhom attivitajiet u sistemi ta’ sorveljanza fis-seħħ. Madankollu, għad hemm nuqqasijiet f’xi Stati Membri minħabba n-nuqqas ta’ sistemi ta’ sorveljanza integrati flimkien ma’ governanza, koordinazzjoni u kooperazzjoni insuffiċjenti, flimkien mal-għarfien tas-sitwazzjoni mhux komplut persistenti u analiżi tar-riskju fqira. Dawn in-nuqqasijiet inaqqsu l-kapaċitajiet ta’ rispons tal-awtoritajiet nazzjonali u tal-Aġenziji fil-fruntieri tal-baħar tal-UE.

L-UE intensifikat l-appoġġ operazzjonali u finanzjarju tagħha għall-ġestjoni tal-fruntieri għall-Istati Membri biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tagħhom 30 inkluż billi tixtri inġenji tal-ajru ta’ sorveljanza, bastimenti tal-għassa, u vetturi b’kameras tal-immaġini termali, kif ukoll billi timplimenta soluzzjonijiet teknoloġiċi bħal vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord 31 .

Fil-fruntieri esterni tal-UE, l-evalwazzjonijiet ta’ Schengen urew ukoll użu msaħħaħ tal-EUROSUR, il-qafas ċentrali għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni operazzjonali fi ħdan il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Dan jintuża għas-sejbien, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera, filwaqt li jikkontribwixxi għall-protezzjoni u s-salvataġġ tal-ħajjiet tal-migranti li jippruvaw jaqsmu l-fruntieri esterni. Iċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni kisbu rwol aktar prominenti fil-livelli nazzjonali u tal-UE, li rriżulta fil-ġestjoni effiċjenti u armonizzata tal-fruntieri esterni tal-UE. Filwaqt li l-kwalità u l-volum tal-iskambju ta’ informazzjoni fl-EUROSUR żdiedu f’dawn l-aħħar snin, l-istampi tas-sitwazzjoni nazzjonali u Ewropea għadhom frammentati. Għalhekk huwa importanti li l-Istati Membri jintegraw ir-riżultati operazzjonali u l-analiżijiet tar-riskju tagħhom fil-EUROSUR u li jużaw bis-sħiħ l-ipproċessar u l-analiżi tal-informazzjoni dwar il-kriminalità transfruntiera. Barra minn hekk, fiż-żona prefruntiera, il-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni strateġika mal-Frontex, bejn l-Istati Membri, u, fejn rilevanti, ma’ pajjiżi sħab, jeħtieġ li jissaħħu. Dan jinkludi sforzi mill-UE biex tassisti sħab f’pajjiżi terzi fl-iżvilupp ta’ ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni b’komponent tal-EUROSUR.

Il-Frontex tappoġġa b’mod attiv il-ġestjoni tal-fruntieri u l-attivitajiet ta’ ritorn tal-Istati Membri, filwaqt li tiżgura rispett sħiħ tal-obbligi kollha tad-drittijiet fundamentali. B’mod ġenerali, bħalissa għaddejjin 22 attività operazzjonali, inklużi Operazzjonijiet Konġunti fl-Italja, Spanja, il-Greċja, il-Bulgarija u r-Rumanija u l-fruntiera tal-art tal-Lvant. Aktar minn 2 000 korp permanenti huma skjerati fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri. Il-korp permanenti qiegħed jinbena gradwalment sal-2027 biex jirriżulta saħansitra f’appoġġ aktar affidabbli u permanenti għall-Istati Membri. Filwaqt li jqisu r-responsabbiltà kondiviża għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE, l-Istati Membri kollha għandhom jikkontribwixxu għall-korp permanenti, f’konformità mal-obbligi tagħhom. Fl-istess ħin, jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw rispons effettiv għas-sejħiet tal-Aġenzija biex jiġi stazzjonat il-persunal. Dan għandu jqis l-ambjent dinamiku attwali fl-Istati Membri u fiż-żona Schengen kollha u l-ħtieġa għal profili speċjalizzati biex jiġu indirizzati l-lakuni eżistenti. Jeħtieġ ukoll li jittieħdu azzjonijiet ta’ rimedju biex jingħelbu l-isfidi li jfixklu l-kapaċità tal-Korp Permanenti li jappoġġa bis-sħiħ lill-Istati Membri, kif żvelat mill-evalwazzjonijiet ta’ Schengen. L-Aġenzija se tieħu passi ulterjuri biex tiżgura li l-Korp Permanenti jikkorrispondi aħjar għall-ħtiġijiet operazzjonali, inkluż billi ttejjeb it-taħriġ dwar il-profili li huma l-aktar mitluba, f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni li jirriżulta mill-evalwazzjoni tar-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (EBCG, European Border and Coast Guard) 32 .

Barra minn hekk, sal-2027, kemm il-komponenti Ewropej kif ukoll dawk nazzjonali tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta huma meħtieġa jlestu l-bidla minn ippjanar tradizzjonali bbażat fuq ir-riżorsi għal ippjanar immexxi mill-kapaċità. Fis-26 ta’ Marzu 2024, il-Bord tat-Tmexxija tal-Frontex adotta l-Pjan Direzzjonali dwar il-Kapaċitajiet għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Dan jiġbor flimkien il-pjanijiet ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri u l-ippjanar pluriennali tar-riżorsi tal-Aġenzija biex jiġi ottimizzat l-investiment fit-tul għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorni. Jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet, li jeħtieġ li jiġu aġġornati regolarment biex jippermettu l-ippjanar tal-kapaċitajiet fuq terminu medju u twil. Aktar minn EUR 201 miljun 33 saru disponibbli għall-kapaċitajiet operazzjonali tal-Istati Membri fl-2023 għal dan l-għan.

Ippjanar ta’ kontinġenza

Matul l-aħħar sena, l-UE u l-Istati Membri ffukaw fuq l-istabbiliment u l-aġġornament ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza biex jindirizzaw kriżijiet possibbli fil-fruntieri esterni. B’kont meħud tal-ambjent ġeostrateġiku li qiegħed jevolvi, diversi Stati Membri, b’mod partikolari l-Estonja, il-Finlandja, il-Litwanja u r-Rumanija, wettqu eżerċizzji ta’ simulazzjoni biex jivvalutaw il-proċeduri u l-kapaċitajiet eżistenti li jirrispondu fil-ħin u b’mod effettiv għall-bidliet fis-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni. Dawn l-eżerċizzji żvelaw li l-pjanijiet ta’ kontinġenza eżistenti huma adatti biex jindirizzaw kriżijiet mhux previsti u ppermettew lill-Istati Membri jaġġornaw dawk il-pjanijiet, kif rilevanti.

L-evalwazzjonijiet ta’ Schengen imwettqa fl-2023 ikkonfermaw li l-Istati Membri kollha stabbilew pjanijiet ta’ kontinġenza nazzjonali għall-ġestjoni tal-fruntieri, għalkemm għad hemm nuqqasijiet minħabba kooperazzjoni limitata bejn l-aġenziji li tirriżulta fi stampa mhux kompluta tal-kapaċitajiet nazzjonali. Jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jarmonizzaw il-limiti għall-attivazzjoni ta’ livelli differenti ta’ ppjanar ta’ kontinġenza u jintegraw l-appoġġ Ewropew b’mod aktar koerenti.

Flimkien mal-iżgurar ta’ reazzjonijiet adegwati fil-fruntieri esterni, approċċ komprensiv għall-migrazzjoni jirrikjedi wkoll ippjanar sod ta’ kontinġenza biex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ pressjoni migratorja. Wara l-kriżi tal-migrazzjoni tal-2015/2016, l-UE issa tħejjiet aħjar biex tindirizza ż-żidiet f’daqqa fil-flussi migratorji. Il-Kummissjoni tinsab f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri li huma vulnerabbli għal żieda fil-wasliet u li saħħew il-miżuri ta’ kontinġenza. Pereżempju, fl-Italja qiegħed jitħejja pjan ta’ kontinġenza bl-appoġġ tal-EUAA u l-Frontex biex jipprevedi dekonġestjoni rapida tal-punti ta’ żbark u reżiljenza akbar tas-sistema ta’ akkoljenza 34 . Fuq ir-rotta tal-Atlantiku, is-sistema ta’ akkoljenza fi Spanja regolarment tqiegħdet taħt pressjoni f’dawn l-aħħar snin, u aktar reċenti biż-żieda ta’ wasliet irregolari bil-baħar fil-Gżejjer Kanarji. F’dan il-kuntest, fil-pjan operazzjonali tal-EUAA, hemm sforzi kontinwi biex jitfassal u jiġi implimentat qafas nazzjonali għat-tħejjija u r-rispons għall-emerġenzi fi Spanja. Il-Kummissjoni qiegħda taħdem ukoll mill-qrib ma’ Ċipru u l-EUAA biex tiżviluppa pjan ta’ kontinġenza biex tlaħħaq maż-żieda fil-wasliet bil-baħar.

Ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, b’mod partikolari dwar l-iskrinjar u r-rispons għall-kriżijiet, flimkien mar-reviżjoni li għaddejja tal-istrateġiji nazzjonali għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri, joffru opportunità unika għall-Istati Membri biex jiżviluppaw pjanijiet ta’ kontinġenza nazzjonali li jkopru proċessi ewlenin, jiġifieri l-ġestjoni tal-fruntieri, il-migrazzjoni u r-ritorn, li huma adatti biex jindirizzaw l-isfidi attwali u emerġenti. 

Il-bini ta’ sistema komuni tal-UE għar-ritorni

It-tisħiħ tar-ritorn effettiv u rapidu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew li ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ dħul fiż-żona Schengen, b’mod partikolari dawk li huma meqjusa bħala theddida għas-sigurtà pubblika, kien prijorità taċ-ċiklu ta’ Schengen 2023-2024 35 . Fil-Kunsilli ta’ Schengen f’Ottubru u Diċembru 2023 36 , il-Ministri appellaw għal soluzzjonijiet operazzjonali Ewropej li jużaw għodod komuni u jżidu l-koordinazzjoni tal-UE.

F’dan l-isfond, matul l-aħħar sena, l-enfasi nbidlet għal sforzi konġunti fil-livell tal-UE li jagħtu prijorità lill-miżuri fir-rigward ta’ pajjiżi terzi ewlenin. Sabiex tiġi żgurata l-komplementarjetà tal-azzjoni u approċċ olistiku, il-Koordinatur tar-Ritorn tal-UE bl-appoġġ tan-Network ta’ Livell Għoli għar-Ritorn żviluppa Pjan Direzzjonali għar-Ritorn b’azzjonijiet immirati. Filwaqt li l-għadd ta’ ritorni effettivi għadu baxx, l-inizjattivi konġunti diġà qegħdin irendu riżultati pożittivi, evidenzjati minn żieda fir-ritorni effettivi matul is-sena li għaddiet. Fl-2023, kważi 100 000 ċittadin ta’ pajjiżi terzi ġew effettivament ritornati, li jirrappreżentaw żieda ta’ 15 %, meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2022, inkluża żieda ta’ 120 % fir-ritorni volontarji permezz tal-appoġġ tal-Frontex.

L-attivitajiet ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen imwettqa fl-2023 żvelaw li għad hemm ostakli, li jfixklu l-infurzar tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn. L-ewwel nett, hemm bżonn li jiġi implimentat approċċ strateġiku għall-allokazzjoni u l-ippjanar tar-riżorsi bbażat fuq il-ħtiġijiet attwali u mistennija. Jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ippjanar integrat proattiv, bil-ħsieb li jiddeterminaw u jaġġornaw il-prijoritajiet nazzjonali u l-allokazzjoni tar-riżorsi fid-dawl tax-xejriet tal-migrazzjoni u l-ażil u wkoll f’konformità mal-inizjattivi tal-UE. F’dan il-kuntest, fl-2024, il-Frontex bdiet laqgħat ta’ ppjanar 37 għal azzjonijiet koordinati tal-UE dwar l-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni, il-konsulenza dwar ir-ritorn, u l-operazzjonijiet ta’ ritorn. L-Istati Membri kollha jeħtieġ li jintegraw bis-sħiħ l-għodod ta’ ritorn tal-Frontex 38 fis-sistemi nazzjonali tagħhom.

Huwa meħtieġ ukoll approċċ strateġiku kemm għar-ritorni volontarji kif ukoll għar-ritorni furzati, li jiżgura l-komplementarjetà tal-azzjoni u preferenza għar-ritorni volontarji. Matul l-aħħar sena, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Frontex għamlu progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE dwar ir-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni 39 . Sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà ta’ dawn il-miżuri, l-Istati Membri kollha jeħtieġ li jistabbilixxu l-kapaċitajiet nazzjonali tagħhom stess għall-konsulenza dwar ir-ritorn 40 , li huma element ewlieni tal-ippjanar integrat nazzjonali. Fl-istess ħin, il-mitigazzjoni tar-riskju ta’ ħarba u movimenti sekondarji hija parti essenzjali minn sistema effettiva ta’ ritorn u teħtieġ prijoritizzazzjoni effettiva u riżorsi adegwati. Fl-2023, l-Istati Membri bdew jużaw miżuri alternattivi aktar avvanzati għad-detenzjoni, inklużi sistemi ta’ ġestjoni tal-każijiet. F’każ li d-detenzjoni jeħtieġ li tiġi imposta f’konformità mal-liġi tal-UE, jeħtieġ li tiġi żgurata kapaċità ta’ akkomodazzjoni suffiċjenti u kundizzjonijiet adegwati. Fl-2023, ġew identifikati l-aħjar prattiki fil-Litwanja u fil-Kroazja fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni, għalkemm il-faċilitajiet ta’ detenzjoni f’xi Stati Membri għadhom inadegwati. Il-Kummissjoni tinsab f’kuntatt mill-qrib u regolari mal-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar dawn il-kwistjonijiet, inkluż permezz ta’ attivitajiet ta’ segwitu tal-evalwazzjoni ta’ Schengen.

It-tieni, jeħtieġ li l-Istati Membri jtejbu l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali. Fejn dan ikun nieqes, dan ifixkel il-ħruġ ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn u s-segwitu tagħhom. F’ħafna każijiet, in-nuqqas ta’ għodod tal-IT iddedikati biex jappoġġaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ikabbar il-lakuni fil-komunikazzjoni. Il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, b’mod partikolari r-Regolament il-ġdid dwar l-Iskrinjar u l-proċeduri ta’ ritorn fil-fruntiera se jistabbilixxu konnessjonijiet aktar b’saħħithom bejn l-attivitajiet fil-fruntieri esterni u l-proċedura tal-ażil. Ir-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil se jnaqqas ukoll id-distakk bejn il-proċess tal-ażil u tar-ritorn u b’hekk itejjeb il-funzjonament tas-sistema ta’ ritorn u konsegwentement il-funzjonament taż-żona Schengen billi jiżgura li deċiżjoni negattiva dwar l-ażil tinħareġ b’deċiżjoni ta’ ritorn.

Il-kooperazzjoni fil-livell nazzjonali jeħtieġ li timxi id f’id ma’ koordinazzjoni msaħħa fil-livell tal-UE. Fl-2023, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rduppjaw l-isforzi tagħhom biex jisfruttaw bis-sħiħ l-għażliet kollha disponibbli biex irawmu aktar rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn. Dan kien ibbażat fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Marzu 2023 41 u ffaċilitat mill-allerti l-ġodda ta’ ritorn fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen. Il-Kummissjoni qiegħda taħdem biex tidentifika l-aħjar sitwazzjonijiet fejn tapplika din il-possibbiltà, inkluż ukoll bħala parti mill-azzjonijiet immirati deskritti fil-Pjan Direzzjonali għar-Ritorn. B’mod partikolari, hija torganizza laqgħat mal-Istati Membri fil-livell tal-esperti biex tiddiskuti l-importanza li tiġi inkluża l-informazzjoni kollha – inkluża d-data bijometrika – fl-allerti ta’ ritorn, l-użu tal-allerti ta’ ritorn tas-SIS għall-fini ta’ identifikazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju ta’ ħarba, l-iffaċilitar tar-rikonoxximent reċiproku u l-identifikazzjoni ta’ persuni ripatrijati li joħolqu riskju ta’ ħarba. Biex ikun jista’ jintuża l-potenzjal sħiħ tal-allerti l-ġodda, huwa meħtieġ li jittieħdu passi biex jiġi żgurat li deċiżjoni ta’ ritorn tkun tista’ tiġi kondiviża bejn l-Istati Membri wara allert dwar ritorn fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen.

Flimkien mal-isforzi msaħħa biex jiġu indirizzati l-ostakli interni għall-implimentazzjoni tar-ritorni, it-titjib tal-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni kien prijorità ewlenija matul dawn l-aħħar ftit snin. Il-monitoraġġ tal-kooperazzjoni tar-riammissjoni 42 ta’ pajjiżi terzi li jeħtieġu viża għen biex jiġu introdotti miżuri biex tittejjeb il-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni. Dan żied ukoll l-opportunitajiet biex jissaħħu d-diskussjonijiet dwar ir-riammissjoni ma’ pajjiżi terzi, fosthom billi jinfetħu kanali ġodda ta’ komunikazzjoni fejn qabel ma kien sar l-ebda impenn immirat. Il-Kummissjoni bħalissa qiegħda tħejji l-ħames rapport ta’ valutazzjoni tagħha dwar il-kooperazzjoni fir-riammissjoni abbażi tal-Artikolu 25a tal-Kodiċi dwar il-Viżi, li jkopri l-kooperazzjoni ta’ riammissjoni ma’ 34 pajjiż terz.

Ir-rispons komuni għall-isfidi tal-lum, madankollu, huwa ristrett minn qafas legali ta’ ritorn skadut stabbilit fl-2008, b’negozjati dwar ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn li għad iridu jiġu konklużi. Il-Kummissjoni se tieħu passi biex tivvaluta u tevalwa l-lakuni u d-dgħufijiet ewlenin tal-qafas leġiżlattiv attwali u fuq din il-bażi se tikkunsidra t-triq ’il quddiem. L-objettiv huwa li jitkompla l-bini fuq is-sistema komuni tal-UE għar-ritorni, tiġi kkomplementata l-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-Patt u li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jiġu mgħammra b’għodod ta’ ritorn effettivi u tiġi ffaċilitata l-armonizzazzjoni tal-proċeduri nazzjonali ta’ ritorn. Il-Kummissjoni se tibni wkoll fuq ir-riżultati tal-evalwazzjoni tematika li għaddejja bħalissa għal sistema effettiva tal-UE għar-ritorni, li se tidentifika soluzzjonijiet komuni, filwaqt li tqis l-isfidi relatati.

Azzjonijiet ta’ prijorità biex tissaħħaħ it-tħejjija u l-fruntieri esterni tal-UE

1. Miżuri għad-dimensjoni esterna ta’ Schengen

·Jiġi kkoordinat mill-qrib l-iskjerament ta’ uffiċjali ta’ kollegament Ewropej u nazzjonali billi jiġu mmappjati u ottimizzati l-postijiet ta’ skjerament, il-mandati, u r-rekwiżiti ta’ rapportar.

·Jiġi massimizzat l-użu tal-intelligence tal-uffiċjali ta’ kollegament taħt il-kappa tad-delegazzjoni tal-UE biex jiġu żgurati analiżi integrata u rispons operazzjonali.

·Jiġi massimizzat l-appoġġ operazzjonali tal-Frontex f’pajjiżi terzi billi jiġu konklużi ftehimiet ma’ pajjiżi ewlenin.

·Tiġi avvanzata malajr ir-reviżjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Sospensjoni tal-Viża.

2. Miżuri għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni ta’ Schengen

·Jiġu stabbiliti jew aġġornati s-sistemi integrati ta’ sorveljanza tal-fruntieri flimkien ma’ kapaċitajiet akbar, kooperazzjoni mtejba bejn l-aġenziji, u analiżijiet tar-riskju solidi.

·Jiġu integrati r-riżultati operazzjonali u l-analiżijiet tar-riskju fl-EUROSUR u jissaħħaħ l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-migrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera mal-Frontex, u, fejn rilevanti, mal-pajjiżi sħab.

·Tiżdied l-effettività tal-Frontex billi jiġu implimentati l-miżuri identifikati fl-evalwazzjoni tar-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.

·Jiġu żgurati l-aġġornament u l-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet ta’ kapaċità nazzjonali f’konformità mal-Pjan Direzzjonali tal-Kapaċità tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.

·Jiġu adottati u aġġornati pjanijiet ta’ kontinġenza komprensivi għall-fruntieri, il-migrazzjoni u r-ritorn, filwaqt li jiġu żgurati limiti armonizzati għall-attivazzjoni ta’ livelli differenti ta’ ppjanar ta’ kontinġenza u jiġi integrat l-appoġġ Ewropew b’mod koerenti.

3. Miżuri għal Sistema Komuni ta’ Ritorn tal-UE

·Jiġu stabbiliti pjanijiet integrati strateġiċi għall-allokazzjoni u l-ippjanar tar-riżorsi bbażati fuq il-ħtiġijiet attwali u mistennija filwaqt li jitqiesu x-xejriet tal-migrazzjoni u l-ażil, kif ukoll l-attivitajiet ta’ ppjanar tal-Frontex.

·Ikun hemm involviment b’mod attiv fl-azzjonijiet immirati stabbiliti skont il-Pjan Direzzjonali tal-UE għar-Ritorn, billi jiġu mmexxija wkoll azzjonijiet speċifiċi u jiġu appoġġati l-Istati Membri.

·Jiġu inkorporati bis-sħiħ l-għodod ta’ ritorn tal-Frontex fis-sistema nazzjonali ta’ ritorn, inkluż il-mudell RECAMAS, l-Applikazzjoni tal-Frontex għar-Ritorn, l-Assistenza għar-Riintegrazzjoni u l-iskjeramenti Speċjalizzati għar-Ritorn.

·Jiġu stabbiliti kapaċitajiet nazzjonali solidi u sostenibbli għal konsulenza dwar ir-ritorn f’konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar ir-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni.

·Jittejbu l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali, b’mod partikolari bejn l-awtoritajiet tal-ażil u tar-ritorn, u bejn l-awtoritajiet tas-sigurtà u tar-ritorn.

·Jittieħdu passi biex jiġi żgurat li deċiżjoni ta’ ritorn, jew partijiet rilevanti minnha, tkun tista’ tiġi kondiviża fuq talba ta’ Stat Membru għal informazzjoni supplimentari wara allert dwar ritorn fis-SIS biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar ir-ritorni fost l-Istati Membri.

4. Żona Schengen akkoljenti għal Unjoni kompetittiva

Matul l-aħħar sena, iż-żona Schengen kompliet ittejjeb b’mod sinifikanti l-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tagħha, il-mod kif jaħdmu u jagħmlu negozju, kif ukoll tiffaċilita l-ivvjaġġar u l-interazzjonijiet. Schengen tospita wħud mill-aktar destinazzjonijiet turistiċi popolari fid-dinja. Kull sena, jidħlu miljuni ta’ vjaġġaturi fiż-żona Schengen, u dan jagħmilha l-aktar destinazzjoni li jżuruha nies fid-dinja kollha. Fl-2023, ġiet osservata xejra qawwija u pożittiva, fejn ħafna destinazzjonijiet qabżu l-livelli ta’ wasliet ta’ turisti li kien hemm fl-2019. Illum, aktar minn 1,4 biljun persuna minn madwar 61 pajjiż jistgħu jibbenefikaw minn vjaġġar mingħajr viża lejn iż-żona Schengen u fl-2023 ġew irreġistrati aktar minn nofs biljun qsim tal-fruntieri esterni, u laħqu 92 % tal-livelli tal-2019 ta’ qabel il-pandemija. It-turiżmu jikkontribwixxi għal kważi 10 % tal-PDG tal-UE u jipprovdi impjiegi lil madwar 22,6 miljun persuna 43 . Din ix-xejra ’l fuq mistennija tikber fis-snin li ġejjin u huwa stmat li l-ivvjaġġar bl-ajru lejn l-Ewropa se jaqbeż il-livelli ta’ qabel il-pandemija b’5 % fl-2024 44 . Il-garanzija ta’ vjaġġar bla xkiel u sigur lejn iż-żona Schengen hija għalhekk essenzjali għall-kompetittività tal-Unjoni, u speċjalment importanti fi żmien meta l-UE qiegħda tiffaċċja kompetizzjoni globali qawwija. Skont l-Ewrobarometru tal-2023 dwar iċ-ċittadinanza u d-demokrazija, madwar 90 % taċ-ċittadini jgħożżu l-libertà li jivvjaġġaw fl-UE, b’89 % jaqblu li hija ta’ benefiċċju għalihom personalment u 83 % li hija ta’ benefiċċju għall-ekonomija. L-Ewrobarometru tal-2024 dwar Schengen juri li 80 % tan-negozji jaqblu bil-kbir li ż-żona Schengen toffri ambjent attraenti għan-negozju tagħhom, li jwassal għal aktar minn tliet kwarti tan-negozji li primarjament jinvolvu ruħhom f’attivitajiet fiż-żona Schengen. L-impatt pożittiv ta’ Schengen fl-ekonomija tal-UE huwa apprezzat ħafna min-negozji: Hemm 81 % tan-negozji li jqisu ż-żona Schengen bħala waħda mill-kisbiet ewlenin tal-UE.

Modernizzazzjoni tad-dimensjoni esterna ta’ Schengen: lejn viżi diġitali ta’ Schengen

Il-ħruġ tal-viża ta’ Schengen żdied b’mod kostanti mill-2020. Fl-2023 ġew ippreżentati kważi 10,4 miljun applikazzjoni u nħarġu aktar minn 8,4 miljun viża. Id-domanda nbidlet fl-2023, ikkaratterizzata minn żieda fl-applikazzjonijiet fl-Indja, fit-Turkija u fl-Afrika ta’ Fuq u tnaqqis sinifikanti fl-applikazzjonijiet mir-Russja 45 .

Għaddejjin sforzi biex jitnaqqas id-dewmien twil persistenti fl-għoti tal-appuntamenti u fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-viża, xejra kkonfermata mill-evalwazzjonijiet ta’ Schengen imwettqa fl-2023. It-tisħiħ tal-persunal 46 fil-konsulati bl-appoġġ tal-finanzjament tal-UE għandu jippermetti lill-Istati Membri jtejbu l-ħeffa u l-kwalità tal-ipproċessar tal-viżi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nediet proġett pilota biex tistabbilixxi lista unika ta’ stennija għall-Istati Membri kollha f’post wieħed, li tnaqqas ir-riskju ta’ visa shopping billi telimina l-possibbiltà li jintgħażlu l-konsulati.

F’Novembru 2023, ġie adottat ir-Regolament dwar id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri tal-viża 47 . Ladarba jiġu implimentati, ir-regoli l-ġodda se jagħmluha possibbli li jiġu ppreżentati applikazzjonijiet għal viża permezz ta’ pjattaforma online li telimina proċeduri ta’ piż li jiddependu b’mod predominanti fuq il-burokrazija. Il-Kummissjoni, l-eu-LISA 48 , u l-Istati Membri diġà bdew l-implimentazzjoni, li flimkien mal-implimentazzjoni sħiħa tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża 49 mġedda, se tippermetti proċedura tal-ħruġ tal-viża aktar rapida kemm għall-vjaġġaturi kif ukoll għall-awtoritajiet.

Daqstant importanti biex titjieb l-effiċjenza tal-proċessi tal-viża huwa li jiġi żgurat eżami ta’ kwalità tal-applikazzjonijiet tal-viża. L-evalwazzjonijiet ta’ Schengen fl-2023 urew li l-eżami ġenerali tal-applikazzjonijiet għall-viża huwa sod u li hemm fis-seħħ proċessi biex jiġi żgurat teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kwalità tal-applikazzjonijiet għall-viża fil-biċċa l-kbira tal-postijiet miżjura. Madankollu, f’xi konsulati, l-ipproċessar tal-viża għad irid jittejjeb billi tiġi ssimplifikata l-kooperazzjoni mal-fornituri esterni tas-servizzi u l-flussi tax-xogħol fil-konsulati, u billi jsir użu aħjar tal-għodod tal-IT disponibbli. Il-Kummissjoni u l-esperti tal-Istati Membri wettqu żjarat mhux imħabbra fil-konsulati tal-Ġermanja, il-Polonja u Spanja u l-fornituri esterni tas-servizzi rispettivi tagħhom f’Mumbai fl-2024, filwaqt li qiesu li l-Indja hija waħda mill-akbar pajjiżi terzi obbligati bil-viża, li tirrappreżenta sehem kbir mill-applikazzjonijiet ippreżentati. Filwaqt li t-tliet Stati Membri kollha ġeneralment jikkonformaw mal-acquis ta’ Schengen, huma kollha jiffaċċjaw sfidi mal-fornituri esterni tas-servizzi tagħhom, b’mod partikolari relatati mal-ġestjoni ġenerali tad-data personali u s-sistemi tal-IT nazzjonali għall-ipproċessar tal-viża.

Il-kontribut għall-futur diġitali tal-Ewropa b’soluzzjonijiet tal-fruntieri diġitali siguri

L-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet diġitali biex jissaħħaħ il-kontroll tal-fruntieri jista’ jippermetti liż-żona Schengen tippożizzjona lilha nnifisha bħala mexxejja globali fl-iffaċilitar tal-ivvjaġġar bla xkiel u sigur. L-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż taħt Orizzont Ewropa, jippermettulna nesploraw u nibnu soluzzjonijiet Ewropej għas-sistemi tal-ivvjaġġar diġitali fid-deċennji li ġejjin. Fl-2024, il-Kummissjoni se tipproponi regolament dwar id-diġitalizzazzjoni tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u l-faċilitazzjoni tal-ivvjaġġar, li jipprevedi qsim tal-fruntieri aktar faċli u aktar sigur filwaqt li jissimplifika l-proċessi tal-ivvjaġġar. L-użu volontarju ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar diġitali se jkun ta’ benefiċċju kemm għall-vjaġġaturi – f’termini ta’ kontrolli aktar rapidi fil-fruntieri – kif ukoll għall-awtoritajiet tal-fruntieri, billi jippermettilhom jagħmlu l-verifiki meħtieġa qabel mal-persuna tasal fil-fruntiera fiżika. Barra minn hekk, se tappoġġa l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ billi tippermetti lill-vjaġġaturi mhux Ewropej jirreġistraw minn qabel id-data qabel l-ivvjaġġar, filwaqt li tnaqqas il-konġestjonijiet u l-ammont ta’ ħin imqatta’ fil-fruntiera mal-wasla.

It-tnedija li jmiss tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES, Entry/Exit System) u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS, European Travel Information and Authorisation System) huma elementi kostitwenti importanti għat-twaqqif tas-sistema ta’ ġestjoni tal-fruntieri, l-immigrazzjoni u s-sigurtà l-aktar avvanzata teknoloġikament u interoperabbli fid-dinja. Fl-2023, l-isforzi biex jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tas-Sistema ta’ Dħul u Ħruġ fil-ħarifa tal-2024 ġew aċċellerati. Matul l-aħħar sena, il-Kummissjoni pprovdiet lill-Bulgarija, lill-Finlandja, lil Franza, lill-Ġermanja, lill-Ungerija u lis-Slovakkja b’EUR 25,5 miljun addizzjonali għal soluzzjonijiet integrati għall-faċilitazzjoni u l-awtomatizzazzjoni tal-qsim tal-fruntieri. Filwaqt li sar progress importanti fiż-żona Schengen, xi Stati Membri għadhom lura, b’mod partikolari fir-rigward tat-tagħmir effettiv tal-punti ta’ qsim tal-fruntieri. Il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri kollha biex jaċċelleraw b’mod urġenti t-tħejjijiet biex jiżguraw l-implimentazzjoni f’waqtha tas-sistema, kif approvat mill-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni f’Ottubru 2023.

Is-sitwazzjoni attwali tal-prontezza tal-punti ta’ qsim tal-fruntiera għall-bidu tat-tħaddim tal-EES

B’mod parallel, għaddejja ħidma biex jiġi żgurat il-bidu tal-ETIAS fl-ewwel nofs tal-2025. Il-maġġoranza l-kbira tal-qafas legali ġie stabbilit 50 . L-Istati Membri, l-eu-LISA u l-Frontex jeħtieġ li jistabbilixxu malajr l-Unitajiet Ċentrali u Nazzjonali tal-ETIAS biex jippermettu identifikazzjoni mtejba tal-vjaġġaturi. Sal-lum, 21 minn 30 Stat Membru li jimplimentaw l-ETIAS jiddikjaraw li jinsabu fit-triq it-tajba fl-implimentazzjoni tal-proġett, filwaqt li disa’ Stati Membri indikaw li qegħdin jiffaċċjaw diffikultajiet, għalkemm dawn ma jaffettwawx il-bidu tal-operazzjonijiet. Xi Stati Membri għadhom qegħdin jiffaċċjaw kwistjonijiet kuntrattwali jew ta’ akkwist, filwaqt li tliet Stati Membri qegħdin jesperjenzaw dewmien fl-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji.

Soluzzjonijiet diġitali fil-fruntieri inkorporati f’verifiki bir-reqqa fil-fruntieri

L-iżvilupp u t-tnedija kontinwi ta’ soluzzjonijiet diġitali fil-fruntieri jipprovdu opportunità bla preċedent biex tiġi implimentata l-aktar sistema ta’ ġestjoni tal-fruntieri sigura u avvanzata fid-dinja. Madankollu, dawn l-iżviluppi jeħtieġ li jimxu id f’id ma’ proċeduri ta’ kontroll fil-fruntieri ta’ kwalità għolja u armonizzati. Il-kwalità tal-kontrolli fil-fruntieri esterni hija prijorità ewlenija tal-Unjoni. Filwaqt li flussi kbar ta’ passiġġieri jġibu magħhom benefiċċji ekonomiċi enormi għaż-żona Schengen, dan ipoġġi wkoll pressjoni dejjem akbar fuq ir-riżorsi meħtieġa biex tiġi ggarantita ġestjoni tal-fruntieri esterni ta’ kwalità għolja bbażata fuq analiżijiet tar-riskju sodi.

L-evalwazzjonijiet ta’ Schengen għadhom juru diverġenzi qawwija fil-kwalità tal-kontrolli fil-fruntieri esterni tal-UE, filwaqt li jenfasizzaw livelli partikolarment baxxi f’xi Stati Membri. Dan huwa dovut għal riżorsi limitati, taħriġ insuffiċjenti, verifika mhux kompluta tal-kundizzjonijiet tad-dħul u użu limitat ta’ tagħmir ta’ detezzjoni. Ġew identifikati nuqqasijiet serji f’waħda miż-żjarat mhux imħabbra li saru fl-2023 51 . Filwaqt li diversi Stati Membri 52 żiedu l-kontrolli sistematiċi fil-fruntieri esterni mal-bażijiet tad-data rilevanti kollha, il-kwistjoni tibqa’ punt importanti ta’ tħassib. L-użu tal-funzjonalità tat-tiftix tal-marki tas-swaba’ fis-Sistemi ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u tal-Viża 53 biex jiġi vverifikat it-theddid għas-sigurtà u biex tiġi identifikata l-frodi tal-identità għadu mhux utilizzat biżżejjed. L-evalwazzjonijiet ta’ Schengen żvelaw li hemm bżonn li tittejjeb il-kwalità tal-kontrolli fil-fruntieri mwettqa mill-Istati Membri bl-użu ta’ soluzzjonijiet awtomatizzati ta’ kontroll fil-fruntieri (ABC gates) biex jiġi żgurat li l-verifika tal-kundizzjonijiet tad-dħul fl-UE tissodisfa l-istandards tas-sigurtà.

Barra minn hekk, il-kondiviżjoni ta’ Informazzjoni bil-Quddiem dwar il-Passiġġieri (API) tippermetti lill-gwardji tal-fruntiera jivverifikaw minn qabel lill-vjaġġaturi fil-bażijiet tad-data rilevanti qabel ma jaslu fl-UE, filwaqt li tikkontribwixxi għall-kapaċità tagħhom li jiġġieldu l-kriminalità transfruntiera filwaqt li jnaqqsu l-ħin ta’ stennija għall-vjaġġaturi biex jidħlu fiż-żona Schengen. Filwaqt li l-evalwazzjonijiet ta’ Schengen tal-2023 urew stampa pożittiva ġenerali b’użu effettiv ta’ din id-data, l-attivitajiet ta’ monitoraġġ imwettqa s-sena l-oħra żvelaw li għad hemm xi Stati Membri 54 li għadhom ma implimentawx jew li għadhom ma implimentawx biżżejjed sistemi biex jiġbru u jużaw Informazzjoni bil-Quddiem dwar il-Passiġġieri. Il-qafas imġedded se jkompli jsaħħaħ il-potenzjal tiegħu billi jawtomatizza l-ġbir tad-data u jiffaċilita l-kombinazzjoni mad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR, Passenger Name Record) biex jiġu identifikati b’mod effettiv vjaġġaturi b’riskju għoli.

Meta jitqies ir-riskju potenzjali għaż-żona Schengen, l-Istati Membri kollha jeħtiġilhom itejbu b’mod urġenti l-verifiki fil-fruntieri billi jiżguraw riżorsi suffiċjenti, taħriġ xieraq u implimentazzjoni effettiva tal-proċeduri fuq il-fruntiera għal valutazzjoni adegwata tal-kundizzjonijiet tad-dħul u d-detezzjoni f’waqtha tar-riskji għas-sigurtà, inkluż billi jtejbu l-użu tal-identifikazzjoni bijometrika.



5. Żona Schengen b’Sikurezza u Sigurtà Tajba f’Ambjent Ġeostrateġiku li qed Jevolvi

Minkejja ż-żieda fil-kriminalità organizzata globalment, l-Ewropa għadha waħda mir-reġjuni ta’ kriminalità baxxa fid-dinja skont l-Indiċi Globali tal-Kriminalità Organizzata tal-2023 55 . Dan huwa prinċipalment ir-riżultat ta’ oqfsa stabbli u robusti kontra l-kriminalità, bl-organizzazzjonijiet kriminali jsibu inqas opportunitajiet biex jespandu l-operazzjonijiet tagħhom fi ħdan il-fruntieri tagħna. Għalkemm l-Indiċi Globali tal-Kriminalità Organizzata 2023 jidentifika lill-Ewropa bħala mexxejja globali fir-reżiljenza 56 , l-istabbiltà reġjonali għadha inċerta. B’mod partikolari, l-effetti tal-gwerra fl-Ukrajna, il-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Ħamas, u ż-żieda fl-estremiżmu politiku vjolenti fil-viċinat immedjat tal-UE għandhom il-potenzjal li jinċitaw ir-radikalizzazzjoni fl-UE. Fl-istess ħin, in-networks tal-kriminalità organizzata qegħdin jisfruttaw opportunitajiet ġodda biex jibbenefikaw miż-żieda fl-interkonnettività tas-soċjetajiet.

Lejn approċċ koerenti għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga

Il-gruppi kriminali qegħdin isiru dejjem aktar multinazzjonali u polikriminali. Kif ġie osservat fl-2023, ħafna mill-vjolenza assoċjata mal-kriminalità organizzata fl-Ewropa hija relatata mal-kummerċ illeċitu tad-droga, li jattira għadd sinifikanti ta’ kriminali u jiġġenera profitti sostanzjali 57 .

Id-diversità u l-kumplessità dejjem akbar tas-swieq tad-drogi tal-UE jippreżentaw sfidi ġodda, li jeħtieġu rispons Ewropew komprensiv. L-evalwazzjoni tematika ta’ Schengen li ġiet konkluża reċentement dwar it-traffikar tad-droga ssottolinjat li l-UE u l-Istati Membri għandhom biss stampa parzjali tal-fenomenu peress li perċentwal żgħir biss ta’ drogi ttraffikati fiż-żona Schengen jiġu identifikati u kkonfiskati. L-identifikazzjoni trid timxi id f’id maż-żarmar tal-istrutturi kriminali. Barra minn hekk, il-koordinazzjoni u l-kollaborazzjoni integrati bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi huma fundamentali biex jiġi żgurat approċċ multidixxiplinari għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga fil-livelli kollha. L-acquis ta’ Schengen u l-għodod eżistenti mfassla biex jiġġieldu l-kriminalità organizzata jirrappreżentaw riżorsi siewja għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga. Madankollu, il-massimizzazzjoni tal-impatt tagħhom teħtieġ it-tisħiħ tal-applikazzjoni attwali tagħhom.

F’Ottubru 2023, il-Kummissjoni adottat il- Pjan Direzzjonali tal-UE għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u l-kriminalità organizzata 58 li jippreżenta miżuri, fost l-oħrajn, biex tissaħħaħ ir-reżiljenza taċ-ċentri loġistiċi, li spiss huma affettwati mill-operazzjonijiet tat-traffikar, u biex jiżżarmaw networks kriminali ta’ riskju għoli. L-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali diġà għaddejja, pereżempju, bit-tnedija tal-Alleanza Ewropea tal-Portijiet. Din is-sħubija pubblika privata tlaqqa’ flimkien il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż is-settur privat, biex jiffurmaw soluzzjonijiet biex jipproteġu l-portijiet mit-traffikar tad-droga u l-infiltrazzjoni kriminali. Flimkien mal-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki identifikati, dawn l-inizjattivi huma riżorsi siewja għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga.

Dawn l-azzjonijiet jeħtieġ li jiġu kkomplementati minn impenn qawwi mas-sħab madwar id-dinja biex jitrażżnu r-rotot ewlenin tal-provvista. Fl-2023, il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri kkonċernati intensifikat is-sensibilizzazzjoni f’pajjiżi terzi, billi bdiet bl-Amerika Latina. Abbażi tal-Memorandum ta’ Qbil iffirmat mill-UE u l-Ekwador, se jitlaqqa’ djalogu politiku ta’ livell għoli fir-rebbiegħa tal-2024.

Minn miżuri ad hoc għal soluzzjonijiet transfruntiera strutturati biex jiġu indirizzati sfidi komuni

Il-kooperazzjoni transfruntiera effettivament tilħaq bilanċ bejn iż-żamma tas-sigurtà għaċ-ċittadini u li ma tfixkilx il-movimenti transfruntiera 59 . F’dan l-isfond, l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni kienet kwistjoni ta’ tħassib speċifiku għall-Kummissjoni. Fir-rapport dwar l-Istat ta’ Schengen tal-2023, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni mal-Istati Membri kollha kkonċernati mill-kontrolli fil-fruntieri interni biex tiddiskuti r-raġunijiet sottostanti għall-introduzzjoni mill-ġdid ta’ tali kontrolli u l-impatt tagħhom. Il-konsultazzjonijiet mal-Koordinatur ta’ Schengen 60 enfasizzaw in-natura mhux sistematika tal-kontrolli fil-maġġoranza tas-sezzjonijiet tal-fruntiera u ż-żieda ġenerali fil-kooperazzjoni transfruntiera. Abbażi tal-konsultazzjoni, il-Kummissjoni adottat ukoll Rakkomandazzjoni ġdida (UE) 268/2024 61 li teżamina mill-ġdid ir-rakkomandazzjonijiet adottati fis-snin preċedenti u tikkumplimentahom bit-tagħlimiet meħuda fil-ġlieda kontra theddid serju għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna.

F’Ottubru 2023, wara ż-żieda fil-pressjoni migratorja fil-fruntieri esterni tal-UE u ż-żieda fit-theddid terroristiku fiż-żona Schengen, xi Stati Membri introduċew mill-ġdid kontrolli f’taqsimiet ġodda tal-fruntieri interni. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-Koordinatur ta’ Schengen kompla d-djalogu mill-qrib, kemm mal-Istati Membri kkonċernati mill-kontrolli fil-fruntieri interni fit-tul kif ukoll mal-Istati Membri kkonċernati mill-introduzzjonijiet mill-ġdid aktar ġodda tal-kontrolli fil-fruntieri interni, biex jappoġġahom fl-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni (UE) 268/2024. Dan ippermetta li jinkiseb progress importanti f’diversi sezzjonijiet tal-fruntiera matul l-aħħar xhur. B’mod partikolari, l-Istati Membri kollha li introduċew mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni rrapportaw li żiedu b’mod sinifikanti l-kooperazzjoni transfruntiera tal-pulizija mal-ġirien tagħhom, inklużi pattulji konġunti, kif ukoll kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni. Fil-fruntiera bejn l-Awstrija u l-Ungerija, qegħdin isiru diskussjonijiet biex tinbeda Task Force għas-Sigurtà tal-Fruntieri, li tkun ibbażata fuq ftehim trilaterali bejn l-Ungerija, is-Serbja u l-Awstrija u tippermetti livell ogħla ta’ kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera u l-protezzjoni tal-fruntieri. Minbarra l-inizjattiva ta’ kooperazzjoni reġjonali stabbilita bejn l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Greċja, l-Ungerija, ir-Rumanija u s-Slovakkja wara approċċ ta’ rotta sħiħa, il-kooperazzjoni transfruntiera ssaħħet ukoll b’mod sinifikanti bejn il-Kroazja, is-Slovenja u l-Italja, wara l-iffirmar ta’ Ittra ta’ Intenzjoni mill-Kapijiet tal-Pulizija tat-tliet Stati Membri biex tiġi żviluppata aktar il-kooperazzjoni konġunta, inkluż it-tisħiħ ta’ pattulji konġunti bilaterali u l-organizzazzjoni ta’ pattulji konġunti trilaterali fil-fruntiera Kroata mal-Bosnja-Ħerzegovina.

Barra minn hekk, il-Europol żiedet l-appoġġ operazzjonali tagħha lill-Istati Membri biex jiġġieldu l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti. Pereżempju, hija appoġġat lill-Bulgarija permezz ta’ Task Force Operazzjonali (OTF, Operational Task Force) reġjonali biex issaħħaħ l-investigazzjonijiet f’każijiet ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti.

Abbażi ta’ dawn l-iżviluppi pożittivi, tneħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni fil-fruntiera bejn iċ-Ċekja u s-Slovakkja, fil-fruntiera bejn is-Slovakkja u l-Ungerija, u fil-fruntiera bejn il-Polonja u s-Slovakkja, rispettivament minn Jannar, Frar u Marzu 2024. Huwa mistenni progress simili fil-fruntieri bejn l-Italja u s-Slovenja u l-Kroazja fix-xhur li ġejjin.

L-Istati Membri jistgħu jkomplu jagħmlu użu minn ftehimiet jew arranġamenti bilaterali ta’ riammissjoni preeżistenti biex jittrasferixxu ċittadin ta’ pajjiż terz lura lejn Stat Membru ġar, kif previst fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar ir-Ritorn. Il-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea 62 tikkonferma li l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni ma teżentax lill-Istati Membri mill-obbligu li japplikaw ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva dwar ir-Ritorn. Madankollu, dan ma għandux jaffettwa l-użu ta’ ftehimiet jew arranġamenti bilaterali ta’ riammissjoni fil-fruntieri interni, minflok ma tinħareġ deċiżjoni ta’ ritorn, peress li din il-possibbiltà hija prevista b’mod espliċitu skont id-Direttiva dwar ir-Ritorn. Il-koordinatur ta’ Schengen se jkompli jiddiskuti l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet u arranġamenti bilaterali ta’ riammissjoni u jippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar l-użu effettiv tagħhom. Bl-istess mod, is-servizzi tal-Kummissjoni se jsegwu mill-qrib l-istabbiliment ta’ arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ trasferiment 63 skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen rivedut.

Il-koordinatur ta’ Schengen se jkompli jappoġġa wkoll lill-Istati Membri fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni transfruntiera tagħhom biex jeliminaw gradwalment il-kontrolli fil-fruntieri interni, b’mod partikolari f’dawk il-fruntieri li jeħtieġu miżuri konġunti addizzjonali, b’mod partikolari l-fruntiera bejn Franza u Spanja, il-fruntiera bejn il-Ġermanja u l-Awstrija, u l-fruntiera bejn il-Ġermanja u l-Polonja. Dawn il-kontrolli jiddevjaw riżorsi kruċjali mill-ġestjoni tal-fruntieri esterni u għandhom konsegwenzi soċjoekonomiċi negattivi. Wara l-ftehim dwar ir-reviżjoni tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, l-Istati Membri se jkollhom għodod addizzjonali biex jindirizzaw it-tħassib dwar is-sigurtà u l-migrazzjoni bl-użu ta’ miżuri alternattivi, inkluż il-proċedura l-ġdida ta’ trasferiment u l-kooperazzjoni msaħħa tal-pulizija.

Matul l-aħħar sena kienu għaddejjin sforzi paralleli biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri previsti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2022 dwar il-kooperazzjoni operazzjonali fl-infurzar tal-liġi 64 . Dan joffri soluzzjonijiet biex jingħelbu l-isfidi fil-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri. Saru erba’ sessjonijiet ta’ ħidma tal-esperti, u l-Kummissjoni nediet sejħa għal proġetti operattivi ta’ kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi li għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-Fond għas-Sigurtà Interna-Pulizija (EUR 9 miljun), li fil-qafas tagħhom diġà ġew iffinanzjati sitt proġetti ġodda li jinvolvu 13-il Stat Membru differenti 65 . Il-Kummissjoni se tirrapporta dwar il-miżuri meħuda biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill fix-xhur li ġejjin u se tkompli bl-isforzi tagħha biex tistabbilixxi grupp ta’ esperti permanenti dwar il-kooperazzjoni operazzjonali fl-infurzar tal-liġi, li se jservi bħala pjattaforma għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri biex jiskambjaw l-aħjar prattiki u l-isfidi ffaċċjati fil-kooperazzjoni transfruntiera.

Ġew osservati żviluppi pożittivi fl-evalwazzjonijiet ta’ Schengen tal-2023 lejn kooperazzjoni msaħħa tal-pulizija, b’mod partikolari fil-livell lokali. Ħafna Stati Membri issa qegħdin jippermettu lill-awtoritajiet minn Stati Membri ġirien involuti f’operazzjonijiet konġunti jwettqu kontrolli tal-identità jew iżommu detenuti persuni li jippruvaw jevitaw tali kontrolli. Dan huwa essenzjali biex jiġi evitat li n-networks kriminali jieħdu vantaġġ min-nuqqas ta’ kontrolli fil-fruntieri interni. Madankollu, l-Istati Membri għad iridu jiżguraw komunikazzjoni sigura f’ħin reali li tkun operabbli bejn il-fruntieri. Għaddejjin diversi proġetti, b’mod partikolari taħt il-“proġett BroadNet”, li se jiddefinixxi l-proċeduri tar-radju operazzjonali tas-sistema tar-radju pan-Ewropea futura.

L-evalwazzjonijiet ta’ Schengen urew ukoll titjib fil-funzjonament taċ-Ċentri ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija u tad-Dwana, li issa qegħdin jappoġġaw b’mod aktar effettiv il-koordinazzjoni ta’ pattulji konġunti u l-iżvilupp ta’ analiżijiet reġjonali konġunti. Madankollu, hemm lok biex din l-intelligence tiġi integrata aktar fil-valutazzjonijiet tar-riskju, billi jiġu stabbiliti proċeduri aktar sistematiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni. L-Applikazzjoni ta’ Network għall-Iskambju Sikur ta’ Informazzjoni (SIENA, Secure Information Exchange Network Application) jeħtieġ li tiġi introdotta b’mod urġenti f’diversi minn dawn iċ-ċentri biex tippermetti kooperazzjoni aktar mill-qrib u skambju ta’ informazzjoni mal-Europol.

L-Istati Membri għandhom jadottaw approċċ aktar strateġiku għall-kooperazzjoni transfruntiera, billi jgħaqqdu wkoll l-intelligence u l-informazzjoni fil-fruntieri esterni u fiż-żona Schengen fi stampa tas-sitwazzjoni (nazzjonali) waħda, permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa u skambju ta’ informazzjoni bejn il-Punti Uniċi ta’ Kuntatt, maċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni u ċ-Ċentri ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija u tad-Dwana permezz tal-Applikazzjoni ta’ Network għall-Iskambju Sikur ta’ Informazzjoni (SIENA). L-inizjattivi ta’ kooperazzjoni eżistenti jeħtieġ li jkunu ankrati f’kapep reġjonali. L-istrateġiji u l-proċessi nazzjonali li jikkonċernaw il-kriminalità transfruntiera u l-isfidi relatati, inklużi l-movimenti sekondarji, jeħtieġ li jiġu aġġornati. Dawn għandhom jinkludu l-possibbiltajiet il-ġodda skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u dawk skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni operazzjonali fl-infurzar tal-liġi. F’dan il-kuntest, l-aġġornament tal-ftehimiet bilaterali dwar il-kooperazzjoni transfruntiera fl-infurzar tal-liġi għandu rwol ewlieni. Il-Ftehim BENELUX il-ġdid dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija bejn il-Belġju, il-Lussemburgu u n-Netherlands jagħti eżempju billi jippermetti kooperazzjoni reġjonali aktar profonda 66 , inkluż dwar insegwimenti u sorveljanza transfruntiera. Barra minn hekk, bi tħejjija għall-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta’ Schengen fil-Bulgarija u r-Rumanija, iż-żewġ Stati Membri qegħdin jaġġornaw il-ftehimiet bilaterali tagħhom mal-Istati Membri ġirien.

Skambju ta’ informazzjoni u protezzjoni tad-data

Żona Schengen sikura teħtieġ fluss kostanti ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet fi Stati Membri differenti f’konformità sħiħa mal-istandards għoljin tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. Is-sistema ta’ Dħul/Ħruġ u l-ETIAS flimkien mal-bażi tad-data l-ġdida tal-Eurodac jipprovdu lill-Unjoni b’għodod aktar effettivi fil-fruntieri esterni, jappoġġaw l-identifikazzjoni, jipprevjenu movimenti sekondarji, u jikkontribwixxu għal proċeduri aktar effettivi. Bis-sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen imġedda, is-sigurtà interna taż-żona Schengen issaħħet bl-espansjoni tal-aċċess għas-SIS, l-użi tagħha u d-data li tinsab fiha. It-tnedija f’Marzu 2023 ġiet implimentata u integrata b’suċċess f’bosta awtoritajiet fl-Istati Membri mingħajr diffikultajiet operazzjonali jew tekniċi. L-evalwazzjonijiet ta’ Schengen ikkonfermaw li l-Istati Membri progressivament qegħdin jużaw il-funzjonalitajiet il-ġodda u jdaħħlu kategoriji ġodda ta’ twissija fis-sistema 67 , għalkemm għad hemm lok għal titjib biex jiġi massimizzat bis-sħiħ l-użu ta’ din id-data. Barra minn hekk, xi Stati Membri ma jtellgħux b’mod konsistenti d-data tal-marki tas-swaba’ u hemm ukoll nuqqas persistenti ta’ riżorsi u bini tal-kapaċità insuffiċjenti tal-Uffiċċji SIRENE tal-Istati Membri, li jxekklu b’mod konsiderevoli l-iskambju ġenerali ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri. Sabiex jiġi ssalvagwardjat l-iskambju sħiħ tal-informazzjoni, l-Istati Membri kollha jeħtieġ li jistabbilixxu Punt Uniku ta’ Kuntatt (SPOC, Single Point of Contact) kompletament funzjonali u b’riżorsi adegwati, kif stabbilit fid-Direttiva dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, adottata f’Mejju 2023. Kif osservat matul l-evalwazzjonijiet ta’ Schengen, ħafna SPOCs għadhom ma jużawx sistema waħda ta’ ġestjoni tal-każijiet. Filwaqt li aktar minn nofs l-Istati Membri huma avvanzati sew fit-traspożizzjoni leġiżlattiva tad-Direttiva, l-isforzi ta’ implimentazzjoni għandhom jiżdiedu.

Fl-istess waqt, l-Istati Membri jridu jiżguraw li ż-żieda fl-iskambju ta’ informazzjoni, inkluż ta’ data personali, mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji titwettaq b’rispett sħiħ tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data. L-awtoritajiet li jimmaniġġjaw u jużaw sistemi tal-IT fuq skala kbira jridu jiżguraw li r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data jiġu rispettati fil-prattika u li l-konformità tiġi mmonitorjata regolarment biex jiġu identifikati vulnerabbiltajiet fis-sistemi, inkluż l-ipproċessar illegali ta’ data personali. L-evalwazzjonijiet ta’ Schengen fl-2023 ikkonfermaw li din għadha mhijiex in-norma. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data mhux dejjem jissorveljaw il-legalità tal-ipproċessar tad-data personali f’sistemi tal-IT fuq skala kbira b’mod komprensiv u għandhom jintensifikaw il-ħidma tagħhom. Xi awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data għadhom jeħtieġu riżorsi finanzjarji u umani addizzjonali.

Fl-aħħar nett, il-bidla lejn il-ġestjoni diġitali taż-żona Schengen teħtieġ ġestjoni b’saħħitha u aġli tas-sistemi. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni qiegħda twettaq evalwazzjoni tal-Aġenzija tal-UE għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira (eu-LISA), f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament eu-LISA 68 .



Prijoritajiet għal żona Schengen sikura u b’aktar sigurtà

·Jiġi implimentat approċċ strateġiku għall-kooperazzjoni transfruntiera li tallinja l-prijoritajiet nazzjonali u Ewropej u tikkollega l-intelligence fil-fruntieri esterni u fiż-żona Schengen fi stampa waħda tas-sitwazzjoni (nazzjonali), billi jissaħħu wkoll il-Punti Uniċi ta’ Kuntatt f’konformità mad-Direttiva (UE) 2023/977.

·Jiġu stabbiliti l-miżuri meħtieġa ta’ kooperazzjoni tal-pulizija biex jiġu indirizzati r-riskji eżistenti u emerġenti tal-migrazzjoni u tas-sigurtà, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri ġirien fir-reġjun, billi tiġi implimentata bis-sħiħ ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/915 dwar il-kooperazzjoni operazzjonali fl-infurzar tal-liġi u f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/268 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.

·Tiġi użata bis-sħiħ l-intelligence disponibbli fil-livelli kollha bl-introduzzjoni sħiħa tas-SIENA, inkluż fiċ-Ċentri ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija u tad-Dwana.

·Jiġi mmassimizzat l-użu tad-data tas-SIS billi jintużaw il-funzjonalitajiet ġodda kollha u billi jiġu allokati riżorsi u kapaċitajiet lill-Uffiċċji SIRENE.

·Jiġi żgurat li l-iskambju akbar ta’ informazzjoni jitwettaq b’rispett sħiħ tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data.

·Tingħata kontribwizzjoni b’mod attiv għall-Pjan Direzzjonali tal-UE għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u l-kriminalità organizzata billi jiġu mplimentati wkoll l-aħjar prattiki identifikati fl-evalwazzjoni tematika ta’ Schengen dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga.

6. Il-passi li jmiss

Dan ir-rapport juri li nkisbu żviluppi leġiżlattivi u operazzjonali kritiċi biex jiġu implimentati l-prijoritajiet identifikati fir-rapport dwar l-Istat ta’ Schengen tal-2023. B’mod partikolari, ittieħdu miżuri speċifiċi biex jiġi kkonsolidat u msaħħaħ aktar iċ-ċiklu ta’ governanza ta’ Schengen, biex ikomplu jissaħħu l-fruntieri esterni tal-UE, tiżdied l-effettività tas-sistema ta’ ritorn, tissaħħaħ is-sigurtà interna kif ukoll implimentazzjoni aħjar tal-politika tal-UE dwar il-viżi. Ittieħdu wkoll l-ewwel passi importanti biex titlesta ż-żona Schengen bl-adozzjoni f’Diċembru tad-Deċiżjoni tal-Kunsill biex jitneħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni tal-ajru u tal-baħar tal-Bulgarija u r-Rumanija. Ir-rapport dwar l-Istat ta’ Schengen tal-2024 jidentifika n-nuqqasijiet li fadal relatati mal-implimentazzjoni taċ-ċiklu 2023-2024 kif ukoll l-isfidi emerġenti għaż-żona Schengen u l-azzjonijiet ta’ prijorità għaċ-ċiklu ta’ Schengen 2024-2025.

Barra minn hekk, biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dawn il-prijoritajiet, il-Kummissjoni ressqet ukoll proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill għaċ-ċiklu ta’ Schengen 2024/2025 u tistieden lill-Kunsill jadottaha matul il-laqgħa li jmiss tal-Kunsill ta’ Schengen f’Ġunju 2024 69 .

L-elementi mressqa f’dan iċ-ċiklu ġdid ta’ Schengen għandhom jiffurmaw il-bażi għal aktar djalogu politiku kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak Ewropew, inkluż kemm fil-Parlament Ewropew kif ukoll fil-Kunsill.

(1)

     Ir-rapport dwar l-Istat ta’ Schengen 2024 jindirizza l-obbligu legali tal-Kummissjoni li tipprovdi rapportar skont l-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill 2022/922 u l-Artikolu 33 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

(2)

     C(2023) 8139 final.

(3)

     Pereżempju, meta mqabbel mal-pandemija tal-COVID-19, il-Kunsill għandu s-setgħa li jimponi restrizzjonijiet temporanji fuq l-ivvjaġġar fl-UE kollha f’każijiet ta’ theddid mifrux għas-saħħa pubblika, filwaqt li jippermetti derogi mir-restrizzjonijiet fuq id-dħul għal ċerti kategoriji ta’ persuni meqjusa li jeżerċitaw vjaġġar essenzjali. 

(4)

     Id-Direttiva (UE) 2023/977 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI (ĠU L 134, 22.5.2023, p. 1).

(5)

     Ir-Regolament (UE) 2024/982 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 dwar it-tiftix u l-iskambju awtomatizzat ta’ data għall-kooperazzjoni tal-pulizija, u li jemenda d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u 2008/616/ĠAI u r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament Prüm II) (ĠU L, 2024/982, 5.4.2024).

(6)

     Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1–11).

(7)

      Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta’ importazzjoni, esportazzjoni u tranżitu għal armi tan-nar, il-komponenti essenzjali u l-munizzjon tagħhom, li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabbrikar illeċitu u t-traffikar tal-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti u l-munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali (il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar) (riformulazzjoni) (COM(2022) 480 final ).

(8)

     COM(2023) 754 u COM(2023) 755.

(9)

     COM(2023) 754.

(10)

     Il-Bord Nazzjonali Kroat tat-Turiżmu: “CROATIA VISITED BY 20.6 MILLION TOURISTS IN 2023”, Stqarrija għall-Istampa, 03.01.2024: https://www.htz.hr/en-GB/press/press-releases/croatia-visited-206-million-tourists-2023.

(11)

     Fl-2023, il-pattulji konġunti bejn il-Kroazja u s-Slovenja żdiedu minn 437 fl-2022 għal 864.

(12)

     Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/210 tat-30 ta’ Diċembru 2023 dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.

(13)

     F’Novembru 2023, il-Kummissjoni kkoordinat missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni komplementari u volontarja, bi qbil mal-Bulgarija. Din is-sejba ta’ informazzjoni komplementari pprovdiet informazzjoni reċenti u addizzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen mill-Bulgarija, b’kont meħud tar-riżultati taż-żewġ missjonijiet preċedenti. Id-Dokument tal-Kunsill 16090/23.

(14)

     “Bulgaria and Romania strengthen cooperation on border and migration management,” Marzu 2024, disponibbli fuq https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_24_1283.

(15)

     Minn meta Ċipru kkonnettja mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, madwar 20 persuna mfittxija ġew arrestati abbażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew, li minnhom madwar tliet kwarti diġà ġew ikkonsenjati lill-Istat Membru li daħħalhom.

(16)

     Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, il-kooperazzjoni dwar id-drogi u l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, li jistabbilixxi l-obbligi tat-trasportaturi li jittrasportaw ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jitħallewx jidħlu.

(17)

     Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni, it-13 ta’ Settembru 2023.

(18)

     F’konformità mal-Mudell Integrat Komuni għall-Analiżi tar-Riskju (CIRAM, Common Integrated Risk Analysis Model).

(19)

     Ir-riżultati tal-ewwel u t-tieni ċiklu tal-evalwazzjonijiet ta’ Schengen huma mxerrda f’aktar minn mitejn rapport li rriżultaw f’aktar minn 5 000 rakkomandazzjoni.

(20)

     It-tabella ta’ Valutazzjoni ta’ Schengen aggregata tagħti punteġġ u tivviżwalizza l-implimentazzjoni ġenerali tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjonijiet ta’ Schengen għall-Istati Membri kollha ta’ Schengen. F’konformità mal-metodoloġija maqbula mal-Istati Membri f’Diċembru 2023, hija strutturata f’sitt dimensjonijiet ta’ politika, li kull waħda minnhom tindirizza aspetti ewlenin għall-funzjonament effettiv taż-żona Schengen: Il-Governanza Nazzjonali ta’ Schengen, id-dimensjoni esterna, il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, ir-ritorni, il-miżuri alternattivi għall-kontrolli fil-fruntieri interni, u s-sigurtà interna. Abbażi tat-Tabelli ta’ Valutazzjoni ta’ Schengen individwali li jassenjaw punteġġi lill-Istati Membri fil-livell ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, il-viżwalizzazzjoni turi l-punteġġ medju għal kull dimensjoni fl-Istati Membri kollha (irrappreżentata minn kolonni kkuluriti) u turi kif il-punteġġi tal-Istati Membri jitqassmu f’kull dimensjoni fost il-kwartili (indikat mill-għadd ta’ Stati Membri f’kull kwartil). Pereżempju, id-dimensjoni “Sigurtà Interna” tilħaq punteġġ globali ta’ 68 %. F’din id-dimensjoni, disa’ Stati Membri jiksbu punteġġi ta’ 75 % jew ogħla, 14 jaqgħu bejn 50 % u 74 %, u Stat Membru wieħed jirreġistra punteġġ ta’ bejn 25 % u 49 %.

(21)

     Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (id-9 ta’ Frar 2023), laqgħa tal-Kunsill Ewropew (it-23 ta’ Marzu 2023), laqgħa tal-Kunsill Ewropew (id-29 u t-30 ta’ Ġunju 2023), laqgħa tal-Kunsill Ewropew (is-26 u s-27 ta’ Ottubru 2023), u laqgħa tal-Kunsill Ewropew (l-14 u l-15 ta’ Diċembru 2023).

(22)

     Madwar 20 % tal-uffiċjali nazzjonali ta’ kollegament huma rreġistrati fuq il-pjattaforma komuni għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni.

(23)

     Bħalissa, hemm 11-il Uffiċjal ta’ Kollegament Ewropew għall-Migrazzjoni (EMLOs, European Migration Liaison Officers) fi 11-il pajjiż terz; disa’ uffiċjali ta’ Kollegament Ewropew għar-Ritorn (EURLOs, European Return Liaison Officers) ikopru 13-il pajjiż terz, u n-Network bejn l-Uffiċjali ta’ Kollegament dwar l-Immigrazzjoni (ILO, Immigration Liaison Officers), li jikkonsisti fi kważi 472 uffiċjal ta’ kollegament, li huma skjerati f’aktar minn 100 pajjiż. L-iskjeramenti ta’ Uffiċjali ta’ Kollegament tal-Frontex (FLOs, Frontex Liaison Officers) f’pajjiżi terzi jkopru total ta’ 15-il pajjiż. Il-Europol għandha uffiċjal mistieden wieħed fil-Moldova. L-EUAA għandha biss persunal f’missjonijiet fit-tul, jiġifieri, fil-Balkani tal-Punent, iżda tipprevedi uffiċjal ta’ kollegament fl-Eġittu. Il-Eurojust tospita 11-il Prosekutur ta’ Kollegament minn pajjiżi terzi.

(24)

     Fit-Turkija - ibbażati f’Ankara, il-Balkani tal-Punent - Belgrad (ibbażati f’Belgrad, u jkopru s-Serbja, il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Montenegro) u Tirana (ibbażati f’Tirana, u jkopru l-Albanija, il-Maċedonja ta’ Fuq, u l-Kosovo*), l-Afrika tal-Punent - in-Niġer (ibbażat f’Niamey) u s-Senegal (ibbażati f’Dakar, u jkopru l-Gambja u l-Mauritania), is-Sħubija tal-Lvant - ibbażati temporanjament f’Chisinau, u jkopru l-Moldova, l-Ukrajna, il-Georgia, l-Armenja u l-Ażerbajġan).

(25)

     L-Albanija, il-Moldova, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja.

(26)

     L-Albanija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Bożnija-Ħerzegovina, Cabo Verde, il-Georgia, il-Kanada, il-Kosovo, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Moldova, il-Montenegro, in-Niġerja, ir-Renju Unit, ir-Russja, is-Serbja, l-Istati Uniti tal-Amerka, it-Turkija, l-Ukrajna, u r-Russja u l-Belarussja (dawn l-aħħar tnejn huma sospiżi).

(27)

     Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1896 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż rieżami tal-Korp Permanenti (COM(2024) 75 final).

(28)

     Bejn l-2015 u Settembru 2023, aktar minn miljun applikazzjoni għall-ażil ġew ippreżentati minn ċittadini mingħajr viża, li jikkostitwixxu 17 % tal-applikazzjonijiet ġenerali għall-ażil. Fl-2023, 23 % tal-applikazzjonijiet għall-ażil tressqu minn ċittadini mingħajr viża.

(29)

     COM(2023) 642 final.

(30)

     Pereżempju, il-Litwanja rċeviet EUR 24 miljun addizzjonali biex timminimizza d-dħul illegali mir-Russja u l-Belarussja. Barra minn hekk, EUR 80 miljun addizzjonali saru disponibbli biex jissaħħaħ il-kontroll tal-fruntieri tul ir-rotta tal-Balkani tal-Punent. Dan jikkomplementa l-EUR 55,8 miljun allokati fl-2023 biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ kontroll fil-fruntieri fil-Bulgarija u r-Rumanija. Sar disponibbli wkoll finanzjament konsiderevoli biex jittejbu s-sistemi ta’ sorveljanza elettronika fil-fruntieri esterni fuq l-art (EUR 141,2 miljun) fil-Bulgarija, fil-Kroazja, fil-Greċja, fil-Litwanja u fl-Ungerija. Il-finanzjament tal-UE sar disponibbli wkoll biex jinxtara tagħmir u jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija għall-kapaċitajiet tagħha ta’ sorveljanza tal-fruntieri.

(31)

     Fl-2023, sitt Stati Membri ngħataw permess għall-użu ta’ vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord għas-sorveljanza skont l-Azzjoni Speċifika tal-BMVI u tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Frontex. Dan it-tagħmir se jkun aċċessibbli għall-Aġenzija għal mhux aktar minn 4 xhur fis-sena u jinkludi sitt Inġenji tal-Ajru Ibridi Ppilotati mill-Bogħod bi Qtugħ u Nżul fl-Art Vertikali, tliet Sistemi li jinkludu tliet Inġenji tal-Ajru Ibridi Ppilotati mill-Bogħod bi Qtugħ u Nżul fl-Art Vertikali, żewġ Sistemi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord u żewġ Sistemi ta’ Sorveljanza Marbuta Fiżikament.

(32)

     Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).

(33)

     Azzjoni Speċifika tal-BMVI dwar it-tagħmir tal-Frontex (Tagħmir għall-komponenti nazzjonali tal-EBCG, mixtri taħt il-BMVI u mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Frontex biex tiżdied il-kapaċità operazzjonali tagħha, f’konformità mal-Artikolu 64(14) tar-Regolament (UE) 2019/1896).

(34)

     Ngħataw EUR 14,3 miljun f’assistenza ta’ emerġenza mill-faċilità tematika tal-AMIF lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni biex tassisti lill-Italja bit-trasferiment ta’ migranti minn Lampedusa.

(35)

   9534/2/23 REV 2.

(36)

   15925/23.

(37)

     Diġà saru żewġ laqgħat fir-rigward tal-Bangladesh u l-Pakistan u se jsiru laqgħat addizzjonali f’April 2024.

(38)

     Il-Frontex wettqet madwar 40 000 ritorn fl-2023 (żieda ta’ 58 % meta mqabbla mal-2022). Madankollu, ħames Stati Membri biss ammontaw għal kważi tliet kwarti tat-titjiriet kummerċjali appoġġati mill-Aġenzija.

(39)

     Fl-2023, l-Istati Membri offrew appoġġ għar-ritorn u għar-riintegrazzjoni lil aktar minn 97 000 persuna minn 34 pajjiż terz permezz tas-Servizzi Konġunti ta’ Riintegrazzjoni tal-Frontex.

(40)

     Il-finanzjament tal-UE u l-appoġġ tal-Frontex kellhom rwol ewlieni fl-iżvilupp ta’ strutturi nazzjonali ta’ konsulenza dwar ir-ritorn.

(41)

     Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-16.3.2023 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn u t-tħaffif tar-ritorni meta tiġi implimentata d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2023) 1763 final).

(42)

     L-Artikolu 25a tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

(43)

     Dan jikkostitwixxi aktar minn 6 % tal-impjiegi totali tal-UE.

(44)

     IATA, “Air Passenger Market Analysis”, Diċembru 2023, disponibbli fuq  https://www-prod.iata.org/en/iata-repository/publications/economic-reports/airline-revenue-to-surpass-pre-pandemic-levels-in-2023/  

(45)

     Fid-9 ta’ Settembru 2022, il-Kunsill qabel li jissospendi bis-sħiħ il-Ftehim tal-UE għall-Faċilitazzjoni tal-Viża mar-Russja. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni ppreżentat linji gwida lill-Istati Membri dwar il-proċeduri tal-viża kif ukoll dwar il-kontrolli fil-fruntieri għaċ-ċittadini Russi fil-fruntieri esterni tal-UE. https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_22_5903  

(46)

     Minn Diċembru 2023, diġà kienu ġew skjerati 16-il membru tal-persunal f’konsulati f’pajjiżi terzi b’appoġġ finanzjarju pprovdut taħt l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi (BMVI, Border Management and Visa Instrument). L-għadd huwa mistenni li jiżdied matul is-snin li ġejjin, bil-mira ta’ 1 527 membru tal-persunal skjerati fil-konsulati sal-2029.

(47)

     Ir-Regolament (UE) 2023/2667 tat-22 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009 u (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 u (KE) Nru 694/2003 u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tal-proċedura tal-viża, ĠU L 7.12.2023, 1-43.

(48)

     Ladarba jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-pjattaforma u tal-viża diġitali, l-eu-LISA se tkun tista’ tibda tibni l-pjattaforma tal-UE ta’ applikazzjoni għal viża għad-dħul fis-seħħ ippjanata fl-2028.

(49)

     Is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża riveduta hija mistennija li tkun kompletament operazzjonali sal-ħarifa tal-2026. 

(50)

     Ġew adottati 26 att ta’ implimentazzjoni u delegati u tliet atti addizzjonali jinsabu fil-proċedura ta’ adozzjoni finali.

(51)

     L-awtoritajiet rilevanti qegħdin jaħdmu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, permezz tal-Koordinatur ta’ Schengen, biex jindirizzaw malajr in-nuqqasijiet serji.

(52)

     Ġew indirizzati nuqqasijiet serji identifikati fi Spanja u fl-Iżlanda fl-2022.

(53)

     Fl-2023, is-sehem medju ta’ kontrolli fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża fil-fruntieri esterni mwettqa bl-użu tal-marki tas-swaba’ kien ta’ 48 %. Mil-lat pożittiv, il-Belġju, l-Iżlanda, il-Latvja, il-Lussemburgu u n-Netherlands laħqu l-limitu ta’ 80 %.

(54)

     B’mod partikolari, il-Belġju, Franza, il-Greċja, l-Iżlanda u l-Latvja.

(55)

     L-Inizjattiva Globali Kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali: Global-organized-crime-index-2023-web-compressed-compressed.pdf (globalinitiative.net)

(56)

     L-indiċi jiddefinixxi r-“reżiljenza” bħala l-kapaċità li wieħed jiflaħ u jfixkel l-attività kriminali organizzata kollha kemm hi, aktar milli swieq individwali, permezz ta’ miżuri politiċi, ekonomiċi, legali u soċjali. Punteġġ globali ta’ 6,27, ferm ogħla mill-medja globali ta’ 4,81. Punteġġi partikolarment għoljin għal “kooperazzjoni internazzjonali” (7,24), “politiki u liġijiet nazzjonali” (6,85) u “integrità territorjali” (6,48).

(57)

     Skont il-Europol, is-suq tad-droga tal-UE huwa stmat li għandu valur minimu tal-bejgħ bl-imnut ta’ EUR 31 biljun.

(58)

     Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-pjan direzzjonali tal-UE biex jiġi miġġieled it-traffikar tad-droga u l-kriminalità organizzata.

(59)

     Iż-żona Schengen għandha madwar 40 reġjun tal-fruntiera interna fuq l-art, li jirrappreżentaw 40 % tat-territorju tal-Unjoni u qrib 30 % tal-popolazzjoni tal-UE.

(60)

     ĠU L, 2024/268, 17.1.2024, p. 1.

(61)

     Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/268 tat-23 ta’ Novembru 2023 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward ta’ theddid serju għas-sigurtà interna u l-ordni pubbliku fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, ĠU L, 2024/268, 17.1.2024.

(62)

     Il-Kawża C-143/22.

(63)

     Il-proċedura ta’ trasferiment hija għodda ġdida biex jiġu indirizzati movimenti sekondarji fiż-żona Schengen. Tippermetti lill-Istati Membri jittrasferixxu ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, maqbuda f’reġjuni tal-fruntiera fil-qafas tal-kooperazzjoni bilaterali, lejn l-Istat Membru minn fejn ikunu ġew direttament.

(64)

     Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/915 tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar il-kooperazzjoni operazzjonali fl-infurzar tal-liġi: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32022H0915

(65)

     Il-Polonja, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Awstrija, l-Irlanda, il-Lussemburgu, il-Belġju, il-Litwanja, il-Latvja, ir-Rumanija u l-Bulgarija.

(66)

     https://www.benelux.int/files/3315/3234/9332/FichePolice_EN.pdf

(67)

     Mis-7 ta’ Marzu 2023, kien hemm aktar minn 430 000 allert dwar ritorn, aktar minn 11 500 allert dwar persuni vulnerabbli, aktar minn 900 allert dwar persuni u oġġetti għal kontrolli ta’ investigazzjoni u aktar minn 45 allert dwar persuni mfittxija mhux magħrufa mdaħħla fis-SIS.

(68)

     Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011

(69)

     Il-kaxxi ta’ prijorità stabbiliti f’dan ir-rapport għandhom jinqraw b’mod komplementari għall-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill u huma maħsuba biex jipprovdu kuntest ulterjuri.


Brussell, 16.4.2024

COM(2024) 173 final

ANNESS

tal-

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni

Rapport dwar l-Istat ta' Schengen 2024


ANNESS 1

Il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen: l-iżviluppi ewlenin u l-passi li jmiss

Il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen huwa l-pedament ta’ żona Schengen li tiffunzjona tajjeb, billi jippermetti l-identifikazzjoni u r-rimedju tan-nuqqasijiet f’waqthom. Permezz ta’ dan il-mekkaniżmu bejn il-pari, timijiet ta’ esperti tal-Istati Membri, ikkoordinati mill-Kummissjoni u appoġġati minn osservaturi minn aġenziji u korpi tal-UE, jevalwaw b’mod komprensiv kull Stat Membru u kull pajjiż assoċjat ma’ Schengen li japplika bis-sħiħ l-acquis ta’ Schengen 1 .

Fl-2023, bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid dwar il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen (SEMM, Schengen evaluation and monitoring mechanism) 2 , tnediet ġenerazzjoni ġdida ta’ evalwazzjonijiet ta’ Schengen. It-tielet ġenerazzjoni tintroduċi kunċett ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen aktar strateġiku u integrat b’tim ta’ evalwazzjoni uniku magħmul minn esperti f’oqsma ta’ politika differenti. Il-bidla għal evalwazzjoni ċċentrata fuq il-pajjiż tipprovdi stampa aktar komprensiva tal-prestazzjoni ġenerali ta’ Stat Membru fl-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u l-kontribut għall-funzjonament taż-żona Schengen mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni tiegħu (“iż-żona Schengen”).

Filwaqt li jibni fuq il-progress importanti miksub matul dawn l-aħħar snin, it-tisħiħ tal-mekkaniżmu għandu l-għan li jiżgura użu politiku u operazzjonali akbar tar-riżultati tal-evalwazzjoni ta’ Schengen biex jappoġġa l-implimentazzjoni tar-regoli ta’ Schengen u bħala tali jagħti spinta lill-fiduċja reċiproka.

F’konformità mal-kunċett il-ġdid, il-Kummissjoni aġġornat l-għodod ewlenin li jirfdu l-funzjonament tajjeb tal-evalwazzjonijiet ta’ Schengen. L-ewwel nett, il-Gwida għall-Evalwazzjoni ta’ Schengen il-ġdida ġiet adottata biex tirrifletti l-prinċipji tar-Regolament il-ġdid u biex tippromwovi l-konsistenza matul il-proċess kollu. Il-gwida tipprevedi aktar trasparenza, f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament il-ġdid 3 . It-tieni, il-kwestjonarju standard tal-evalwazzjonijiet ta’ Schengen 4 ġie rivedut biex ikopri żviluppi legali u operazzjonali ġodda relatati mal-implimentazzjoni tar-regoli ta’ Schengen.

Evalwazzjonijiet tal-pajjiżi ta’ Schengen tal-2023

Fl-2023 5 , il-Kummissjoni nediet it-tielet ġenerazzjoni ta’ evalwazzjonijiet ta’ Schengen bl-evalwazzjonijiet perjodiċi tal-Finlandja, il-Litwanja, il-Latvja u l-Estonja. L-approċċ il-ġdid dwar l-evalwazzjonijiet ta’ Schengen, imsejjes fir-Regolament imġedded dwar il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen (SEMM), ippermetta l-ewwel valutazzjoni integrata u strateġika dwar kif l-Istati Membri evalwati qegħdin japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod ġenerali.

Siti li saritilhom żjara

üAwtoritajiet ċentrali: Iċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni, il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Ministeri rilevanti u l-uffiċċji SIRENE kif ukoll l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data.

üFruntieri fuq l-art mar-Russja u l-Belarussja: il-punti ta’ qsim tal-fruntiera ta’ Vaalimaa u Nuijamaa, Medininkai, Silene, Paternieki, Narva u Luhamaa.

üAjruporti: Helsinki, Tampere, Turku, Vilnius, Kaunas, Palanga, Tallinn, u Riga.

üPortijiet: Talinn, Paldiski, Liepaja, Ventspils, Riga, Neringa, Klaipeda, Uostas.

üĊentri ta’ detenzjoni u akkoljenza: Metsälä, Joutseno, Tallinn, Soodevahe, iċ-Ċentru ta’ Reġistrazzjoni tal-Barranin ta’ Pabradė, iċ-Ċentru ta’ Akkoljenza għar-Refuġjati ta’ Rukla, iċ-Ċentru ta’ Akkomodazzjoni tal-Barranin Detenuti (DFAC, Detained Foreigners’ Accommodation centre) ta’ Mucenieki, Daugavpils.

Matul l-evalwazzjonijiet, ingħatat attenzjoni partikolari lil:

·Kapaċitajiet, proċessi u għodod tal-Istati Membri biex jindirizzaw ir-riskji tal-migrazzjoni u tas-sigurtà fil-fruntieri esterni tagħhom, filwaqt li jiżguraw livell adegwat ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari fid-dawl tal-istrumentalizzazzjoni tal-migranti mir-Russja u l-Belarussja.

·Governanza strateġika fil-livell nazzjonali bħala prekondizzjoni għal implimentazzjoni effettiva u integrata tal-acquis ta’ Schengen. Dan kien jinkludi strateġiji nazzjonali, riżorsi umani u taħriġ (inkluż dwar id-drittijiet fundamentali), analiżi tar-riskju, ippjanar ta’ kontinġenza u implimentazzjoni tal-għodod tal-UE.

·Effettività tal-inizjattivi reġjonali għall-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera fiż-żona Schengen.

·Implimentazzjoni tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira li jappoġġaw l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen inkluż ir-rispett tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari l-funzjonalitajiet il-ġodda tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, u l-livell ta’ tħejjija għad-dħul fis-seħħ tas-Sistema ta’ Dħul u Ħruġ.

Dan l-approċċ strateġiku ppermetta lit-timijiet ta’ evalwazzjoni jistabbilixxu fehim olistiku dwar il-kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw il-governanza tajba u l-ġestjoni taż-żona Schengen f’kull wieħed mill-Istati Membri evalwati. Ir-Rapporti tal-Pajjiżi ta’ Schengen, li jissostitwixxu s-sitt rapporti tematiċi preċedenti għal kull Stat Membru, identifikaw kwistjonijiet komuni f’dawn l-erba’ Stati Membri, li jirriflettu l-fatt li qegħdin jiffaċċjaw sfidi simili:

Fil-fruntieri esterni:

·Il-prestazzjoni ġenerali tal-kontroll fil-fruntieri u tar-reżiljenza matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi fil-Finlandja, fil-Litwanja, fil-Latvja u fl-Estonja bħalissa hija adegwata. Madankollu, l-għadd ta’ persunal huwa fil-livell minimu biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-attivitajiet ta’ ritorn, u kwalunkwe bidla possibbli fis-sitwazzjoni attwali tpoġġi taħt pressjoni l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni għall-kompiti tal-fruntieri u tar-ritorn.

·L-Istati Membri evalwati ltaqgħu ma’ sfidi biex jiggarantixxu r-rispett tad-drittijiet fundamentali, speċjalment il-prinċipju ta’ non-refoulement, meta japplikaw miżuri tal-pulizija tal-fruntieri.

·Il-kwalità tas-sorveljanza fil-fruntieri fuq l-art imwettqa hija f’livell ġeneralment adegwat għalkemm għad hemm lakuni relatati man-nuqqas ta’ tagħmir ta’ detezzjoni u riżorsi umani.

·Il-kwalità tal-verifiki fil-fruntieri hija inkonsistenti.

Miżuri fiż-żona Schengen għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera:

·Filwaqt li l-Finlandja, il-Litwanja, il-Latvja u l-Estonja għamlu bidliet importanti fil-livell strateġiku, legali u operazzjonali biex jindirizzaw iż-żieda fil-wasliet ta’ migranti irregolari, għad fadal sfidi fl-infurzar effettiv tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn. B’mod partikolari, in-nuqqas ta’ monitoraġġ tar-ritorni f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-perjodu ta’ tluq volontarju, u l-ħruġ ta’ bosta deċiżjonijiet ta’ ritorn lill-istess persuna jħallu impatt negattiv fuq il-possibbiltajiet li jitwettqu ritorni. L-użu akbar tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn mill-awtoritajiet Latvjani tqies bħala l-aħjar prattika u jista’ jappoġġa l-indirizzar ta’ xi wħud mill-kwistjonijiet identifikati

·L-istrateġiji nazzjonali tas-sigurtà interna fl-erba’ Stati Membri evalwati mhumiex marbuta b’mod konsistenti mal-prijoritajiet u l-istrateġiji tal-UE għas-sigurtà interna 6 , u dan jipprevjeni allokazzjoni effettiva tar-riżorsi nazzjonali, filwaqt li jxekkel l-implimentazzjoni ta’ strumenti u funzjonijiet ta’ sigurtà komuni Ewropej.

Fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni permezz tas-sistemi tal-IT ta’ Schengen u r-rekwiżiti relatati tal-protezzjoni tad-data:

·Mhux il-funzjonalitajiet kollha tas-SIS imġedda ġew implimentati, speċjalment fil-Latvja fejn se tiġi organizzata żjara ta’ verifika. Barra minn hekk, fl-erba’ Stati Membri evalwati t-tfittxijiet fis-SIS-AFIS (Sistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba’) ma ġewx introdotti għall-utenti finali kollha.

·Hemm nuqqas ġenerali ta’ riżorsi u bini ta’ kapaċità insuffiċjenti għall-Uffiċċji SIRENE, li jwasslu għal diffikultajiet fil-ġestjoni effiċjenti tal-iskambju ta’ informazzjoni f’waqtu.

·L-awtoritajiet li jimmaniġġaw u jużaw is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża mhux dejjem jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data minħabba assenjazzjonijiet mhux ċari tar-responsabbiltajiet, ġestjoni inadegwata tal-aċċess u sigurtà tad-data, perjodi ta’ żamma żbaljati ta’ reġistri, nuqqas ta’ monitoraġġ u taħriġ insuffiċjenti tal-persunal. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data mhux dejjem jissorveljaw il-legalità tal-ipproċessar tad-data personali fil-ħin u b’mod komprensiv minħabba nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji u umani.

·F’xi Stati Membri, is-suġġetti tad-data jiffaċċjaw problemi fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom (eż. id-drittijiet ta’ aċċess għad-data) minħabba rekwiżiti sproporzjonati stabbiliti għat-talbiet li jixtiequ jissottomettu.

Fir-rigward tad-dimensjoni esterna ta’ Schengen:

·Filwaqt li l-eżami tal-applikazzjonijiet għall-viżi mill-awtoritajiet evalwati fil-konsulati li saritilhom żjara kien ġeneralment sod, u d-deċiżjonijiet kienu fondati sew, għadu meħtieġ li tiġi ssimplifikata l-kooperazzjoni mal-fornituri esterni tas-servizzi fl-erba’ Stati Membri evalwati kif ukoll il-monitoraġġ tagħha.

·Il-kwistjoni ta’ bħalissa ta’ ħinijiet twal ta’ stennija għall-appuntamenti tal-viża ta’ Schengen għadha tippersisti, għalkemm sa ċertu punt hija inqas milli fl-2022.

Minbarra l-evalwazzjonijiet perjodiċi tal-2023, Ċipru għadda mill-ewwel evalwazzjoni tiegħu ta’ Schengen li vvalutat l-użu tiegħu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen f’Ottubru 2023 wara l-konnessjoni tiegħu mas-SIS f’Lulju 2023. L-evalwazzjoni kkonfermat li din is-sistema ewlenija tal-IT hija integrata sew fil-proċeduri ta’ ħidma tal-awtoritajiet kompetenti differenti. Ġew identifikati wkoll l-aħjar prattiki relatati mat-taħriġ tal-awtoritajiet kompetenti. Għandu jsir titjib biex jiġu pprovduti biżżejjed riżorsi umani għall-Uffiċċju SIRENE u biex isir użu effettiv mid-data tas-SIS.

Barra minn hekk, f’Settembru 2023, il-Kummissjoni organizzat ukoll żewġ żjarat mhux imħabbra fl-Italja u fi Franza fid-dawl tal-analiżi tar-riskju u l-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà mwettqa mill-Frontex.

Il-vulnerabbiltajiet ta’ Franza fit-twettiq tal-kontrolli fil-fruntieri, b’mod partikolari l-verifiki fil-fruntieri tqiesu bħala nuqqas serju. L-awtoritajiet Franċiżi qegħdin jieħdu miżuri immedjati biex jindirizzaw in-nuqqasijiet. Il-koordinatur ta’ Schengen qiegħed iwettaq segwitu mill-qrib mal-awtoritajiet Franċiżi u s-servizzi tal-Kummissjoni qegħdin jimmonitorjaw is-sitwazzjoni b’mod attiv.

Evalwazzjoni tematika ta’ Schengen tal-2023: il-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga lejn l-UE

L-evalwazzjonijiet tematiċi ta’ Schengen jipprovdu opportunità unika biex jiġi vvalutat l-istat ta’ implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fi żmien partikolari fl-Istati Membri kollha u fl-oqsma ta’ politika kollha. In-natura trażversali ta’ dawn l-evalwazzjonijiet tagħti perspettiva mingħajr paragun dwar kif sejra ż-żona Schengen fir-rigward ta’ kwistjonijiet partikolari ta’ attenzjoni, u tippreżenta bażi rikka għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ għażliet ta’ politika u għat-tagħlim bejn il-pari bejn l-Istati Membri.

Fl-2023, l-Istati Membri kollha li japplikaw bis-sħiħ l-acquis ta’ Schengen 7 ġew evalwati fl-evalwazzjoni tematika ta’ Schengen biex jidentifikaw l-aħjar prattiki fil-kapaċitajiet nazzjonali tagħhom fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, b’enfasi partikolari fuq it-traffikar fil-portijiet. L-Istati Membri kollha ġew evalwati permezz ta’ kwestjonarju mmirat u saru żjarat fuq il-post fil-portijiet ta’ Rotterdam, Antwerp, Marsilja, u Hamburg.

L-evalwazzjoni tematika sabet li l-UE u l-Istati Membri għandhom biss stampa parzjali tat-theddid dwar it-traffikar tad-droga peress li perċentwal żgħir biss tad-drogi ttraffikati lejn iż-żona Schengen jiġi identifikat u sekwestrat. Biex tiġi indirizzata din il-vulnerabbiltà, ġew identifikati l-aħjar prattiki relatati mal-analiżi tar-riskju, il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, inkluż ma’ partijiet ikkonċernati privati, u l-iskambju ta’ informazzjoni.

Waħda mill-isfidi komuni li jaffettwaw il-portijiet ewlenin kollha hija l-ħtieġa għal koordinazzjoni fost l-atturi rilevanti kollha involuti fl-operazzjonijiet tal-portijiet. Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fost l-infurzar tal-liġi, il-pulizija, il-gwardji tal-fruntieri, u s-servizzi doganali kif ukoll is-sħab privati huma fundamentali għall-ġlieda effettiva kontra t-traffikar tad-droga fil-livelli nazzjonali, Ewropej u internazzjonali. Ġew osservati diversi prattiki tajbin f’dan il-qasam, inkluż dwar sħubijiet pubbliċi privati effettivi u dwar miżuri għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni tul il-katina tal-provvista tad-droga.

Barra minn hekk, l-evalwazzjoni żvelat li huwa meħtieġ li jissaħħu l-ostakli għall-flussi tad-droga intra-Schengen permezz ta’ kooperazzjoni operazzjonali transfruntiera effiċjenti. Xi Stati Membri adottaw ftehimiet bilaterali jew multilaterali b’dispożizzjonijiet speċjali li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni għat-traffikar tad-droga. L-aħjar prattiki l-oħra f’dan il-qasam huma relatati mal-parteċipazzjoni fl-EMPACT (il-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali) u t-Task Forces Operazzjonali tal-Europol relatati.

Is-sejbiet tal-evalwazzjoni tematika jenfasizzaw ukoll il-ħtieġa għal kooperazzjoni internazzjonali mill-qrib u estensiva ma’ pajjiżi terzi. Diversi Stati Membri għandhom fis-seħħ ftehimiet ta’ kooperazzjoni operazzjonali u strateġika speċifiċi ma’ pajjiżi ta’ oriġini jew ta’ tranżitu u l-UE qiegħda taħdem biex ittejjeb il-kollaborazzjoni operazzjonali ma’ pajjiżi ewlenin tal-Amerka Ċentrali u tal-Amerka t’Isfel affettwati mit-traffikar tad-droga.

Abbażi tar-rapport ta’ evalwazzjoni tematika, f’Marzu 2024 il-Kunsill ta’ Schengen adotta Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi rakkomandazzjoni biex jiġu implimentati l-aħjar prattiki identifikati 8 . L-Istati Membri evalwati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-pjanijiet ta’ azzjoni tagħhom li jagħtu dettalji dwar liema prattiki tajbin ikunu utli għas-sitwazzjoni nazzjonali speċifika tagħhom biex jimplimentaw u kif se jagħmlu dan.

L-isfruttament tal-potenzjal sħiħ tal-evalwazzjonijiet ta’ Schengen permezz ta’ implimentazzjoni u monitoraġġ effettivi

Il-fażi ta’ monitoraġġ hija l-fergħa operazzjonali kruċjali tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen, li tippermetti li s-sejbiet tat-timijiet ta’ evalwazzjoni jinbidlu f’rispons konkret mill-Istat Membru evalwat lejn applikazzjoni aħjar tal-acquis ta’ Schengen. Ħafna mill-impatt pożittiv tal-mekkaniżmu għaż-żona Schengen kollha jiddependi fuq l-implimentazzjoni effettiva tar-rakkomandazzjonijiet individwali maħruġa wara l-evalwazzjoni ta’ Schengen.

Sa mit-tnedija tal-ewwel ċiklu ta’ Schengen fl-2022, it-Tabelli ta’ Valutazzjoni ta’ Schengen, mgħoddija lill-Ministri fil-Kunsill ta’ Schengen, jagħtuhom ħarsa ġenerali tajba tan-nuqqasijiet ewlenin fil-ġestjoni nazzjonali tagħhom taż-żona Schengen. L-iżvilupp ta’ metodoloġija komuni għat-Tabella ta’ Valutazzjoni ta’ Schengen fl-2023 jippermetti li jiġi viżwalizzat aħjar il-livell ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni ta’ Schengen u li jiġu identifikati oqsma li jeħtieġu attenzjoni urġenti fil-livell nazzjonali u Ewropew. It-Tabella ta’ Valutazzjoni hija essenzjali biex jitnaqqas id-distakk bejn id-dimensjonijiet politiċi u operazzjonali ta’ Schengen billi tipprovdi fehim ċar tal-implikazzjonijiet tan-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ Schengen. Iż-żieda fil-viżibbiltà tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet ta’ Schengen, b’mod partikolari għall-Ministri responsabbli mlaqqgħin fil-Kunsill ta’ Schengen, tista’ tappoġġa segwitu effettiv dwar l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen.

It-Tabella ta’ Valutazzjoni ta’ Schengen tal-2024 ikkonfermat li l-acquis ta’ Schengen huwa ġeneralment applikat b’mod adegwat għalkemm il-progress ivarja fost l-Istati Membri u bejn il-partijiet differenti tal-acquis. Madankollu, l-attivitajiet ta’ monitoraġġ taħt il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen żvelaw li, f’ħafna Stati Membri, ir-ritmu tal-implimentazzjoni huwa kajman, u dan iwassal għal nuqqasijiet persistenti mifruxa, inkluż dwar aspetti ewlenin tal-arkitettura ta’ Schengen.

It-Tabella ta’ Valutazzjoni ta’ Schengen għall-2024 għal kull indikatur ewlieni

L-attivitajiet ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ imwettqa fit-tieni ċiklu ta’ Schengen, kif viżwalizzati fit-Tabelli ta’ Valutazzjoni ta’ Schengen tal-2024, jiżvelaw li huma meħtieġa azzjonijiet ta’ rimedju prijoritarji fiż-żona Schengen kollha biex tittejjeb il-kwalità tal-verifiki fil-fruntieri, jiżdiedu l-kapaċitajiet limitati għar-ritorn, jiġu indirizzati l-isfidi fl-identifikazzjoni tat-theddid għas-sigurtà permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, u biex jitneħħew l-ostakli għall-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni, b’mod partikolari marbuta ma’ Punti Uniċi ta’ Kuntatt ineffettivi u mhux awtomatizzati.

Il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri kollha u lill-pajjiżi assoċjati ma’ Schengen biex jiżguraw segwitu effettiv għar-riżultati tat-Tabelli ta’ Valutazzjoni ta’ Schengen tal-2024, inkluż permezz ta’ involviment attiv mal-Koordinatur ta’ Schengen. B’mod partikolari, hemm ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet serji persistenti fi Franza u fil-Greċja kif ukoll l-ilmenti relatati mal-proċessi ta’ ksur li għaddejjin 9 . Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex tiżgura l-implimentazzjoni rapida tal-miżuri ta’ rimedju. F’każijiet ta’ rakkomandazzjonijiet b’implikazzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex jipprijoritizzaw l-implimentazzjoni tagħhom fil-programmi nazzjonali tal-fondi tal-UE 10 .

Matul it-tieni Ċiklu ta’ Schengen, il-Kummissjoni żiedet l-isforzi tagħha lejn monitoraġġ aktar effiċjenti tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Hija mmonitorjat is-sitwazzjoni fuq il-post f’diversi Stati Membri fejn instabu nuqqasijiet serji, permezz ta’ żjarat mill-ġdid u żjarat ta’ verifika f’konformità mal-għodod il-ġodda skont ir-Regolament SEMM il-ġdid.

Żjarat mill-ġdid tal-2023

üIn-Netherlands (Ġunju) fil-qasam tal-politika dwar il-viżi

üSpanja (Lulju) fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni

üL-Iżlanda (Settembru) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija

Minħabba l-progress tajjeb li sar minn dawn l-Istati Membri, it-timijiet ta’ evalwazzjoni kkonkludew li n-nuqqasijiet serji ġew indirizzati b’mod adegwat.

Żjarat ta’ verifika matul l-2023

üIl-Belġju (Jannar)

üFranza (Novembru)

Iż-żewġ żjarat kellhom l-għan li jimmonitorjaw azzjonijiet ta’ rimedju relatati mal-kwalità tal-kontroll fil-fruntieri. Filwaqt li ġie osservat xi progress fil-Belġju, għad hemm nuqqasijiet importanti fiż-żewġ Stati Membri, inkluż fil-governanza nazzjonali, li jeħtieġ li jiġu indirizzati b’mod urġenti.

Barra minn hekk, f’ħafna każijiet, l-Istati Membri mhumiex qegħdin jirrapportaw b’mod effettiv f’konformità mar-rekwiżiti legali u l-iskadenzi skont ir-Regolament SEMM u f’diversi każijiet il-pjanijiet ta’ azzjoni ppreżentati lill-Kummissjoni mhumiex adegwati u jeħtieġ li jiġu riveduti. L-implimentazzjoni effettiva tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjonijiet ta’ Schengen għadha inkonsistenti, u dan ixekkel il-potenzjal sħiħ tal-mekkaniżmu li jikkontribwixxi għal żona Schengen b’saħħitha u rregolata tajjeb.

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni saħħet il-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ tagħha u ffaċilitat l-isforzi tal-Istati Membri biex jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar tagħhom permezz tad-diġitalizzazzjoni tal-fażi ta’ monitoraġġ permezz tal-applikazzjoni KOEL-SCHEVAL, fis-seħħ minn Mejju 2023. Dan ippermetta ċentralizzazzjoni tal-iskambji kollha rigward l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet fi pjattaforma waħda, u ħoloq ħarsa ġenerali aħjar kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Istati Membri evalwati dwar l-istat tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Din il-pjattaforma wasslet għal simplifikazzjonijiet proċedurali u trasparenza akbar, b’mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp tat-Tabelli ta’ Valutazzjoni ta’ Schengen individwali annwali.

Wara l-aħħar valutazzjonijiet tar-rapporti ta’ segwitu ppreżentati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni b’dan tagħlaq il-pjanijiet ta’ azzjoni relatati mal-evalwazzjoni tal-2015 tal-Belġju dwar l-aspetti tal-protezzjoni tad-data tal-acquis ta’ Schengen, l-evalwazzjoni tal-2018 tal-Iżvizzera dwar ir-ritorn, l-evalwazzjoni tal-2018 tal-Litwanja dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija, l-evalwazzjonijiet tal-2019 tal-Polonja dwar il-politika komuni dwar il-viżi u l-ġestjoni tal-fruntieri esterni, l-evalwazzjoni tal-2019 tal-Ungerija dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u l-evalwazzjoni tal-2022 ta’ Malta dwar il-politika komuni dwar il-viżi wara l-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet kollha, f’konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament SEMM.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni teknikament tagħlaq ukoll il-pjanijiet ta’ azzjoni relatati mal-evalwazzjonijiet tal-2016 tal-Greċja dwar il-ġestjoni tagħha tal-fruntieri esterni u l-aspetti tal-protezzjoni tad-data tal-acquis ta’ Schengen, l-evalwazzjoni tal-2016 tal-Lussemburgu dwar l-aspetti tal-protezzjoni tad-data tal-acquis ta’ Schengen, l-evalwazzjoni tal-2017 tad-Danimarka dwar il-ġestjoni tagħha tal-fruntieri esterni u s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, l-evalwazzjoni tal-2017 tal-Iżlanda dwar il-ġestjoni tagħha tal-fruntieri esterni u r-ritorn, l-evalwazzjoni tal-2017 tan-Norveġja dwar il-ġestjoni tagħha tal-fruntieri esterni, aspetti tal-protezzjoni tad-data tal-acquis ta’ Schengen, ir-ritorn u l-kooperazzjoni tal-pulizija, l-evalwazzjoni tal-2017 tal-Portugall dwar il-ġestjoni tiegħu tal-fruntieri esterni, ir-ritorn u s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u l-kooperazzjoni tal-pulizija, l-evalwazzjoni tal-2017 ta’ Spanja dwar il-ġestjoni tagħha tal-fruntieri esterni, is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u l-kooperazzjoni tal-pulizija, l-evalwazzjoni tal-2017 tal-Iżvezja dwar il-ġestjoni tagħha tal-fruntieri esterni u r-ritorn, l-evalwazzjoni tal-2018 tal-Iżvizzera dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u l-evalwazzjoni tal-2018 tal-Litwanja dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija, l-aspetti tal-protezzjoni tad-data tal-acquis ta’ Schengen u s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen. Madankollu, dan l-għeluq huwa tekniku peress li huwa relatat ma’ pjanijiet ta’ azzjoni li mhumiex implimentati bis-sħiħ. Ir-rakkomandazzjonijiet pendenti jeħtieġ li jiġu rrapportati fil-qafas tal-pjan ta’ azzjoni ppreżentat mill-Istati Membri wara l-evalwazzjoni l-ġdida biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar.

Għodod li jappoġġaw l-evalwazzjonijiet strateġiċi ta’ Schengen

Il-kunċett il-ġdid tal-evalwazzjonijiet ta’ Schengen jimplika bidla radikali tal-għodod li jappoġġawhom. F’konformità mar-Regolament il-ġdid, fl-2023, il-Kummissjoni ħadmet biex taġġorna l-grupp ta’ esperti, il-Gwida ta’ Evalwazzjoni ta’ Schengen, il-kwestjonarju standard ta’ Schengen u l-kunċett ta’ taħriġ għall-evalwazzjonijiet ta’ Schengen.

L-ewwel grupp ta’ esperti b’appoġġ għall-evalwazzjonijiet ta’ Schengen tal-2023

L-istabbiliment tal-ewwel grupp ta’ esperti għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen għall-evalwazzjonijiet ta’ Schengen imwettqa fl-2023 wera li kien ta’ benefiċċju fit-tnaqqis tal-piż amministrattiv u fis-simplifikazzjoni tal-ħatra u l-għażla tal-esperti tal-Istati Membri. Is-sejħa unika għall-esperti għall-evalwazzjonijiet kollha tas-sena ta’ wara, segwita minn preselezzjoni ta’ esperti għall-grupp mill-Kummissjoni, ippermettiet il-flessibbiltà meħtieġa biex jintgħażlu faċilment esperti bl-għarfien espert meħtieġ għal evalwazzjonijiet mhux imħabbra u kull meta esperti magħżula ma kinux għadhom disponibbli għal żjara speċifika.

Wara l-istabbiliment tal-grupp ta’ esperti tal-2023, ġew stabbiliti t-timijiet biex iwettqu l-evalwazzjonijiet tal-Finlandja, il-Litwanja, il-Latvja, l-Estonja u Ċipru. Esperti minn 31 Stat Membru u pajjiżi assoċjati ma’ Schengen ipparteċipaw fl-evalwazzjonijiet tal-2023 kif ġej:

Fir-rigward tal-evalwazzjoni tematika dwar it-traffikar tad-droga, tnediet sejħa speċifika peress li kienu meħtieġa għarfien espert u esperjenza speċjalizzati li jinvolvu oqsma ta’ politika differenti b’enfasi speċjali fuq it-traffikar tad-droga.

Esperti maħtura mill-Istati Membri            Il-Grupp ta’ Evalwazzjoni

F’Novembru 2023, il-Kummissjoni stabbiliet il-grupp ta’ esperti tal-2024. F’konformità mar-rekwiżiti tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen, kważi l-Istati Membri kollha ħatru mill-inqas espert wieħed għal kull qasam ta’ politika. Ftit Stati Membri biss żammew lura billi invokaw li l-ħatra taffettwa b’mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali 11 , u għalhekk ma setgħux jinnominaw mill-inqas espert wieħed għal kull qasam ta’ politika 12 . B’kollox, inħatru 526 espert nazzjonali li minnhom intgħażlu 505 esperti nazzjonali għall-grupp ta’ 2024, filwaqt li tqiesu l-kriterji ġenerali u speċifiċi definiti fir-Regolament u fl-istedina għall-ħatra lill-Istati Membri 13 .

Tnediet sejħa addizzjonali għal esperti għall-evalwazzjoni tematika tal-2024 dwar ir-ritorn biex tiġi żgurata d-disponibbiltà sostenibbli tal-esperti matul is-sena. Abbażi tal-31 nominazzjoni ppreżentati minn 20 Stat Membru, it-tim huwa magħmul minn 15-il espert. Il-Frontex u l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali jappoġġaw lit-tim bħala osservaturi filwaqt li l-EUAA u l-eu-LISA jipprovdu appoġġ fuq bażi ad hoc.

Esperti maħtura mill-Istati Membri            Il-Grupp ta’ Evalwazzjoni


Komponent kritiku għall-funzjonament tajjeb tal-grupp ta’ esperti jibqa’ l-koordinazzjoni nazzjonali tal-evalwazzjonijiet ta’ Schengen, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalifiki, l-impenn u d-disponibbiltà tal-esperti. F’diversi okkażjonijiet, l-esperti magħżula minn qabel ma kinux għadhom disponibbli fiż-żmien tal-evalwazzjoni minħabba raġunijiet professjonali jew personali. Dawn il-bidliet tal-aħħar minuta kkumplikaw l-organizzazzjoni f’waqtha u t-tħejjija adegwata taż-żjarat ta’ evalwazzjoni. Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-impenn sħiħ tal-esperti magħżula minn qabel tagħhom biex iwettqu l-evalwazzjonijiet ta’ Schengen, bħala mekkaniżmu bejn il-pari bl-istess mod għall-benefiċċju tal-awtoritajiet li jibagħtu l-esperti.

Fl-istess ħin, il-kontinwità bejn l-attivitajiet ta’ taħriġ u l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni għandha tissaħħaħ biex jiġi żgurat li l-esperti mħarrġa reċentement jiġu dejjem maħtura għar-riżerva mill-awtoritajiet tagħhom, f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament SEMM 14 . Il-proċessi tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni permezz tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali dwar l-istabbiliment tal-grupp, inkluż rispons lill-esperti maħtura dwar l-eżitu tal-proċess, jistgħu jittejbu aktar.

L-istabbiliment tal-grupp ta’ esperti tal-2024 segwa l-iżviluppi fl-organizzazzjoni tal-evalwazzjonijiet ta’ Schengen. Filwaqt li tibni fuq l-innovazzjonijiet u l-esperjenza tal-istabbiliment tal-ewwel grupp ta’ esperti, il-Kummissjoni aġġornat il-kompożizzjoni tat-timijiet ta’ evalwazzjoni billi trawwem l-użu ta’ timijiet imħallta bi profili u kompetenzi komplementari. Għall-ewwel darba, il-Kummissjoni stabbiliet grupp integrat ta’ esperti u ħeġġet lill-Istati Membri jinnominaw esperti bi profili mħallta biex jappoġġaw l-istabbiliment ta’ dawn it-timijiet.

F’dan l-isfond, u fid-dawl tal-komplementarjetà għolja tal-profili tal-esperti tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-esperti tas-sistemi ta’ informazzjoni fuq skala kbira, il-Kummissjoni, appoġġata minn esperti ewlenin tal-Istati Membri, għaqqdet iż-żewġ timijiet ta’ evalwazzjoni u ħolqot tim integrat għas-Sigurtà Interna. Dan il-kunċett il-ġdid, li jinvolvi ppjanar, programmazzjoni u implimentazzjoni komuni ta’ żjarat fuq il-post, ġie implimentat b’suċċess fl-evalwazzjonijiet tal-2023.

Il-Kummissjoni se tkompli taħdem lejn użu aktar strateġiku u koordinat ta’ timijiet b’għarfien espert imħallat, filwaqt li tqis ukoll il-ħtiġijiet li jirriżultaw mill-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida ta’ Schengen, bħar-Regolament dwar l-Iskrinjar, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-arkitettura l-ġdida tal-IT. Il-Kummissjoni se tiżgura li l-kompożizzjoni tal-grupp tiġi adattata kif xieraq.

Sabiex jiġi żgurat grupp ta’ esperti ta’ kwalità għolja għall-attivitajiet ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ, fl-2023 ġie stabbilit qafas ta’ taħriġ komuni u integrat għall-evalwaturi ta’ Schengen. L-għan huwa li jiġi kkomplementat għarfien teoretiku solidu b’fehim tajjeb tal-prinċipji, il-proċeduri u t-tekniki ta’ evalwazzjoni biex jiġi żgurat approċċ konsistenti matul l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni. Il-pedament ta’ dan il-proċess ta’ armonizzazzjoni huwa l-istabbiliment tal-ewwel Kurrikulu Komuni, li ġie miftiehem mill-Kummissjoni, l-Istati Membri li jħarrġu l-esperti u l-aġenziji tal-UE. Dan il-kurrikulu komuni uniku jirrifletti l-prinċipji tar-Regolament SEMM il-ġdid u huwa applikat fl-attivitajiet kollha ta’ taħriġ irrispettivament minn jekk humiex l-Istati Membri, l-Aġenziji jew il-Kummissjoni li qegħdin jorganizzaw it-taħriġ. Sa mit-twaqqif tiegħu, ġew imħarrġa 215-il espert f’April, Settembru u Ottubru 2023 taħt dan il-qafas komuni.

Barra minn hekk, it-tieni workshop tal-Koordinatur tal-Pajjiżi u tal-Esperti Ewlenin sar f’Jannar 2024, li laqqa’ flimkien il-Koordinaturi tal-Pajjiżi tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, Esperti Ewlenin maħtura għall-evalwazzjonijiet tal-2024 kif ukoll għadd magħżul ta’ koordinaturi tal-pajjiżi u esperti ewlenin tal-evalwazzjonijiet tal-2023. It-taħriġ ippermetta lill-esperti esperjenzati jaqsmu l-għarfien tagħhom dwar il-proċess ta’ evalwazzjoni komprensiv u ppermetta aktar riflessjonijiet għal titjib. Il-koordinaturi tal-Pajjiżi Membri għandhom rwol kruċjali fit-tfassil, l-ippjanar, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-evalwazzjonijiet ta’ Schengen bejn il-pari, kif ukoll fl-għeluq tal-lakuni eżistenti bejn il-livelli tekniċi/operazzjonali u strateġiċi/politiċi.

Lejn qafas uniku ta’ taħriġ fl-evalwazzjoni ta’ Schengen, għal grupp b’saħħtu ta’ Koordinaturi tal-Pajjiżi, Esperti Ewlenin u esperti

Il-prinċipji wara l-mekkaniżmu integrat il-ġdid ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen ġew ikkonsolidati fil-Gwida riveduta tal-Evalwazzjoni ta’ Schengen, adottata f’Ottubru 2023. Din isservi bħala linja gwida prattika għall-atturi kollha involuti fl-evalwazzjonijiet ta’ Schengen għall-passi kollha tal-proċess, mill-istadju inizjali tal-ippjanar sal-għeluq tal-pjan ta’ azzjoni.

Il-kwestjonarju standard ta’ Schengen ġie aġġornat ukoll f’Lulju 2023 biex ikopri bis-sħiħ il-kamp ta’ applikazzjoni tal-evalwazzjonijiet kif definit fir-Regolament SEMM u l-bidliet leġiżlattivi fl-acquis ta’ Schengen f’dawn l-aħħar snin. Peress li għandha sservi bħala l-bażi għall-evalwazzjonijiet ta’ Schengen fis-snin li ġejjin, diġà tinkludi mistoqsijiet relatati ma’ għodod u leġiżlazzjoni li se jibdew joperaw fuq terminu qasir, bħas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ.

Il-passi li jmiss: Attivitajiet ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ tal-2024

F’konformità mal-programm ta’ evalwazzjoni pluriennali 2023-2029, u l-programm ta’ evalwazzjoni annwali tal-2024 adottat f’Diċembru 2023, l-evalwazzjonijiet perjodiċi tal-Kroazja, tal-Polonja, tal-Ungerija, tas-Slovakkja u tar-Repubblika Ċeka jsiru fl-2024. Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta’ Schengen fil-Bulgarija u r-Rumanija minn Marzu 2024, u f’konformità mal-Artikolu 23(6) tar-Regolament SEMM, il-programm ta’ evalwazzjoni pluriennali se jiġi emendat u ż-żewġ Stati Membri se jiġu evalwati fl-2025.

Fir-rigward tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ li għandhom jitwettqu fl-2024, il-Kummissjoni qiegħda tippjana li twettaq żjarat f’Ċipru, Franza, id-Danimarka, l-Irlanda, il-Greċja, il-Portugall u Spanja. Fil-każijiet ta’ Ċipru u l-Irlanda, dawn iż-żjarat mill-ġdid se jippermettu li jiġi vverifikat il-progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jsir progress fil-proċess ta’ adeżjoni ma’ Schengen.

Fil-qafas tal-programm ta’ evalwazzjoni pluriennali 2023-2029, il-funzjonament tal-komponenti nazzjonali tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għadu prijorità speċifika, kif inhi wkoll l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen. Barra minn hekk, l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni l-ġodda se jkopru wkoll rekwiżiti ġodda ta’ Schengen li jirriżultaw mill-qafas leġiżlattiv imġedded kif ukoll it-tħejjija u l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar.

F’konformità mal-approċċ komprensiv tal-evalwazzjonijiet il-ġodda, li issa huwa rifless fl-istruttura riveduta tat-Tabella ta’ Valutazzjoni ta’ Schengen, l-evalwazzjonijiet ta’ Schengen fl-2024 u ’l quddiem se jagħtu attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni fil-fruntieri interni, il-kooperazzjoni effettiva ma’ pajjiżi terzi dwar l-attivitajiet tal-fruntieri, tal-immigrazzjoni u tas-sigurtà, kif ukoll għall-funzjonament tal-awtoritajiet, inklużi salvagwardji għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni.

It-Tabella ta’ Valutazzjoni ta’ Schengen se tkompli tiffaċilita l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjonijiet ta’ Schengen u se tintuża biex tkompli tingħata spinta lill-ħidma tal-Kunsill ta’ Schengen billi jiġu identifikati u mmonitorjati aħjar il-prijoritajiet orizzontali. F’dan il-kuntest, il-Koordinatur ta’ Schengen se jkollu rwol attiv billi jkompli jikkomunika mal-Uffiċjali Għolja nazzjonali ta’ Schengen biex jappoġġa l-implimentazzjoni tar-regoli ta’ Schengen, inkluż billi jiżgura aktar sinerġiji mal-fondi tal-UE.

Evalwazzjonijiet ta’ Schengen fil-qalba taċ-ċiklu ta’ Schengen

L-2024 tindika t-tnedija tal-fażi ta’ monitoraġġ tal-evalwazzjoni tematika tal-2023 dwar it-traffikar tad-droga. Peress li l-għan primarju tal-evalwazzjoni kien li tiffoka fuq l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki, l-Istati Membri ġew mistiedna jikkunsidraw il-valur miżjud u l-fattibbiltà tal-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki fl-oqfsa nazzjonali tagħhom. Il-Kummissjoni se timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni 15 permezz ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali li għandhom jiġu ppreżentati sa Ġunju 2024.

Fl-istess ħin, il-Kummissjoni flimkien mal-esperti tal-Istati Membri nediet l-evalwazzjoni tematika tal-2024 biex jitnaqqsu l-lakuni nazzjonali lejn sistema effettiva ta’ ritorn tal-UE permezz ta’ soluzzjonijiet komuni u prattiki innovattivi. Wara l-istabbiliment tat-tim ta’ evalwazzjoni u l-qbil dwar il-kwestjonarju, l-Istati Membri evalwati kollha jridu jissottomettu t-tweġibiet tagħhom sa Ġunju 2024. Iż-żjarat fuq il-post se jsegwu fil-ħarifa tal-2024.

Filwaqt li tħares ’il quddiem lejn l-2025 u wara proċess ta’ konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni tressaq tliet proposti għal evalwazzjoni tematika fl-2025 fir-rapport dwar l-Istat ta’ Schengen tal-2024. Dawn il-proposti għandhom l-għan li jindirizzaw oqsma ta’ prijorità u sfidi komuni, inkluż l-għarfien tas-sitwazzjoni, l-identifikazzjoni ta’ theddid għas-sigurtà u kapaċitajiet effettivi biex jiġu indirizzati r-riskji assoċjati mal-migrazzjoni irregolari. 

Fir-rigward tal-attivitajiet ta’ taħriġ, l-implimentazzjoni tal-kurrikulu komuni fit-taħriġ inizjali fl-2023 ipprovdiet bażi soda li fuqha jista’ jitfassal it-taħriġ futur. F’dan l-isfond, fl-2024, it-taħriġ inizjali se jiġi rfinat aktar biex jintlaħqu l-għanijiet tal-kurrikulu komuni, li se jikkontribwixxi għall-kwalità għolja tal-Evalwaturi ta’ Schengen. It-taħriġ inizjali li jmiss huwa skedat fir-rebbiegħa u fil-ħarifa tal-2024.

(1)

     Huwa wkoll il-qafas użat biex jivverifika jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen ġewx issodisfati fl-Istati Membri fejn għadu ma japplikax (bis-sħiħ).

(2)

     Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/922 tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar l-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen.

(3)

     F’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament SEMM, il-Gwida tistabbilixxi li l-Kummissjoni se tippubblika s-sommarju eżekuttiv u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporti tal-Pajjiżi l-ġodda. Schengen evaluation and monitoring - European Commission (europa.eu)

(4)

     C(2023) 3000 final.

(5)

     Barra minn hekk, Spanja (il-politika dwar il-viżi) u l-Portugall (il-politika dwar il-viżi u l-protezzjoni tad-data) ġew evalwati. Dawn l-evalwazzjonijiet perjodiċi segwew it-tieni ċiklu ta’ programmazzjoni tal-evalwazzjonijiet ta’ Schengen peress li inizjalment kienu ppjanati li jitwettqu fl-2020 u fl-2021 iżda ġew posposti minħabba r-restrizzjonijiet tal-COVID-19.

(6)

     Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, COM(2020) 605 final.

(7)

     L-evalwazzjoni ma koprietx il-Bulgarija, Ċipru, l-Irlanda u r-Rumanija.

(8)

     Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 7301/24 tal-4 ta’ Marzu 2024 li tagħti rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki identifikati fl-evalwazzjoni tematika ta’ Schengen tal-2023 tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri fl-oqsma tal-kooperazzjoni tal-pulizija, il-protezzjoni tal-fruntieri esterni, u l-ġestjoni tas-sistemi tal-IT għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga fl-Unjoni.

(9)

     Il-Kummissjoni nediet proċedimenti ta’ ksur indirizzati lill-Belġju, lill-Ġermanja, lill-Greċja u lil Spanja dwar l-applikazzjoni tagħhom tal-acquis tar-ritorn abbażi tas-sejbiet tal-evalwazzjoni ta’ Schengen.

(10)

     F’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/1148 (ir-“Regolament BMVI”), l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/1147 (ir-“Regolament AMIF”). Barra minn hekk, l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/1149 (ir-“Regolament ISF”).

(11)

     Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament, “L-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa jiddeżinjaw esperti fl-oqsma li fihom, għal raġunijiet oġġettivi, ma jiġux evalwati, jew, f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, jekk id-deżinjazzjoni tkun taffettwa b’mod sostanzjali t-twettiq ta’ kompiti nazzjonali. Jekk Stat Membru jinvoka tali sitwazzjoni, huwa għandu jipprovdi, bil-miktub, raġunijiet u informazzjoni dwar is-sitwazzjoni eċċezzjonali lill-Kummissjoni”.

(12)

     Franza, l-Italja u s-Slovakkja ma nnominawx espert dwar il-protezzjoni tad-data filwaqt li d-Danimarka ma nnominatx espert dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija.

(13)

     L-Artikolu 15(1) tar-Regolament jistipula li l-esperti “għandu jkollhom kwalifiki xierqa, inkluż għarfien teoretiku solidu u esperjenza fl-oqsma koperti mill-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ, flimkien ma’ għarfien sod tal-prinċipji, il-proċeduri u t-tekniki ta’ evalwazzjoni, u għandhom ikunu jistgħu jikkomunikaw b’mod effettiv b’lingwa komuni”. Skont l-Artikolu 17(5), l-Istati Membri għandhom jaħtru esperti li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet.

(14)

     L-Artikolu 17(6) tar-Regolament SEMM.

(15)

     Id-Dokument tal-Kunsill 7301/24 tal-5 ta’ Marzu 2024.


Brussell, 16.4.2024

COM(2024) 173 final

ANNESS

tal-

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni

Rapport dwar l-Istat ta' Schengen 2024


ANNESS 2

Kompendju tal-aħjar prattiki identifikati fil-qafas tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen

Il-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen jiddependi fuq l-applikazzjoni effettiva u effiċjenti tar-regoli ta’ Schengen mill-Istati Membri. Il-Mekkaniżmu ta’ Evalwazzjoni u Monitoraġġ ta’ Schengen (SEMM, Schengen Evaluation and Monitoring Mechanism) huwa salvagwardja ewlenija biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni adegwata tal-acquis ta’ Schengen, li jippermetti mhux biss l-identifikazzjoni f’waqtha tal-vulnerabbiltajiet, iżda jippermetti wkoll l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki u soluzzjonijiet innovattivi stabbiliti mill-Istati Membri.

Il-kompendju tal-aħjar prattiki li jakkumpanjaw ir-Rapport tal-2024 dwar l-Istat ta’ Schengen jimmarka t-tieni edizzjoni tiegħu minn mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament SEMM il-ġdid. Bħala dokument ħaj, dan jinkludi kemm l-aħjar prattiki identifikati fl-iterazzjoni preċedenti tal-kompendju, kif ukoll miżuri ġodda u innovattivi identifikati fl-evalwazzjonijiet li saru fl-2023.

Il-kompendju tal-aħjar prattiki jiġbor flimkien firxa wiesgħa tal-aħjar prattiki li jkopru diversi aspetti tal-acquis ta’ Schengen, inklużi l-governanza nazzjonali ta’ Schengen, il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, il-politika dwar il-viżi, ir-ritorni, kif ukoll miżuri fiż-żona Schengen, bħall-fruntieri interni u s-sigurtà interna. L-għan huwa li jiġi pprovdut għarfien dwar strateġiji, għodod u miżuri innovattivi li jistgħu jappoġġaw lill-awtoritajiet tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tal-għarfien bejn il-pari. Għandu jitrawwem aktar skambju ta’ għarfien u esperjenza fi ħdan il-korpi rilevanti tal-Kunsill biex jissaħħaħ dan l-isforz kollaborattiv. Il-kompendju jservi biex jikkumplimenta l-aħjar prattiki eżistenti deskritti fir-Rakkomandazzjonijiet jew fil-manwali applikabbli tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill b’għarfien ġdid.

Dan il-kompendju huwa wieħed ta’ spjegazzjoni u ma għandu l-ebda status bħala legalment vinkolanti. Huwa maħsub bħala riżorsa siewja għal dawk li jfasslu l-politika, għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, u għal partijiet ikkonċernati oħra involuti fl-iżgurar tal-funzjonament bla xkiel u effiċjenti taż-żona Schengen iżda wkoll biex jappoġġa soluzzjonijiet possibbli għal azzjonijiet ta’ rimedju li jindirizzaw rakkomandazzjonijiet futuri proposti mit-timijiet ta’ evalwazzjoni. Huwa parti mir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/922.



IL-GOVERNANZA NAZZJONALI TA’ SCHENGEN

1.Strateġiji nazzjonali

Implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri (EIBM, European Integrated Border Management )

Governanza tal-IBM nazzjonali

-Ċentru li jlaqqa’ flimkien seba’ awtoritajiet, inklużi l-pulizija, l-uffiċċju tal-migrazzjoni u l-amministrazzjoni doganali huwa maħluq fil-livell nazzjonali. L-għan ewlieni tiegħu huwa li jiżviluppa kontrostrateġiji, jipprovdi twissijiet bikrija u jiżviluppa rakkomandazzjonijiet. Hija struttura permanenti, organizzata madwar ix-xogħol ta’ unitajiet temporanji, u għandha firxa wiesgħa ta’ prodotti analitiċi li jaqdu kemm it-teħid ta’ deċiżjonijiet tattiċi fil-livell lokali kif ukoll it-teħid ta’ deċiżjonijiet strateġiċi fil-livell ministerjali. L-analiżijiet tagħha jitqassmu lill-unitajiet kollha tal-pulizija tal-fruntieri permezz tal-pjattaforma tal-web tal-pulizija. [Il-Ġermanja, 2015]

-Il-pjan ta’ kontinġenza jinkludi proċeduri dettaljati għal varjetà ta’ xenarji potenzjali ta’ kriżi, jiddefinixxi rwoli u responsabbiltajiet ċari għall-awtoritajiet nazzjonali rilevanti kollha (inklużi l-pulizija, id-dwana, il-forzi armati u s-servizzi tal-immigrazzjoni), kif ukoll il-partijiet ikkonċernati lokali (bħal muniċipalitajiet u organizzazzjonijiet mhux governattivi). Pjanijiet bħal dawn huma kkumplimentati aktar bi proċeduri għat-talba u l-integrazzjoni tal-appoġġ Ewropew. Twettqu diversi testijiet tal-qafas ta’ ppjanar ta’ kontinġenza li jinvolvu lill-awtoritajiet nazzjonali kollha b’responsabbiltajiet fi kriżijiet. [Il-Finlandja, 2023] 

Mekkaniżmu ta’ kontroll tal-kwalità

-Il-Ministeru tal-Intern stabbilixxa mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni nazzjonali għall-fruntieri esterni, mibni fuq il-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità Ewropej u nazzjonali. Dan jiġbor flimkien ir-rakkomandazzjonijiet mill-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen, il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà tal-Frontex u ż-żjarat ta’ evalwazzjoni nazzjonali. Din tal-aħħar tinkludi evalwazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen/SIRENE u kwistjonijiet ta’ kooperazzjoni tal-pulizija. [L-Awstrija, 2020]

-Il-ġestjoni tal-fruntieri fil-livell nazzjonali u tal-UE għandha tkun soġġetta b’mod sistematiku għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kontroll tal-kwalità Ewropew li jkopri l-ambitu kollu tal-EIBM. Il-mekkaniżmu nazzjonali permanenti ta’ kontroll tal-kwalità jinkludi ġabra ta’ evalwaturi nazzjonali, li hija mħarrġa fil-korsijiet tal-evalwaturi ta’ Schengen tal-Frontex. [Evalwazzjoni Tematika tal-istrateġiji nazzjonali tal-IBM, 2020]

Kooperazzjoni bejn l-aġenziji

-Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni interaġenzjali mill-qrib u effettivi formalizzati bejn l-awtoritajiet nazzjonali differenti fil-livell ċentrali, reġjonali u lokali huma meqjusa essenzjali għall-funzjonament effettiv tas-sistemi integrati ta’ ġestjoni tal-fruntieri. L-unitajiet ta’ gwardja tal-fruntiera jintużaw fl-ilmijiet territorjali u fuq l-art tal-pajjiżi terzi kkonċernati, filwaqt li jiġu żgurati viġilanzi konġunti kostanti bil-baħar u bl-ajru abbord bastimenti u ajruplani tal-Istat Membru, appoġġati b’mezzi elettroniċi bħas-sistema integrata ta’ sorveljanza esterna (SIVE). [Evalwazzjoni Tematika tal-istrateġiji nazzjonali tal-IBM, 2020]

-Il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni ta’ intelligence bejn l-aġenziji permezz tal-istess pjattaforma tikkontribwixxi għall-bini ta’ stampa strutturata komuni li ttejjeb il-kwalità tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tappoġġa l-partijiet ikkonċernati ewlenin fit-twettiq tal-missjoni istituzzjonali tagħhom, filwaqt li tevita d-duplikazzjoni tal-isforzi. [L-Estonja, 2023]

-Ċellola Investigattiva konġunta stabbilita li tinvolvi awtoritajiet nazzjonali oħra tal-infurzar tal-liġi u ħames Stati Membri oħra tal-UE affettwati mill-fluss tal-migrazzjoni, kif ukoll il-Europol u l-Frontex. Dan ippermetta skambju ta’ informazzjoni effettiv u b’veloċità għolja, b’hekk reazzjoni rapida, u miżuri effettivi li għandhom jittieħdu biex jitnaqqas il-fluss tal-migrazzjoni u jitwettqu azzjonijiet kontra l-faċilitaturi. L-intelligence kriminali u l-ġbir u l-konċentrazzjoni ta’ informazzjoni b’sors miftuħ f’din iċ-ċellola, il-kontroverifika ta’ persuni għamlu ċ-ċellola investigattiva konġunta ċentru operazzjonali fil-fruntiera esterna b’appoġġ għall-ġestjoni ġenerali tal-fenomenu. [Il-Litwanja, 2023]

2.Kapaċitajiet nazzjonali

Taħriġ

Kooperazzjoni mas-CEPOL

-Il-parteċipazzjoni koordinata u attiva fit-taħriġ Ewropew fl-infurzar tal-liġi hija parti integrali mill-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fi ħdan l-istruttura ta’ governanza permanenti tal-Pulizija, tad-Dwana u tal-Gwardja tal-Fruntiera. Il-ħtiġijiet ta’ taħriġ jiġu diskussi regolarment mhux biss mill-Kulleġġ Universitarju tal-Pulizija, iżda wkoll f’kooperazzjoni kostanti mal-istituzzjonijiet ta’ taħriġ tal-Gwardja tal-Fruntiera u tad-Dwana. Il-parteċipazzjoni fil-korsijiet tas-CEPOL hija għolja u l-aċċess għall-pjattaforma ta’ tagħlim elettroniku tas-CEPOL, LEED, jingħata lil għadd kbir ta’ uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. It-taħriġ tas-CEPOL huwa inkluż fil-pjanijiet ta’ taħriġ annwali nazzjonali tal-Pulizija, tad-Dwana u tal-Gwardja tal-Fruntiera u taħt il-koordinazzjoni tal-Kulleġġ Universitarju tal-Pulizija, il-postijiet ta’ taħriġ disponibbli tas-CEPOL huma kondiviżi bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi abbażi tal-ħtiġijiet u l-kompetenzi tagħhom. Barra minn hekk, l-informazzjoni dwar il-possibbiltajiet tat-taħriġ tas-CEPOL hija faċilment aċċessibbli fl-intranet tal-pulizija, tad-Dwana u tal-Gwardja tal-Fruntiera. [Il-Finlandja, 2023]

Ritorni

-Programm ta’ taħriġ estensiv imwettaq minn ħarrieġa bi kwalifiki għoljin, flimkien ma’ qafas stabbilit għall-akkumpanjament, appoġġat minn network żviluppat sew ta’ ħarrieġa, jiggarantixxi standards għoljin ta’ skorti ta’ prestazzjoni f’konformità mal-istandards tal-Frontex. It-taħriġ jikkonsisti f’partijiet kemm teoretiċi kif ukoll prattiċi. Il-parti teoretika tiffoka fuq il-proċedura tal-operazzjonijiet ta’ ritorn, id-drittijiet fundamentali, - il-qafas legali, il-komunikazzjoni u l-għarfien kulturali kif ukoll aspetti mediċi. Matul il-parti prattika, l-uffiċjali jiffamiljarizzaw irwieħhom mat-Tekniki ta’ Intervent u mat-Taħriġ dwar is-Sitwazzjoni ta’ Trażżin (l-Ewwel Kuntatt, il-Briefing PIC, l-Imbark, il-Postijiet Bilqiegħda, il-Moviment Abbord, Moviment Mhux Awtorizzat, il-Catering, il-Proċedura tat-Tojlits u Trasferiment). L-eżerċizzji prattiċi jsiru f’mock-up tal-ajruplan, li jagħmilha possibbli li jsir taħriġ f’sitwazzjonijiet realistiċi. [Il-Portugall, 2022]

-Ftehim ma’ kumpanija tal-ajru biex jintużaw inġenji tal-ajru u simulaturi fuq bażi regolari biex iħarrġu l-grupp ta’ skorti dwar operazzjonijiet ta’ ritorn, mhux biss minn perspettiva operattiva, iżda wkoll biex jiġu simulati sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jistgħu jseħħu matul l-operazzjonijiet ta’ ritorn bħan-nirien. [Il-Finlandja, 2023]

Uffiċċju SIRENE

-Is-servizz tal-pulizija nazzjonali appoġġa bil-qawwa l-iżvilupp ta’ moduli mfassla tajjeb għall-apprendiment elettroniku li rriżultaw li huma partikolarment effiċjenti fil-kuntest tal-pandemija, biex jilħqu kważi lill-utenti finali kollha interessati. Ġew żviluppati wkoll għodod biex jimmonitorjaw il-progress tal-udjenza ta’ taħriġ u ġew introdotti korsijiet ta’ aġġornament. Dan wassal għal għarfien medju tajjeb fost l-utenti finali tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen f’termini ta’ potenzjal, funzjonalitajiet u proċeduri li għandhom jiġu segwiti. [L-Irlanda, 2021]

-L-Uffiċċju SIRENE tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Investigazzjoni ħoloq kors ta’ taħriġ nazzjonali online li jiffoka fuq ir-Regolament il-ġdid dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen. Il-kors fih materjal teoretiku u verifiki ta’ għarfien. Il-pakkett ta’ taħriġ online huwa obbligatorju għall-uffiċjali tal-Pulizija, il-Gwardjani tal-Fruntiera u l-uffiċjali tad-Dwana u t-tlestija tal-kors hija mmonitorjata u segwita. [Il-Finlandja, 2023]

-L-istabbiliment ta’ ċentru ta’ taħriġ mill-aktar avvanzat fil-bini tal-Uffiċċju SIRENE, li jipprovdi opportunitajiet ta’ taħriġ prattiku komprensiv għall-utenti finali kollha tal-Aġenziji nazzjonali kollha tal-Infurzar tal-Liġi. L-attivitajiet edukattivi jinkludu sessjonijiet prattiċi fil-laboratorji tal-kompjuter u d-disponibbiltà ta’ pjattaformi ta’ tagħlim elettroniku, inkluż l-intranet tal-Pulizija u korsijiet tas-CEPOL, relatati mat-tagħlim mill-bogħod tas-SIS. L-Akkademja tal-Pulizija tikkoopera regolarment mad-dipartimenti rilevanti tal-Pulizija, l-Universitajiet lokali u l-NGOs biex tiżgura li jiġu inklużi aġġornamenti regolari fil-programm ta’ taħriġ, anke fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija u kwistjonijiet ta’ Schengen. Sett sħiħ ta’ Manwali bl-informazzjoni rilevanti kollha dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, is-Sistema Awtomatizzata ta’ Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba’ u kwistjonijiet SIRENE għal kull awtorità nazzjonali kompetenti u s-Servizzi tal-Pulizija huwa disponibbli permezz ta’ libreriji elettroniċi fuq l-intranet tal-Pulizija. [Ċipru, 2023]

-Is-sistema nazzjonali tal-IT tirreġistra informazzjoni u dokumenti dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għar-ritorn, u b’hekk tagħti stampa sħiħa tas-sitwazzjoni tagħhom. L-Uffiċċju SIRENE huwa inkarigat li jikkonverti direttament fis-sistemi tal-awtoritajiet tal-Migrazzjoni l-allerti nazzjonali dwar ir-ritorn għal allerti dwar rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn malli jirċievi l-formoli R-A SIRENE minn Stati Membri oħra dwar allerti nazzjonali. L-istess proċedura tista’ titwettaq mill-gwardji tal-fruntiera meta l-persuna, soġġetta għal allerti ta’ ritorn tinstab fil-ħruġ mit-territorju tal-UE. [L-Estonja, 2023]

Taħriġ konġunt ma’ Stati Membri oħra

-L-Istat Membru laqa’ l-kunċett ta’ taħriġ konġunt mas-servizzi tal-pulizija tal-pajjiżi ġirien tiegħu bħala mod kif tittejjeb il-kooperazzjoni fiż-żoni tal-fruntiera. Taħriġ konġunt u aġenziji oħra tal-infurzar tal-liġi ma’ kontropartijiet barranin jirriżultaw pereżempju mill-ħidma tal-Kumitat għal Kooperazzjoni Bilaterali. Jiġi organizzat ukoll taħriġ konġunt miċ-Ċentru ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija u tad-Dwana. [Il-Ġermanja, 2020; Spanja 2022]

Protezzjoni tad-data

-Hemm taħriġ dwar il-protezzjoni tad-data żviluppat sew għall-persunal espatrijat f’Uffiċċji Konsolari u taħriġ dwar il-protezzjoni tad-data, li huwa organizzat f’kooperazzjoni mal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u mal-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Data. [Ir-Repubblika Ċeka, 2019]

-Kunċett ta’ taħriġ wiesa’ tal-kontrollur tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen Nazzjonali u b’mod partikolari, il-forniment ta’ moduli ta’ tagħlim elettroniku u l-istrateġija komprensiva ta’ taħriġ għall-membri l-ġodda tal-persunal [In-Netherlands, 2021]

-Il-membri tal-persunal tal-awtorità għall-protezzjoni tad-data (DPA) li jaħdmu fuq kwistjonijiet relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) jirċievu taħriġ xieraq, li huwa adattat individwalment għal kull persuna. [In-Netherlands, 2021]

-It-taħriġ komprensiv dwar ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen organizzat mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u pprovdut għall-membri tal-persunal tal-Uffiċċju Nazzjonali tas-SIS u SIRENE u għall-utenti finali, speċjalment fir-rigward tal-isforzi ta’ sensibilizzazzjoni. [L-Italja, 2021].

-It-taħriġ tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u s-sensibilizzazzjoni tal-persunal dwar ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data fir-rigward tal-proċedura tal-ħruġ tal-viżi u s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża, inkluż l-involviment attiv tal-Uffiċċju tal-UPD, għall-utenti finali, b’mod partikolari għall-persunal konsulari qabel l-istazzjonar f’ambaxxati/konsulati. [Il-Greċja, 2021]

Tagħmir

-L-użu ta’ tagħmir tekniku modern, imfassal apposta bħal tablets, smartphones u oġġetti portabbli oħra, b’software apposta pprogrammat biex jiffaċilita l-ħidma tal-pulizija fl-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, biex jiġi vverifikat malajr jekk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal kontrolli tal-pulizija humiex intitolati li jibqgħu fl-Istat Membru. [L-Iżvizzera, 2018]

Apparati mobbli

-Id-distribuzzjoni importanti ta’ apparati mobbli żiedet in-numru ġenerali ta’ tfittxijiet u hits fis-SIS. [Iċ-Ċekja, 2019]

-L-użu ta’ apparat mobbli li jivverifika l-parti li tista’ tinqara tad-dokumenti tal-ivvjaġġar, juri u jaħżen id-data minn dokumenti, u jfittex bażijiet tad-data nazzjonali u s-SIS. F’każ ta’ waqfien tas-sistemi tat-tiftix, apparat mobbli b’qarrejja tad-dokumenti jista’ jintuża biex jivverifika s-SIS għall-kontroll tat-traffiku tal-passiġġieri. [L-Ungerija, 2019]

-Intużaw apparati mobbli biex jipprovdu lill-uffiċjali tal-għassa aċċess għal bażijiet ta’ data rilevanti permezz ta’ applikazzjoni mobbli. L-apparati mobbli, li huma kemm faċli biex jintużaw mill-utent kif ukoll b’saħħithom, jistgħu jaqraw il-pjanċi tar-reġistrazzjoni tal-vetturi kif ukoll il-parti li tinqara mill-magna (MRZ, Machine-Readable Zone) tad-dokumenti tal-identità. Huma mgħammra wkoll b’kapaċitajiet ta’ rikonoxximent tal-wiċċ (i.e. jibagħtu ritratti għal finijiet ta’ rikonoxximent tal-wiċċ lil bażi tad-data ċentrali). [L-Ungerija, 2019]

-Id-distribuzzjoni ta’ apparati mobbli mgħammra biex wieħed jistaqsi fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tiżgura li l-uffiċjali tal-pulizija kollha jkunu jistgħu jikkonsultaw is-sistema faċilment u malajr waħedhom irrispettivament minn fejn ikunu qegħdin. [Il-Belġju, 2021]

-L-uffiċjali tal-pulizija kollha bil-profil rilevanti ġew mgħammra bi smartphones b’aċċess dirett għal bażijiet tad-data (inter)nazzjonali u b’applikazzjoni ta’ komunikazzjoni sigura. Il-forzi tal-pulizija nazzjonali jużaw soluzzjoni mobbli għax-xogħol barra mill-uffiċċju. Permezz ta’ apparat mobbli (tablets, smartphones u laptops), kull uffiċjal tal-pulizija operazzjonali jista’ jfittex f’bażijiet tad-data (inter)nazzjonali (bħad-dokumenti tal-identità, il-pjanċi tar-reġistrazzjoni u l-bijometrika). Oġġetti, bħall-pjanċi tar-reġistrazzjoni, li jiġu skennjati bl-ismartphone, jiġu vverifikati minnufih mal-bażi tad-data ċentrali. [In-Netherlands, 2021]

3.Sistemi tal-IT fuq skala kbira

Applikazzjonijiet nazzjonali

Allerti u mistoqsijiet

-Jekk l-Uffiċċju SIRENE joħloq, jaġġorna jew iħassar allert bl-użu tal-applikazzjoni nazzjonali, l-awtorità emittenti/rikjedenti tiġi nnotifikata awtomatikament bl-użu ta’ notifika awtomatika bil-posta elettronika. Dan jissimplifika l-proċedura, inaqqas l-ammont ta’ xogħol u jtejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet differenti involuti. [L-Ungerija, 2019]

-L-Istat Membru jirċievi data dwar il-passiġġieri mit-titjiriet kollha li ġejjin minn pajjiżi terzi, it-Targeting Centre Borders jikkumpilawha u d-data tiġi pproċessata awtomatikament permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni bil-Quddiem dwar il-Passiġġieri (API, Advance Passenger Information). Is-Sistema tal-API tikkonsisti f’bażijiet ta’ data nazzjonali, “listi ta’ sorveljanza”, profili bbażati fuq l-analiżi tar-riskju, is-SIS u l-bażi tad-data ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (SLTD, Stolen and Lost Travel Documents). F’każ ta’ konkordanza, l-operaturi għandhom aċċess għal diversi bażijiet tad-data u jużaw l-applikazzjoni nazzjonali biex jivverifikaw il-konkordanza u jiksbu aktar informazzjoni dwar l-allert (ritratti, marki tas-swaba’, aktar dettalji dwar “l-azzjoni li għandha tittieħed”, eċċ.). Ir-riżultat ta’ hit juri identifikaturi, “ir-raġuni għat-talba” u “azzjoni li għandha tittieħed”. Id-data u d-dettalji tat-titjira tal-persuna suspettata jintbagħtu lill-ajruport jew lill-port tal-baħar rilevanti li huwa responsabbli għall-qbid tal-persuna suspettata. [In-Netherlands, 2021]

-L-applikazzjonijiet kollha tat-tfittxija tas-SIS jipprovdu possibbiltà faċli (buttuna ħamra żgħira eżatt taħt l-isem tal-utent finali) biex wieħed jara l-informazzjoni dwar it-twissijiet dwar il-kwalità tad-data dwar it-twissijiet tas-SIS maħluqa għal kull uffiċċju (skont il-kodiċi tal-uffiċċju), li tista’ tkun mod faċli biex jiġu rettifikati l-iżbalji fl-allerti nazzjonali tas-SIS. [L-Italja, 2021]

-Minbarra s-sidien tal-armi tan-nar, l-armi tan-nar importati kollha jridu jiġu rreġistrati wkoll mill-importaturi u n-negozjanti fir-reġistru tal-pulizija bl-istess mistoqsijiet awtomatizzati li jsiru. Minn Awwissu 2022, sar obbligatorju li jittellgħu ritratti tal-armi tan-nar li jindikaw il-marki u n-numri tas-serje kollha disponibbli. Dan jiżgura li r-ritratti jkunu disponibbli biex jiġu mehmuża ma’ allerti jekk tkun qed tiddaħħal arma fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen. [Il-Litwanja, 2023]

-L-applikazzjoni ta’ tfittxija ċentralizzata użata biex issir tfittxija fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen mill-uffiċjali tal-pulizija u minn utenti finali oħra hija sempliċi ħafna u faċli għall-utent, b’viżwalizzazzjoniviżibbli b’mod ċar tal-allerti konnessi. L-applikazzjoni tipprovdi għal tranżizzjoni bla xkiel għall-allert konnessi. [Il-Finlandja, 2023]

Rapportar ta’ hits

-Hemm diversi prattiki fis-seħħ biex tiġi żgurata n-notifika awtomatika ta’ hit lill-Uffiċċju SIRENE. B’mod partikolari:

·Il-wiri ta’ informazzjoni fuq l-iskrinijiet tal-uffiċjal tat-tieni linja fuq hit hekk kif tiġi rreġistrata fl-ewwel linja. Il-gwardji tal-fruntiera fl-Uffiċċju SIRENE jirċievu wkoll informazzjoni dwar il-hits permezz tal-applikazzjoni tal-gwardja tal-fruntiera. [Il-Polonja, 2015]

·Meta l-Aġenzija Nazzjonali tal-Vetturi tat-Triq tikseb hit, l-Uffiċċju SIRENE jirċievi notifika awtomatika bil-posta elettronika. Dan jippermetti lill-operatur tas-SIRENE jivverifika l-hit u jikkuntattja lill-Aġenzija f’każ li din tal-aħħar ma tkunx ħadet l-inizjattiva. [Il-Lussemburgu, 2016]

·L-applikazzjoni fuq il-fruntiera għandha funzjonalità diretta ta’ “chat” mal-ġestur tal-każ fl-Uffiċċju SIRENE, li tippermetti kuntatt dirett immedjat mal-Uffiċċju SIRENE jekk tintbagħat formola tar-rapportar tal-hits interna. [Il-Kroazja, 2018]

·L-applikazzjoni nazzjonali tippermetti lill-utent finali jibgħat messaġġi istantanji (jiġifieri mill-ewwel sat-tieni linja) biex jipprovdi aktar dettalji dwar il-hit. [Il-Finlandja, 2018]

-Formola standardizzata tar-rapportar tal-hits hija disponibbli għall-utenti finali kollha. L-utenti finali jistgħu jaċċessaw din il-formola direttament permezz tal-applikazzjonijiet użati għat-tiftix tas-SIS fil-livell tal-istat jew mis-sistema għall-ġestjoni tal-fajls tal-Pulizija Federali. Il-formola tal-hits hija interattiva u tista’ titlesta faċilment bl-użu tal-valuri pprovduti fil-menu drop-down. Din tidentifika wkoll informazzjoni żbaljata mdaħħla fil-kampijiet tat-test liberu. [Il-Ġermanja, 2020]

-Fl-ajruport, il-gwardji tal-fruntiera stabbilew proċedura ta’ segwitu effettiva għal hits dwar allerti ta’ verifiki diskreti bil-kooperazzjoni tal-uffiċjali doganali. Meta l-gwardji tal-fruntiera jinnotaw li passiġġier ikun soġġett għal talba tas-SIS għal verifika diskreta, huma jindikaw dan b’mod diskret lill-uffiċjali doganali. [Franza, 2021]

-L-applikazzjoni nazzjonali tipprovdi l-formola tar-rapportar tal-hits tal-allert tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għall-utenti finali, b’mudell mimli minn qabel li jikseb id-data kollha disponibbli mill-allert. L-utenti finali jimlew l-oqsma rilevanti tal-hit u jibagħtuh direttament lill-Uffiċċju SIRENE, messaġġ elettroniku riċevut jinkludi l-format HTML, li jista’ jiġi kkonvertit direttament f’formola SIRENE. Mistoqsijiet ta’ kontroll ta’ investigazzjoni huma mimlija minn qabel fil-formola ta’ rapportar tal-hits. Dan jiżgura livell tajjeb ħafna ta’ kwalità tad-data u rapportar tal-hits f’ħin reali. [Il-Litwanja, 2023]

-Proċedura effettiva biex jiġi rrapportat li persuna li hija soġġetta għal deċiżjoni ta’ ritorn u allert ta’ ritorn tkun telqet miż-żona Schengen. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità tal-gwardja tal-fruntiera li kellha l-hit tirreġistra t-tluq direttament fl-applikazzjoni użata mis-Servizz tal-Migrazzjoni. L-Uffiċċju SIRENE jħassar l-allert ta’ ritorn u jintroduċi l-allert ta’ rifjut ta’ dħul barra mill-ħinijiet tal-uffiċċju meta l-informazzjoni tat-tluq tasal minn Stat Membru ieħor ta’ Schengen jew mill-Ambaxxati jew Konsulati nazzjonali. F’każijiet ta’ ritorn furzat, l-unitajiet tal-pulizija lokali li wettqu r-ritorn furzat jirreġistrawh ukoll direttament fis-sistema. Tali proċedura tiżgura ġestjoni effettiva tal-politika ta’ ritorn fil-livell nazzjonali u tiżgura wkoll li l-allert ta’ rifjut ta’ dħul jiġi introdott fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen mingħajr dewmien meta d-deċiżjoni ta’ ritorn tkun akkumpanjata minn projbizzjoni fuq id-dħul. [Il-Finlandja, 2023]

Ħolqien ta’ allerti

-Fil-fluss tax-xogħol ta’ SIRENE, inħoloq messaġġ ta’ twissija biex ifakkar lill-awtoritajiet dwar il-ħtieġa li tiddaħħal il-bijometrika jekk disponibbli meta jinħoloq allert fis-SIS. [In-Netherlands, 2021]

-Meta jinħolqu allerti tas-SIS permezz tal-applikazzjoni nazzjonali, tiżdied awtomatikament data minn rekords preċedenti. Hemm ritratti mehmuża u dettalji tal-identità jistgħu jiddaħħlu awtomatikament fl-allert il-ġdid. [Franza, 2021]

-Livell għoli ta’ kwalità tad-data u awtomatizzazzjoni f’żewġ proċessi fir-Reġistru ta’ Persuni Mfittxija. L-ewwel nett, meta jinħoloq allert dwar ċittadin, ir-reġistru jivverifika awtomatikament jekk hemmx vettura, jew arma tan-nar irreġistrata fil-bażijiet tad-data nazzjonali taħt l-isem tal-persuna u joffri awtomatikament lill-utent finali l-possibbiltà li jinkludi l-oġġett bħala estensjoni għall-allert, li jeħtieġ li jiġi kkonfermat mill-utent finali. It-tieni, meta jiddaħħal allert dwar resident, ir-reġistru jimla minn qabel u jimporta d-data alfanumerika (inkluża l-informazzjoni dwar id-dokument tal-identità) fl-allert mir-reġistri nazzjonali (ir-ritratt tad-dokument tal-identità ma jittellax awtomatikament, iżda jiżdied manwalment, meta jkun disponibbli). Barra minn hekk, meta jinħoloq allert ta’ ritorn fl-applikazzjoni nazzjonali dwar persuna li l-informazzjoni personali tagħha tkun fir-reġistri nazzjonali, l-applikazzjoni nazzjonali timporta wkoll id-data alfanumerika u bijometrika fl-allert (inkluża l-kopja tad-dokument tal-identità, meta disponibbli). [Il-Litwanja, 2023]

Is-sistemi nazzjonali tas-SIS, VIS Nazzjonali u s-sistemi tal-IT

-Hemm disponibbli sistema ta’ twissija biex tissenjala l-anomaliji minnufih. L-għodda ta’ monitoraġġ tibgħat ittri elettroniċi lill-amministraturi tas-sistema f’każ ta’ anomalija. [L-Italja, 2016]

-Iċ-ċentru tal-operazzjoni tas-Sigurtà jimmonitorja s-sigurtà fil-livell tal-utent tan-network tal-pulizija kollu, filwaqt li jidentifika l-anomaliji li jistgħu jindikaw attakki possibbli. Meta ċ-ċentru tal-operazzjoni tas-Sigurtà jidentifika użu suspettuż, iċ-ċentru tal-operazzjoni jrid jintervjeni biex jivverifika l-anomalija possibbli. Il-monitoraġġ attiv ta’ “mġiba atipika” mill-utenti finali li jwettqu tfittxijiet jippermettilhom jidentifikaw sinjali ta’ użu mhux xieraq tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u jipprevjenu riskji possibbli għas-sigurtà tad-data. [In-Netherlands, 2021]

-Fis-sistema nazzjonali tal-viża tal-IT, applikazzjonijiet urġenti (eż. f’każ fejn applikant jeħtieġ li jivvjaġġa ftit wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni, bħal rikoveru l-isptar ta’ membru tal-familja mill-qrib) huma mmarkati b’mod permanenti. Għalhekk, applikazzjonijiet urġenti huma faċilment identifikati u l-eżaminazzjoni tagħhom tista’ tiġi pprijoritizzata faċilment. [Malta, 2022]

-Ir-rapporti ta’ kull xahar dwar il-kwalità tad-data prodotti mill-eu-LISA jaslu fl-Uffiċċju Nazzjonali tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u mbagħad jiġu ffiltrati minn qabel biex jinkludu biss l-allerti li l-Uffiċċju SIRENE jeħtieġ li jivverifika u/jew jibgħat lill-utenti finali li jkunu ħolqu l-allert speċifiku. Il-verifika fuq żewġ livelli ta’ żbalji possibbli tiżgura sa livell għoli l-kwalità tajba tad-data mdaħħla fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen mill-awtoritajiet. [Il-Litwanja, 2023]

-L-applikazzjoni Nazzjonali tas-SIS turi b’mod prominenti “Rapportar immedjat” u “Identità mħallta”, billi tpoġġi t-test fin-naħa ta’ fuq tal-allert, enfasizzat b’ittri ħomor. Tali skrin jippermetti li l-utent finali jkun konxju minnufih tas-sitwazzjoni f’termini ta’ urġenza, kumplessità u sensittività tal-allert. [Ċipru, 2023]

-L-infrastruttura tal-IT għall-ipproċessar tal-viżi tiffaċilita b’mod sinifikanti s-sottomissjoni u l-eżami tal-applikazzjonijiet għall-viża b’mod sigur, filwaqt li tillimita d-dipendenza fuq il-fornitur estern tas-servizzi fir-rigward tal-ġestjoni u l-kontroll tas-sistemi. L-ewwel nett, formola ta’ applikazzjoni għal viża online disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u użat għal madwar 80 % tal-applikazzjonijiet għall-viża, inkluża “Gwida” bi spjegazzjoni utli f’ħafna lingwi rigward id-data li għandha tiddaħħal fl-oqsma differenti. Fi tmiem il-proċess huwa possibbli li tiġi ġġenerata lista ta’ kontroll għad-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa skont il-post tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni u l-iskop tal-vjaġġ. It-tieni, is-sistema tad-dħul tad-data żviluppata għall-fornitur estern tas-servizzi għar-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-kombinazzjoni tagħhom mal-bijometriċi u d-dokument ta’ appoġġ skennjat u ġestita bis-sħiħ mill-awtoritajiet nazzjonali. Fl-aħħar nett, is-sistema “ewlenija” tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-eżami tal-applikazzjonijiet u t-teħid tad-deċiżjonijiet għandha interfaċċa intuwittiva u faċli għall-utent, li tippermetti lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jikkuntattjaw faċilment lill-konsulati, lill-fornituri esterni tas-servizzi, lill-gwardji tal-fruntiera, u lill-pulizija fir-rigward ta’ applikazzjoni partikolari. Il-VIS Mail hija integrata fis-sistema b’mod faċli għall-utent u s-sistema għandha diversi għodod analitiċi u statistiċi. Il-funzjonalità tal-ġestjoni u l-kontroll tar-reġistru tas-sistema tinnotifika lit-tim ta’ appoġġ tal-Ministeru dwar kwalunkwe attività mhux tas-soltu tal-utenti li jipproċessaw id-data. [Il-Finlandja, 2023]

Rekwiżiti dwar il-Protezzjoni tad-Data fir-rigward tas-Sistema Nazzjonali ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (N.SIS, National Schengen Information System)

-It-tweġibiet għas-suġġetti tad-data mill-awtorità li timmaniġġa l-N.SIS huma disponibbli f’lingwi differenti. [Id-Danimarka, 2017]

-L-awtoritajiet li jimmaniġġaw l-N.SIS jaċċettaw it-talbiet għad-drittijiet tas-suġġett tad-data li jsiru f’lingwi oħra għajr il-lingwa tal-Istati Membri. [Il-Litwanja, 2018]

-L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-kontrollur tal-N.SIS stabbilixxa politika komprensiva ta’ notifika dwar ksur ta’ data, inklużi proċeduri, għodod u struzzjonijiet lill-persunal. [Il-Ġermanja, 2020]

-Struttura deċentralizzata tal-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data personali fejn il-persuni ta’ kuntatt għall-kwistjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data personali jkunu disponibbli f’kull unità tal-pulizija filwaqt li żewġ uffiċjali tal-protezzjoni tad-data (DPOs) ikunu responsabbli għas-superviżjoni ġenerali. [In-Netherlands, 2021]

-L-Uffiċċju tal-Protezzjoni tad-Data tad-Direttorat Ċentrali tal-Pulizija Kriminali għamel sforzi estensivi biex itejjeb il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tad-data, kif ukoll għall-N.SIS, inkluż permezz tat-tfassil ta’ politiki dwar il-protezzjoni tad-data u kwistjonijiet ta’ informazzjoni/ċibersigurtà, id-definizzjoni u l-awditjar tas-sigurtà tal-informazzjoni u s-sistema ta’ ġestjoni tal-protezzjoni tad-data u r-responsabbiltà dwar is-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ dwar il-protezzjoni tad-data. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data huwa inkarigat mit-twettiq tal-ġestjoni tal-vulnerabbiltà, il-koordinazzjoni tal-attività tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u t-twettiq ta’ valutazzjoni u awditjar tar-riskju; huwa/hija jikkoopera/tikkoopera mal-kontrollur tad-data b’mod proattiv u kollaborattiv, eż. fir-rigward tal-proġett għat-twettiq ta’ Ċentru ta’ Operazzjoni taċ-Ċibersigurtà li jippermetti ġestjoni immedjata u effettiva tal-inċidenti [L-Italja, 2021].

-Il-Pulizija stabbiliet politiki komprensivi dwar is-sigurtà tal-informazzjoni u n-notifika ta’ ksur tad-data, inklużi proċeduri, għodod, u struzzjonijiet lill-persunal, kif ukoll dokumenti ta’ kontinwità tan-negozju. [In-Norveġja, 2022]

-Il-ġestjoni tal-awtorizzazzjoni tal-utent tal-Bord tal-Pulizija Nazzjonali tipprevjeni l-aċċess mhux awtorizzat għad-data personali. Minbarra s-sitwazzjoni fejn il-kariga jew il-kompiti jinbidlu, is-superjur tal-utent jikkontrolla u jivvaluta kull sena li l-awtorizzazzjonijiet tal-utenti tas-subordinati huma xierqa u, jekk ikun meħtieġ, iniedi proċedura interna biex jaġġornahom. Il-koordinatur tas-sistema responsabbli jrid jivverifika kull sena li d-drittijiet tal-utenti mogħtija lill-gruppi tal-partijiet ikkonċernati u lill-persuni esterni jkunu xierqa u aġġornati. [Il-Finlandja, 2023]

Rekwiżiti tal-Protezzjoni tad-Data fir-rigward tal-proċedura tal-ħruġ tal-viża/Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża

-L-awtoritajiet li jimmaniġġaw l-N.SIS u l-N.VIS jaċċettaw talbiet magħmula b’lingwi oħra minbarra l-lingwa tal-Istati Membri. [Il-Litwanja, 2018]

-L-approċċ multiplu (regolari u komprensiv) tal-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali għall-awditu tal-proċess tal-viża fil-qafas tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża. [L-Awstrija, 2020]

-Attivitajiet estensivi tal-kontrollur tal-N.VIS fir-rigward tas-superviżjoni tal-konsolati u tal-fornitur estern tas-servizzi, inkluż dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà tad-data u ta’ protezzjoni tad-data. B’mod partikolari, f’dawn l-aħħar snin saru serje ta’ awtoawditi mill-kontrollur tal-N.VIS. [Spanja, 2017; L-Italja, 2021]

-L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, għall-Unjoni Ewropea u għall-Kooperazzjoni huwa involut fl-ispezzjonijiet tal-Ministeru tal-proċedura tal-ħruġ tal-viża u huwa wkoll ġeneralment involut b’mod qawwi f’ħafna aspetti tal-protezzjoni tad-data tal-proċedura tal-ħruġ tal-viża. [Spanja, 2022]

-Kontroll estensiv tar-reġistru mwettaq permezz ta’ għodda awtomatizzata tas-software biex jiġu identifikati inċidenti fir-reġistri. [Id-Danimarka, 2022]

-Is-soluzzjoni SIEM implimentata fis-sistema tal-IT tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin hija mfassla b’diversi regoli predefiniti li jiskattaw l-allarm u jinnotifikaw bil-posta elettronika lit-tim ta’ appoġġ tal-VISA tal-Ministeru f’każ ta’ kwalunkwe attività mhux tas-soltu tal-utenti li jipproċessaw id-data fis-C-VIS. Peress li s-sistema tal-VISA tirreġistra l-ipproċessar kollu tad-data fil-VISA u fis-C-VIS mill-awtoritajiet kollha tal-utenti finali bi drittijiet ta’ aċċess, il-kontroll tar-reġistru jkopri dawk l-awtoritajiet kollha, ukoll. It-tim tal-Protezzjoni tad-Data tal-Ministeru għandu proċedura stabbilita sew għall-valutazzjoni tal-ksur tad-data u dwar x’passi addizzjonali jeħtieġ li jittieħdu, inkluż il-perjodu ta’ żmien għan-notifika lill-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Data. [Il-Finlandja, 2023]

Uffiċċju SIRENE

Il-proċeduri SIRENE

-L-Uffiċċju tal-Prosekutur għandu uffiċċju minn fejn jaqdi li huwa disponibbli 24 siegħa kuljum għal riferimenti mill-Uffiċċju SIRENE. [Id-Danimarka, 2017]

-L-involviment tal-persunal ta’ SIRENE f’attivitajiet fuq il-post matul operazzjonijiet tal-pulizija fuq skala kbira. [L-Iżvizzera, 2018]

-Jinħareġ ċertifikat lill-vittmi ta’ identitajiet użati ħażin f’konformità mal-proċeduri nazzjonali. [Id-Danimarka, 2022]

-Hemm faċilità biex jiġu sottomessi l-marki tas-swaba’ mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen lis-Sistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba’ nazzjonali permezz tas-sistema tal-fluss tax-xogħol ta’ SIRENE u r-rispons hit/no-hit jinkiseb awtomatikament. Dan il-proċess jinbeda biss meta jinħoloq fajl tal-każ fis-sistema tal-fluss tax-xogħol tas-SIRENE. F’konformità mal-leġiżlazzjoni, il-proċess ma jinvolvix il-ħżin tal-marki tas-swaba’ tas-SIS fl-AFIS nazzjonali. [L-Irlanda, 2021]

-L-awtoritajiet rilevanti kollha relatati man-network sigur intern tal-pulizija għandhom il-kontijiet postali uffiċjali ddedikati tagħhom, użati għall-iskambju ta’ informazzjoni. Ir-rapporti kollha tal-pulizija dwar inċidenti huma viżibbli għall-uffiċċji kollha b’kontijiet postali ddedikati, inklużi l-uffiċjali tas-SIRENE li b’mod proattiv ifittxu fil-bażijiet tad-data disponibbli, inkluż is-SIS, iċ-ċittadini kollha tal-UE u ta’ pajjiżi terzi involuti fl-inċidenti rrapportati. Bħala riżultat ta’ dawn il-mistoqsijiet, f’każ ta’ konkordanza pożittiva, l-Uffiċċju SIRENE jikkuntattja immedjatament lill-istazzjon tal-Pulizija inkarigat mill-każ (li jkun irrapporta l-inċident) u jitlob li tittieħed azzjoni ulterjuri rigward is-suġġett tal-allert. L-approċċ proattiv żviluppat mill-Uffiċċju SIRENE jiżgura li l-ebda hit ma tintilef matul il-mistoqsijiet imwettqa kontra s-SIS. [Ċipru, 2023]

Sistema tal-fluss tax-xogħol tas-SIRENE

-Fl-applikazzjonijiet għall-ġestjoni tal-każijiet, meta jkun hemm hit f’allert li jkun fiha psewdonimi, identitajiet użati ħażin u/jew links, titla’ window li tenfasizza l-preżenza ta’ din l-informazzjoni rilevanti. Din in-notifika tindirizza b’mod effettiv waħda mill-aktar problemi komuni fost is-soluzzjonijiet tat-tfittxijiet fl-Istati Membri differenti: id-diffikultà li din l-informazzjoni ssir viżibbli għall-utent finali. [L-Ungerija, 2019]

-Is-sistema tal-fluss tax-xogħol ta’ SIRENE awtomatikament tivverifika l-messaġġi kollha li jidħlu mill-kanali internazzjonali kollha (inklużi wkoll il-formoli SIRENE), kontra keywords predefiniti. Id-data personali inkluża fil-formoli tiġi vverifikata awtomatikament mal-bażijiet tad-data konnessi. Ir-riżultati pożittivi minn tali skrinjar huma mmarkati bħala “hot hits” biex jindikaw li dawk il-formoli għandhom jiġu ttrattati bħala prijorità. Bis-saħħa ta’ din is-soluzzjoni, l-Uffiċċju SIRENE jista’ jiġġestixxi b’mod effettiv it-talbiet li jidħlu mingħajr ebda każijiet pendenti minn qabel. [Il-Liechtenstein, 2021]

-Is-sistema tal-fluss tax-xogħol fiha ħafna funzjonalitajiet utli, inkluża l-possibbiltà ta’ messaġġi diretti mal-utenti finali u viċi versa, buttuni tax-shortcuts għall-funzjonijiet l-aktar użati. [L-Irlanda, 2021]

-Formoli A u M li jidħlu (użati għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar mandati ta’ arrest Ewropej u talbiet għall-estradizzjoni, u dwar informazzjoni supplimentari mixxellanja meta ma tiġi stabbilita l-ebda proċedura, rispettivament) dwar persuni jiġu pproċessati awtomatikament fis-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet ta’ SIRENE, li awtomatikament tittrasferixxi l-formoli li jidħlu dwar allerti relatati mat-terroriżmu lis-Servizz tas-Sigurtà u tal-Intelligence Daniż. [Id-Danimarka, 2022]

-Il-formoli ta’ SIRENE maħluqa mill-uffiċjali jimtlew minn qabel b’data ta’ allert u għandhom testi predefiniti disponibbli li jistgħu jiżdiedu bi klikk waħda biss. It-testi predefiniti huma mfassla għal kull forma u tip ta’ allert. [Is-Slovakkja, 2019]

-Is-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet SIRENE hija applikazzjoni tal-IT unika li tittratta l-messaġġi kollha b’mod awtomatizzat ħafna: il-formoli SIRENE li jidħlu jiġu rreġistrati awtomatikament għal każijiet eżistenti u jiġu assenjati lill-uffiċjal tal-każ kompetenti; formoli A li jidħlu huma pproċessati awtomatikament u verifikati mal-bażijiet tad-data nazzjonali bbażati fuq kliem ewlieni. Dan il-proċess jippermetti li l-formoli A kollha li jidħlu jirrelataw ma’ dan il-kliem ewlieni sabiex jintbagħtu awtomatikament darba kuljum f’lott lid-dipartimenti u l-unitajiet rilevanti. Il-formoli A huma assenjati lil operatur għat-trattament manwali biss f’każ ta’ konkordanza. Il-formoli hit nazzjonali ddedikati jintbagħtu awtomatikament minn tieqa ta’ previżjoni fl-allert tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen mill-utenti finali mill-brawżer/reġistri tal-Pulizija u jaslu fil-kaxxa postali tal-messaġġi li jkunu deħlin tal-ILO, u mbagħad jiġu kkonvertiti f’formoli ta’ rapportar tal-hits tas-SIRENE. Dawn il-proċessi jiffaċilitaw b’mod sinifikanti t-twettiq tal-kompiti tal-Uffiċċju SIRENE u jappoġġaw l-effettività f’waqtha tal-iskambju ta’ informazzjoni u formoli supplimentari. [Il-Litwanja, 2023]

4.Aspetti għad-Drittijiet Fundamentali

Monitoraġġ ta’ ritorn furzat

-Monitoraġġ adegwat huwa żgurat mill-indipendenza sħiħa tal-Garanti Nazzjonali, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-azzjoni tiegħu, it-taħriġ ipprovdut lill-iskorti tar-ritorn dwar id-drittijiet fundamentali (inkluż dwar id-drittijiet ta’ gruppi vulnerabbli ta’ persuni) u l-prinċipju ta’ non-refoulement, kif ukoll in-network reġjonali ta’ kontrolluri tar-ritorn furzat imħarrġa li joperaw fit-territorju kollu. [L-Italja, 2021]

-Il-pubblikazzjoni online regolari tar-rapporti ta’ monitoraġġ tar-ritorn furzat mid-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet, inkluż bl-Ingliż, bħala parti mir-rapport ġenerali annwali tal-Ombudsman tiżgura livell addizzjonali ta’ skrutinju fuq il-proċess ta’ tneħħija, li jtejjeb it-trasparenza tiegħu, u tappoġġa aktar l-effettività tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tar-ritorn sfurzat. [Iċ-Ċekja, 2019]

5.Proċeduri tal-protezzjoni tad-data

-L-Awtorità Federali għall-Protezzjoni tad-Data żviluppat għodod għall-implimentazzjoni ta’ superviżjoni regolari tal-awtoritajiet Federali tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża u wettqet ħafna attivitajiet superviżorji, inklużi spezzjonijiet annwali fl-awtoritajiet tal-utenti finali tas-Sistema Federali ta’ Informazzjoni ta’ Schengen. [Il-Ġermanja, 2020].

-L-Ispettorat tal-Istat tad-Data jorganizza s-superviżjoni tas-SIS u tal-VIS fi ħdan il-Business Process Model and Notation - rappreżentazzjoni grafika għad-definizzjoni tal-proċessi tan-negozju f’mudell ta’ proċess tan-negozju. Business Process Model and Notation jippermetti lill-impjegati jifhmu r-responsabbiltajiet tagħhom f’kull stadju, kif ukoll il-proċess kollu tas-superviżjoni. [Il-Latvja, 2023]

DIMENSJONIJIET ESTERNI

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

Uffiċjali ta’ kollegament

-Fil-qafas tal-ftehim trilaterali tal-pulizija tiegħu, l-Istat Membru qabel li jikkondividi l-Uffiċjali ta’ Kollegament kollha tiegħu bbażati f’pajjiżi terzi u li jimmira lejn żoni ġeografiċi speċifiċi fil-mira. [Il-Belġju, 2015]

-Skont il-ftehim ta’ kooperazzjoni tal-pulizija Nordika l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi (Gwardji tal-Pulizija, Doganali u tal-Fruntiera) jistgħu jużaw in-network kollu ta’ Uffiċjali ta’ Kollegament Nordiċi madwar id-dinja. Huwa possibbli wkoll li l-Istati Membri jużaw l-Uffiċjali ta’ Kollegament ta’ Stati Membri oħra. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni bejn il-pulizija tal-Istat Membru tissaħħaħ bl-iskjerament fi ħdan id-dipartiment tal-pulizija ta’ Stat Membru wieħed. [Il-Finlandja, 2018]

-Hemm aċċess dirett mill-intranet tal-Uffiċċju Internazzjonali ta’ Kollegament għall-Bażi tad-Data tad-data dattiloskopika li tippermetti lill-uffiċjali jfittxu lill-AFIS nazzjonali b’fajl NIST mehmuż mal-allert, li jippermetti li jiġu rkuprati kwalunkwe konkordanzi fi kwistjoni ta’ minuti. Meta t-tiftix awtomatiku jirriżulta f’konkordanza, din il-konkordanza tkun soġġetta wkoll għal verifika esperta tal-marki tas-swaba’. Din il-funzjonalità tippermetti mhux biss li ssir tfittxija fil-bażijiet tad-data nazzjonali b’parametri alfanumeriċi iżda wkoll b’dawk bijometriċi, li jżid l-akkuratezza tal-identifikazzjoni tal-persuna. [Il-Litwanja, 2023]

Kooperazzjoni internazzjonali

-L-istabbiliment ta’ kooperazzjoni multilaterali u ftehimiet bilaterali ma’ diversi pajjiżi terzi jippermetti l-iskambju ta’ data f’ħin reali dwar is-sorveljanza marittima u fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera għall-kontrolli fuq il-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma u informazzjoni oħra relatata mal-fruntieri. L-awtoritajiet attivament jappoġġaw l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet nazzjonali għall-kontroll tal-fruntieri f’pajjiżi terzi billi jagħtu assi b’donazzjoni. [L-Italja, 2021]

-L-awtoritajiet nazzjonali jimmaniġġaw il-flussi migratorji u jindirizzaw il-kriminalità transfruntiera minn barra ż-żona Schengen permezz tal-implimentazzjoni ta’ kunċett reġjonali ta’ sorveljanza fuq il-fruntieri. Dan jinkludi l-iskjerament ta’ uffiċjali ta’ kollegament minn pajjiżi terzi għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali tal-Istat Membru u viċi versa, li għandu l-għan li jiffaċilita l-kooperazzjoni diretta u l-iskambju ta’ informazzjoni. Unitajiet tal-gwardja tal-fruntiera jiġu stazzjonati fl-ilmijiet territorjali u fuq l-art tal-pajjiżi terzi, filwaqt li jiżgura viġilanzi konġunti kostanti bil-baħar u bl-ajru. Mekkaniżmu ta’ tiftix u salvataġġ jikkomplementa s-sistema reġjonali ta’ sorveljanza fil-fruntieri b’bastimenti kkoordinati mill-aġenzija nazzjonali ta’ tiftix u salvataġġ. [Spanja, 2022]

Il-Politika dwar il-Viżi 

Fornitur tas-Servizzi Esterni

-L-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji fuq fornituri esterni tas-servizzi f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kuntratt, flimkien ma’ monitoraġġ imsaħħaħ tax-xogħol tagħhom, hija mod effettiv biex il-fornitur estern tas-servizzi jsir konformi mad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt u biex tittejjeb il-prestazzjoni tiegħu. [L-Awstrija, 2022]

ĠESTJONI TAL-FRUNTIERI ESTERNI

L-għarfien tas-sitwazzjoni nazzjonali u Ewropea u s-sistema ta’ twissija bikrija

Kooperazzjoni (għarfien tas-sitwazzjoni)

-Il-ġendarmerija ta’ żewġ Stati Membri ġirien żviluppat kooperazzjoni bilaterali tajba ħafna taħt memorandum ta’ kooperazzjoni. Abbażi ta’ dan il-memorandum huwa possibbli li jitwettqu viġilanzi konġunti fuq il-baħar u fuq l-art u li jiġi skambjat persunal operazzjonali, fost oħrajn. L-awtoritajiet ta’ dawn l-Istati Membri qablu wkoll li jintegraw is-sistemi ta’ sorveljanza marittima tagħhom u li jikkondividu informazzjoni dwar l-istampa tas-sitwazzjoni marittima. [Il-Portugall/Spanja, 2017]

-Il-koordinazzjoni bejn iċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni ta’ żewġ Stati Membri ġirien tippermetti stampa tas-sitwazzjoni komuni, skambju effiċjenti ta’ informazzjoni, għarfien imtejjeb tas-sitwazzjoni fil-fruntieri komuni u kapaċità ta’ rispons miżjuda, peress li l-pożizzjonament tal-assi huwa kondiviż ukoll bejn iż-żewġ pajjiżi. [Il-Portugall/Spanja, 2017]

-L-aċċess dirett għall-bażijiet tad-data nazzjonali (lil hinn minn dawk li jintużaw biss għall-kontroll tal-fruntieri) jippermetti liċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni jżomm stampa tas-sitwazzjoni nazzjonali komprensiva u jiżgura għarfien tas-sitwazzjoni msaħħaħ għall-partijiet ikkonċernati tiegħu fil-livell nazzjonali u Ewropew. [Il-Finlandja, 2023]

-Iċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni stabbilixxa proċedura għar-rieżami tat-talbiet għall-attivazzjoni tas-Servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR fil-livelli distrettwali u lokali. Tali proċedura tivverifika l-legalità u r-rilevanza ta’ kull talba tas-Servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR, qabel ma jiġu ppreżentati lill-Frontex, filwaqt li tiżgura li talbiet rilevanti u kosteffettivi biss għas-Servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR jintbagħtu lill-Frontex u mbagħad jintużaw fl-attivitajiet operazzjonali. [Il-Finlandja, 2023]

Analiżi tar-Riskji

Fruntieri tal-art 

-Is-sistema nazzjonali tal-analiżi tar-riskju tal-istituzzjoni ta’ kontroll fuq il-fruntieri hija effiċjenti u appoġġata minn kooperazzjoni funzjonali bejn l-aġenziji. Darbtejn fis-sena, l-istituzzjoni ta’ kontroll fil-fruntiera toħroġ prodotti komuni ta’ analiżi tar-riskju mad-Dwana u l-Pulizija Nazzjonali. L-iskambju regolari u sistematiku ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti involuti fl-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri li tirriżulta fi prodotti konġunti ta’ analiżi tar-riskju jiżgura għarfien komprensiv tas-sitwazzjoni nazzjonali u jappoġġa kapaċitajiet adegwati ta’ reazzjoni. Barra minn hekk, jiġu organizzati taħriġ komuni, operazzjonijiet konġunti, u azzjonijiet imfassla apposta bejn l-awtoritajiet rilevanti involuti fil-ġestjoni tal-fruntieri. [Il-Litwanja, 2023]

Verifiki fil-fruntieri

Fruntieri tal-art 

-Il-kap tax-xift jagħti briefings operazzjonali lill-uffiċjali assenjati għall-verifiki tal-ewwel linja fil-fruntiera qabel ma jwettqu verifiki fuq il-fruntiera fuq tren tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja li tidħol minn pajjiż mhux Schengen. Dawn il-briefings jibbażaw fuq il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti doganali biex jiżguraw kondiviżjoni koerenti tal-informazzjoni dwar profili tar-riskju aġġornati kif ukoll fuq data operazzjonali rilevanti oħra. Membru wieħed tat-tim tal-pattulji tal-gwardja tal-fruntiera ġie mħarreġ speċifikament għall-ġestjoni tal-intelligence. Il-verifiki effettivi fil-fruntieri jitwettqu abbażi ta’ distribuzzjoni strateġika tal-persunal u użu adegwat tal-lingwi li jirriflettu l-kompożizzjoni tal-passiġġieri. Hija meħtieġa Informazzjoni Avvanzata dwar il-Passiġġieri għall-ferroviji kollha u għall-passiġġieri u għall-membri tal-ekwipaġġ fuq dawn il-ferroviji. Il-gwardji tal-fruntiera nnominati jipproċessaw informazzjoni avvanzata dwar il-passiġġieri inkluża fil-lista tal-passiġġieri, ivverifikata minn qabel ma’ reġistri magħżula minn qabel, filwaqt li jivvalutaw ir-riskji mmarkati. Id-dokumenti tal-ivvjaġġar jiġu eżaminati u vverifikati viżwalment u bl-użu ta’ apparati tekniċi xierqa. [Il-Finlandja, 2018]

Fruntieri tal-ajru 

-Unità ddedikata ta’ sitt gwardji tal-fruntiera timmonitorja t-trasport privat u l-avjazzjoni rikreattiva, inklużi inġenji tal-ajru u ħelikopters ħfief, peress li għandha aċċess għal traċċar tar-rotot f’ħin reali u data dwar it-titjiriet mir-radar militari. L-unità tirċievi l-pjanijiet tat-titjir kollha li mbagħad jiġu analizzati. Meta l-ajruport tat-tluq jew tal-wasla ma jkunx punt ta’ qsim tal-fruntiera, jingħata allert lil unità tal-pulizija biex tintervjeni. F’każ ta’ nżul mhux awtorizzat f’ajrudromi li mhumiex iddedikati għall-qsim tal-fruntieri, l-awtoritajiet jimponu multi. Valutazzjoni tar-riskju tar-rotot tat-titjir li jiddevjaw titwettaq regolarment. [Il-Belġju, 2020]

-Il-komunikazzjoni bejn l-ewwel u t-tieni linja fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera fl-ajruport permezz tal-applikazzjoni nazzjonali hija awtomatizzata ħafna u faċli biex tintuża. F’każ ta’ hit, l-uffiċjal tal-ewwel linja għandu l-possibbiltà li jdaħħal kummenti f’entrata ddedikata u l-informazzjoni dwar il-hit flimkien mal-messaġġ tal-kummenti tintbagħat permezz tal-applikazzjoni nazzjonali mill-ewwel linja sat-tieni linja. Fir-rigward tal-e-gates, f’każ ta’ hit ta’ allert ta’ verifika diskreta, l-operatur tal-e-gate jista’ jżid ukoll kumment mal-hit li mbagħad jintbagħat minnufih lit-tieni linja li tiġbor informazzjoni addizzjonali disponibbli u tibgħat il-formola hit lis-SIRENE. Dan jippermetti li l-kontroll jitlesta mingħajr ebda kuntatt mas-suġġett tal-allert, filwaqt li tinġabar l-informazzjoni meħtieġa. [Il-Litwanja, 2023]

-L-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri responsabbli għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data tal-passiġġieri dwar it-titjiriet kollha li bħalissa qed joperaw fil-pajjiż. Ir-rwol tagħha huwa li tinforma (24 siegħa kuljum) lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi dwar il-ħtieġa li jkomplu jeżaminaw il-passiġġieri deħlin u ħerġin, wara t-tqabbil awtomatizzat tad-data tagħhom ma’ bażijiet tad-data rilevanti (bħas-SIS, I24/7), jew ma’ profili astratti mmudellati fil-kooperazzjoni u/jew fuq talba ta’ tali awtoritajiet. Hekk kif jirċievu mistoqsijiet mill-aġenziji kollha tal-infurzar tal-liġi, l-unità tinsab f’pożizzjoni unika li tinnota investigazzjonijiet u oġġetti ta’ interess li jikkoinċidu u biex tinforma lill-aġenziji rispettivi. Sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet żviluppata sew għall-ġestjoni tal-komunikazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti u l-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta’ Stati Membri oħra, stabbilita skont l-aħjar prattiki internazzjonali, hija fil-qalba tat-twettiq b’suċċess tal-kompiti tal-Unità u l-iskambju ta’ informazzjoni . L-operazzjonijiet iqisu kif xieraq il-protezzjoni tad-data u r-rekwiżiti proċedurali stabbiliti mil-liġi rilevanti tal-UE u dik nazzjonali. L-Unità tmexxi b’mod proattiv kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-kapaċitajiet li toffri. Hija mgħammra b’kapaċitajiet tekniċi u umani ta’ kwalità għolja. [Il-Latvja, 2023]

Sorveljanza fil-fruntieri

-Il-gwardji tal-fruntiera huma appoġġati minn sistema operazzjonali li tippermetti konsultazzjoni mobbli diretta tal-bażijiet tad-data rilevanti u koordinazzjoni operazzjonali fis-sorveljanza tal-fruntieri. Is-sistema tintuża wkoll għall-koordinazzjoni tal-pattulji, għall-għarfien tas-sitwazzjoni, għall-pożizzjonament tal-pattulji u għall-kapaċità ta’ reazzjoni effiċjenti. Dan ikompli jippermetti liċ-Ċentru Reġjonali ta’ Koordinazzjoni jkollu stampa operazzjonali ġenerali, li toffri l-possibbiltà li jintgħażlu l-mezzi xierqa ta’ intervent u l-kanal ta’ komunikazzjoni fi żmien xieraq. L-interfaċċa interattiva tippermetti lill-gwardja tal-fruntiera u lill-pattulji tal-pulizija, lill-mexxejja tal-bidla u liċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni Reġjonali jagħżlu u jibagħtu l-ġeolokalizzazzjoni ta’ post ta’ interess direttament lill-iskrins installati f’kull karozza u bastiment tal-pattulja. Dan jipprovdi għarfien tas-sitwazzjoni kostanti u komprensiv lill-gwardji tal-fruntiera responsabbli għas-sorveljanza tal-fruntieri, jiffaċilita l-komunikazzjoni u jtejjeb il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni. [L-Estonja, 2018]

-Il-gwardja tal-fruntiera tuża vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAV, Unmanned Aerial Vehicles) għal kompiti ta’ sorveljanza u ta’ intervent. Kull waħda mill-unitajiet reġjonali responsabbli għall-fruntieri esterni tal-art hija konnessa mas-sistema. Din tikkonsisti minn tliet pjattaformi (mini-gliders bil-mutur mingħajr bdot abbord), stazzjon tal-art (b’kontroll mill-bogħod, skrins u antenna) u tagħmir ieħor ta’ appoġġ. Il-pjattaformi huma mgħammra b’kameras għal matul il-jum u għall-viżjoni fid-dlam, u pjattaforma waħda tista’ tintuża fi kwalunkwe ħin partikolari. Immaġnijiet ta’ kwalità għolja mill-kameras jiġu kkonsenjati f’ħin reali jew lill-istazzjon tal-art jew lil riċevituri konnessi oħrajn. Din is-sistema tal-UAV tista’ ttejjeb il-kapaċità ta’ sorveljanza fil-fruntieri, ittejjeb l-għarfien tas-sitwazzjoni u tiffaċilita l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni. Ladarba jiġi identifikat oġġett li jkun qed itir, iċ-Ċentru Reġjonali ta’ Koordinazzjoni jiġi infurmat biex jitwettqu miżuri speċifiċi ta’ intervent. [Il-Polonja, 2019]

Bażi tad-data nazzjonali għas-sorveljanza fil-fruntieri:

-Il-kunċett ta’ sorveljanza fil-fruntieri nazzjonali huwa bbażat fuq bażi tad-data nazzjonali komprensiva u effiċjenti, li tgħaqqad il-funzjonalitajiet rilevanti kollha biex tappoġġa l-kompiti operazzjonali u tattiċi. Din is-sistema ssegwi l-elementi kollha taċ-ċiklu operattiv tas-sorveljanza fil-fruntieri: l-għoti ta’ appoġġ għall-ġbir ta’ informazzjoni, ir-rapportar dwar l-eżitu tattiku u operazzjonali tal-attivitajiet, l-ippjanar tal-bidliet, il-ġestjoni u l-koordinazzjoni tal-pattulji u t-tfassil ta’ rispons effiċjenti ta’ reazzjoni fuq il-post u l-għoti ta’ għarfien koerenti tas-sitwazzjoni. Is-software jipprovdi pjattaforma ta’ servizz waħda għall-infurzar tal-liġi kollha u b’hekk jiżgura l-użu effettiv tar-riżorsi f’każ ta’ emerġenza u l-benefiċċji tal-kompilazzjoni tal-istampa tas-sitwazzjoni f’oqsma magħżula ta’ responsabbiltà. Is-software huwa marbut mal-funzjonijiet tal-ambjent mobbli tal-IT tal-pattulja skjerata fuq il-post. Abbażi tad-disinn komprensiv u koerenti tagħha, is-sistema tista’ titħaddem fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali. [L-Estonja, 2023]

RITORN

L-effettività tas-sistema ta’ ritorn nazzjonali

Proċeduri ta’ ritorn

-Il-prattika li jittieħdu deċiżjonijiet dwar ir-ritorn, it-tneħħija u l-projbizzjoni fuq id-dħul f’pass wieħed tnaqqas il-piż amministrattiv filwaqt li d-drittijiet proċedurali tal-persuni ripatrijati jiġu rrispettati bis-sħiħ. [L-Awstrija, 2015]

-Il-proċedura tan-notifika tal-“intenzjoni li tinħareġ projbizzjoni fuq id-dħul” meta jiġi identifikat soġġorn irregolari matul il-kontrolli tal-ħruġ, tagħti liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz l-opportunità li jqajjem oġġezzjonijiet, tippermetti lill-awtoritajiet joħorġu projbizzjoni fuq id-dħul mingħajr ma jinterrompu t-tluq taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz filwaqt li tirrispetta d-drittijiet taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz. [In-Netherlands, 2021]

-Il-proċedura stabbilita għall-kontroll sistematiku tal-konformità ta’ nazzjonal ta’ pajjiż terz mal-obbligu ta’ ritorn fil-perjodu għat-tluq volontarju tinkludi:

·Jekk il-kontrolli ta’ hawn fuq ma jagħtux riżultati, is-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntieri tal-Istat iżur l-aħħar indirizz magħruf taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz fl-Istat Membru;

·Id-Dipartiment tal-Migrazzjoni jiġi infurmat bir-riżultati u jieħu miżuri xierqa. [Il-Litwanja, 2018]

Proċedura ta’ ritorn furzat

-Hemm proċeduri fis-seħħ li jippermettu lill-awtoritajiet jieħdu deċiżjoni rapida dwar applikazzjoni għall-ażil sussegwenti ppreżentata matul il-proċess tat-tneħħija biex jevitaw il-posponiment jew id-dewmien tat-tneħħija ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju ta’ non-refoulement. [In-Netherlands, 2015]

Ritorn volontarju

-Il-promozzjoni ta’ programmi ta’ ritorn volontarju assistit f’kull stadju tal-proċeduri tal-ażil u r-ritorn tiżgura li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jiġu informati bis-sħiħ dwar il-possibbiltà li jirritornaw volontarjament mill-aktar kuntatt bikri mal-awtoritajiet nazzjonali. Din il-prattika tikkontribwixxi għar-rata għolja ta’ ritorn volontarju, li tippromwovi mod aktar dinjituż, sikur u kosteffettiv kif jiġu rritornati ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment. [Il-Lussemburgu, 2016]

-Matul il-proċess kollu tar-ritorn, ir-ritorn volontarju huwa prijorità għall-awtoritajiet nazzjonali. Hemm approċċ proattiv biex jimmotiva liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi għat-tluq volontarju matul l-istadji kollha tal-proċedura, b’mod partikolari fiċ-ċentri ta’ detenzjoni. Iċ-ċentri ta’ detenzjoni jitqiesu li jwasslu għall-promozzjoni tar-ritorn volontarju, bil-maniġers tal-każijiet u l-awtoritajiet attivament jimmotivaw liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jitilqu mill-pajjiż volontarjament, filwaqt li jipprovdu akkomodazzjoni u appoġġ adegwati. [In-Netherlands, 2021]

-L-involviment bikri mal-persuni rimpatrijati meta jiġu promossi r-ritorn/it-tluq volontarju u l-possibbiltà li persuna rimpatrijata tipparteċipa fi skema ta’ ritorn volontarju fi kwalunkwe punt tal-proċess ta’ ritorn, jippromwovi u jżid l-użu tar-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni bħala parti integrali minn sistema komuni tal-UE għar-ritorn f’konformità mal-istrateġija tal-UE dwar ir-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni. [Id-Danimarka, 2022]

Sistema tal-IT

-L-użu ta’ teknoloġija ta’ livell għoli, ta’ apparat mobbli u ta’ bażijiet tad-data komprensivi għal aċċess u skambju faċli ta’ informazzjoni jiffavorixxi r-ritorn effettiv ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi mingħajr dritt li jibqgħu. [In-Netherlands, 2021]

-Is-sistema nazzjonali tal-IT ta’ ġestjoni tal-każijiet ta’ ritorn, li ġiet żviluppata f’konformità mal-mudell tal-Frontex (RECAMAS), tipprovdi lill-awtoritajiet relatati mar-ritorn b’għodda effiċjenti u integrata, li tiffavorixxi l-ġestjoni effettiva tal-każijiet ta’ ritorn. [L-Italja, 2021; L-Estonja 2023]

-Il-konnessjoni tas-sistema nazzjonali ta’ ġestjoni tal-każijiet ta’ migrazzjoni mal-modulu tat-titjiriet charter tal-applikazzjoni tar-ritorn tal-Frontex (FAR) tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jilħqu direttament l-operazzjonijiet kollha tan-noleġġ organizzati bl-appoġġ tal-Frontex, u tgħinhom jorganizzaw u jipparteċipaw f’operazzjonijiet ta’ ritorn b’mod aktar effiċjenti. [L-Awstrija, 2020]

Detenzjoni għall-fini ta’ tneħħija

Ċentri ta’ detenzjoni

-Kamra għat-tfal fil-faċilitajiet ta’ reġistrazzjoni għall-barranin tipprovdi ambjent xieraq u ta’ stimulu għat-tfal. Is-sigħat twal ta’ ftuħ u l-aċċessibbiltà mingħajr restrizzjonijiet, il-preżenza ta’ ħaddiem soċjali u l-ammont kbir ta’ logħob u attivitajiet disponibbli jagħmluha attraenti għall-użu tat-tfal. [Il-Litwanja, 2018]

-Iċ-ċentri tal-familja u l-faċilitajiet psikjatriċi mmirati jistgħu jaqdu l-ħtiġijiet partikolari ta’ persuni vulnerabbli f’detenzjoni. It-tqassim, l-attivitajiet u l-impenn tal-persunal taċ-ċentru tal-familja jippermettu li l-ħajja tal-familja tkun kemm jista’ jkun qrib in-normal u jipprovdu ambjent xieraq u stimulanti għall-familji u għall-minorenni mhux akkumpanjati. Il-faċilità psikjatrika tipprevedi kooperazzjoni mill-qrib bejn is-sħab rilevanti biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ persuni vulnerabbli bi problemi psikoloġiċi fil-proċess ta’ ritorn filwaqt li tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri ta’ ritorn. [In-Netherlands, 2021]

-Il-protokolli u t-taħriġ żviluppati tal-persunal, flimkien mad-disinn u mar-reġim jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tal-istress u tat-trawma għall-minorenni fil-proċess ta’ ritorn u huma konformi mal-prinċipju tal-aħjar interessi tat-tfal. [In-Norveġja, 2022]

-Il-faċilitajiet għall-barranin għandhom uffiċċji tal-kura tas-saħħa mentali, li joffru liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi assistenza fi kwistjonijiet ta’ saħħa mentali bħal disturb minn stress postrawmatiku u l-prevenzjoni ta’ suwiċidju kif ukoll appoġġ għall-adattament tagħhom. Il-psikologi jwettqu evalwazzjoni inizjali mal-wasliet ġodda kollha u jinfurmawhom dwar il-possibbiltajiet li jfittxu appoġġ psikoloġiku fi ħdan il-faċilità. Dan jippermetti l-identifikazzjoni bikrija ta’ kwistjonijiet psikoloġiċi, li jistgħu jiggarantixxu approċċ effettiv u t-trattament ta’ każijiet bħal dawn. L-uffiċċji tal-kura tas-saħħa mentali jistgħu jiġu aċċessati matul il-ħinijiet tal-uffiċċju mit-Tnejn sal-Ġimgħa wara appuntament bit-telefown jew b’formola ta’ applikazzjoni. Dan jgħin biex jinħoloq ambjent miftuħ u sikur, speċjalment meta jiġu ttrattati l-vittmi tat-traffikar u persuni vulnerabbli oħra. [Il-Litwanja, 2023]

FRUNTIERI INTERNI



Il-kooperazzjoni transfruntiera fiż-żoni tal-fruntieri interni

Il-kooperazzjoni operazzjonali mal-Istati Membri ġirien

-Pattulji tripartitiċi konġunti fuq il-ferroviji mal-ġirien tagħha. [L-Awstrija, 2015]

-Kull ħmistax, jitħejjew rapport ta’ analiżi tal-kriminalità konġunta biannwali u rapport ta’ analiżi tal-kriminalità operazzjonali bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, jitħejja briefing ta’ kuljum b’informazzjoni dwar ir-reati mwettqa fi Stat Membru wieħed u din tiġi kondiviża mal-Istati Membri sħab. [Il-Liechtenstein, 2015]

-F’distrett tal-pulizija f’reġjun tal-fruntiera, hemm tim konġunt ta’ analiżi. Dan jikkonsisti f’diversi aġenziji li jinkludu l-pulizija, id-dwana u l-uffiċċji kriminali tal-fruntieri. L-analiżijiet jintużaw biex jinformaw id-deċiżjonijiet dwar il-kontrolli fuq il-fruntieri, il-pulizija u kwistjonijiet doganali. Ġie nnotat li r-rapporti ta’ analiżi ntużaw biex l-uffiċjali jiġu mgħarrfin qabel pattulji konġunti, inkluż id-determinazzjoni tal-ġranet, il-ħinijiet u l-postijiet fejn isiru tali pattulji. Għall-portijiet awtorizzati għall-wasliet mhux ta’ Schengen, jiġu kkompilati rapporti ta’ kull xahar dwar l-analiżi tar-riskju. Dawn jintużaw biex jinfurmaw l-aspetti operazzjonali kif ukoll amministrattivi tal-kontrolli fuq il-fruntiera. [Id-Danimarka, 2017]

-Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni transfruntiera effettiva u mutwalizzazzjoni tar-riżorsi, l-Istati Membri ġirien iffirmaw ftehim dwar l-użu Komuni ta’ Sorsi ta’ Intelligence Umana Moħbija biex iwettqu operazzjonijiet ta’ intelligence undercover permezz ta’ grupp komuni ta’ uffiċjali tal-pulizija. [Il-Litwanja, 2018]

-Il-ftehimiet bilaterali dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija konklużi ma’ żewġ Stati Membri ġirien jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni dwar reati amministrattivi, jipprevedu t-trasferiment u t-tranżitu ta’ persuni mit-territorju tal-Istat l-ieħor minn uffiċjali tal-parti kontraenti l-oħra, jinkludu dispożizzjonijiet li jestendu l-ambitu tradizzjonali għal insegwiment u sorveljanza transfruntiera u jagħtu l-istess setgħat tal-pulizija bħal uffiċjal tal-pulizija nazzjonali meta l-uffiċjali tal-pulizija tal-Istati Membri l-oħra jwettqu l-attivitajiet tagħhom fit-territorju rispettiv tagħhom. Dawn il-ftehimiet jorganizzaw ukoll għadd kbir ta’ inizjattivi konġunti ta’ kooperazzjoni transfruntiera tal-pulizija. [Iċ-Ċekja, 2019]

-Is-sistema nazzjonali tad-data tipprovdi teptip tal-iskrin meta tibda operazzjoni u b’hekk tinforma minnufih lill-operaturi għas-segwitu meħtieġ. Din tipprovdi wkoll live feed. Il-ġeolokalizzazzjoni tal-karozzi tal-pattulja hija viżibbli wkoll fis-sistema. Kemm iċ-Ċentri ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija kif ukoll dawk Doganali u l-SPOC għandhom aċċess dirett għaliha. [Iċ-Ċekja, 2019]

-Il-ftehimiet bilaterali fis-seħħ mal-pajjiżi ġirien ta’ Schengen jippermettu insegwimenti transfruntiera fit-territorji rispettivi mingħajr ebda restrizzjonijiet territorjali u taż-żmien, kif ukoll jagħtu permess għal insegwiment lil hinn mir-reati msemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, pereżempju, jekk xi ħadd jevita l-verifiki tal-pulizija jew fuq il-fruntieri. Il-ftehimiet bilaterali jmorru wkoll lil hinn mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen billi jippermettu insegwiment fuq l-ilma kif ukoll billi jippermettu l-arrest tal-persuna insegwita mill-uffiċjal tal-pulizija barrani li jwettaq l-insegwiment. Skont il-ftehim, l-insegwimenti jistgħu jitwettqu anki jekk ikun hemm bżonn il-qsim ta’ aktar minn fruntiera interna waħda ta’ Schengen. [Is-Slovakkja, 2019; l-Ungerija, 2019]

-L-Istati Membri jikkooperaw b’suċċess fis-sorveljanza transfruntiera mal-pajjiżi ġirien f’każijiet ta’ traċċar tal-apparati tal-GPS fuq talbiet internazzjonali. Il-pajjiżi ġirien kollha għandhom apparati teknikament kompatibbli, li jiżguraw it-traċċar b’suċċess ta’ vetturi mingħajr sorveljanza fiżika. L-uffiċċju ċentrali jikkoordina l-eżekuzzjoni tat-tali każijiet u jżomm statistika komprensiva. [L-Ungerija, 2019]

-Il-brigati binazzjonali konġunti għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u l-kuntrabandisti huma mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni internazzjonali integrati u permanenti li jippermettu lil żewġ pajjiżi ġirien jorganizzaw kontrolli bbażati fuq analiżi kondiviża tar-riskji tal-migrazzjoni. Magħmula minn għadd ugwali ta’ uffiċjali miż-żewġ pajjiżi magħżula għall-ħiliet tekniċi u lingwistiċi tagħhom, dawn il-“brigati” (jew “unitajiet konġunti”) stabbiliti fil-fruntiera bejn Franza u l-Ġermanja u dik bejn Franza u l-Italja huma regolati jew mill-ftehimiet ta’ Prüm jew minn ftehim bilaterali. Minbarra l-organizzazzjoni ta’ pattulji konġunti, il-brigati konġunti (jew l-unitajiet konġunti) jipprovdu taħriġ konġunt. Din is-sistema konġunta tal-brigati tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn żewġ pajjiżi ġirien u l-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ kontroll u għalhekk għandha tiġi mħeġġa u estiża għal fruntieri oħra b’mod partikolari l-fruntiera bejn Franza u Spanja. [Franza, 2021]

-Fil-livell reġjonali, il-kooperazzjoni transfruntiera hija bbażata fuq protokolli amministrattivi mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ġirien, li jiġu implimentati ulterjorment permezz ta’ pjanijiet ta’ azzjoni annwali. Din il-kooperazzjoni prattika tkopri analiżi konġunta tar-riskju, operazzjonijiet konġunti u pattulji, ġestjoni ta’ avvenimenti speċifiċi u taħriġ konġunt. Pattulji konġunti huma ppjanati fuq bażi regolari. Dan il-kunċett ta’ kooperazzjoni joħloq bażi tajba għal rispons operazzjonali konġunt fil-livell reġjonali, użu komuni ta’ riżorsi limitati u stampa tas-sitwazzjoni tal-kriminalità aktar komprensiva. [L-Estonja, 2023; il-Latvja, 2023]

SIGURTÀ INTERNA

Strateġiji Nazzjonali dwar l-Infurzar tal-Liġi

-Kull 4 snin, il-Ministru għall-Ġustizzja u s-Sigurtà jistabbilixxi l-Aġenda tas-Sigurtà Nazzjonali b’objettivi ta’ politika nazzjonali għad-dmirijiet tal-pulizija. Fuq livell reġjonali, il-gvern lokali jittraduċi l-prijoritajiet nazzjonali f’objettivi ta’ politika reġjonali għall-pulizija fl-Aġenda għas-Sigurtà Reġjonali. L-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jiskambjaw l-intelligence u l-informazzjoni biex jiġbru informazzjoni u intelligence xierqa biex jikkontribwixxu għall-Aġenda tas-Sigurtà Nazzjonali, l-Aġendi tas-Sigurtà Reġjonali u l-Valutazzjoni ta’ Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata (SOCTA, Serious and Organised Crime Threat Assessment) tal-Europol. Il-Kumitati ta’ Tmexxija mid-Dipartiment tar-Riċerka għandhom il-kompitu li jikkoordinaw u jimmonitorjaw il-proċedura sħiħa. Briefing operazzjonali ta’ kuljum jippermetti li t-timijiet differenti tal-pulizija jiġu infurmati dwar il-punti speċifiċi ta’ attenzjoni fil-qasam ta’ ħidma tagħhom. Il-briefing huwa bbażat fuq mudell nazzjonali u jipprovdi l-informazzjoni u l-intelligence rilevanti kollha disponibbli f’livell lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali. Jiġu elaborati wkoll diversi valutazzjonijiet tat-theddid. Dawn jintużaw pereżempju bħala punt tat-tluq għat-tfassil tal-politika fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u fl-istima tal-livelli ta’ theddid li jindikaw il-probabbiltà ta’ attakk terroristiku. Addizzjonalment, l-uffiċċji tar-Riċerka u l-Analiżi tas-Servizzi tal-Intelligence Reġjonali kollha jagħmlu l-valutazzjonijiet tat-theddid u s-sigurtà tagħhom stess. [In-Netherlands, 2021]

-L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali ħatar prosekutur ta’ kollegament għall-SPOC li ta’ spiss jiġi kkonsultat dwar l-immarkar ta’ allerti u mandati ta’ arrest internazzjonali, investigazzjonijiet kriminali internazzjonali kumplessi u kwalunkwe każ ieħor, fejn ikun meħtieġ ir-rispons tal-prosekuzzjoni. [Il-Portugall, 2022]

-Kooperazzjoni mill-qrib ħafna bejn l-uffiċjali ta’ Kollegament Barrani u l-awtorità ċentrali għall-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali li jistgħu jagħtu pariri u jassistu fil-kitba ta’ Ordnijiet ta’ Investigazzjoni Ewropej jew talbiet għal assistenza legali reċiproka indirizzati lill-Istat Membru. [Il-Portugall, 2022]

-L-użu ta’ għodda ta’ analiżi mill-Pulizija fl-unitajiet ta’ analiżi kriminali tagħha, li tippermetti l-istabbiliment ta’ “profili” ta’ fenomeni kriminali, ibbażati fuq data operattiva, li turi lill-utent viżwalizzazzjoni interattiva ta’ dan il-fenomenu, ix-xejriet , il-modi operandi u l-evoluzzjonijiet tiegħu. Minn mindu bdiet l-introduzzjoni ta’ din l-applikazzjoni fl-2019, il-Pulizija estendiet b’mod sinifikanti l-għadd ta’ fenomeni ta’ kriminalità analizzati u ta’ utenti. [Il-Litwanja, 2023]

L-organizzazzjoni tal-Punt Uniku ta’ Kuntatt (SPOC) għall-iskambju internazzjonali ta’ informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi

Organizzazzjoni, skambju ta’ informazzjoni

-Għal koordinazzjoni aħjar tal-kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija, il-Pulizija ħolqot network ta’ uffiċjali ta’ kuntatt għall-kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija. Dawn jinsabu fil-kwartieri ġenerali Reġjonali kollha tal-Pulizija u fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija Metropolitana tal-kapital. L-uffiċjali ta’ kuntatt jiffunzjonaw bħala ħolqa bejn l-uffiċjali tal-pulizija lokali u l-SPOC fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali meta jwettqu l-kompiti li ġejjin: l-għoti ta’ pariri dwar l-għażla ta’ kanal għall-kooperazzjoni tal-pulizija, l-assistenza fl-abbozzar tat-talbiet għall-iskambju ta’ informazzjoni, it-traduzzjoni, u t-trasferiment tat-tweġibiet lill-pulizija lokali, is-sensibilizzazzjoni tal-uffiċjali tal-pulizija lokali dwar possibbiltajiet differenti ta’ skambju ta’ informazzjoni internazzjonali. L-uffiċjali ta’ kuntatt jgħinu biex itejbu l-kwalità u jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tat-talbiet għall-iskambju ta’ informazzjoni. [Il-Polonja, 2019]

-Hemm fluss ta’ kuljum stabbilit sew ta’ rapportar ta’ inċidenti kriminali mil-livelli lokali sa reġjonali u statali. Fil-prattika, rapport elettroniku dwar l-avvenimenti tal-aħħar 24 siegħa huwa disponibbli regolarment għat-tim lokali amministrattiv tal-istazzjonijiet, għal-livell reġjonali u għall-Uffiċċju Ċentrali tal-Pulizija Kriminali tal-Istat. Dan jippermetti li l-livelli kollha jieħdu deċiżjonijiet informati. [Il-Ġermanja, 2020]

-Is-sistema għall-koordinazzjoni tal-operazzjonijiet kontra t-terroriżmu tiġbor l-intelligence kollha mill-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet differenti tal-pulizija responsabbli għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, ir-radikaliżmu vjolenti, il-kriminalità organizzata u serja. Is-sistema tippreżenta alternattiva adegwata, li tgħaqqad il-ġestjoni tal-informazzjoni mal-koordinazzjoni operazzjonali f’sitwazzjoni fejn l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti ma għandhomx aċċess għall-bażijiet tad-data ta’ xulxin. [Spanja, 2022]

-L-iskjerament ta’ uffiċjali tal-każijiet internazzjonali fil-livell reġjonali f’Dipartimenti tal-Pulizija differenti. Dawn l-uffiċjali huma parti mill-Punt Uniku ta’ Kuntatt u għandhom 4 ġimgħat taħriġ dwar sistemi tal-IT fuq skala kbira, skambju ta’ informazzjoni supplimentari permezz tal-kanal SIRENE, ġestjoni tal-bijometriċi u żjarat fuq il-post fl-Europol u l-Eurojust. Huma għandhom aċċess sħiħ għas-sistemi ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-Punt Uniku ta’ Kuntatt, is-sistema ta’ komunikazzjoni globali sigura tal-pulizija I-24/7 tal-Interpol u għandhom id-drittijiet li jintroduċu allerti tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u avviżi tal-Interpol. Huma għandhom ukoll aċċess għas-sistemi u l-permessi rilevanti ekwivalenti għal uffiċjal tal-każ marbut mal-Uffiċċju SIRENE nazzjonali u maċ-Ċentru Internazzjonali tal-Komunikazzjoni. Dan irriżulta f’għarfien espert dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen disponibbli f’kull diviżjoni lokali. Barra minn hekk, l-uffiċjali tal-każijiet internazzjonali jivverifikaw kemm il-kwalità kif ukoll ir-rilevanza legali tal-informazzjoni mitluba, l-abbozzi tal-messaġġi SIENA li għandhom jintbagħtu lill-Uffiċjali ta’ Kollegament fl-Europol u jipprovdu taħriġ, dwar il-kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija fid-Dipartiment tal-Pulizija lokali. [Il-Finlandja, 2023]

Organizzazzjoni

-Iċ-Ċentru tal-Intelligence u l-Analiżi tal-Kriminalità tal-Pulizija, Doganali u tal-Gwardji tal-Fruntieri permanenti huwa forma ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jipproduċu, fost l-oħrajn, prodotti analitiċi u ta’ valutazzjoni tat-theddid komuni. Għalhekk il-PCB jista’ jitqies bħala pilastru li jappoġġa kemm il-livell ta’ politika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza bbażata fuq stampa komuni tas-sitwazzjoni kif ukoll is-servizzi reġjonali u lokali fl-isforzi tagħhom ta’ investigazzjoni u intelligence. [Il-Finlandja, 2018]

-Kooperazzjoni komprensiva u intensiva bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Taxxa u d-Dwana kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak reġjonali. L-investigazzjonijiet u l-operazzjonijiet konġunti kif ukoll l-iskambji ta’ informazzjoni u data huma prattiki komuni. [L-Ungerija, 2019]

-Iċ-Ċentri ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija (PCC, Police Cooperation Centres) għandhom il-modulu l-ġdid tagħhom stess tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet (CMS) tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, li huwa integrat fis-sistema nazzjonali tal-pulizija tas-CMS u għandu funzjonalità interna għall-ġenerazzjoni ta’ statistika awtomatizzata komprensiva dwar attivitajiet transfruntiera. [L-Ungerija, 2019]

-Il-ħolqien ta’ Uffiċċji Ċentrali, il-ġbir flimkien ta’ riżorsi minn amministrazzjonijiet differenti u l-fokus fuq tip wieħed ta’ kriminalità, iwassal għal riżultati operazzjonali effettivi ħafna. [Franza, 2021]

-Struttura effettiva biex tipproduċi mhux biss il-valutazzjoni tat-theddid nazzjonali iżda wkoll valutazzjonijiet iddedikati tat-theddid u tar-riskju. Din tgħaqqad il-kontroll tal-kwalità organizzat ċentralment mal-analiżi tar-rekwiżiti fil-livell reġjonali. L-unità ta’ analiżi strateġika multidixxiplinari hija responsabbli għall-analiżi strateġika tal-kriminalità. L-unità tikkonsisti f’tim li jaħdem fil-livell nazzjonali u f’timijiet fuq il-post f’diversi reġjuni. Il-kontroll tal-kwalità jinżamm fil-livell ċentrali li jiżgura wkoll koerenza bejn il-prodotti analitiċi differenti. L-unità tipproduċi l-valutazzjoni annwali tat-theddid nazzjonali li tiffoka fuq gruppi ta’ kriminalità organizzata. [Franza, 2021]

-Il-Memorandum ta’ Qbil bejn il-pulizija u d-dwana jippermetti kooperazzjoni estensiva bejn iż-żewġ amministrazzjonijiet, li jipprevedi l-iskambju u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni rilevanti u intelligence strateġika, tattika u operazzjonali, b’mod partikolari billi jiġi ffaċilitat l-aċċess reċiproku għall-bażijiet tad-data, b’kunsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet individwali u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-aħjar prattiki, il-proċeduri għal kwistjonijiet operazzjonali fir-rigward ta’ azzjonijiet konġunti, l-iskwadri tal-pattulji mobbli konġunti, l-iskwadri konġunti ta’ investigazzjoni, l-iskwadri konġunti tal-intelligence, il-kondiviżjoni tat-tagħmir bejn is-servizzi u l-kooperazzjoni dwar l-iżvilupp, ix-xiri, l-iskjerament u l-użu tat-teknoloġija. [Ċipru, 2021]

-L-SPOC għandu grupp ta’ analiżi tar-riskju responsabbli għal analiżi aktar profonda tat-talbiet nazzjonali u internazzjonali, riċevuti fl-SPOC, jiġbor informazzjoni addizzjonali fil-bażijiet tad-data disponibbli, u jipprovdi rapporti ta’ analiżi dwar ix-xejriet tal-kriminalità skoperti, modus operandi. Ir-rapporti mbagħad jintbagħtu lill-prosekuturi u/jew lill-aġenziji tal-pulizija rispettivi għall-appoġġ tal-investigazzjonijiet rilevanti. [Il-Portugall, 2022]

-Id-Diviżjoni Internazzjonali tal-Kooperazzjoni tgħaqqad l-iskambju ta’ informazzjoni operazzjonali mat-teħid ta’ deċiżjonijiet strateġiċi fil-livell internazzjonali. Din id-Diviżjoni tospita l-Punt Uniku ta’ Kuntatt nazzjonali għall-iskambji internazzjonali ta’ informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi. Dan jibbenefika minn rappreżentanza kemm mill-forzi nazzjonali tal-pulizija, mill-forzi reġjonali tal-pulizija kif ukoll mid-dwana. Iż-żewġ awtoritajiet rilevanti għandhom network ta’ esperti dwar il-kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija, li jassistu u jagħtu pariri lill-unitajiet tal-intelligence kriminali fil-livell reġjonali dwar l-użu tal-istrumenti ta’ kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija. L-awtoritajiet ewlenin tal-infurzar tal-liġi jħarrġu lill-esperti fuq il-kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija regolarment. Dawn l-esperti jiffurmaw parti mill-unità tagħhom fil-livell reġjonali u jwettqu din il-funzjoni flimkien max-xogħol ta’ kuljum tagħhom. L-għarfien jiġi trażmess lin-network f’laqgħa annwali, fejn pereżempju l-Uffiċjali ta’ Kollegament nazzjonali fil-Europol jiġu mistiedna bħala kelliema. Bejn dawn il-laqgħat, l-għarfien dwar proċeduri ġodda jiġi trażmess lin-network jew permezz ta’ bullettini jew ta’ laqgħat ad hoc. Addizzjonalment, l-esperti tan-network tal-awtorità jirċievu taħriġ ta’ kapaċità ta’ ġimgħa qabel ma jissieħbu fin-network. Dawn in-networks ta’ esperti huma mod ta’ limitu baxx għat-tixrid tal-għarfien dwar il-kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija fil-livell reġjonali. [Spanja, 2022]

Użu ta’ għodod tal-Europol għall-kooperazzjoni transfruntiera u l-iskambju ta’ informazzjoni

-Id-data mis-sistema nazzjonali għall-investigazzjonijiet tal-pulizija tittella’ awtomatikament fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Europol. Il-bażi tad-data tal-investigazzjonijiet li għaddejjin hija konnessa ma’ karigatur awtomizzat tad-data fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Europol. Informazjoni ġdida tiddaħħal, informazzjoni eżistenti tittejjeb u informazzjoni antika titneħħa kuljum. Dan il-proċess huwa kompletament awtomatizzat. L-Unità Nazzjonali tal-Europol tittratta l-hits li jseħħu bejn l-investigazzjonijiet nazzjonali u l-investigazzjonijiet barranin, diġà disponibbli fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Europol. [In-Netherlands, 2021]


Brussell, 16.4.2024

COM(2024) 173 final

ANNESS

tal-

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni

Rapport dwar l-Istat ta' Schengen 2024


ANNESS 3

Rapport ta’ segwitu dwar is-sitwazzjoni fil-fruntieri interni

Ottubru 2023 – Marzu 2024

Introduzzjoni

Fit-23 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni adottat ir-Rakkomandazzjoni (UE) 2024/268 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward ta’ theddid serju għas-sigurtà interna u l-ordni pubbliku fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni 1 . Ir-Rakkomandazzjoni kienet akkumpanjata minn dokument ta’ ħidma tal-persunal li fih Rapport dwar il-konsultazzjoni mill-Koordinatur ta’ Schengen tal-Istati Membri kkonċernati bl-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni bejn Mejju u Novembru 2023 2 . Fir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid ir-rakkomandazzjonijiet adottati fis-snin preċedenti, ikkomplementati mit-tagħlimiet meħuda mill-adozzjoni tagħhom li jistgħu jgħinu lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra theddid serju għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, fiż-żona Schengen 3 . Ir-Rakkomandazzjoni kienet impenjata li tkompli d-djalogu bejn il-Koordinatur ta’ Schengen u l-Istati Membri, li tappoġġahom fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, kif ukoll li tirrapporta regolarment fil-Kunsill ta’ Schengen dwar is-sitwazzjoni attwali u l-progress li jkun sar. Kien hemm espressjoni qawwija ta’ appoġġ għar-Rakkomandazzjoni mill-Istati Membri, li wrew li huma lesti jadottaw il-miżuri li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni.

Mill-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom diversi laqgħat mal-Istati Membri kkonċernati mill-introduzzjonijiet mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni biex jiddiskutu l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni. Il-laqgħat ġew organizzati fil-qafas tad-djalogu li għaddej dwar il-kontrolli fil-fruntieri interni mibdi fil-ħarifa tal-2022 u mibni fuq l-aħjar prattiki mitgħallma matul il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar in-notifiki ppreżentati mid-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, l-Awstrija, in-Norveġja u l-Iżvezja għall-perjodu bejn Mejju u Novembru 2023, kif miġbur fil-qosor fir-Rapport tat-23 ta’ Novembru 2023 4 .

Barra minn hekk, minn Ottubru 2023, l-Istati Membri, b’reazzjoni għaż-żieda fil-pressjoni migratorja fil-fruntieri esterni tal-UE u ż-żieda fit-theddid terroristiku fiż-żona Schengen, introduċew mill-ġdid kontrolli f’sezzjonijiet ġodda tal-fruntieri interni. Dawn huma l-fruntieri fuq l-art bejn l-Awstrija u ċ-Ċekja u bejn l-Awstrija u s-Slovakkja, il-fruntieri fuq l-art bejn il-Ġermanja u l-Polonja, bejn il-Ġermanja u ċ-Ċekja u bejn il-Ġermanja u l-Iżvizzera, il-fruntiera fuq l-art bejn il-Polonja u s-Slovakkja, il-fruntiera fuq l-art bejn iċ-Ċekja u s-Slovakkja, il-fruntiera fuq l-art bejn is-Slovakkja u l-Ungerija, il-fruntiera fuq l-art bejn is-Slovenja u l-Kroazja u bejn is-Slovenja u l-Ungerija, u l-fruntiera fuq l-art bejn l-Italja u s-Slovakkja. Minn dak iż-żmien, dawn l-introduzzjonijiet mill-ġdid kienu soġġetti għad-djalogu kontinwu u għalhekk huma inklużi f’dan ir-rapport.

Dan ir-rapport ta’ segwitu għandu l-objettivi li ġejjin:

1)Jipprovdi aġġornament, mit-23 ta’ Novembru 2023 ’l hawn, dwar is-sitwazzjoni attwali fis-sezzjonijiet tal-fruntiera li kienu soġġetti għall-proċess ta’ konsultazzjoni: il-fruntiera fuq l-art bejn l-Awstrija u l-Ungerija u dik bejn l-Awstrija u s-Slovenja, il-fruntiera fuq l-art bejn il-Ġermanja u l-Awstrija, il-fruntiera fuq l-art bejn id-Danimarka u l-Ġermanja, kif ukoll il-fruntieri interni Franċiżi, Żvediżi u Norveġiżi kollha.

2)Jippreżenta ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni fis-sezzjonijiet tal-fruntiera soġġetta għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni mill-Awstrija, l-Italja, il-Ġermanja, il-Polonja, iċ-Ċekja, is-Slovakkja u s-Slovenja minn Ottubru 2023.

3)Jipprovdi ħarsa ġenerali lejn id-diversi inizjattivi ta’ kooperazzjoni reġjonali żviluppati mill-Istati Membri bil-ħsieb li jiġu miġġielda l-movimenti sekondarji fiż-żona Schengen u tiġi miġġielda l-kriminalità transfruntiera.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-parteċipazzjoni kostruttiva tal-Istati Membri fid-djalogu u l-isforzi tagħhom biex itaffu l-effetti tal-kontrolli fil-fruntieri interni fuq il-vjaġġaturi u n-negozji. Hija tilqa’ d-diversi inizjattivi reġjonali u l-kooperazzjoni msaħħa dwar miżuri alternattivi, bħal pattulji konġunti, u fil-qafas ta’ ftehimiet bilaterali ta’ riammissjoni fost l-Istati Membri. Il-Kummissjoni tilqa’ wkoll id-deċiżjoni tas-Slovakkja, taċ-Ċekja u tal-Polonja li jneħħu l-kontrolli fil-fruntieri interni tagħhom minn Jannar, Frar u Marzu 2024 rispettivament.

Il-Kummissjoni hija konxja tal-fatt li fid-dawl tal-perjodu relattivament qasir li għadda mill-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni (UE) 2024/268, ħafna inizjattivi għadhom qed jiġu żviluppati u għad iridu jiġu implimentati bis-sħiħ, filwaqt li inizjattivi oħra bbażati fuq ir-Rakkomandazzjoni għadhom fil-fażi tal-ippjanar.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat prattiki diverġenti fl-applikazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) fil-Kawża C-143/22 5 li kkonfermat li l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni ma teżentax lill-Istati Membri mill-obbligu li japplikaw ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva dwar ir-Ritorn. L-ewwel diskussjonijiet dwar din il-kwistjoni saru mal-Istati Membri, inkluż fil-Grupp tal-Kumitat ta’ Kuntatt tad-Direttiva dwar ir-Ritorn u l-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Fruntieri.

Dan ir-Rapport huwa bbażat fuq in-notifiki tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni mibgħuta mill-Istati Membri u l-kontribut addizzjonali riċevut fil-kuntest tad-djalogu li għaddej mal-Koordinatur ta’ Schengen. Dan ma jippreżentax valutazzjoni tan-notifiki tal-Istati Membri riċevuti mill-Kummissjoni, u huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni futura li l-Kummissjoni tista’ tieħu fir-rwol tagħha bħala l-gwardjan tat-Trattati.

1. Is-sitwazzjoni attwali fil-fruntieri interni soġġetta għall-proċess ta’ konsultazzjoni: aġġornament mir-Rapport tat-23 ta’ Novembru 2023

1.1    Kontrolli fil-fruntieri interni Awstrijaċi fil-fruntieri fuq l-art mal-Ungerija u mas-Slovenja

• Is-sitwazzjoni fil-fruntieri

L-Awstrija żammet il-kontrolli fil-fruntieri fuq l-art tagħha mal-Ungerija u mas-Slovenja, filwaqt li ċċitat it-theddida li tirriżulta mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, li toħloq riskji ta’ traffikar tal-armi u networks kriminali. Barra minn hekk, il-pressjoni migratorja u l-pressjoni fuq is-sistema ta’ akkoljenza għall-ażil u l-movimenti sekondarji għadhom għoljin. In-notifika attwali tiskadi fil-11 ta’ Mejju 2024.

Il-kontrolli jsiru f’punti ta’ kontroll fissi fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera li jaqdu t-traffiku internazzjonali u reġjonali u huma miftuħa għat-tipi kollha ta’ traffiku. Il-kontrolli huma adattati abbażi ta’ stampi tas-sitwazzjoni u valutazzjonijiet tat-theddid. L-impatt fuq il-flussi transfruntiera kien limitat għal konġestjoni żgħira fil-ħinijiet l-aktar intensivi.

Fil-perjodu mill-4 ta’ Ottubru 2023 sat-8 ta’ Frar 2024, ġew interċettati 6 375 migrant irregolari u 88 faċilitatur ta’ dħul klandestin, u nħarġu 40 rifjut ta’ dħul fil-fruntiera fuq l-art bejn l-Awstrija u l-Ungerija. Fl-istess perjodu, ġew interċettati 909 migranti irregolari u 58 faċilitatur ta’ dħul klandestin, u nħarġu 105 rifjuti ta’ dħul fil-fruntiera fuq l-art bejn l-Awstrija u s-Slovenja.

L-awtoritajiet Awstrijaċi osservaw bidla fl-imġiba tal-migranti maqbuda fil-fruntiera, wara s-sentenza tal-QĠUE fil-Kawża C-143/22. Preċedentement, il-migranti irregolari li jinħarġilhom rifjut ta’ dħul fil-fruntiera interna, normalment kienu jippreżentaw talba għall-protezzjoni internazzjonali, aktarx biex jevitaw li jiġu rritornati direttament lejn Stati Membri ġirien u biex jiksbu aċċess għat-territorju Awstrijak. Mis-sentenza ’l hawn, ir-ritorni diretti ta’ migranti irregolari twettqu biss f’każijiet limitati.

• Kooperazzjoni

Kooperazzjoni bejn l-Awstrija u l-Ungerija

Mill-2021, kien hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-pulizija Ungeriżi u Awstrijaċi f’operazzjonijiet prijoritarji, li seħħew fit-territorju Ungeriż qrib il-fruntiera Awstrijaka. Il-pulizija Awstrijaka u Ungeriża jwettqu servizzi ta’ pattulja konġunta abbażi tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-2023 bejn il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali Ungeriża u d-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà Pubblika tal-Ministeru tal-Intern Awstrijak. Minn Ottubru 2023, l-unitajiet tad-Direttorat tal-Pulizija Federali Awstrijaka FOX huma responsabbli għal dawn l-operazzjonijiet.

Barra minn hekk, l-operazzjonijiet tal-Punt Fokali (pattulji mħallta) twettqu bħala medja bejn 12 u 16-il darba fix-xahar bil-parteċipazzjoni tal-pulizija Awstrijaka fit-territorju Ungeriż qrib il-fruntiera Awstrijaka. Minn Ġunju 2022, il-pulizija Slovakka pparteċipat ukoll f’dawn l-operazzjonijiet. Iċ-Ċentru ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija u tad-Dwana tal-Ungerija (ĊKPD) f’Hegyeshalom għandu rwol importanti fl-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-operazzjonijiet tal-Punt Fokali. Minn Diċembru 2023, is-sitwazzjoni operazzjonali fil-fruntiera interna ppermettiet frekwenza mnaqqsa ta’ operazzjonijiet tal-Punt Fokali u operazzjonijiet konġunti FOX.

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Awstrijaċi, il-ftehim bilaterali ta’ riammissjoni tal-1998 bejn l-Ungerija u l-Awstrija ġie effettivament sospiż u l-Ungerija ma taċċetta l-ebda talba għal riammissjonijiet. L-Ungerija ddikjarat li taċċetta biss li tieħu r-responsabbiltà għall-migranti li daħlu għall-ewwel darba fiż-żona Schengen mill-Ungerija.

L-Awstrija u l-Ġermanja esprimew l-intenzjoni tagħhom li jwessgħu l-ftehim trilaterali bejn il-Ministeri tal-Intern tal-Ġermanja u tal-Awstrija u l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali Ungeriża dwar servizz konġunt ta’ pattulja ferrovjarja biex jinkludi wkoll konnessjonijiet internazzjonali bil-karozzi tal-linja. Il-ftehim bħalissa qed jiġi rieżaminat. 

Kooperazzjoni bejn l-Awstrija u s-Slovenja

Mill-opinjoni tas-Slovenja tal-25 ta’ April 2023 ibbażata fuq l-Artikolu 27(4) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen 6 ’l hawn, is-sitwazzjoni fil-fruntiera bejn l-Awstrija u s-Slovenja tibqa’ punt regolari fuq l-aġenda tal-laqgħat fil-livell politiku, l-aktar reċenti matul laqgħa bilaterali informali fil-livell Ministerjali fit-23 ta’ Jannar 2024 fi Schladming.

Bħala riżultat tad-djalogu msaħħaħ bejn l-Awstrija u s-Slovenja, l-awtoritajiet tal-pulizija taż-żewġ Stati Membri saħħew l-attivitajiet konġunti minn Marzu 2023 fil-forma ta’ pattulji mħallta mtejba u attivitajiet konġunti mmirati tal-pulizija. Kull xahar, il-pulizija Slovena twettaq 14-il pattulja konġunta mal-pulizija Awstrijaka, li ħamsa minnhom jinsabu fit-territorju Awstrijak, qrib il-fruntiera Slovena, u disgħa fit-territorju Sloven, qrib il-fruntiera Awstrijaka. Ma ġie rrapportat l-ebda qsim irregolari tal-fruntieri matul pattulji konġunti minn Ottubru 2023. Il-kooperazzjoni operazzjonali fil-livell lokali tieħu wkoll il-forma ta’ kuntatti diretti regolari, skambju ta’ informazzjoni dwar il-miżuri meħuda u dwar proċeduri ta’ interess operazzjonali.

Il-Ftehim bilaterali ta’ riammissjoni tal-1998 bejn l-Awstrija u s-Slovenja ġeneralment jaħdem tajjeb, iżda l-Awstrija rrapportat diffikultajiet prattiċi fit-twettiq tat-trasferiment fil-fruntiera, peress li l-Awstrija ma terġax taċċetta persuni li ppreżentaw talba għal protezzjoni internazzjonali fit-territorju Sloven, minħabba li din is-sitwazzjoni tkun koperta mir-Regolament ta’ Dublin. Bejn l-4 ta’ Ottubru 2023 u t-8 ta’ Frar 2024, ġiet irreġistrata riammissjoni waħda biss fis-Slovenja. L-awtoritajiet Sloveni enfasizzaw il-ħtieġa għal adattament fl-applikazzjoni prattika tal-ftehimiet eżistenti, wara s-sentenza tal-QĠUE fil-Kawża C-143/22.

1.2 Kontrolli fil-fruntieri interni Ġermaniżi fil-fruntiera fuq l-art mal-Awstrija

• Is-sitwazzjoni fil-fruntiera

Il-Ġermanja żammet il-kontrolli fil-fruntieri fuq l-art tagħha mal-Awstrija, filwaqt li ċċitat il-pressjoni migratorja u żieda fil-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin, pressjoni fuq is-sistema ta’ akkoljenza tal-ażil, is-sitwazzjoni fil-pajjiżi ta’ oriġini rilevanti u s-sitwazzjoni tas-sigurtà speċjalment minħabba t-taqlib fil-Lvant Nofsani. In-notifika kurrenti tiskadi fil-11 ta’ Mejju 2024 7 .

Fil-perjodu mis-16 ta’ Ottubru 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023, ġew iċċekkjati 23 078 persuna, ġew interċettati 6 149 migrant irregolari, u ġew arrestati 262 faċilitatur ta’ dħul klandestin. Barra minn hekk, inħarġu 2 517-il rifjut ta’ dħul.

Il-kontrolli jiffukaw fuq l-awtostradi transfruntiera u l-konnessjonijiet ferrovjarji internazzjonali u huma parzjalment statiċi u parzjalment mobbli. Dawn jitwettqu b’mod immirat, bl-użu ta’ kunċett flessibbli ta’ skjerament, b’intensità varjabbli, filwaqt li jitqiesu l-flussi tat-traffiku transfruntiera. Fejn meħtieġ, l-infrastruttura tar-rotot fuq in-naħa Ġermaniża ġiet adattata, biex tippermetti l-ftuħ ta’ korsiji ta’ kontroll addizzjonali. Madankollu, ġew irrapportati konġestjonijiet tat-traffiku fuq l-awtostrada ta’ Walserberg (A1/BAB8) u l-awtostrada ta’ Kiefersfelden (A12/A93), b’mod partikolari fi tmiem il-ġimgħa. Skont l-awtoritajiet Awstrijaċi, il-kontrolli fil-fruntieri fuq l-awtostrada ta’ Kiefersfelden ilhom kontinwi mill-2017. Skont l-awtoritajiet Awstrijaċi, għażla sfavorevoli ta’ postijiet ta’ kontroll fuq l-awtostrada ta’ Kiefersfelden wasslet għal konġestjonijiet tat-traffiku fil-passat, iżda din issa ġiet solvuta.

Kooperazzjoni bejn il-Ġermanja u l-Awstrija

B’mod ġenerali, il-kooperazzjoni tal-pulizija bejn l-Awstrija u l-Ġermanja tkompli tiffunzjona tajjeb. Hemm skambji regolari fil-livell Ministerjali (kull erba’ ġimgħat) bejn il-Ministeru Federali Ġermaniż tal-Intern u l-Komunità, il-Ministeru tal-Intern Awstrijak, l-Istati Federali tal-Bavarja u Baden-Württemberg li jinvolvu wkoll l-awtoritajiet Żvizzeri u l-Pulizija Federali Ġermaniża.

Barra minn hekk, il-Pulizija Federali Ġermaniża fi Munich u d-Direttorati tal-Pulizija Provinċjali Awstrijaka (it-Tirol, l-Awstrija ta’ Fuq, Salzburg u Vorarlberg) jorganizzaw laqgħat ta’ kull xahar biex jivvalutaw is-sitwazzjoni fil-fruntiera, b’enfasi fuq il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin u t-traffikar tal-bnedmin, il-vetturi misruqa, it-traffikar tad-droga, u żviluppi ġodda oħra. Hemm ukoll skambju frekwenti ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà tad-dokumenti u l-frodi. L-awtoritajiet Ġermaniżi enfasizzaw li l-Ispettorati tal-Pulizija Federali ta’ Passau, Rosenheim, Freilassing u Kempten huma f’kuntatt mill-qrib mal-għases tal-pulizija Awstrijaċi fil-viċinat u jikkoordinaw proċeduri transfruntiera bl-involviment mill-qrib tal-kwartieri ġenerali tal-pulizija responsabbli fil-Bavarja ta’ Isfel, il-Bavarja ta’ Fuq (Nofsinhar) u Swabia (Lbiċ/Punent).

F’konformità mat-trattat bilaterali eżistenti dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija bejn il-Ġermanja u l-Awstrija, jitwettqu verifiki konġunti tal-pulizija fuq bażi ad hoc, kif ukoll skambji ta’ uffiċjali tal-pulizija mħarrġa apposta (eż. speċjalisti dwar l-investigazzjoni ta’ kuntrabandu ta’ vetturi u konsulenti dwar dokumenti). Il-pattulji konġunti tal-forzi tal-pulizija Ġermaniżi u d-Direttorati tal-Pulizija Provinċjali Awstrijaċi jkomplu jsiru kull xahar fir-reġjun tal-fruntiera bejn il-Bavarja u t-Tirol. Dawn jinkludu pattulji konġunti tas-sigurtà fuq ferroviji bejn il-Ġermanja u l-Awstrija u pattulji konġunti tal-pulizija, kemm fit-territorju Awstrijak kif ukoll f’dak Ġermaniż, li jiffukaw fuq il-kriminalità transfruntiera, inkluż il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin.

Barra minn hekk, il-Ġermanja tkompli tipparteċipa f’pattulji bilaterali u trilaterali konġunti tal-fruntieri mal-Awstrija, l-Italja u l-Iżvizzera fuq il-linja ferrovjarja bejn Rosenheim u Bolzano u bejn Bolzano u Rosenheim. Abbażi tad-data kondiviża mill-awtoritajiet Awstrijaċi, madwar 300 uffiċjal tal-infurzar tal-liġi mill-erba’ pajjiżi ġew skjerati f’dawk il-pattulji minn Ottubru 2023.

Il-ftehim bilaterali ta’ riammissjoni tal-1997 bejn il-Ġermanja u l-Awstrija jiddistingwi bejn riammissjonijiet formali fi Stati Membri oħra, ipproċessati ċentralment permezz tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija Federali fuq talba tal-awtorità tal-immigrazzjoni responsabbli b’uffiċċju ċentrali responsabbli fl-istat l-ieħor, u riammissjonijiet mhux formali fi Stat Membru ieħor direttament konnessi ma’ qsim irregolari tal-fruntieri, deċiżi u mwettqa fil-livell reġjonali bejn l-awtoritajiet tal-pulizija rispettivi. Abbażi tad-data statistika limitata disponibbli għall-awtoritajiet Ġermaniżi, fil-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2023, sitt persuni ġew ritornati lejn l-Awstrija u sebgħa lejn il-Ġermanja skont il-proċedura formali ta’ riammissjoni, 1 331 persuna ġew ritornati lejn l-Awstrija skont il-proċedura ta’ riammissjoni mhux formali. L-awtoritajiet irrapportaw sfidi operazzjonali fl-implimentazzjoni tas-sentenza tal-QĠUE fil-Kawża C-143/22 u nuqqas ta’ koordinazzjoni dwar ir-ritorni diretti mill-Ġermanja lejn l-Awstrija. Skont l-awtoritajiet Awstrijaċi dan iqajjem tħassib ġenwin dwar is-sigurtà interna. Qed isiru skambji fil-livell operazzjonali u politiku bejn l-awtoritajiet Awstrijaċi u Ġermaniżi. Il-kwistjoni hija diskussa wkoll f’laqgħat mal-Koordinatur ta’ Schengen.

1.3 Kontrolli fil-fruntieri interni Daniżi fil-fruntiera fuq l-art mal-Ġermanja u portijiet b’konnessjonijiet bil-mezz ta’ trasport tul korp tal-ilma lejn il-Ġermanja

·Is-sitwazzjoni fil-fruntiera

Id-Danimarka żammet il-kontrolli fil-fruntieri interni tagħha billi ċċitat theddida serja għall-ordni pubbliku u s-sigurtà interna mit-terroristi u l-kriminalità organizzata u l-ispjunaġġ mill-intelligence ta’ stat barrani, kif ukoll wara żieda fil-migrazzjoni irregolari. Filwaqt li l-kontrolli fil-fruntieri jistgħu jestendu għall-fruntieri interni kollha, inklużi l-fruntieri fuq l-art, il-baħar u l-ajru, is-sezzjonijiet speċifiċi tal-fruntiera u l-punti ta’ qsim tal-fruntieri huma ddeterminati mill-Pulizija Nazzjonali Daniża. Fil-prattika, il-kontrolli huma ffukati fuq il-fruntiera fuq l-art bejn id-Danimarka u l-Ġermanja u l-portijiet Daniżi b’konnessjonijiet bil-mezz ta’ trasport tul korp tal-ilma lejn il-Ġermanja. In-notifika kurrenti tiskadi fil-11 ta’ Mejju 2024 8 .

Bejn il-11 ta’ Frar 2023 u t-18 ta’ Awwissu 2023, total ta’ 168 arma ġew ikkonfiskati u 801 persuna ġew miċħuda d-dħul fil-kuntest tal-kontrolli fil-fruntieri mwettqa mid-Danimarka fil-fruntiera mal-Ġermanja.

Il-kontrolli fil-fruntieri jitwettqu bħala verifiki għal għarrieda u l-intensità, il-kwantità u l-post tagħhom huma adattati għall-għadd mistenni ta’ vjaġġaturi kif ukoll l-istampa tal-intelligence attwali, il-kundizzjonijiet lokali u x-xejriet tat-traffiku fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera individwali. Skont l-awtoritajiet Daniżi, il-kontrolli fil-fruntieri interni huma għalhekk sostanzjalment differenti mill-kontrolli sistematiċi mwettqa mid-Danimarka fil-fruntieri esterni tagħha. Bħala tali, il-Pulizija Nazzjonali Daniża sabet li l-kontrolli fil-fruntieri interni mwettqa mid-Danimarka fil-perjodu ta’ notifika preċedenti (Mejju-Novembru 2023) ma kellhomx impatt negattiv distintiv fuq il-moviment minn naħa għal oħra tal-fruntiera interna.

Id-Danimarka bdiet ukoll tirristruttura l-isforzi tal-pulizija fil-fruntiera biex issaħħaħ l-użu ta’ miżuri alternattivi fir-reġjuni tal-fruntiera, b’mod partikolari l-monitoraġġ intelliġenti taż-żoni tal-fruntiera u l-għadd ta’ għassa tal-pulizija u attivitajiet ta’ ġlieda kontra l-kriminalità, filwaqt li naqqset l-intensità tal-kontrolli fil-fruntieri interni.

·Kooperazzjoni

Il-Ftehim bilaterali ta’ riammissjoni tal-1954 bejn il-Ġermanja u d-Danimarka jiddistingwi bejn proċeduri formali ta’ riammissjoni u proċeduri mhux formali/aċċellerati konnessi direttament ma’ qsim tal-fruntieri. Fil-kuntest tal-proċeduri formali ta’ riammissjoni lejn Stati Membri oħra, bejn l-1 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Diċembru 2023, id-Danimarka wettqet riammissjoni waħda fil-Ġermanja u l-Ġermanja wettqet riammissjoni waħda fid-Danimarka. Fl-istess perjodu, il-Ġermanja wettqet 24 riammissjoni mhux formali/aċċellerati fid-Danimarka.

1.4 Kontrolli fil-fruntieri interni Franċiżi

Franza żammet il-kontrolli fil-fruntieri interni kollha tagħha billi ċċitat theddid terroristiku (Iżlamista u Ġiħadist), theddid marbut mas-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Ukrajna, b’mod partikolari r-riskju tat-traffikar tal-armi, kif ukoll is-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Lvant Nofsani u s-Saħel. In-notifika kurrenti se tiskadi fit-30 ta’ April 2024 9 .

Fil-perjodu mill-21 ta’ Ottubru 2023 sal-31 ta’ Jannar 2024, l-Italja rrapportat 6 228 rifjut ta’ dħul maħruġa minn Franza fil-fruntiera interna fuq l-art kondiviża tagħha. Fl-2023, Spanja rrapportat li Franza ħarġet 7 653 rifjut ta’ dħul fil-fruntiera interna fuq l-art kondiviża tagħha.

Il-kontrolli fil-fruntieri jitwettqu mill-Pulizija tal-Fruntieri Franċiża (Police de la Frontière, PAF) b’mod mhux sistematiku u l-intensità hija adattata abbażi tat-tip ta’ fruntiera (bl-ajru, marittima, fuq l-art) u abbażi tal-analiżi tar-riskju rilevanti mwettqa mill-awtoritajiet lokali kompetenti. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-kontrolli jibqgħu proporzjonati u jikkorrispondu mal-livell attwali ta’ theddid, dawn huma bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju bl-użu tal-għodod żviluppati mill-Frontex (CIRAM 2.0) u b’kont meħud tal-informazzjoni u l-esperjenza tal-pulizija. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-adattament flessibbli tal-kontrolli fid-diversi punti ta’ qsim tal-fruntieri jippermettilhom jillimitaw l-impatt fuq il-moviment transfruntier, inkluża l-konġestjoni tat-traffiku fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri. 

Filwaqt li l-awtoritajiet Spanjoli jikkonfermaw il-fatt li l-kontrolli fil-fruntieri Franċiżi jitwettqu b’mod flessibbli f’punti ta’ qsim bejn il-fruntiera magħżula, il-limitazzjoni temporanja ta’ punti ta’ qsim bejn il-fruntiera miftuħa u n-natura aktar bir-reqqa tal-kontrolli, b’mod partikolari fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera ta’ Irun Hendaya, irriżultaw f’ħinijiet tal-ivvjaġġar konsiderevolment itwal u dewmien fil-fruntiera. F’Marzu 2024, Franza infurmat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ mill-ġdid il-punti kollha ta’ qsim tal-fruntiera fil-fruntiera fuq l-art bejn Spanja u Franza, bl-għan li tiffaċilita l-qsim tal-fruntiera interna.

L-awtoritajiet Belġjani, Taljani, Lussemburgiżi u Żvizzeri kkonfermaw ukoll in-natura mhux sistematika tal-kontrolli fil-fruntieri Franċiżi u l-impatt limitat tagħhom fuq il-moviment transfruntier. B’mod partikolari, l-awtoritajiet Belġjani rrapportaw li l-kontrolli fil-fruntiera bejn Franza u l-Belġju huma kkaratterizzati minn operazzjonijiet ta’ darba stabbiliti għal ftit sigħat u li jinkludu kemm arranġamenti statiċi kif ukoll mobbli fuq toroq ewlenin b’effett minuri fuq il-flussi transfruntiera. L-awtoritajiet Belġjani huma infurmati b’tali operazzjonijiet permezz ta’ diversi kanali (kuntatt dirett bejn l-unitajiet operazzjonali, iċ-ĊKPD, pjattaformi ta’ konċertazzjoni strutturali) u xi drabi jintalbu jistabbilixxu “operazzjonijiet l-istess” fit-territorju Belġjan.

·Kooperazzjoni

L-Istati Membri ġirien kollha affettwati mill-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni minn Franza enfasizzaw in-natura dejjiema ta’ din il-miżura. Madankollu, huma esprimew is-sodisfazzjon ġenerali tagħhom bil-livell ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet Franċiżi, li jvarja fl-intensità u t-tip skont ir-riskji identifikati f’kull sezzjoni tal-fruntiera. Kif irrapportat mill-awtoritajiet Franċiżi, il-kooperazzjoni qed tittejjeb aktar permezz ta’ djalogu mal-Istati Membri ġirien, kif muri mill-iżvilupp reċenti ta’ forom ġodda ta’ kooperazzjoni operazzjonali transfruntiera (b’mod partikolari l-brigati konġunti bejn Franza u l-Italja u l-pattulji konġunti bejn Franza u l-Ġermanja). Filwaqt li tibni fuq dawn il-prattiki tajbin, Franza esprimiet ir-rieda li tiżviluppa u tapprofondixxi pattulji konġunti bejn Franza u Spanja u Franza u l-Iżvizzera.

Kooperazzjoni bejn Franza u Spanja

L-awtoritajiet Spanjoli u Franċiżi jkomplu l-ħidma fil-livell tekniku biex jilħqu ftehim dwar ftehim ta’ ħidma biex tiġi stabbilita l-bażi għall-kooperazzjoni transfruntiera, inklużi modalitajiet differenti għall-kollaborazzjoni. Iż-żewġ pajjiżi ħatru punti ta’ kuntatt għas-sigurtà pubblika u interna u ĊKPD, li spiss jintużaw għall-komunikazzjoni bilaterali.

Fil-livell operazzjonali, l-awtoritajiet Spanjoli rrapportaw kooperazzjoni intensa matul l-2022-2023. Fl-ewwel nofs tal-2023, saru 128 pattulja fil-fruntieri fuq l-art, 106 fil-fruntieri tal-ajru u sitta fil-pattulji marittimi fi ħdan il-qafas taċ-ĊKPD. Il-Brigata ta’ Rispons kontra l-Immigrazzjoni Illegali (BRIC, Brigada de Respuesta a la Inmigración Clandestina) topera f’punti differenti tul il-fruntiera bejn Spanja u Franza, u taqbel mal-uffiċjali Franċiżi dwar l-għadd ta’ pattulji. Hija twettaq ukoll kontrolli f’koordinazzjoni mal-persunal tal-muniċipalitajiet Spanjoli fl-istazzjonijiet tal-ferrovija, il-karozzi tal-linja u t-toroq.

Fil-qafas tal-programm għal pattulji mħallta matul l-istaġun tal-vaganzi, twettqu 14-il missjoni, b’34 uffiċjal tal-pulizija Spanjol skjerati fi bliet Franċiżi, u 22 uffiċjal tal-pulizija Franċiżi fi bliet Spanjoli. Il-Guardia Civil tistabbilixxi pattulji mħallta simili, speċjalment tul il-“Camino de Santiago”.

Il-ftehim bilaterali ta’ riammissjoni bejn Franza u Spanja jmur lura għall-2002 (il-“Ftehim ta’ Málaga”), bi ftehim tekniku għat-trasferimenti bl-ajru, datat il-25 ta’ Mejju 2013 (il-“Ftehim ta’ Salamanca”). Abbażi tad-data kondiviża mill-awtoritajiet Spanjoli, fl-2023 Spanja talbet 868 riammissjoni bl-art u xejn bl-ajru lejn Franza, filwaqt li Franza talbet 2 256 riammissjoni bl-art u 166 bl-ajru lejn Spanja.

Fil-perjodu ta’ rapportar, Spanja ma osservatx bidla fil-prattika mill-awtoritajiet Franċiżi fil-fruntiera interna kondiviża fuq l-art wara s-sentenza tal-QĠUE fil-Kawża C-143/22, li jfisser li r-rifjuti ta’ dħul komplew ikunu akkumpanjati minn ritorni diretti mingħajr talba ta’ teħid lura. 

Kooperazzjoni bejn Franza u l-Belġju

Hemm kooperazzjoni mill-qrib fi tliet livelli: kumitat strateġiku (awtoritajiet amministrattivi, awtoritajiet ġudizzjarji, pulizija u dwana), grupp ta’ ħidma operattiv (GTO), u seba’ pjattaformi “lokali” li jkopru ż-żona tal-fruntiera kollha. Il-kooperazzjoni fiż-żewġ ĊKPD li ilhom jeżistu - iċ-ĊKPD bilaterali f’Tournai (il-Belġju) u ċ-ĊKPD kwadrilaterali fil-Lussemburgu (mal-Ġermanja u l-Lussemburgu) - hija stabbilita sew. Il-kompitu ewlieni tagħhom huwa li jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni li hija marbuta mar-reġjun tal-fruntiera kif definit fil-ftehim bilaterali bejn Franza u l-Belġju dwar il-kooperazzjoni bejn il-pulizija u d-dwana (it-Trattat ta’ Tournai II). Il-kumitat strateġiku dan l-aħħar nieda riflessjoni dwar reviżjoni possibbli tat-trattat biex ikompli jittejjeb il-qafas legali għall-kooperazzjoni transfruntiera.

Il-kooperazzjoni bejn il-Belġju u Franza tikkonsisti prinċipalment f’“operazzjonijiet l-istess” jew task forces konġunti fil-livell lokali, kif ukoll pattulji konġunti okkażjonali fuq l-inizjattiva tal-unitajiet fir-reġjun tal-fruntiera. Madankollu, l-awtoritajiet Belġjani u Franċiżi qed iżidu l-isforzi tagħhom biex itejbu l-kooperazzjoni transfruntiera tagħhom. B’mod partikolari, il-Pulizija Federali Belġjana żviluppat kors ta’ taħriġ speċifiku għal operazzjonijiet transfruntiera. Barra minn hekk, il-pulizija Belġjana, Franċiża u Netherlandiża wettqu proġett ta’ 3 snin iffinanzjat mill-Fond għas-Sigurtà Interna (Internal Security Fund, ISF) biex jeżaminaw u jippromwovu alternattivi għal kontrolli sistematiċi fil-fruntieri interni. Ir-rieda li jittejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni fir-reġjun tal-fruntiera hija, madankollu, imxekkla minn raġunijiet tekniċi, legali jew ta’ sigurtà.

Kooperazzjoni bejn Franza u l-Italja

L-awtoritajiet Taljani rrapportaw komunikazzjoni bilaterali stabbli fil-livelli kollha mal-awtoritajiet Franċiżi. Aktar reċenti, minn Ottubru 2023, l-awtoritajiet Franċiżi u Taljani bdew diskussjonijiet dwar il-ħolqien ta’ Unité de Renseignement Opérationnelle (URO) fil-fruntiera ta’ Ventimiglia, għal kollegament ta’ informazzjoni u investigazzjoni biex jiġi miġġieled it-traffikar tal-migranti lejn Franza.

Abbażi tad-data pprovduta mill-Italja, għall-perjodu mit-23 ta’ Ottubru 2023 sal-4 ta’ Frar 2024, twettqu 10 pattulji konġunti mill-pulizija tal-fruntiera fuq in-naħa Taljana taż-żona tal-fruntiera fuq l-art bejn Franza u l-Italja, bir-riżultat li 68 persuna u 12-il vettura ġew soġġetti għall-kontroll, filwaqt li l-ebda persuna ma ġiet arrestata jew irrapportata. Fl-istess perjodu, il-brigata mħallta Franko-Taljana wettqet 240 pattulja, li wasslu għal kontroll ta’ 1 894 persuna u 656 vettura u 11-il persuna arrestati.

Il-Ftehim bilaterali ta’ riammissjoni bejn Franza u l-Italja tal-1997 (Ftehim ta’ Chambery) jipprevedi riammissjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ Stati Membri fir-rigward ta’ ċittadini irregolari ta’ pajjiżi terzi maqbuda f’żoni transfruntiera. F’dan il-qafas, fil-perjodu mill-21 ta’ Ottubru 2023 sal-31 ta’ Jannar 2024, l-Italja wettqet 205 riammissjonijiet fi Franza u Franza wettqet 51 riammissjoni fl-Italja. L-awtoritajiet Taljani bħalissa qed jivvalutaw l-impatt tas-sentenza tal-QĠUE fil-Kawża C-143/22 biex jimplimentaw l-aġġustamenti rilevanti.

Kooperazzjoni bejn Franza u l-Lussemburgu 

Filwaqt li ma twettqet l-ebda valutazzjoni tar-riskju konġunta, saru konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet Franċiżi u Lussemburgiżi qabel id-deċiżjoni ta’ Franza li tintroduċi mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni.

Kif irrapportat mil-Lussemburgu, il-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-Lussemburgu u Franza hija prinċipalment ibbażata fuq kontrolli u pattulji konġunti, insegwimenti u osservazzjonijiet transfruntiera. Biex jikkomplementaw tali operazzjonijiet, fl-2021 Franza u l-Lussemburgu ffirmaw “pjan ta’ twissija fil-fruntieri” biex itejbu l-koordinazzjoni bejn il-forzi tas-sigurtà tagħhom f’każ ta’ avvenimenti ta’ intensità għolja. Il-pattulji bbażati fuq dan l-arranġament bdew fl-1 ta’ Marzu 2024. Barra minn hekk, fil-25 ta’ Jannar 2024, Franza u l-Lussemburgu ffirmaw arranġamenti amministrattivi jew l-implimentazzjoni ta’ pattulji mħallta fuq l-assi tat-toroq u r-rotot transfruntiera rispettivament fuq rotot ferrovjarji transfruntiera, li wasslu għall-istabbiliment ta’ punti ta’ kuntatt bilaterali.

Kooperazzjoni bejn Franza u l-Iżvizzera

Kif irrapportat mill-awtoritajiet Żvizzeri, l-Iżvizzera ma ġietx ikkonsultata qabel jew wara d-deċiżjoni ta’ Franza li tintroduċi mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni u ma twettqet l-ebda valutazzjoni tar-riskju konġunta.

Madankollu, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet Franċiżi u Żvizzeri għadha stabbilita sew fil-qafas tal-ftehim eżistenti dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija u l-Pjan ta’ Azzjoni minn Ottubru 2022. Barra minn hekk, Franza u l-Iżvizzera ilhom jipparteċipaw f’pattulji konġunti trilaterali mal-Ġermanja fiż-żona ta’ Basel minn Marzu 2023. L-Uffiċċju konġunt ta’ kollegament tal-pulizija tal-fruntieri f’Basel u Trinat Süd jirrappreżenta forum ta’ skambju regolari bejn il-Ġermanja, Franza u l-Iżvizzera f’diversi livelli amministrattivi. 

1.5 Kontrolli fil-fruntieri interni Żvediżi (b’enfasi fuq il-fruntiera fuq l-art bejn l-Iżvezja u d-Danimarka)

·Is-sitwazzjoni fil-fruntiera

L-Iżvezja żammet il-kontrolli fil-fruntieri interni kollha tagħha filwaqt li ċċitat theddida serja għall-politika pubblika u s-sigurtà nazzjonali mit-theddida tat-terroriżmu (Iżlamiku). In-notifika attwali se tiskadi fil-11 ta’ Mejju 2024 10 .

L-Iżvezja wettqet kontrolli fit-tipi kollha ta’ fruntieri (fuq l-art, il-baħar u l-ajru), iżda l-post u l-intensità eżatti tal-kontrolli huma ddeterminati mill-Awtorità tal-Pulizija, abbażi tal-intelligence disponibbli. Fil-prattika, il-kontrolli jitwettqu l-aktar fil-Pont ta’ Öresund fil-fruntiera mad-Danimarka, u f’xi wħud mill-portijiet fir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Iżvezja, li għandhom konnessjonijiet bil-mezz ta’ trasport tul korp tal-ilma mal-Istati ta’ Schengen u huma bbażati fuq aċċess għal informazzjoni avvanzata dwar il-passiġġieri.

Minn Ottubru 2023, 34 737 persuna ġew soġġetti għal kontroll fil-fruntieri tal-ajru u 127 977 persuna fil-fruntieri fuq l-art u l-baħar, 279 persuna ġew miċħuda d-dħul, u sitta nqabdu b’rabta mal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin. Fil-fruntieri kollha, l-Awtorità tal-Pulizija Żvediża tkompli taħdem kemm jista’ jkun abbażi tal-intelligence u l-valutazzjoni tar-riskju, biex tiżgura li l-kontrolli jibqgħu effettivi u proporzjonati u jtaffu l-impatt tagħhom fuq il-flussi transfruntiera.

Il-verifiki fil-fruntiera, primarjament qrib u fuq il-konnessjoni tal-pont mad-Danimarka fuq l-istrett ta’ Öresund, fl-istazzjon tal-ferrovija f’Hyllie f’Malmö u l-istazzjon tal-pedaġġ f’Lernacken, jitwettqu f’postijiet fissi, normalment bħala verifiki għal għarrieda. Il-frekwenza u l-intensità tagħhom jiddependu fuq il-flussi tat-traffiku, l-intelligence u r-riżorsi disponibbli. L-impatt tal-kontrolli kien limitat minħabba l-post fejn jinsabu fl-istazzjon tal-pedaġġ. Fuq il-Pont ta’ Öresund u fil-portijiet tal-mezz ta’ trasport tul korp tal-ilma, għadd limitat biss ta’ vetturi huwa soġġett għal verifiki fil-fruntieri. Bl-istess mod, l-impatt fuq is-sistema ferrovjarja ġie minimizzat billi saru aġġustamenti żgħar għall-iskedi tal-ferrovija u billi l-passiġġieri ġew soġġetti għal kontroll fl-ewwel waqfa skedata fit-territorju Żvediż. B’riżultat ta’ dan, prattikament ma hemm l-ebda dewmien fuq il-ferroviji bejn id-Danimarka u l-Iżvezja kkawżat mill-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri. Għal din ir-raġuni u minħabba li l-ħinijiet ta’ stennija għall-passiġġieri jinżammu f’livell minimu, l-awtoritajiet Żvediżi spjegaw li l-ftehim bejn l-Iżvezja u d-Danimarka li jippermetti li jsiru kontrolli fuq ferroviji mexjin fuq il-pont ta’ Öresund ma daħalx fis-seħħ.

Il-kontrolli fl-ajruporti (b’mod partikolari fi Stokkolma Arlanda u Västerås) huma bbażati biss fuq l-intelligence u jitwettqu biss bħala kontrolli mobbli.

• Kooperazzjoni bejn l-Iżvezja u d-Danimarka

Id-djalogu bejn l-Iżvezja u d-Danimarka għadu għaddej fil-livelli kollha, bejn l-awtoritajiet rispettivi taż-żewġ pajjiżi, bejn il-ministeri u fuq livell politiku. L-Iżvezja rrapportat li l-Pulizija Żvediża u l-Awtoritajiet Doganali huma f’kuntatt mal-kontropartijiet Daniżi tagħhom kuljum. Barra minn hekk, l-Iżvezja esprimiet sodisfazzjon bl-implimentazzjoni tad-diversi ftehimiet mad-Danimarka dwar l-infurzar tal-liġi transfruntiera li qed jaħdmu tajjeb ħafna u jippermettu kooperazzjoni b’suċċess fil-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera u l-vjolenza minn gruppi. Tali kooperazzjoni tinkludi l-kondiviżjoni tal-intelligence kif ukoll il-kooperazzjoni operazzjonali u l-appoġġ fir-rigward tal-forom kollha ta’ kriminalità, inkluż il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti.

Peress li l-leġiżlazzjoni Żvediża l-ġdida li tippermetti l-verifiki tal-pulizija fiż-żoni tal-fruntiera daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2023, l-Awtorità tal-Pulizija Żvediża ilha timplimentaha u żviluppat metodi u strateġiji li sa issa taw riżultati tajbin. Madankollu, fil-fehma tal-awtoritajiet Żvediżi, għadu kmieni wisq biex jinsiltu konklużjonijiet qawwija mill-esperjenzi u r-riżultati qabel ma titwettaq evalwazzjoni xierqa.

1.6 Kontrolli fil-fruntieri interni Norveġiżi f’portijiet b’konnessjonijiet bil-lanċa maż-żona Schengen

·Is-sitwazzjoni fil-fruntiera

In-Norveġja żammet il-kontrolli fil-fruntieri filwaqt li ċċitat it-theddida għall-infrastruttura kritika fuq l-art u lil hinn mill-kosta u t-theddida tas-servizzi ta’ intelligence barranin. Il-kontrolli huma limitati għal portijiet b’konnessjonijiet bil-mezz ta’ trasport tul korp tal-ilma maż-żona Schengen, jiġifieri lejn id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Iżvezja. In-notifika attwali se tiskadi fil-11 ta’ Mejju 2024. 

Il-kontrolli huma mmirati, mhux sistematiċi u bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskju u l-iskrutinju tal-listi tal-passiġġieri. Abbażi tad-data pprovduta min-Norveġja, fl-2023, minn 2 765 000 passiġġier, 34 257 passiġġier ġew iċċekkjati fiżikament, 31 ġew miċħuda l-imbark fil-post tat-tluq, 78 ġew miċħuda d-dħul u 25 inqabdu. B’mod ġenerali, l-effett irrapportat ta’ dawn il-kontrolli fuq il-flussi tal-passiġġieri huwa negliġibbli.

Kif spjegat mill-awtoritajiet Norveġiżi, il-liġi Norveġiża tirrikjedi l-introduzzjoni mill-ġdid formali tal-kontrolli fil-fruntieri interni biex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jirrikjedu li l-laneċ jittrażmettu l-listi tal-passiġġieri lill-Pulizija. Il-Ministeru tal-Ġustizzja u s-Sigurtà Pubblika bħalissa qed jeżamina jekk jistax jiġi stabbilit qafas legali nazzjonali ġdid li jippermetti l-ġbir ta’ informazzjoni dwar id-data marittima dwar il-passiġġieri, abbażi tal-ewwel valutazzjoni tad-Direttorat tal-Pulizija Norveġiż, mingħajr il-ħtieġa li wieħed jirrikorri għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni.

·Kooperazzjoni

Il-pajjiżi Nordiċi kollha jipparteċipaw f’format imsejjaħ il-Kooperazzjoni Nordika tal-Pulizija. Fis-sottogrupp Stampa tas-Sitwazzjoni Nordika, l-informazzjoni operazzjonali tiġi kondiviża. Il-kooperazzjoni hija mill-qrib ħafna, speċjalment fir-reġjuni tal-fruntiera. Qed tinbena għassa tal-pulizija konġunta fil-fruntiera bejn in-Norveġja u l-Iżvezja u hija mistennija li tibda topera fl-2025. L-informazzjoni dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti tiġi kondiviża ma’ pajjiżi Nordiċi oħra u l-Europol u n-Norveġja jipparteċipaw fil-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT, European Multidisciplinary Platform Against Criminal Threats) tal-Europol. In-Norveġja tiskambja informazzjoni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tagħhom ta’ kontrolli fil-fruntieri interni ma’ Stati ġirien ta’ Schengen u l-miżuri meħuda mill-pajjiżi tal-Istati ta’ Schengen jitqiesu meta tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tas-sigurtà nazzjonali. Il-kooperazzjoni dwar ir-ritorn isseħħ fil-livell Ewropew u mal-Frontex.

Mill-2013, in-Norveġja stabbiliet pjattaforma online, SafeSeaNet Norway, li tiffaċilita l-obbligi ta’ rapportar tal-operaturi tat-trasport marittimu li jippjanaw li jidħlu jew joħorġu minn port li jinsab fit-territorju Norveġiż. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Norveġiżi wrew interess li jikkontribwixxu għall-istudju tal-Kummissjoni dwar il-fattibbiltà tal-armonizzazzjoni fil-livell tal-UE tal-obbligi ta’ rapportar dwar l-operaturi marittimi għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi.

2. Kontrolli fil-fruntieri interni introdotti minn Ottubru 2023

2.1 Fruntiera interna Awstrijaka fil-fruntiera fuq l-art maċ-Ċekja

·Is-sitwazzjoni fil-fruntiera

Fit-18 ta’ Ottubru 2023, l-Awstrija l-ewwel innotifikat l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli fil-fruntieri interni fil-fruntiera fuq l-art maċ-Ċekja għal raġunijiet ta’ pressjoni migratorja għolja persistenti, migrazzjoni sekondarja u faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti tul ir-rotta tal-Balkani tal-Punent, u r-riskju għas-sigurtà li t-terroristi jidħlu permezz ta’ rotot ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin, aggravat mit-taqlib fil-Lvant Nofsani. In-notifika attwali se tiskadi fis-16 ta’ April 2024.

L-awtoritajiet Awstrijaċi ppreżentaw lista ta’ 59 punt ta’ qsim tal-fruntiera ddeżinjati skont l-Artikolu 27(1)(c) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen fil-fruntiera maċ-Ċekja.

Il-kontrolli jsiru f’punti ta’ qsim tal-fruntiera li jaqdu t-traffiku internazzjonali u reġjonali u huma miftuħa għat-tipi kollha ta’ traffiku. Il-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet Awstrijaċi fil-fruntiera Ċeka saru b’mod aleatorju u twettqu minn pattulji mobbli. Il-konġestjoni okkażjonali ġiet irrapportata mad-dħul fl-Awstrija, prinċipalment fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera Kleinhaugsdorf u Drasenhofen.

Fil-perjodu bejn l-4 ta’ Ottubru 2023 u t-8 ta’ Frar 2024, 1 471 migrant irregolari ġew interċettati fil-fruntiera bejn l-Awstrija u ċ-Ċekja, kif ukoll faċilitatur wieħed ta’ dħul klandestin. Inħarġu erba’ rifjuti ta’ dħul, u persuna waħda ġiet riammessa skont il-ftehim bilaterali ta’ riammissjoni tal-2004 bejn l-Awstrija u ċ-Ċekja.

·Kooperazzjoni bejn l-Awstrija u ċ-Ċekja

Il-kooperazzjoni bejn l-Awstrija u ċ-Ċekja sseħħ kemm fil-livell Ministerjali kif ukoll f’dak operazzjonali. Iċ-Ċekja tipparteċipa fl-organizzazzjoni ta’ laqgħat trimestrali fi Vjenna. Fil-livell reġjonali, hemm kuntatti regolari bejn il-pajjiżi ta’ Visegrad+ 11 . Barra minn hekk, kemm iċ-Ċekja kif ukoll l-Awstrija jipparteċipaw fil-Forum ta’ Salzburg.

Tmien pattulji konġunti tal-pulizija tas-sigurtà (tnejn għal kull distrett tal-fruntiera) u pattulja konġunta tal-pulizija tat-traffiku jseħħu kull xahar. Dawn huma bl-uniformi u bi lbies ċivili u jalternaw bejn iċ-Ċekja u l-Awstrija. Il-kooperazzjoni stabbilita sew u frekwenti kompliet ukoll matul l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni, fejn il-pressjoni migratorja ma kinitx tali li żżid l-intensità tal-kooperazzjoni bejn l-Awstrija u ċ-Ċekja.

2.2 Kontrolli fil-fruntieri interni Awstrijaċi fil-fruntiera fuq l-art mas-Slovakkja

·Is-sitwazzjoni fil-fruntiera

Fl-4 ta’ Ottubru 2023, l-Awstrija introduċiet mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni fil-fruntiera fuq l-art mas-Slovakkja minħabba żieda fil-pressjoni migratorja u movimenti sekondarji relatati. In-notifika attwali se tiskadi fit-2 ta’ April 2024. Fid-deċiżjoni tagħha li tintroduċi mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni, l-Awstrija qieset l-impatt li l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri mill-Polonja u miċ-Ċekja fil-fruntieri mas-Slovakkja seta’ kellha fuq ir-rotot migratorji u l-bidla possibbli tagħhom lejn l-Ungerija lejn l-Awstrija.

L-Awstrija ppreżentat il-lista ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera magħżula skont l-Artikolu 27(1)(c) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen fil-fruntiera mas-Slovakkja li tindika 11-il post. Il-kontrolli ġeneralment ħadu l-forma ta’ verifiki għal għarrieda u l-effett fuq l-ivvjaġġar transfruntier kien negliġibbli.

Fil-perjodu mill-4 ta’ Ottubru 2023 sat-8 ta’ Frar 2024, ġew interċettati 303 migranti irregolari u 11-il faċilitatur ta’ dħul klandestin, u nħarġu 10 rifjuti ta’ dħul fil-fruntiera bejn l-Awstrija u s-Slovakkja.

·Kooperazzjoni bejn l-Awstrija u s-Slovakkja

Il-Ftehim tal-2005 dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija bejn l-Awstrija u s-Slovakkja jippermetti operazzjonijiet ta’ tranżitu fit-territorji rispettivi tagħhom wara n-notifika. L-awtoritajiet Awstrijaċi u Slovakki jaħdmu flimkien f’siti komuni konġunti ta’ kooperazzjoni bejn il-pulizija u d-dwana. Fil-livell reġjonali, hemm kuntatti regolari bejn il-pajjiżi ta’ Visegrad+. Barra minn hekk, kemm is-Slovakkja kif ukoll l-Awstrija jipparteċipaw fil-Forum ta’ Salzburg.

L-implimentazzjoni effettiva tal-ftehim bilaterali ta’ riammissjoni bejn l-Awstrija u s-Slovakkja tal-2012 ġiet affettwata minn interpretazzjonijiet diverġenti. Filwaqt li għadhom isiru laqgħat regolari tal-esperti, sa issa ma setgħux isolvu dawn id-differenzi. Wara s-sentenza tal-QĠUE fil-Kawża 143/22, l-awtoritajiet Awstrijaċi rrapportaw li l-awtoritajiet Slovakki rrifjutaw talbiet ta’ riammissjoni fuq il-bażi li d-dħul mis-Slovakkja ma ntweriex biżżejjed. Pereżempju, l-awtoritajiet Slovakki rrifjutaw ir-riammissjoni ta’ għaxar migranti irregolari mill-Awstrija f’Novembru u Diċembru 2023.

2.3 Kontrolli fil-fruntieri interni Ġermaniżi fil-fruntiera fuq l-art mal-Polonja

·Is-sitwazzjoni fil-fruntiera

Fis-16 ta’ Ottubru 2023, l-awtoritajiet Ġermaniżi introduċew mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni fil-fruntiera fuq l-art mal-Polonja minħabba żieda fil-migrazzjoni irregolari tul ir-rotta tal-Lvant tal-Mediterran u r-rotta tal-Balkani li wasslet għal żieda fil-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin. L-introduzzjoni mill-ġdid ġiet imġedda abbażi tal-preżenza kontinwa fuq il-kapaċità ta’ akkoljenza tal-ażil u t-tħassib dwar il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin, kif ukoll is-sitwazzjoni tas-sigurtà li qed tiddeterjora bħala riżultat tat-taqlib fil-Lvant Nofsani. L-introduzzjoni mill-ġdid kurrenti mistennija tiskadi fil-15 ta’ Ġunju 2024.

Il-Ġermanja ma ppreżentatx lista ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera magħżula skont l-Artikolu 27(1)(c) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u għalhekk il-fruntiera tista’ tinqasam fi kwalunkwe punt. Il-Polonja rrapportat li dan wassal għal bidla fir-rotot tal-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin mit-triq prinċipali għal qsim iżgħar. Il-Pulizija Federali Ġermaniża tqis il-movimenti evażivi possibbli ta’ faċilitaturi kriminali ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin bħala parti mid-dmirijiet tagħha.

Fil-perjodu mis-16 ta’ Ottubru 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023, ġew iċċekkjati 141 697 persuna, ġew irrapportati 4 249 qsim irregolari tal-fruntieri, inqabdu 52 faċilitatur ta’ dħul klandestin, u nħarġu 1 686 rifjut ta’ dħul fil-fruntiera bejn il-Ġermanja u l-Polonja.

Il-kontrolli huma bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskju, l-informazzjoni u l-esperjenza tal-pulizija. Huma flessibbli f’termini ta’ ħin, post u persunal u l-intensità tagħhom tvarja skont il-post u l-ħtieġa li jittaffa l-impatt fuq il-flussi transfruntiera. Il-pulizija Ġermaniża tista’ tirrikorri għall-hekk imsejħa “korsiji tal-ipproċessar” fi żminijiet ta’ żieda fil-migrazzjoni irregolari biex tiżgura l-fluwidità tat-traffiku. Il-miżuri tal-pulizija intensifikati fiż-żoni tal-fruntiera (l-hekk imsejħa “Schleierfahndung”) jikkomplementaw il-kontrolli fil-fruntieri.

L-awtoritajiet Pollakki rrapportaw xi inkonvenjenza għall-movimenti transfruntiera, speċjalment għall-abitanti ta’ bliet fil-viċinat ta’ xulxin fil-fruntiera bejn il-Polonja u l-Ġermanja, li wasslu għal opinjoni pubblika kritika. Il-Ġermanja tenfasizza li l-Pulizija Federali Ġermaniża tagħmel ħilitha biex tevita jew tnaqqas kemm jista’ jkun it-tfixkil tat-traffiku transfruntier.

·Kooperazzjoni bejn il-Ġermanja u l-Polonja

Fil-bidu ta’ Ottubru 2023, qabel id-deċiżjoni li jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni, l-awtoritajiet Ġermaniżi żiedu l-kooperazzjoni transfruntiera tal-pulizija mal-Polonja u maċ-Ċekja biex jindirizzaw l-isfidi identifikati minn miżuri alternattivi għall-kontrolli fil-fruntieri interni. Għalkemm dan fl-aħħar mill-aħħar ma waqqafx l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni, dan ippermetta li jiġu stabbiliti kanali u prattiki ġodda ta’ kooperazzjoni. Pereżempju, ġie stabbilit mill-ġdid grupp ta’ ħidma għad-djalogu strateġiku dwar il-kooperazzjoni bilaterali bejn l-awtoritajiet tal-kontroll tal-fruntieri Ġermaniżi u Pollakki.

L-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni hija akkumpanjata minn kooperazzjoni transfruntiera intensiva tal-pulizija bejn il-Ġermanja, il-Polonja u ċ-Ċekja. Kien hemm żieda fil-pattulji konġunti fiż-żona tal-fruntiera bejn il-Ġermanja u l-Polonja, abbażi ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni bilaterali dwar operazzjonijiet konġunti, li taħtu l-Pulizija Federali Ġermaniża u l-gwardji tal-fruntiera Pollakki jimmiraw il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin tal-bnedmin u d-dħul mhux awtorizzat. Hemm ukoll tliet għases tal-pulizija konġunti bejn il-Ġermanja u l-Polonja f’Ludwigsdorf, Świecko u Pomellen. Biex jindirizzaw il-kwistjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin, il-Ġermanja, il-Polonja u ċ-Ċekja stabbilew taskforce apposta taħt l-umbrella tal-EMPACT.

Il-pattulji konġunti tal-pulizija jsiru fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera matul it-tul kollu tas-sezzjoni tal-fruntiera komuni. Fl-2023, ġew organizzati 307 pattulja (232 fuq in-naħa Pollakka u 75 fuq in-naħa Ġermaniża). Il-ħin u l-post tal-għassa huma ddeterminati abbażi tal-analiżi tar-riskju attwali u tal-informazzjoni operazzjonali. Attivitajiet konġunti, flimkien ma’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri tul ir-rotta migratorja, issarrfu fi tnaqqis fil-migrazzjoni irregolari minn Novembru 2023, li mmotivaw liż-żewġ pajjiżi biex jespandu l-għadd ta’ pattulji konġunti. Il-Ġermanja pproponiet ukoll li twettaq pattulji trilaterali bejn il-Ġermanja, il-Polonja u ċ-Ċekja.

Il-Polonja u l-Ġermanja għandhom fis-seħħ ftehim bilaterali ta’ riammissjoni. Bħalissa, il-Ġermanja u l-Polonja jinsabu fil-proċess li jaġġornaw il-formoli għal talbiet u deċiżjonijiet dwar talbiet ta’ riammissjoni skont il-ftehim. Abbażi tad-data statistika limitata disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri, fil-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2023, 72 persuna ġew ritornati lejn il-Polonja u ħamsa lejn il-Ġermanja skont il-proċedura formali ta’ riammissjoni, 122 persuna ġew ritornati lejn il-Polonja skont il-proċedura ta’ riammissjoni mhux formali.

2.4 Kontrolli fil-fruntieri interni Ġermaniżi fil-fruntiera fuq l-art maċ-Ċekja

·Is-sitwazzjoni fil-fruntiera

Fl-istess notifika tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni mal-Polonja tas-16 ta’ Ottubru 2023, il-Ġermanja introduċiet mill-ġdid ukoll il-kontrolli fil-fruntieri interni fil-fruntiera fuq l-art maċ-Ċekja għall-istess raġunijiet (b’mod partikolari, żieda fil-migrazzjoni irregolari tul ir-rotta tal-Lvant tal-Mediterran u r-rotta tal-Balkani li wasslet għal żieda fil-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin). L-introduzzjoni mill-ġdid kurrenti mistennija tiskadi fil-15 ta’ Ġunju 2024.

Il-kontrolli jitwettqu b’mod flessibbli u bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskju, l-esperjenza u l-informazzjoni. L-impatt fuq il-flussi tat-traffiku kien limitat.

Fil-perjodu mis-16 ta’ Ottubru 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023, ġew iċċekkjati 310 718-il persuna, ġew irrapportati 3 265 qasma irregolari tal-fruntieri, inqabdu 84 faċilitatur ta’ dħul klandestin, u nħarġu 521 rifjut ta’ dħul fil-fruntiera bejn il-Ġermanja u ċ-Ċekja.

·Kooperazzjoni bejn il-Ġermanja u ċ-Ċekja

Il-kuntatti bilaterali bejn il-Ġermanja u ċ-Ċekja huma stabbiliti sew u frekwenti, kemm fil-livell ministerjali kif ukoll f’dak operazzjonali. L-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni hija akkumpanjata minn kooperazzjoni transfruntiera intensiva tal-pulizija mal-Polonja u ċ-Ċekja.

L-awtoritajiet Ġermaniżi u Ċeki żiedu wkoll il-pattulji konġunti abbażi tal-ftehim ta’ kooperazzjoni bilaterali bejn il-Ġermanja u ċ-Ċekja dwar operazzjonijiet konġunti, li taħtu l-Pulizija Federali u l-Pulizija Ċeka flimkien jimmiraw lejn il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin tal-bnedmin u d-dħul mhux awtorizzat. Ġie stabbilit ċentru ta’ servizz konġunt fi Hrádek n. Nisou, fejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi Ġermaniżi u Ċeki huma rappreżentati. Il-parteċipazzjoni tal-Polonja qed tiġi diskussa. Fir-reġjun tal-Bohemia tan-Nofsinhar, l-awtoritajiet Ġermaniżi u Ċeki jwettqu madwar 50 pattulja konġunta fis-sena (minn tlieta sa ħames pattulji fix-xahar), kemm f’postijiet fissi kif ukoll fil-forma tal-hekk imsejħa “tfittxijiet ta’ Schengen”.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ġermaniżi u Ċeki jwettqu madwar 72 pattulja konġunta fir-Reġjun ta’ Pilsen (minn ħames sa sitt pattulji fix-xahar), minn ħames sa sitt pattulji konġunti fir-Reġjun Ústí nad Labem u minn tlieta sa ħames pattulji konġunti fir-reġjun ta’ Karlovy Vary, li primarjament iwettqu kontrolli relatati mal-immigrazzjoni, iżda wkoll l-infurzar tas-sikurezza fit-toroq u kompiti relatati mal-ordni pubbliku.

Il-Ftehim bilaterali bejn il-Ġermanja u ċ-Ċekja dwar ir-riammissjoni jiddistingwi bejn il-proċedura formali ta’ riammissjoni u l-proċedura ta’ riammissjoni informali. Abbażi tad-data statistika limitata disponibbli għall-awtoritajiet Ġermaniżi, fil-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023, tliet persuni ġew irritornati lejn iċ-Ċekja skont il-proċedura formali ta’ riammissjoni; Ġew irritornati 170 persuna liċ-Ċekja skont il-proċedura informali ta’ riammissjoni.

2.5 Kontrolli fil-fruntieri interni Ġermaniżi fil-fruntiera fuq l-art mal-Iżvizzera

·Is-sitwazzjoni fil-fruntiera

Fl-istess notifika tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni mal-Polonja u ċ-Ċekja tas-16 ta’ Ottubru 2023, il-Ġermanja introduċiet mill-ġdid ukoll il-kontrolli fil-fruntieri interni fil-fruntiera fuq l-art mal-Iżvizzera għall-istess raġunijiet (b’mod partikolari, żieda fil-migrazzjoni irregolari tul ir-rotta tal-Lvant tal-Mediterran u r-rotta tal-Balkani li wasslet għal żieda fil-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin). L-introduzzjoni mill-ġdid kurrenti mistennija tiskadi fil-15 ta’ Ġunju 2024.

Qabel l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni, fil-bidu ta’ Ottubru 2023, il-Ġermanja kienet diġà intensifikat il-kontrolli fiż-żona tal-fruntiera mal-Iżvizzera. Bl-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni, dawn l-attivitajiet intensifikaw, b’mod partikolari fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri u fuq il-ferroviji internazzjonali.

Sa issa, kien hemm konġestjoni okkażjonali fil-fruntiera, iżda – fid-dawl tal-awtoritajiet Żvizzeri – din ma tistax tiġi attribwita kompletament għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli peress li ġeneralment dan huwa reġjun mimli ħafna traffiku transfruntier. Il-Pulizija Federali Ġermaniża tagħmel ħilitha biex tevita jew tnaqqas kemm jista’ jkun it-tfixkil tat-traffiku transfruntier.

Fil-perjodu mis-16 ta’ Ottubru 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023, ġew iċċekkjati 6 463 persuna, ġew irrapportati 5 222 qasma irregolari tal-fruntieri, inqabdu 42 faċilitatur ta’ dħul klandestin, u nħarġu 4 043 rifjut ta’ dħul fil-fruntiera fuq l-art bejn il-Ġermanja u l-Iżvizzera.

·Kooperazzjoni bejn il-Ġermanja u l-Iżvizzera

Kif irrapportat mill-awtoritajiet Żvizzeri, l-Iżvizzera ma ġietx ikkonsultata dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni jew it-tiġdid sussegwenti u ma twettqet l-ebda valutazzjoni tar-riskju konġunta. L-awtoritajiet Ġermaniżi jindikaw li ġiet ipprovduta informazzjoni minn qabel. Madankollu, il-kuntatti fil-livelli kollha huma frekwenti. Saru laqgħat bilaterali regolari fil-qafas tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-2022 bejn il-Ġermanja u l-Iżvizzera. Fid-dawl tal-awtoritajiet Żvizzeri, it-tiġdid tal-Pjan ta’ Azzjoni jista’ jippermetti triq ’il quddiem għat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni.

Fil-fruntiera interna bejn il-Ġermanja u l-Iżvizzera, il-Pulizija Federali Ġermaniża topera wkoll fit-territorju Żvizzeru, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet Żvizzeri, skont ftehim bilaterali dwar l-ipproċessar konġunt flimkien mal-“ftehimiet dwar iż-żona” applikabbli, li jippermetti lill-awtoritajiet Ġermaniżi jidentifikaw u jipprevjenu dħul mhux awtorizzat diġà fit-territorju Żvizzeru.

Speċjalment fiż-żona ta’ Basel, il-Pulizija Federali Ġermaniża u l-Uffiċċju Federali Żvizzeru għad-Dwana u l-Protezzjoni tal-Fruntieri (FOCBS, Federal Office for Customs and Border Protection) jaħdmu flimkien mill-qrib. Il-pattulji mħallta tal-Gruppi ta’ Servizzi Operazzjonali Konġunti (oD, Joint Operational Service Groups) eżistenti Basel u Lake Constance jiġu skjerati kuljum. Minn Marzu 2023, kien hemm ukoll pattulji trilaterali, ikkoordinati bejn il-Ġermanja, Franza u l-Iżvizzera, fiż-żona ta’ Basel. L-informazzjoni tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet permezz tal-uffiċċju konġunt ta’ kollegament tal-pulizija tal-fruntieri f’Basel u t-Trinat Süd 12 . Ftehim imsaħħaħ ta’ kooperazzjoni tal-pulizija, konkluż bejn il-Ġermanja u l-Iżvizzera fl-2022, jippermetti wkoll operazzjonijiet transfruntiera tal-pulizija, inklużi rondi konġunti u brigati mħallta.

Il-Ftehim bilaterali bejn il-Ġermanja u l-Iżvizzera ta’ riammissjoni jiddistingwi bejn il-proċedura formali ta’ riammissjoni u l-proċedura ta’ riammissjoni mhux formali. Abbażi tad-data statistika limitata għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, fil-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2023, persuna waħda ntbagħtet lura lejn l-Iżvizzera u 22 persuna ntbagħtu lura l-Ġermanja skont il-proċedura formali ta’ riammissjoni; persuna waħda ġiet irritornata lejn l-Iżvizzera skont il-proċedura ta’ riammissjoni mhux formali.

L-Iżvizzera qajmet il-kwistjoni tal-prattika tal-Ġermanja li toħroġ rifjuti ta’ dħul wara s-sentenza tal-QĠUE fil-Kawża C-143/22, iżda dan ma wassalx għal approċċ komuni. L-awtoritajiet Ġermaniżi infurmaw lill-Kummissjoni li l-kwistjoni dalwaqt se tittieħed b’mod bilaterali fil-livell ministerjali.

Fil-fruntiera interna bejn l-Iżvizzera u l-Ġermanja, il-Pulizija Federali Ġermaniża topera wkoll fit-territorju Żvizzeru, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet Żvizzeri, skont ftehim bilaterali dwar l-ipproċessar konġunt flimkien mal-“ftehimiet dwar iż-żona” applikabbli, li jippermetti lill-awtoritajiet Ġermaniżi jidentifikaw u jipprevjenu dħul mhux awtorizzat diġà fit-territorju Żvizzeru. F’dan il-kuntest, jiġi adottat approċċ prammatiku fl-istazzjon ferrovjarju ta’ Basel fit-territorju Żvizzeru, fejn il-migranti irregolari huma rreġistrati direttament u mgħoddija lill-awtoritajiet Żvizzeri. Hemm fis-seħħ salvagwardji speċifiċi għall-minorenni.

2.6 Kontrolli fil-fruntieri interni Ċeki fil-fruntiera fuq l-art mas-Slovakkja

·Is-sitwazzjoni fil-fruntiera

Fl-4 ta’ Ottubru 2023, iċ-Ċekja introduċiet mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni mas-Slovakkja b’referenza għal żieda fil-migrazzjoni sekondarja u l-attività ta’ gruppi organizzati ta’ faċilitaturi ta’ dħul klandestin marbuta mad-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-migrazzjoni u tas-sigurtà fil-fruntieri esterni tal-UE. L-awtoritajiet Ċeki neħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni fit-2 ta’ Frar 2024, wara s-sitwazzjoni migratorja mtejba fil-fruntiera bejn iċ-Ċekja u s-Slovakkja. Ma ġiet ippreżentata l-ebda lista ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera awtorizzati u d-dritt li wieħed jaqsam il-fruntieri interni fi kwalunkwe ħin u post ma ġiex sospiż. Il-kontrolli fil-fruntieri twettqu mill-Pulizija Ċeka permezz ta’ taħlita ta’ verifiki mmirati u aleatorji, b’mod mhux sistematiku f’27 eks post ta’ qsim tal-fruntiera u f’punti magħżula tal-fruntiera l-ħadra. Fil-perjodu mill-4 ta’ Ottubru 2023 sat-2 ta’ Frar 2024, ġew iċċekkjati 875 914-il persuna, ġew interċettati 1 185 migrant irregolari, u 58 faċilitatur ta’ dħul klandestin ġew arrestati. Inħarġu total ta’ 1 148 rifjut ta’ dħul.

Il-frekwenza u l-intensità tal-kontrolli kienu jiddependu mill-istampa tas-sitwazzjoni. Dawn twettqu b’mod flessibbli u proporzjonat biex jimminimizzaw l-inkonvenjenza għall-vjaġġaturi transfruntiera. Bħala tali, tqieset id-densità għolja tal-popolazzjoni, ir-rabtiet kulturali transfruntiera u t-turiżmu transfruntier. L-għadd inizjali ta’ 133 uffiċjal tal-pulizija li ġew skjerati, tnaqqas għal 88 fil-bidu ta’ Diċembru 2023.

·Kooperazzjoni bejn iċ-Ċekja u s-Slovakkja

Hemm kuntatti frekwenti fil-livell politiku u tekniku bejn iċ-Ċekja u s-Slovakkja, u ż-żewġ Stati Membri għandhom ftehim ta’ kooperazzjoni tal-pulizija li jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-fruntieri. L-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni wasslet għal modi ġodda ta’ kooperazzjoni, inkluż l-istabbiliment ta’ pattulji konġunti fit-territorju Slovakk. Barra minn hekk, ittieħdet l-inizjattiva għal ftehim ġdid dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija sabiex tiġi ssimplifikata u msaħħa l-kooperazzjoni fuq miżuri alternattivi. Il-kooperazzjoni transfruntiera tal-pulizija bejn iċ-Ċekja u s-Slovakkja ġiet iffaċilitata miċ-ĊKPD f’Hodonín-Holíč.

Il-pattulji konġunti Ċeki u Slovakki mhux biss iwettqu kompiti ta’ ġestjoni tal-fruntieri iżda huma wkoll deterrent importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera. Minħabba l-art muntanjuża, il-pattulji jiffukaw fuq l-istazzjonijiet ferrovjarji, il-konnessjonijiet ferrovjarji transfruntiera u t-toroq ta’ konnessjoni. Il-frekwenza ta’ pattulji konġunti tvarja għal kull reġjun, b’114-il pattulja konġunta (bejn 9 u 10 pattulji fix-xahar), inklużi 10 pattulji fuq konnessjonijiet ferrovjarji internazzjonali li twettqu fir-reġjun ta’ Zlín fl-2023, u pattulja konġunta waħda fix-xahar fit-territorju ta’ kull Stat Membru fir-reġjun tal-Moravia tan-Nofsinhar. Sat-12 ta’ Diċembru 2023, twettqu pattulji konġunti fuq ferroviji li jservu konnessjonijiet transfruntiera ta’ riskju għoli fl-istazzjon ferrovjarju ta’ Čadca.

Ġiet stabbilita wkoll kooperazzjoni bejn l-uffiċjali tal-pulizija tal-fruntiera u tal-barranin, l-Unità Nazzjonali Slovakka għall-Ġlieda Kontra l-Migrazzjoni Illegali, l-uffiċjal ta’ kollegament tal-pulizija Ġermaniża fi Praga, u l-kontropartijiet Ungeriżi, primarjament permezz ta’ kollegi mis-Slovakkja. Dan jinkludi l-iskambju ta’ informazzjoni operazzjonali, li diversi drabi kull xahar jirriżulta fl-interċettazzjoni b’suċċess ta’ faċilitaturi ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin.

Iċ-Ċekja għandha ftehim bilaterali speċifiku ta’ riammissjoni mas-Slovakkja għar-riammissjoni fil-fruntiera. Ma kien hemm l-ebda kwistjoni partikolari rrapportata dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim, għalkemm in-numri eżatti ta’ riammissjonijiet fiċ-Ċekja li ġew irrapportati mill-awtoritajiet Ċeki u Slovakki jvarjaw bejn 162 u 63.

2.7 Kontrolli fil-fruntieri interni Slovakki fil-fruntiera fuq l-art mal-Ungerija

·Is-sitwazzjoni fil-fruntiera

Fil-5 ta’ Ottubru 2023, is-Slovakkja introduċiet mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni mal-Ungerija filwaqt li ċċitat pressjoni migratorja intensifikata tul ir-rotta tal-Balkani lejn iż-żona Schengen, kif ukoll theddida serja għas-sigurtà interna u l-ordni pubbliku. Skont l-awtoritajiet Slovakki, iż-żieda fil-pressjoni kienet, parzjalment, ir-riżultat tal-introduzzjoni ta’ kontrolli fil-fruntieri interni fil-fruntiera bejn l-Awstrija u l-Ungerija u ż-żieda fil-pattulji konġunti f’dik iż-żona tal-fruntiera.

L-awtoritajiet Slovakki neħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni fit-22 ta’ Jannar 2024, wara t-titjib fis-sitwazzjoni migratorja u l-kooperazzjoni reġjonali ta’ suċċess bejn is-Slovakkja, l-Awstrija u s-Serbja.

Il-kontrolli twettqu b’mod flessibbli, abbażi ta’ analiżijiet tar-riskju kostanti u monitoraġġ tal-istampa tas-sitwazzjoni. Kontrolli sistemiċi (24 siegħa kuljum) biss biex jitqiegħdu fil-viċinanza ta’ toroq ta’ dħul ewlenin, filwaqt li punti iżgħar ta’ qsim tal-fruntiera u l-fruntiera ħadra kienu soġġetti għal verifiki mhux sistematiċi. Ma kien hemm l-ebda effett negattiv tal-kontrolli fuq il-flussi transfruntiera rrapportati.

·Kooperazzjoni bejn is-Slovakkja u l-Ungerija

L-2023 rat kooperazzjoni transfruntiera msaħħa bejn l-Ungerija u s-Slovakkja fil-forma ta’ għadd akbar ta’ pattulji konġunti, kondiviżjoni ta’ informazzjoni ta’ kuljum u laqgħat bilaterali fil-livell politiku u operazzjonali.

Fil-31 ta’ Awwissu 2023, il-kapijiet tal-pulizija taż-żewġ Stati Membri ffirmaw ftehim li jemenda r-regoli li jirregolaw il-pattulji konġunti tul il-fruntiera esterna ta’ Schengen, li jippermetti lill-uffiċjali tal-pulizija Ungeriżi u Slovakki jwettqu dmirijiet konġunti ta’ pattulji fit-territorju Ungeriż kollu. Minn Ġunju 2022, il-pulizija Slovakka pparteċipat f’Operazzjonijiet ta’ Punt Fokali, flimkien mal-kontroparti Awstrijaka tagħha. Hemm ukoll tliet ĊKPD komuni bejn l-Awstrija u l-Ungerija.

Fil-fehma tal-awtoritajiet Slovakki, għalkemm il-kooperazzjoni mill-qrib ma waqqfitx l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni, il-kanali stabbiliti ta’ komunikazzjoni u kooperazzjoni ppermettew li l-kontrolli interni jitwettqu f’koordinazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet Ungeriżi u kkontribwew għan-natura temporanja tagħhom.

Għalkemm l-Ungerija tiddeskrivi l-ftehim bilaterali ta’ riammissjoni fis-seħħ mas-Slovakkja bħala adegwat u tirrapporta 11-il riammissjoni mis-Slovakkja għall-Ungerija, is-Slovakkja hija tal-fehma li l-ftehim huwa ineffettiv u tindika l-pożizzjoni tal-Ungerija li se tirriammetti biss persuni li l-ewwel daħlu fit-territorju ta’ Schengen b’mod irregolari mill-Ungerija, filwaqt li tistabbilixxi standard ta’ prova fuq l-awtoritajiet Slovakki li huwa diffiċli ħafna li jintlaħaq.

2.8 Kontrolli fil-fruntieri interni Pollakki fil-fruntiera fuq l-art mas-Slovakkja

·Is-sitwazzjoni fil-fruntiera

Fl-4 ta’ Ottubru 2023, l-awtoritajiet Pollakki introduċew mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni fil-fruntiera fuq l-art mas-Slovakkja filwaqt li ċċitaw pressjoni migratorja intensifikata tul ir-rotta tal-Balkani lejn iż-żona Schengen. L-awtoritajiet Pollakki neħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni fit-2 ta’ Marzu 2024, wara t-tnaqqis importanti fil-qsim irregolari u d-deċiżjoni preċedenti li jitneħħew il-kontrolli mis-Slovakkja u miċ-Ċekja.

L-awtoritajiet Pollakki ppreżentaw il-lista ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera magħżula skont l-Artikolu 27(1)(c) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen fil-fruntiera mas-Slovakkja fejn indikaw 21 post, inklużi tliet konnessjonijiet ferrovjarji.

Il-kontrolli fil-fruntieri twettqu b’mod mhux sistematiku, abbażi ta’ analiżijiet tar-riskju mmirati lejn it-traffiku li jkun dieħel biss. Ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta’ konġestjoni tat-traffiku minħabba l-kontrolli.

Fil-perjodu bejn l-4 ta’ Ottubru 2023 u l-11 ta’ Frar 2024, ġew soġġetti għal kontroll 1 516 378 persuna u 665 194 vettura, inqabdu 36 persuna, u nħarġu 53 rifjut ta’ dħul. Barra minn hekk, ġew irreġistrati 559 qsim tal-fruntieri mhux awtorizzat, filwaqt li 1 758 persuna ntbagħtu lura.

·Kooperazzjoni bejn il-Polonja u s-Slovakkja

L-awtoritajiet Pollakki u Slovakki (pulizija u fruntieri) jiskambjaw informazzjoni fuq bażi regolari kemm fil-livell ċentrali kif ukoll f’dak lokali permezz tal-punti ta’ kuntatt u ċ-ċentri ta’ kooperazzjoni stabbiliti fil-fruntieri interni. L-informazzjoni bejn iċ-ĊKPD dwar il-fruntieri tan-Nofsinhar tal-Polonja tiġi skambjata fis-Servizzi Trans-Ewropej siguri għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (s-Testa, secure Trans European Services for Telematics between Administrations). It-tranżizzjoni possibbli għal Applikazzjoni ta’ Network għall-Iskambju Sikur ta’ Informazzjoni (SIENA, Secure Information Exchange Network Application) se tiġi kkoordinata mill-awtoritajiet tal-pulizija.

Il-pattulji konġunti tul il-fruntiera kollha bejn il-Polonja u s-Slovakkja jitwettqu abbażi ta’ ftehim bilaterali bejn il-Polonja u s-Slovakkja taħt ir-responsabbiltà taċ-Ċentri ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija u tad-Dwana Pollakki u Slovakki. Dawn għandhom l-għan li jindirizzaw il-kriminalità transfruntiera, il-migrazzjoni irregolari u l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin. Fl-2023, ġew organizzati 74 pattulja, li minnhom 37 kienu fit-territorju Pollakk u 37 fit-territorju Slovakk. Il-modus operandi ta’ dawn il-pattulji huwa ddeterminat minn analiżi tar-riskju u informazzjoni operazzjonali miċ-ĊKPD u jitwettaq minn uffiċjali mħarrġa b’mod konġunt. Il-Polonja u s-Slovakkja għandhom żewġ ĊKPD komuni.

Ftehim bilaterali ta’ riammissjoni bejn il-Polonja u s-Slovakkja ilu fis-seħħ mill-1993 iżda l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni effettiva tiegħu hija kontradittorja. Filwaqt li l-Polonja tirrapporta li t-talbiet kollha ta’ riammissjoni fil-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Jannar 2024 (147 b’kollox) ġew irrifjutati mis-Slovakkja minħabba nuqqas ta’ evidenza ta’ tranżitu mit-territorju tagħha, is-Slovakkja tindika total ta’ 150 riammissjoni mill-Polonja għas-Slovakkja. Il-kwistjoni tibqa’ soġġetta għal diskussjoni u negozjati regolari kemm fil-livell ministerjali kif ukoll f’dak operazzjonali.

2.9 Introduzzjoni mill-ġdid Taljana tal-kontrolli fil-fruntieri interni fil-fruntiera fuq l-art mas-Slovenja

·Is-sitwazzjoni fil-fruntiera

Fil-21 ta’ Ottubru 2023, l-awtoritajiet Taljani introduċew mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni fil-fruntiera fuq l-art mas-Slovenja għal raġunijiet ta’ theddida akbar ta’ vjolenza fl-Unjoni Ewropea, aggravata aktar minn pressjoni migratorja kostanti mill-baħar u mill-art. In-notifika kurrenti se tiskadi fit-18 ta’ Ġunju 2024.

L-awtoritajiet Taljani ssottomettew il-lista ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera magħżula skont l-Artikolu 27(1)(c) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen fil-fruntiera mas-Slovenja li jippuntaw lejn 57 post (post wieħed tat-traffiku ferrovjarju internazzjonali, tliet postijiet internazzjonali tat-traffiku tal-awtostrada, u 53 post internazzjonali tat-traffiku fit-toroq) fejn isiru l-kontrolli.

Fil-perjodu bejn il-21 ta’ Ottubru 2023 u l-31 ta’ Jannar 2024, ġew soġġetti għal kontroll 203 836 persuna u 120 279 vettura mad-dħul. Instabu 1 885 ċittadin mhux tal-UE irregolari, u 55 faċilitatur ta’ dħul klandestin ġew arrestati. Inħarġu 1 090 rifjut.

Ir-riammissjonijiet huma possibbli abbażi ta’ ftehim bejn is-Slovenja u l-Italja mill-1996, iżda l-awtoritajiet Taljani rrapportaw li r-rata baxxa ta’ aċċettazzjoni ta’ riammissjonijiet simplifikati mill-awtoritajiet Sloveni kkontribwiet għad-deċiżjoni li jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Sloveni ċċaraw li s-Slovenja tirriammetti l-persuni kollha li għalihom il-kundizzjonijiet għar-riammissjoni simplifikata huma ssodisfati skont il-ftehim bilaterali ta’ riammissjoni mal-Italja.

L-awtoritajiet Taljani ħadu miżuri biex jillimitaw l-impatt fuq il-flussi transfruntiera, speċjalment għar-residenti tal-fruntiera. Il-kontrolli ġew immirati u bbażati fuq analiżijiet tar-riskju. Il-kontrolli fissi kienu limitati għal punti ewlenin ta’ qsim tal-fruntieri (12 minn 57). Dawn jitwettqu mill-pulizija tal-fruntiera Taljana, bl-appoġġ ta’ awtoritajiet oħra tal-infurzar tal-liġi.

·Kooperazzjoni bejn l-Italja u s-Slovenja

Fil-livell ċentrali, isir skambju ta’ kull ġimagħtejn ta’ data relatata mal-migrazzjoni mal-Uffiċjal ta’ Kollegament Sloven fl-Italja. Fil-livell lokali, hemm laqgħat frekwenti u skambji ta’ natura aktar informali. Bħalissa qed jiġi diskuss il-ħolqien ta’ struttura aktar permanenti għall-iskambju ta’ informazzjoni, b’laqgħat perjodiċi li jsiru wiċċ imb wiċċ u mill-bogħod u li jinvolvu wkoll lill-Kroazja 13 .

Il-pattulji konġunti mmirati biex jindirizzaw il-moviment sekondarju u l-attivitajiet kriminali transfruntiera huma bbażati fuq il-protokoll ta’ implimentazzjoni tal-2019 tal-Ftehim tal-2007 dwar il-Kooperazzjoni tal-Pulizija tal-2007. Wara sospensjoni minħabba l-pandemija, dawn il-kontrolli issa reġgħu bdew kemm fuq il-konnessjonijiet tat-toroq kif ukoll tal-ferroviji.

Bejn it-23 ta’ Ottubru 2023 u l-4 ta’ Frar 2024, il-pulizija tal-fruntiera Taljana kienet involuta f’29 kontroll, li matulhom ġew soġġetti għal kontroll 108 persuni. Kull xahar, bħala medja jitwettqu 22 pattulja konġunta mill-pulizija Taljana u Slovena: erbgħa fit-territorju Taljan u 18 fit-territorju Sloven. Sa mill-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni mill-Italja, ġew irreġistrati 252 qsim irregolari bejn il-fruntieri permezz ta’ pattulji konġunti fil-fruntiera bejn is-Slovenja u l-Italja.

Il-pulizija Taljana, Carabinieri, Guarda di Finanza, u l-Pulizija Slovena jikkooperaw ukoll mal-Pulizija Federali Awstrijaka u Ġermaniża fiċ-ĊKPD ta’ Törl-Maglern. Minn Novembru 2023, qed jiġu żviluppati inizjattivi ġodda biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni operazzjonali fi ħdan il-qafas trilaterali bejn l-Italja, is-Slovenja u l-Kroazja.

2.10 Kontrolli fil-fruntieri interni Sloveni mal-Kroazja u l-Ungerija

·Is-sitwazzjoni fil-fruntiera

Fil-21 ta’ Ottubru 2023, l-awtoritajiet Sloveni introduċew mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni fil-fruntiera fuq l-art mal-Kroazja u l-Ungerija abbażi ta’ theddid għall-ordni pubbliku u s-sigurtà interna fl-UE li jirriżulta mis-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani u l-Ukrajna, l-attakki terroristiċi reċenti u r-riskju li terroristi jinfiltraw il-flussi tal-migranti, il-kriminalità organizzata fil-Balkani tal-Punent, inkluż il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin. L-introduzzjoni mill-ġdid attwali mistennija tiskadi fil-21 ta’ Ġunju 2024.

L-awtoritajiet Sloveni ppreżentaw il-lista ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera magħżula skont l-Artikolu 27(1)(c) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen fil-fruntiera mal-Kroazja fejn indikaw 33 post u fil-fruntiera mal-Ungerija fejn indikaw disa’ postijiet. B’mod parallel mal-implimentazzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera, l-awtoritajiet Sloveni rrapportaw li r-reġim ta’ sorveljanza tal-fruntieri bejn il-punti ta’ qsim tal-fruntiera, li kien ġie sospiż wara l-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta’ Schengen għall-Kroazja, ġie stabbilit mill-ġdid, b’pattulji mobbli u diversi mezzi tekniċi (stazzjonarji u mobbli) għas-sorveljanza tal-fruntiera tal-istat.

Is-Slovenja ma tiġborx statistika dwar l-għadd ta’ persuni vverifikati iżda indikat li, bejn il-21 ta’ Ottubru 2023 u l-31 ta’ Jannar 2024, saru madwar 600 000 verifika fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fir-rigward tal-kontrolli fil-fruntieri fuq l-art tagħha. Fl-istess perjodu, total ta’ 15 243 migrant irregolari u 252 faċilitatur ta’ dħul klandestin inqabdu fir-rigward tal-introduzzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli fil-fruntieri interni kemm tal-Kroazja kif ukoll tal-Ungerija. Bejn id-19 ta’ Ottubru 2023 u l-21 ta’ Diċembru 2023, ġew identifikati 9 851 qasma mhux awtorizzat bejn il-fruntieri (59 411 għall-2023 kollha). Madankollu l-Kroazja wriet id-dubji tagħha dwar jekk ir-riżorsi għall-kontrolli tal-fruntieri fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri interni jistgħux jintefqu aħjar fuq is-sorveljanza tal-fruntiera ħadra.

Fi 13-il punt ta’ qsim tal-fruntiera, li jikkorrispondu għall-kurituri ewlenin tat-traffiku, il-preżenza tal-pulizija kienet kontinwa (24 siegħa kuljum), u wettqet verifiki selettivi minn postijiet fissi. Hawnhekk, żewġ korsiji separati, waħda għall-persuni li jibbenefikaw mid-dritt tal-moviment liberu u waħda għall-persuni l-oħra kollha, jistgħu kultant ikunu qed joperaw biex jiżguraw fluss aħjar tat-traffiku. Barra minn hekk, skont il-kategorija, xi wħud minn dawn il-punti ta’ qsim tal-fruntiera jippermettu l-qsim tat-traffiku internazzjonali tal-passiġġieri u tal-merkanzija, filwaqt li oħrajn jippermettu l-qsim esklużiv ta’ persuni li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu skont id-dritt tal-UE. Fil-punti l-oħra kollha ta’ qsim bejn il-fruntieri, il-kontrolli twettqu permezz ta’ pattulji mobbli, bħala verifiki mmirati u selettivi bbażati fuq analiżi tar-riskju. Ingħatat attenzjoni speċjali biex jiġi ffaċilitat it-traffiku transfruntier tar-residenti taż-żona tal-fruntiera.

Il-Kroazja rrapportat konġestjoni tat-traffiku f’żewġ punti ta’ qsim tal-fruntiera mal-Kroazja, Macelj/Gruškovje u Bregana/Obrežje, kif ukoll matul il-ħinijiet l-aktar intensivi u l-festi pubbliċi. Biex ittejjeb il-fluwidità tat-traffiku fil-qsim tal-fruntiera Macelj/Gruškovje, il-pulizija Slovena biddlet il-post għall-bejgħ tal-vinjetti tat-triq mit-terminal tal-passiġġier għat-terminal tal-merkanzija. L-awtoritajiet Sloveni rreġistraw 13-il rapport dwar il-ħin ta’ stennija, fi tlieta mill-punti ta’ qsim tal-fruntiera awtorizzati, b’ħin medju ta’ stennija ta’ madwar 20 minuta rreġistrat bejn is-14:00 u t-20:00. Skont is-Slovenja, il-kawża ewlenija għad-dewmien kienet it-traffiku kbir matul il-perjodu tal-vaganzi. Hija indikat li kien hemm disponibbli persunal u linji addizzjonali biex jittaffew il-ħinijiet ta’ stennija.

·Kooperazzjoni

Hemm kuntatti mill-qrib bejn is-Slovenja u l-Kroazja, kif ukoll is-Slovenja u l-Ungerija, kemm fil-livell politiku kif ukoll f’dak operattiv. L-iskambju ta’ informazzjoni jseħħ permezz ta’ kanali stabbiliti, kemm bilateralment kif ukoll fil-kuntest ta’ inizjattivi reġjonali. It-tħejjija tal-ewwel valutazzjoni konġunta tar-riskju tal-migrazzjoni irregolari fil-fruntiera komuni bejn il-Kroazja u s-Slovenja għadha għaddejja. Ma twettqet l-ebda valutazzjoni tar-riskju konġunta mal-Ungerija qabel ma reġgħu ġew stabbiliti l-kontrolli fil-fruntieri interni.

Mill-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni, saru 68 pattulja konġunta bejn is-Slovenja u l-Kroazja kull xahar: 41 fit-territorju Kroat u 27 fit-territorju Sloven. Matul dawn il-pattulji konġunti, ġie rreġistrat total ta’ 144 qasma irregolari tal-fruntieri fil-fruntiera bejn is-Slovenja u l-Kroazja. Bħala medja, kull ġimgħa saru 25 pattulja mħallta fl-istazzjonijiet ferrovjarji u fuq il-ferroviji.

Kull xahar isiru erba’ pattulji konġunti bejn l-awtoritajiet Sloveni u l-Pulizija Ungeriża: tnejn fit-territorju Ungeriż u tnejn fit-territorju Sloven. Ma ġiet irrapportat l-ebda qasma irregolari tal-fruntieri matul pattulji konġunti fil-fruntiera bejn is-Slovenja u l-Ungerija. Fiċ-Ċentru ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija ta’ Dolga Vas fil-fruntiera bejn is-Slovenja u l-Ungerija, il-pulizija tal-fruntiera Slovena u Ungeriża jaħdmu flimkien mal-kontropartijiet Awstrijaċi u Kroati tagħhom.

Is-Slovenja għandha ftehim bilaterali ta’ riammissjoni fis-seħħ kemm mal-Kroazja kif ukoll mal-Ungerija, li l-partijiet kollha jqisu bħala sodisfaċenti. Madankollu, l-għadd ta’ riammissjonijiet li ġew irrapportati huwa baxx. Is-Slovenja aċċettat mill-ġdid żewġ persuni mill-Ungerija f’Ottubru u Novembru 2023, iżda l-ebda persuna ma ġiet riammessa fl-Ungerija. Il-Kroazja aċċettat żewġ talbiet għar-riammissjoni minn Ottubru 2023. Madankollu, hija ma aċċettat l-ebda waħda mill-2 628 talba għal riammissjoni skont il-proċedura informali, peress li l-Kroazja ma terġax tirriammetti persuni li diġà ppreżentaw talba għal protezzjoni internazzjonali fis-Slovenja.

It-test ta’ ftehim bilaterali ġdid mal-Kroazja dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija ġie diskuss għall-ewwel darba fl-2018 iżda għadu qed jiġi nnegozjat fil-livell politiku. Fil-kuntest tal-faċilitazzjoni tal-operazzjonijiet transfruntiera tal-pulizija, is-Slovenja qed tistenna d-dikjarazzjoni Kroata skont l-Artikolu 41 tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen (KIFS) biex tiddefinixxi l-proċeduri għat-twettiq ta’ insegwiment transfruntier fit-territorju Kroat.

Minn Novembru 2023, qed jiġu żviluppati inizjattivi ġodda biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni operazzjonali fi ħdan il-qafas trilaterali bejn l-Italja, is-Slovenja u l-Kroazja 14 .    

3. Oqfsa eżistenti għall-kooperazzjoni reġjonali

Minbarra ż-żieda fil-kooperazzjoni bilaterali bejn l-Istati Membri ġirien, ix-xejra lejn aktar kooperazzjoni reġjonali qed tiżdied b’mod kostanti. Din il-kooperazzjoni tieħu forma kemm fil-livell politiku kif ukoll f’dak operazzjonali, u tinkludi dejjem aktar pajjiżi terzi taħt “approċċ ta’ rotta sħiħa”. Inizjattivi bħal dawn iservu bħala postijiet importanti għad-diskussjoni ta’ kooperazzjoni msaħħa u skambju ta’ informazzjoni u jinkludu l-proċess ta’ Visegrad+, il-Forum ta’ Salzburg, il-proċess ta’ Brdo, il-Pjattaforma Konġunta ta’ Koordinazzjoni, il-kooperazzjoni trilaterali konġunta bejn l-Italja, is-Slovenja u l-Kroazja, it-Taskforce dwar is-Sigurtà tal-Fruntieri bejn l-Ungerija, l-Awstrija u s-Serbja kif ukoll it-Taskforces Operazzjonali (OTF, Operational Taskforces) Vistula u Zebra.

Il-proċess ta’ Visegrad+ inbeda mill-Ġermanja f’Novembru 2023 u għandu l-għan li jiġbor informazzjoni u jipproduċi regolarment rapport tas-sitwazzjoni għal kull pajjiż parteċipanti (l-Awstrija, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Polonja, iċ-Ċekja, is-Slovakkja u s-Serbja) f’format konġunt. L-ewwel laqgħa tal-grupp ta’ esperti dwar il-Balkani tal-Punent saret fl-Ungerija fid-19 ta’ Diċembru 2023, bil-parteċipazzjoni tas-Serbja. It-tieni laqgħa saret fiċ-Ċekja fl-14 u l-15 ta’ Frar 2024. Il-mekkaniżmu reġjonali ġdid li rriżulta għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni beda jipproduċi outputs f’Marzu 2024.

Il-Forum ta’ Salzburg huwa sħubija għas-sigurtà tal-Ewropa Ċentrali bbażata fuq inizjattiva tal-Ministeru Federali tal-Intern Awstrijak, li fiha jipparteċipaw l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, iċ-Ċekja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja. Is-Slovenja u l-Awstrija organizzaw b’mod konġunt konferenza ministerjali fil-11 u t-12 ta’ Diċembru 2023 għall-membri tal-Forum ta’ Salzburg fi Brdo pri Kranju, biex jiddiskutu kooperazzjoni reġjonali aktar mill-qrib, il-futur taż-żona Schengen u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti ġew diskussi. Il-koordinatur ta’ Schengen ħa sehem ukoll fil-konferenza. Mill-1 ta’ Jannar 2024, l-Awstrija ħadet f’idejha l-presidenza tal-Forum ta’ Salzburg għall-ewwel nofs tal-2024. Il-Konferenza ministerjali li jmiss ser issir fil-25 u s-26 ta’ Ġunju 2024 fl-Awstrija b’enfasi speċjali fuq il-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin.

Il-proċess ta’ Brdo nbeda fl-2013 mis-Slovenja u l-Kroazja, u laqqa’ flimkien kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent kif ukoll Stati Membri oħra. Fit-tnax-il laqgħa informali fil-21 u t-22 ta’ Marzu 2024, il-Ministri tal-Intern tal-Proċess ta’ Brdo, inkluża l-Italja, evalwaw l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet preċedenti għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti tul ir-rotta tal-Balkani tal-Punent.

Il-Pjattaforma Konġunta ta’ Koordinazzjoni, li tinvolvi Stati Membri u aġenziji differenti tal-UE, tkompli toffri appoġġ fil-bini tal-kapaċità fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, b’enfasi fuq il-Balkani tal-Punent u bl-għan li tirrispondi malajr għal rotot li jinbidlu permezz tal-iskambju koordinat u mill-qrib ta’ informazzjoni.

Minn Novembru 2023, l-awtoritajiet Taljani, Kroati u Sloveni għandhom sforzi konġunti biex iżidu l-kooperazzjoni transfruntiera trilaterali tagħhom. Fl-14 ta’ Novembru 2023, il-Kapijiet tal-Pulizija tal-Italja, is-Slovenja u l-Kroazja qablu li jifformalizzaw aktar il-kooperazzjoni operazzjonali tal-pulizija. Fl-aħħar ta’ Frar 2024, il-Kapijiet tal-Pulizija ffirmaw Ittra ta’ Intenzjoni biex isaħħu l-kooperazzjoni trilaterali tal-pulizija, inklużi pattulji konġunti u skambju ta’ informazzjoni. Id-diskussjonijiet tekniċi biex jiġu implimentati l-miżuri stabbiliti fl-ittra bdew f’Marzu 2024. Il-Ministri tal-Intern iltaqgħu għat-tielet darba fil-21 ta’ Marzu 2024, fil-marġini tal-laqgħa informali tal-proċess ta’ Brdo. Tali laqgħa wasslet għal tisħiħ ulterjuri tal-inizjattivi ta’ kooperazzjoni, inkluż it-tisħiħ ta’ attivitajiet konġunti ta’ pattulja bejn l-Italja u s-Slovenja u l-Kroazja, id-deċiżjoni tal-Italja li tingħaqad mat-Taskforce Operazzjonali Zebra (OTF Zebra), u l-ftehim li jiġu organizzati pattulji trilaterali li jinvolvu l-awtoritajiet tal-fruntiera u tal-pulizija Kroati, Sloveni u Taljani fil-fruntiera Kroata mal-Bożnija-Ħerzegovina.

L-Ungerija u l-Awstrija bdew diskussjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ Task Force għas-Sigurtà tal-Fruntieri (BSTF, Border Security Task Force), li tkun ibbażata fuq ftehim trilaterali bejn l-Ungerija, is-Serbja u l-Awstrija u tippermetti livell ogħla ta’ kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati. L-għan tat-Task Force għas-Sigurtà tal-Fruntieri huwa li tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera u l-protezzjoni tal-fruntieri.

Fi Frar 2024, l-awtoritajiet Pollakki ħadu l-inizjattiva għall-istabbiliment tat-Taskforce Operattiva Vistula (OTF Vistula, Operational Taskforce Vistula). L-OTF Vistula tlaqqa’ flimkien l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi mill-Polonja, il-Ġermanja, iċ-Ċekja, is-Slovakkja, il-Litwanja, l-Ungerija u l-Ukrajna u għandha l-għan li taqbad miri ta’ valur għoli involuti fil-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin fl-Ewropa tal-Lvant u permezz tar-Rotta tal-Balkani tal-Punent.

F’Marzu 2024, it-Task Force Operazzjonali Zebra (OTF Zebra) ġiet operazzjonalizzata, u laqqgħet flimkien il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kroazja, il-Ġermanja u s-Slovenja, il-Europol, u, mill-aħħar ta’ Marzu 2024, l-Italja. L-OTF Zebra qed timmira lejn gruppi tal-kriminalità organizzata involuti fil-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali attiva tul ir-rotta tal-Balkani tal-Punent mill-Bożnija-Ħerzegovina bl-għan li ttejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u żżid l-effiċjenza tal-azzjonijiet investigattivi.    

4. Osservazzjonijiet ewlenin u t-triq ’il quddiem

Filwaqt li għadd ta’ Stati Membri baqgħu jintroduċu mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni, id-djalogu kontinwu mibdi mill-Koordinatur ta’ Schengen fil-ħarifa tal-2022 stabbilixxa qafas għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-prattiki bejn l-Istati Membri. Dan ippermetta introduzzjoni mill-ġdid aktar immirata u flessibbli tal-kontrolli fil-fruntieri interni, fejn il-verifiki – għalkemm ivarjaw fl-intensità u fil-kamp ta’ applikazzjoni skont il-post – spiss ma jkunux sistematiċi, ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskju u akkumpanjati minn miżuri ta’ mitigazzjoni biex tiġi żgurata l-fluwidità tat-traffiku transfruntier.

Kif innotat fir-Rapport tat-23 ta’ Novembru 2023, l-Istati Membri jkomplu bl-isforzi tagħhom biex iżidu l-kooperazzjoni transfruntiera f’diversi oqsma u f’diversi livelli. B’mod partikolari, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/268, il-kooperazzjoni bilaterali fl-infurzar tal-liġi żdiedet hekk kif l-Istati Membri huma dejjem aktar involuti f’attivitajiet konġunti, bħal pattulji konġunti tal-pulizija f’żoni tal-fruntieri komuni u kooperazzjoni dwar ir-ritorn. Il-kuntatti ta’ kuljum u l-iskambju ta’ informazzjoni f’ċentri ta’ servizzi konġunti u ċ-Ċentri ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija u tad-Dwana (ĊKPD) jibqgħu ta’ importanza vitali biex jiġi żgurat l-għarfien tas-sitwazzjoni u biex tiġi indirizzata l-kriminalità transfruntiera, inkluż il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ bnedmin f’żoni tal-fruntiera.

Il-progress li sar f’dan ir-rigward, kif ukoll it-tnaqqis ġenerali fil-movimenti sekondarji, wasslu għal titjib fis-sitwazzjoni f’diversi sezzjonijiet tal-fruntiera (b’mod partikolari l-fruntiera bejn il-Polonja u s-Slovakkja, il-fruntiera bejn iċ-Ċekja u s-Slovakkja, il-fruntiera bejn is-Slovakkja u l-Ungerija) li ppermettew it-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni miċ-Ċekja, minn Jannar 2024, is-Slovakkja, minn Frar 2024, u l-Polonja, minn Marzu 2024.

Jista’ jiġi nnutat progress simili fil-fruntieri fuq l-art bejn l-Italja u s-Slovenja u l-Kroazja, fejn il-kooperazzjoni trilaterali msaħħa bejn il-Kroazja, l-Italja u s-Slovenja diġà ħadet il-forma ta’ azzjonijiet konkreti. Wieħed jista’ jistenna li kooperazzjoni intensa bħal din se twassal għat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri Taljani u Sloveni fix-xhur li ġejjin.

F’konformità max-xejra osservata fir-Rapport tat-23 ta’ Novembru 2023 u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Balkani tal-Punent, l-Istati Membri qed jinvolvu ruħhom dejjem aktar f’forom reġjonali ta’ kooperazzjoni, li xi drabi jinvolvu wkoll pajjiżi terzi ġirien, taħt “approċċ ta’ rotta sħiħa”. Inizjattivi bħall-proċess ta’ Visegrad+, il-Forum ta’ Salzburg u l-proċess Brdo, kif ukoll il-missjonijiet ta’ implimentazzjoni rikorrenti u ta’ suċċess tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Balkani tal-Punent 15 , iservu bħala postijiet importanti għad-diskussjoni ta’ kooperazzjoni msaħħa u skambju ta’ informazzjoni.

Ir-riammissjonijiet fil-fruntiera se jiġu ffaċilitati bl-introduzzjoni tal-proċedura l-ġdida ta’ trasferiment skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen rivedut. Din il-proċedura se tippermetti lill-Istati Membri jindirizzaw b’mod effettiv il-movimenti sekondarji fil-fruntieri interni tagħhom mingħajr il-ħtieġa li jirrikorru għall-kontrolli fil-fruntieri interni.

Huwa importanti li r-reviżjoni tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen li ntlaħaq qbil dwarha dan l-aħħar twieġeb għas-sejħa mill-Istati Membri biex jissaħħu l-għodod meħtieġa biex jiġi indirizzat b’mod effettiv it-theddid għas-sigurtà mingħajr ma wieħed jirrikorri għall-kontrolli fil-fruntieri interni. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri kollha biex jeliminaw gradwalment il-kontrolli eżistenti fil-fruntieri interni lejn ġestjoni konġunta aktar sostenibbli tal-isfidi komuni. L-Istati Membri huma mħeġġa jevalwaw l-elementi rilevanti kollha skont il-qafas legali l-ġdid meta jivvalutaw il-ħtieġa li jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni lil hinn mill-perjodu ta’ notifika attwali.

F’dan ir-rigward, l-Istati Membri huma mħeġġa jikkonsolidaw u jiżviluppaw aktar l-inizjattivi ta’ kooperazzjoni transfruntiera bilaterali u multilaterali tagħhom fiż-żoni tal-fruntiera, billi jagħmlu użu sħiħ mill-miżuri alternattivi għad-dispożizzjoni tagħhom, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni (UE) 2024/268.

Il-koordinatur ta’ Schengen se jimpenja ruħu f’fażi ġdida tad-djalogu mal-Istati Membri fid-dawl tar-regoli l-ġodda previsti fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen li ntlaħaq qbil dwaru reċentement, biex jiddiskuti b’mod partikolari l-obbligi fuq l-Istati Membri fil-fruntieri interni fejn il-kontrolli ġew introdotti mill-ġdid. F’dan il-kuntest, u fid-dawl tal-prattiki differenti osservati mill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tas-sentenza tal-QĠUE fil-Kawża C-143/22, il-Koordinatur ta’ Schengen se jidħol f’diskussjonijiet mal-Istati Membri u jappoġġahom b’mod attiv fl-iżgurar ta’ applikazzjoni koerenti u konformità mas-sentenza. Il-Kummissjoni se tkompli wkoll tassisti lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex iżidu l-kooperazzjoni reġjonali fl-ispirtu tal-“approċċ ta’ rotta sħiħa” l-ġdid. Il-koordinatur ta’ Schengen se jkompli jirrapporta regolarment fil-Kunsill ta’ Schengen dwar is-sitwazzjoni attwali u l-progress li sar f’dan ir-rigward.

(1)

     ĠU L, 17.1.2024, p. 1

(2)

     Ir-Rapport mill-konsultazzjoni mal-Istati Membri fir-rigward tal-kontrolli fil-fruntieri interni introdotti mill-ġdid mid-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, l-Awstrija, in-Norveġja u l-Iżvezja bejn Mejju u Novembru 2023, Brussell, 23 ta’ Novembru 2023, SWD(2023) 388 final.

(3)

     Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/682 tas-16 ta’ Marzu 2023 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn u t-tħaffif tar-ritorni meta tiġi implimentata d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 86, 24.3.2023, p. 58, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/915 tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar il-kooperazzjoni operazzjonali fl-infurzar tal-liġi, ĠU L 158, 13.6.2022, p. 53, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/820 tat-12 ta’ Mejju 2017 dwar verifiki proporzjonati tal-pulizija u kooperazzjoni tal-pulizija fiż-żona Schengen, ĠU L 122, 13.5.2017, p. 79; ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/432 tas-7 ta’ Marzu 2017 dwar ir-ritorni aktar effettivi fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/115/KE, ĠU L 66, 11.3.2017, p. 15.

(4)

     Brussell, 23.11.2023 SWD(2023) 388 final.

(5)

Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Settembru 2023, ADDE et, C-143/22, ECLI:EU:C:2023:689 li tikkonferma fil-biċċa l-kbira sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Marzu 2019, Arib et, C-444/17, ECLI:EU:C:2019:220.

(6)

     Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), ĠU L 77, 23.3.2016.

(7)

   Fil-11 ta’ April 2024, l-awtoritajiet Ġermaniżi bagħtu notifika ta’ introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni għall-perjodu bejn it-12 ta’ Mejju 2024 u l-11 ta’ Novembru 2024.    

(8)

     Fit-12 ta’ April 2024, l-awtoritajiet Daniżi bagħtu notifika ta’ introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni għall-perjodu mit-12 ta’ Mejju 2024 sal-11 ta’ Novembru 2024.

(9)

     Fit-3 ta’ April 2024, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu notifika ta’ introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Mejju 2024 u l-31 ta’ Ottubru 2024.

(10)

     Fid-9 ta’ April 2024, l-awtoritajiet Żvediżi bagħtu notifika tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni għall-perjodu mit-12 ta’ Mejju 2024 sal-11 ta’ Novembru 2024.

(11)

     Iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Serbja.

(12)

     Forum għall-iskambju regolari ta’ informazzjoni bejn il-Ġermanja, Franza u l-Iżvizzera.

(13)

     Għal aktar informazzjoni dwar il-kooperazzjoni trilaterali bejn il-Kroazja, l-Italja u s-Slovenja, ara t-Taqsima 3 ta’ dan ir-rapport.

(14)

     Għal aktar informazzjoni dwar il-kooperazzjoni trilaterali bejn il-Kroazja, l-Italja u s-Slovenja, ara t-Taqsima 3 ta’ dan ir-rapport.

(15)

     Mit-tnedija tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Balkani tal-Punent f’Diċembru 2022, is-servizzi tad-DĠ HOME organizzaw sensiela ta’ missjonijiet ta’ implimentazzjoni fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, li għalihom attendew rappreżentanti tal-Istati Membri rilevanti fir-reġjun kif ukoll l-Aġenziji tal-UE u d-DĠ NEAR.