Brussell, 29.11.2023

COM(2023) 751 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-ħolqien ta' spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobilità


1.Introduzzjoni

Il-mobilità u t-trasport huma faċilitatur ewlieni tal-ħajja ekonomika u soċjali tagħna, kemm jekk jinvolvu l-ivvjaġġar ta’ kuljum lejn ix-xogħol; iż-żjarat lill-familja u l-ħbieb; it-turiżmu; kif ukoll il-funzjonament xieraq tal-ktajjen tal-provvista globali għall-merkanzija fil-ħwienet tagħna jew għall-produzzjoni industrijali u l-kummerċ elettroniku tagħna. Il-moviment liberu tal-persuni u tal-merkanzija li jaqsam il-fruntieri interni tal-Unjoni Ewropea huwa libertà fundamentali tal-UE u tas-suq uniku tagħha. Bħala t-tieni l-akbar qasam ta’ nfiq għall-unitajiet domestiċi tal-UE, is-settur tat-trasport jirrappreżenta 5 % tal-PDG tal-UE u jimpjega madwar 10 miljun ħaddiem direttament 1 .

Kif ġie nnutat fl-Istrateġija tal-Kummissjoni għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti (SSMS) 2 , l-UE jeħtieġ li tavvanza malajr lejn settur tal-mobilità u tat-trasport sostenibbli, intelliġenti u inklużiv. Id-dekarbonizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni huma l-ixprunaturi ewlenin ta’ din it-tranżizzjoni, u jistabbilixxu sistema tat-trasport multimodali verament effiċjenti u interkonnessa kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija, b’hekk tiġi ssodisfata l-ħtieġa li jingħata kontribut sħiħ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima bħala parti mill-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew 3 u ta’ Ewropa Lesta għall-Era Diġitali 4 .

Bl-istrateġija Ewropea għad-data 5 u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-Ispazji Komuni Ewropej tad-Data  6 , il-Kummissjoni pproponiet il-ħolqien ta’ spazji tad-data komuni u interoperabbli madwar l-UE kollha f’setturi strateġiċi, inklużi l-mobilità u t-trasport. L-innovazzjoni xprunata mid-data tista’ tagħti kontribut enormi lis-servizzi tal-mobilità fl-UE li jista’ jwassal għal użu aħjar tas-sistemi tat-trasport u għal mobilità multimodali ħafna aktar effiċjenti, u b’hekk taqdi l-iżvilupp ulterjuri ta’ settur tat-trasport tal-UE interkonness, newtrali għall-klima u kompetittiv 7 . Madankollu, filwaqt li tiġi ġġenerata ħafna data rilevanti (spiss xprunata mir-rekwiżiti skont l-acquis tal-UE dwar it-trasport), ix-xenarju tad-data dwar it-trasport u l-mobilità huwa frammentat f’ekosistemi differenti u l-aċċessibbiltà spiss tkun diffiċli. Din il-frammentazzjoni jeħtieġ li tiġi indirizzata b’mod urġenti sabiex l-UE tkun tista’ tisfrutta b’suċċess il-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni fis-settur tal-mobilità u t-trasport.

F’dan il-kuntest, l-istrateġija tinkludi spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobilità (EMDS) li għandu jiffaċilita l-aċċess, il-ġbir u l-kondiviżjoni tad-data minn sorsi eżistenti u futuri tad-data dwar it-trasport u l-mobilità. L-għan huwa li jingħelbu l-ostakli tekniċi u legali u li tiġi żgurata kondiviżjoni affidabbli u sigura tad-data billi jiġu kkombinati oqfsa ta’ governanza tad-data u infrastrutturi tekniċi, filwaqt li jintużaw prinċipji komuni ta’ disinn, kull fejn ikun possibbli. Bit-tisħiħ tal-fiduċja u tas-sigurtà fit-tranżazzjonijiet tad-data u billi jiġu segwiti l-ogħla standards disponibbli taċ-ċibersigurtà, l-EMDS għandu jikkontribwixxi biex jiġi żgurat livell għoli ta’ ċibersigurtà u reżiljenza ċibernetika fis-settur tal-mobilità u tat-trasport.

L-EMDS se jgħin lill-atturi tas-suq u lill-awtoritajiet pubbliċi jsibu, jaċċessaw u jużaw id-data rilevanti b’mod aktar faċli. Dan se jappoġġa l-bidla lejn mobilità sostenibbli u intelliġenti, li jippermetti servizzi tat-trasport u tal-mobilità aktar effiċjenti, u b’hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet u jikkontribwixxi direttament għall-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

It-titjib tal-approċċ tagħna għall-kondiviżjoni tad-data rilevanti dwar il-mobilità u t-trasport jista’ jkun ta’ benefiċċju sinifikanti għall-Istati Membri u għall-awtoritajiet pubbliċi rilevanti kollha, inkluż billi jittejjeb it-tfassil ta’ politika dwar it-trasport permezz ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet abbażi tad-data u implimentazzjoni mmirata. Dan jista’ jgħin biex tingħata spinta lill-konnettività transfruntiera, u b’hekk titrawwem kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri, jiġu ffaċilitati l-ivvjaġġar u l-kummerċ mingħajr xkiel fl-UE u b’hekk jikkontribwixxi għal tkabbir ekonomiku akbar. Aċċess simplifikat għal data komprensiva dwar il-mobilità u t-trasport jista’ jgħin lill-Istati Membri jieħdu deċiżjonijiet infurmati aħjar dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura u l-ippjanar tat-trasport, u b’hekk iwassal għal sistemi aktar effiċjenti u ottimizzati.

Bl-istess mod, l-atturi tas-suq jistgħu jibbenefikaw minn opportunitajiet ġodda ta’ negozju u innovazzjoni biex jiżviluppaw servizzi u teknoloġiji innovattivi tat-trasport. Il-kollaborazzjoni permezz ta’ aċċess u kondiviżjoni simplifikati tad-data tiffaċilita l-formazzjoni ta’ sħubijiet u l-integrazzjoni ta’ servizzi f’ekosistemi ta’ mobilità usa’. Żieda fil-kondiviżjoni tad-data ttejjeb ukoll il-koordinazzjoni bejn l-atturi privati u dawk pubbliċi. L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jistgħu jibbenefikaw b’mod partikolari minn dan. Barra minn hekk, l-avvanzi fil-kondiviżjoni tad-data jistgħu jippermettu lill-atturi privati jottimizzaw l-operazzjonijiet u l-allokazzjoni tar-riżorsi tagħhom b’informazzjoni f’ħin reali, li tirriżulta f’operazzjonijiet aktar effiċjenti u kosteffettivi.

Ir-riċerka se tibbenefika wkoll minħabba li l-EMDS se jtejjeb il-fehim tal-interazzjonijiet kumplessi tas-sistemi tat-trasport u se jippromwovi l-innovazzjoni fl-immaniġġar tad-data transsettorjali. L-EMDS se jħeġġeġ ukoll l-użu tal-intelliġenza artifiċjali biex jissaħħu s-servizzi tal-mobilità u tat-trasport, b’mod partikolari hekk kif il-volumi tad-data u s-sinerġiji potenzjali jiżdiedu b’mod esponenzjali. EMDS komuni li jiffunzjona tajjeb jista’ wkoll isir mezz biex jittejjeb l-iskambju tad-data ma’ pajjiżi mhux tal-UE, u b’hekk jgħin fl-integrazzjoni tat-traffiku li jkun ġej minn barra l-UE fis-sistema tat-trasport tal-UE u jrawwem il-kummerċ bejn il-fruntieri esterni tagħna.

Fl-aħħar mill-aħħar huma l-passiġġieri, dawk li jivvaġġaw għal raġunijiet ta’ xogħol u l-vjaġġaturi li se jibbenefikaw, permezz ta’ esperjenza mtejba tal-ivvjaġġar b’sistemi tat-trasport aktar effiċjenti u ħinijiet tal-ivvjaġġar imnaqqsa. L-aċċess għal data f’ħin reali jippermettilhom jibqgħu informati dwar is-sitwazzjoni tat-trasport pubbliku, l-aċċessibbiltà tal-infrastruttura, il-kundizzjonijiet tat-traffiku u d-dewmien potenzjali, u b’hekk jippermettilhom jippjanaw aħjar il-vjaġġi tagħhom. Ħafna fornituri tas-servizzi u awtoritajiet pubbliċi diġà joffru aġġornamenti f’ħin reali, iżda kondiviżjoni tad-data aktar komprensiva żżid il-kwalità tas-servizzi u tiffaċilita aktar integrazzjoni tas-sistema, multimodalità, sikurezza fit-toroq u sostenibbiltà.

Din il-komunikazzjoni tiddeskrivi t-triq ’il quddiem proposta mill-Kummissjoni għall-ħolqien ta’ EMDS komuni, inklużi l-objettivi, il-komponenti ewlenin, il-miżuri ta’ appoġġ u l-istadji importanti tiegħu. Il-Kummissjoni qed tfittex li tippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni dwar dan is-suġġett, kif ukoll il-kollaborazzjoni b’mod aktar ġenerali. Hija tistieden lill-atturi rilevanti kollha biex jieħdu nota tal-miżuri stabbiliti f’din il-komunikazzjoni.

2.Ir-rilevanza u d-domanda għal spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobilità

2.1.Il-kuntest, ir-rwol u l-objettivi

Bħalissa, is-sorsi tad-data u l-modi li bihom tiġi skambjata d-data huma frammentati ħafna fil-mezzi differenti tat-trasport u fin-negozji relatati. Hemm ukoll frammentazzjoni bejn l-Istati Membri differenti u fi ħdan l-Istati Membri f’livelli differenti (nazzjonali, reġjonali u lokali) kemm għas-settur pubbliku kif ukoll għal dak privat. Din il-frammentazzjoni xxekkel il-fluss liberu tad-data (u, b’mod aktar wiesa’, tan-nies, tal-prodotti u tas-servizzi) fi ħdan is-suq uniku tal-UE. Din tagħmilha wkoll diffiċli għall-utenti (individwi u fornituri tas-servizzi) biex jifhmu fejn u kif jaċċessaw u jikkondividu d-data, liema kundizzjonijiet japplikaw għall-użu mill-ġdid u min għandhom jikkuntattjaw jekk ikollhom mistoqsijiet jew problemi bid-data. Dawn l-ostakli jxekklu l-isfruttar tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni fit-trasport, kif ukoll il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ekwi għall-forniment ta’ servizzi ta’ mobilità diġitali u tat-trasport fl-UE.

F’dan il-kuntest, l-objettivi tal-EMDS huma li:

1)jidentifika data kruċjali u jżid id-disponibbiltà tagħha biex jiġu appoġġati servizzi essenzjali u b’valur miżjud li jkopru temi mis-sostenibbiltà sal-multimodalità;

2)jgħin lill-utenti jiskopru sorsi ta’ data disponibbli, billi jipprovdi għodod sabiex l-utent ikun jista’ jifhem ukoll il-kwalità tad-data u l-kundizzjonijiet relatati ta’ aċċess u użu mill-ġdid, b’mod partikolari b’rabta mal-protezzjoni tad-data personali;

3)jiffaċilita l-aċċess, il-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid tad-data, fejn possibbli, permezz ta’ armonizzazzjoni modali u transmodali tal-kundizzjonijiet tal-kondiviżjoni b’mod ġust, trasparenti, proporzjonat u mhux diskriminatorju;

4)jippermetti interoperabbiltà teknika, organizzazzjonali, semantika u legali għall-aċċess għad-data, l-użu mill-ġdid u l-kondiviżjoni tad-data bejn l-atturi (kemm pubbliċi kif ukoll privati);

5)jottimizza l-ġbir tad-data u jnaqqas il-piż amministrattiv billi jidentifika nuqqasijiet u duplikazzjonijiet fl-arranġamenti eżistenti għall-ġbir tad-data u jirrakkomanda aġġustamenti xierqa fil-leġiżlazzjoni settorjali;

6)jiżgura l-interoperabbiltà ma’ spazji komuni Ewropej oħra tad-data u jippermetti l-aċċess, il-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid tad-data bejniethom, f’konformità ma’ leġiżlazzjoni ġdida u emerġenti tal-UE relatata mad-data.

L-intenzjoni ma hijiex li tinħoloq bażi tad-data waħda ċentralizzata vasta jew infrastruttura unika tal-hardware li tospita d-data kollha tal-UE dwar il-mobilità u t-trasport permezz ta’ din l-inizjattiva. Minflok, l-EMDS se joffri qafas għall-interkonnessjoni u l-federazzjoni 8 ta’ ħafna ekosistemi differenti tad-data dwar it-trasport li huma eteroġeni u spiss diffiċli biex jiġu skoperti jew aċċessati. L-EMDS se jkun ibbażat fuq approċċ deċentralizzat, fejn id-data se tkompli tinżamm mal-parteċipanti fl-ispazju tad-data jew fl-oqsma u l-bażijiet tad-data li diġà huma regolati minn partijiet ikkonċernati pubbliċi jew privati fil-livell tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali. L-EMDS se jkun iggwidat mill-prinċipji tad-disinn elenkati fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-Ispazji Komuni Ewropej tad-Data, u se jkun konformi bis-sħiħ mal-acquis tal-UE dwar it-trasport, l-ispirtu u l-iskop tiegħu, u se jinbena fuqu.

Il-qafas tal-EMDS se jkollu dimensjonijiet tekniċi u ta’ governanza li se jinkludu elementi kostitwenti 9 , standards, saff ta’ interkonnessjoni u struttura ta’ governanza. Aktar dettalji dwar il-qafas tal-EMDS huma spjegati fit-Taqsima 4.

Il-parteċipanti fl-EMDS se jkunu fornituri tad-data u utenti tad-data (inklużi intermedjarji tad-data  10 u organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu tad-data 11 ), kif ukoll postijiet tas-suq u fornituri ta’ servizzi rilevanti li jixtiequ joħolqu valur billi joffru, jiskopru, jaċċessaw u jużaw data dwar il-mobilità u t-trasport f’din il-firxa wiesgħa ta’ ekosistemi.

2.2.Każijiet ta’ użu tal-valur miżjud u l-benefiċċji tagħhom

L-EMDS għandu jippermetti aċċess u kondiviżjoni tad-data transfruntiera u transsettorjali mtejba, aktar rapidi u aktar issimplifikati, u b’hekk jappoġġa l-forniment ta’ servizzi ta’ valur miżjud madwar l-UE. L-aspetti territorjali tal-mobilità għandhom jitqiesu wkoll filwaqt li titqies il-komunità rurali kif ukoll l-interkonnessjoni bejn il-mobilità urbana u rurali. Deskrizzjonijiet aħjar tad-data (eż. b’metadata mtejba) u aktar interoperabbiltà bejn ekosistemi differenti (eż. għall-iskoperta u l-kondiviżjoni tad-data) għandhom jagħmluha aktar faċli u aktar veloċi għal kull parteċipant tal-EMDS biex jaggrega d-data minn sorsi differenti; biex juża din id-data għall-operazzjonijiet tiegħu; u biex jiġu pprovduti servizzi ta’ kwalità għolja lin-negozji, lill-konsumaturi u liċ-ċittadini. Dan jista’ jipprovdi opportunitajiet għall-iżvilupp ta’ indikaturi statistiċi ġodda b’livell ogħla ta’ diżaggregazzjoni u bi skedi ta’ żmien imtejba, mingħajr ma jiżdied il-piż tar-rapportar. L-użu tal-EMDS għall-istatistika huwa l-pass intermedju għall-użu tal-mikrodata disponibbli f’analiżi bbażata fuq l-evidenza għat-tfassil tal-politika fil-livell nazzjonali u tal-UE, flimkien mal-istatistika eżistenti. L-EMDS se tiffaċilita wkoll il-kondiviżjoni tad-data f’relazzjoni bejn il-pari (eż. bejn in-negozji, bejn in-negozji u l-gvern, eċċ.). Dan għandu jippermetti gradwalment servizzi ta’ mobilità aktar innovattivi u tranżazzjonijiet kumplessi fis-settur tat-trasport.

Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ każijiet ta’ użu tal-valur miżjud bħal dawn u l-benefiċċji tagħhom:

Kif l-EMDS jista’ jikkontribwixxi għal:

Benefiċċji u benefiċjarji

Mobilità urbana u rurali

L-iffaċilitar tal-iskoperta u l-kombinazzjoni ta’ data minn spazji differenti tad-data (eż. mobilità, enerġija u turiżmu) u mezzi ta’ trasport.

L-appoġġ għall-iskoperta, l-aċċess u l-kombinazzjoni ta’ mobilità, infrastruttura, data amministrattiva u ġeospazjali.

·L-għoti ta’ setgħa lill-awtoritajiet lokali (kemm urbani kif ukoll rurali) biex jidentifikaw miżuri mmirati sew fil-pjanijiet ta’ mobilità sostenibbli (urbani) tagħhom u biex jużaw id-data biex jimmonitorjaw il-progress li jkun sar lejn l-objettivi stabbiliti.

·Ġestjoni aħjar tal-flussi tat-traffiku u tat-turiżmu (eż. permezz ta’ servizzi ta’ mobilità multimodali u kkoordinati għaċ-ċittadini), l-integrazzjoni tal-mobilità kondiviża u tal-mikromobilità fl-offerta tat-trasport pubbliku.

·Data aġġornata dwar l-infrastruttura taċ-ċikliżmu (eż. il-garaxxijiet tal-parkeġġ, l-istazzjonijiet tal-iċċarġjar u l-kondiviżjoni tar-roti) għall-promozzjoni taċ-ċikliżmu u l-informazzjoni liċ-ċiklisti.

·L-appoġġ lill-awtoritajiet lokali fl-implimentazzjoni tar-regolamenti dwar l-aċċess għall-vetturi urbani (UVARs) 12  sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet u l-konġestjoni tat-traffiku.

·L-għoti ta’ informazzjoni lil vjaġġaturi meta jkunu qed joqorbu lejn UVAR (eż. permezz ta’ apps tan-navigazzjoni) jew l-għoti ta’ eżenzjonijiet ad hoc (eż. għat-trasport ta’ persuni b’diżabilità u mobilità mnaqqsa).

·L-għoti ta’ informazzjoni lil persuni b’diżabilità u b’mobilità mnaqqsa dwar l-aċċessibbiltà tal-infrastruttura u tas-servizzi tat-trasport 13 .

Il-mobilità u t-trasport multimodali

L-appoġġ għall-integrazzjoni tal-informazzjoni mill-operaturi ta’ diversi mezzi tat-trasport.

·It-titjib tal-aċċess għal biljetti interoperabbli fil-mezzi kollha tat-trasport (eż. l-għoti ta’ data komparabbli dwar il-prezzijiet, il-marki tal-karbonju u l-ħinijiet tal-vjaġġ) u l-għoti ta’ informazzjoni f’ħin reali u dinamika lill-passiġġieri (eż. dwar l-aċċessibbiltà, il-bidliet fl-iskedi u t-tfixkil għas-servizz).

·L-integrazzjoni u l-kombinazzjoni ta’ mezzi differenti tat-trasport fil-ktajjen tal-provvista multimodali għal loġistika u trasport tal-merkanzija aktar effiċjenti u reżiljenti.

Sikurezza fit-toroq

L-iffaċilitar tal-integrazzjoni tad-data dwar it-trasport minn setturi mhux tat-trasport.

·Monitoraġġ aħjar tas-severità u tan-natura tal-vittmi tat-traffiku bit-triq billi permezz tal-konnessjoni tad-data tal-isptarijiet ma’ dik tal-pulizija.

·Aċċess aktar faċli għad-data dwar is-sikurezza u t-traffiku jista’ jgħin lill-operaturi tat-trasport bit-triq jagħtu prijorità lil finanzjament għall-aktar adattamenti urġenti tal-infrastruttura fiżika.

Mobilità konnessa, awtomatizzata u awtonoma

L-iffaċilitar tal-iskoperta, l-aċċess u l-kondiviżjoni tad-data dwar l-infrastruttura u t-traffiku f’ħin reali.

·L-għajnuna għall-bini ta’ tewmi diġitali dejjem aktar rikk tal-ambjent tas-sewqan.

·L-appoġġ għall-iżvilupp u t-tħaddim ta’ mobilità sikura, dejjem aktar konnessa, awtomatizzata u fl-aħħar mill-aħħar awtonoma, li tippermetti żvilupp aktar mgħaġġel u programmi ta’ ttestjar kif ukoll espansjoni aktar rapida tat-toroq li fihom il-vetturi awtomatizzati jistgħu joperaw b’mod sikur.

·L-iffaċilitar tal-iżvilupp ta’ servizzi mmexxija mid-data li jkunu ta’ benefiċċju għall-passiġġieri u għall-operaturi tat-trasport, filwaqt li jittieħed vantaġġ mill-investimenti fl-infrastruttura tal-konnettività tul il-mogħdijiet tat-trasport, u l-appoġġ ta’ mudelli ġodda ta’ negozju.

Fjuwils alternattivi sostenibbli

L-iffaċilitar tal-iskoperta u l-amalgamazzjoni ta’ data dwar l-enerġija, il-vetturi, it-traffiku, l-infrastruttura u dik ġeospazjali.

·L-appoġġ għall-ippjanar tal-post għall-introduzzjoni ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi billi tiġi amalgamata d-data dwar il-flussi tat-traffiku tal-vetturi ma’ data ġeospazjali dwar id-disponibbiltà tal-grilja u ż-żoni ta’ aċċellerazzjoni rinnovabbli.

·L-ingranaġġ tal-ispazju komuni Ewropew tad-data dwar l-enerġija. Id-data dwar l-elettromobilità u l-enerġija tista’ tiġi kkombinata biex jiġu simulati l-mudelli tad-domanda għall-enerġija, u b’hekk ikun possibbli l-iċċarġjar intelliġenti u bidirezzjonali tal-vetturi elettriċi (EVs) li jikkontribwixxi għall-flussi tad-data f’ħin reali biex jippermetti konsum flessibbli tal-elettriku (eż. billi titnaqqas id-domanda f’ħinijiet l-iktar intensivi).

·L-iffaċilitar tal-kondiviżjoni tad-data huwa kruċjali sabiex il-fornituri tas-servizzi jkunu jistgħu jiżviluppaw servizzi ta’ kwalità għolja biex jinfurmaw lis-sewwieqa tal-EVs dwar il-postijiet tal-iċċarġjar, il-prezzijiet, id-disponibbiltà u l-karatteristiċi ġenerali tal-infrastruttura u d-disponibbiltà tal-enerġija rinnovabbli.

Loġistika

Li jsir iktar faċli li persuna tiskopri u tikkombina d-data minn sorsi (modali), infrastruttura u disponibbiltà tal-kapaċità differenti.

·Ħinijiet tal-wasla stmati (ETAs) u ħinijiet stmati ta’ interkambju (ETIs) aktar akkurati, u ġestjoni mtejba tar-riżorsi u tal-assi għan-negozji.

·Ir-riprogrammar dinamiku tal-merkanzija bejn il-mezzi, filwaqt li titqies l-effiċjenza ambjentali.

·L-iffaċilitar tal-iskoperta tal-aktar parkeġġ sikur u sigur għas-sewwieqa ta’ vetturi ta’ merkanzija tqila.

·Kunsinna fil-ħin ta’ merkanzija għall-konsumaturi, flimkien ma’ kostijiet, impatt klimatiku u ambjentali aktar baxxi.

Loġistika urbana

L-iffaċilitar tal-aċċess għad-data dwar il-merkanzija u għad-data dwar l-infrastruttura.

Loġistika urbana aktar intelliġenti tkun ta’ benefiċċju kemm għall-operaturi tat-trasport kif ukoll għall-awtoritajiet lokali:

·Dawk li jippjanaw l-ibliet jistgħu janalizzaw id-data dwar il-merkanzija (eż. il-volumi tal-merkanzija, il-vetturi u r-rotot użati, u l-operazzjonijiet ta’ tagħbija/ħatt) biex jiggwidaw l-ippjanar, il-politiki u l-investiment tagħhom relatati mal-merkanzija fl-infrastruttura – speċjalment għall-ewwel u l-aħħar stadji fil-proċess tal-merkanzija.

·Id-data dwar l-infrastruttura urbana (eż. l-użu tal-bankini, l-aċċessibbiltà tal-vetturi, l-ispazju tal-parkeġġ, il-monitoraġġ tat-traffiku f’ħin reali u l-infrastruttura tal-iċċarġjar) tgħin lill-fornituri tas-servizzi tal-merkanzija u lill-operaturi tat-trasport biex iżidu l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tal-kunsinna, u tista’ tħeġġeġ soluzzjonijiet kollaborattivi.

Fuq l-ilma

L-iffaċilitar tal-interoperabbiltà, l-aċċess u l-iskambju ta’ data bejn mezzi u partijiet ikkonċernati differenti (eż. portijiet interni, bastimenti u atturi tal-loġistika).

·Għajnuna lill-awtoritajiet tal-port biex jimmaniġġaw l-infrastruttura tal-port intern (ir-riżervazzjoni tal-postijiet tal-irmiġġ, il-locks, eċċ.)

·Għajnuna lis-sidien tal-flotta u lill-kaptani biex jippjanaw aħjar il-vjaġġi sabiex jimmassimizzaw l-użu tal-flotta tagħhom (inkluż matul in-nixfiet).

·Integrazzjoni aħjar tat-trasport fuq l-ilma intern (IWT) fil-ktajjen tal-provvista.

·L-appoġġ għall-kunċett ta’ tbaħħir intelliġenti fl-IWT 14 .

·Il-kondiviżjoni tad-data dwar il-kundizzjonijiet ambjentali għall-bastimenti marittimi u l-appoġġ għall-ottimizzazzjoni tal-portijiet 15 .

L-Avjazzjoni

L-iffaċilitar tal-integrazzjoni ta’ data relatata mal-enerġija (eż. l-elettriku - is-sors u l-kost, it-taħlita tal-fjuwil tal-avjazzjoni - l-oriġini, il-kost u d-disponibbiltà)

·L-għajnuna lill-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruporti u lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru biex jikkomunikaw aħjar il-marki tal-emissjonijiet tagħhom kif ukoll il-kontributi tagħhom għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-avjazzjoni b’referenza għall-parametri referenzjarji. Dan iġib ċarezza dwar it-tip ta’ elettriku u fjuwils użati fil-bini tal-ajruport u biex wieħed ikun jista’ jirrapporta dwar dan.

·Il-promozzjoni tal-kompetizzjoni (eż. bejn il-fornituri tal-fjuwil), li tgħin biex tingħata spinta lill-innovazzjoni u jitnaqqsu l-prezzijiet għall-passiġġieri. Dan huwa partikolarment rilevanti fil-kuntest tal-kummerċ ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli 16 .

B’mod ġenerali, hekk kif issir disponibbli aktar data, jiżdied ukoll il-potenzjal li jiġu ottimizzati s-sistemi tat-trasport u tal-mobilità. Madankollu, l-isfida biex jiġi sfruttat dan il-potenzjal (kemm jekk off-line kif ukoll f’operazzjonijiet ta’ kuljum) hija wkoll kbira, u kemm l-atturi pubbliċi kif ukoll dawk privati jeħtieġ li jimmaniġġaw sistema tat-trasport dejjem aktar dettaljata u kumplessa. L-intelliġenza artifiċjali (IA) jista’ jkollha rwol ewlieni hawnhekk. L-IA u l-EMDS isaħħu lil xulxin b’mod reċiproku. L-EMDS irawwem l-aċċessibbiltà u l-użu mill-ġdid tad-data, filwaqt li l-IA tagħmilha aktar faċli li dik id-data tintuża għal informazzjoni u servizzi ġodda (dment li tkun imħarrġa b’settijiet ta’ data rappreżentattivi u mhux preġudikati). L-IA tista’ tagħmilha aktar faċli biex jiġu ttrattati l-volum u l-kumplessità enormi tad-data, biex jinstabu sinerġiji u xejriet li kieku jistgħu jibqgħu mhux innutati u mhux sfruttati. Dan huwa partikolarment il-każ meta jiġu ottimizzati sistemi kbar b’ħafna varjabbli, li għalihom mhux neċessarjament ikun hemm soluzzjoni ottimali waħda. Għalhekk, l-EMDS qiegħed jikkontribwixxi wkoll għall-kompetenzi u għall-kompetittività tal-UE fl-IA għat-trasport u l-mobilità.

3.Leġiżlazzjoni u inizjattivi transsettorjali

3.1.Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-data transsettorjali u l-ispazji komuni Ewropej rilevanti tad-data

L-EMDS se jkun mibni fuq il-leġiżlazzjoni transsettorjali tal-UE dwar id-data, bħall-Att dwar il-Governanza tad-Data 17 , li jżid il-fiduċja fil-kondiviżjoni volontarja tad-data, isaħħaħ il-mekkaniżmi biex tiżdied id-disponibbiltà tad-data u jegħleb l-ostakli tekniċi għall-użu tad-data. L-Att huwa element kostitwenti ewlieni fil-ħolqien ta’ spazji komuni Ewropej tad-data minħabba li jirregola intermedjarji newtrali tad-data li se jkollhom rwol ċentrali fl-iffaċilitar tal-iskambji tad-data. Barra minn hekk, l-Att jagħti mandat lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data (EDIB), li huwa magħmul minn rappreżentanti rilevanti mill-industrija u minn spazji komuni Ewropej tad-data. L-EDIB se jkollu rwol fundamentali fl-iżvilupp u fil-ħruġ ta’ linji gwida dwar kif għandu jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ dawn l-ispazji tad-data, u fl-identifikazzjoni tal-istandards rilevanti u tar-rekwiżiti tal-interoperabbiltà għall-kondiviżjoni tad-data transsettorjali.

Il-Kummissjoni pproponiet Att dwar id-Data  18 li għandu l-għan li jiżgura l-ġustizzja fl-ambjent diġitali, jistimula suq tad-data kompetittiv, opportunitajiet miftuħa għall-innovazzjoni xprunata mid-data u jagħmel id-data aktar aċċessibbli għal kulħadd. Billi l-utenti jingħataw is-setgħa biex jaċċessaw u jikkondividu ma’ partijiet terzi d-data ġġenerata mit-tagħmir konness tagħhom, bħal vetturi konnessi, dan se jwassal għal servizzi aktar kompetittivi u innovattivi bħas-servizzi ta’ wara l-bejgħ. L-iżvilupp u r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni ta’ mudell kuntrattwali mhux vinkolanti għall-aċċess, il-kondiviżjoni u l-użu tad-data bejn in-negozji se jgħinu lill-parteċipanti tal-EMDS biex ifasslu kuntratti bi drittijiet u obbligi ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji. Fl-aħħar nett, l-Att dwar id-Data jiddefinixxi r-rekwiżiti essenzjali għall-ispazji tad-data u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tispeċifika ulterjorment dawn ir-rekwiżiti permezz ta’ atti delegati u biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni bi speċifikazzjonijiet komuni biex tiżgura l-interoperabbiltà tal-ispazji komuni Ewropej tad-data u ta’ kuntratti intelliġenti.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar is-Settijiet tad-Data ta’ Valur Għoli 19 jiddefinixxi lista ta’ settijiet tad-Data ta’ “valur għoli” li s-settur pubbliku jrid jagħmel użu mill-ġdid bħala data miftuħa u mingħajr ħlas. Settijiet tad-data ta’ rilevanza partikolari għat-trasport jinkludu t-tema tad-data INSPIRE dwar in-Networks tat-trasport 20 . Id-Direttiva dwar id-Data Miftuħa 21 tistabbilixxi l-prinċipju ġenerali li d-data aċċessibbli għall-pubbliku ffinanzjata mis-settur pubbliku għandha tkun tista’ terġa’ tintuża għal skopijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali. L-Att dwar l-Ewropa Interoperabbli 22 propost mill-Kummissjoni għandu jsaħħaħ l-interoperabbiltà u l-kooperazzjoni transfruntiera fis-settur pubbliku madwar l-UE.

Kwalunkwe implimentazzjoni ta’ azzjoni taħt l-umbrella tal-EMDS se tiżgura l-konformità mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, inkluża l-protezzjoni tad-data “skont id-disinn u b’mod awtomatiku”, skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data 23 (il-GDPR), li jirregola l-ipproċessar minn individwu, kumpanija jew organizzazzjoni ta’ data personali relatata ma’ individwi fl-UE.

Iċ-ċibersigurtà għandha tkun fuq quddiem nett fis-segmenti kollha tal-ekosistema tal-mobilità f’konformità mad-Direttiva NIS2  24 , li tistabbilixxi rekwiżiti msaħħa taċ-ċibersigurtà. Id-Direttiva NIS tal-2016 diġà rrikonoxxiet it-trasport—bis-subsetturi tiegħu bl-ajru, bil-ferrovija, bl-ilma u bit-triq—bħala wieħed mill-aktar setturi kritiċi. Minħabba l-kritikalità dejjem akbar tagħhom għall-ekonomija u s-soċjetà tal-UE, l-operaturi tal-punti tal-iċċarġjar għall-vetturi bil-mutur (fis-subsettur tal-elettriku), kif ukoll il-manifatturi tal-vetturi bil-mutur żdiedu mal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva NIS2. Għal dak li għandu x’jaqsam mas-sigurtà tal-katina tal-provvista, il-proposta tal-Att dwar ir-Reżiljenza taċ-Ċibernetika 25 , li bħalissa tinsab fil-proċess ta’ kodeċiżjoni, se jkollha wkoll rwol ewlieni. Dan se jagħti mandat liċ-ċibersigurtà skont id-disinn u b’mod awtomatiku għall-aċċess tal-hardware u tas-software għas-suq Ewropew. Dan iżid ukoll l-obbligi taċ-ċibersigurtà tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, bħall-aġġornamenti tas-sigurtà u l-immaniġġar tal-vulnerabbiltà. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll ir-rieżami tad-Direttiva dwar ir-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi  26 , li tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni u l-profondità tad-Direttiva tal-2008 biex tkopri 11-il settur, inkluż it-trasport. Żvilupp importanti ieħor relatat maċ-ċibersigurtà huwa l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament Ewropew dwar l-Identità Diġitali  27 , li jirrevedi r-Regolament 910/2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ir-regolament eIDAS) 28 . L-iżviluppi li ġejjin fil-qasam tal-identità diġitali, b’mod partikolari l-Kartieri tal-Identità Diġitali Ewropej u l-introduzzjoni ta’ servizzi fiduċjarji ġodda (eż. attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi u kotba elettroniċi), huma ta’ interess partikolari għall-ispazji tad-data minħabba l-kontribut tagħhom f’termini ta’ privatezza, protezzjoni u sigurtà tad-data, għalhekk x’aktarx li jkollhom rwol ewlieni biex ikunu jistgħu jagħmlu dan.

Il-ħolqien ta’ spazji komuni Ewropej tad-data huwa inizjattiva pijuniera. Il-varjetà ta’ setturi u oqsma involuti, kull wieħed minnhom bil-karatteristiċi u d-data speċifika tiegħu stess (eż. id-data dwar il-mobilità, id-data dwar l-enerġija u d-data dwar il-manifattura industrijali) inklużi modalitajiet differenti ta’ użu mill-ġdid, jagħmluha sfida kbira. Anke f’settur speċifiku, hemm livell għoli ta’ kumplessità minħabba każijiet ta’ użu differenti u l-interessi diverġenti tal-atturi rilevanti fir-rigward tal-użu tad-data u l-ħtiġijiet speċifiċi tad-data li jista’ jkun diffiċli li jiġu rrikonċiljati.

Approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd, li jinkludi kemm l-infrastruttura tad-data teknika meħtieġa kif ukoll il-qafas ta’ governanza, għandu kapaċità limitata li jissodisfa l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull settur jew qasam vertikali. Madankollu, se jkun kruċjali li jiġu identifikati l-affarijiet komuni bejn is-setturi u li jiġu żviluppati, fejn possibbli, prinċipji komuni u elementi kostitwenti li jistgħu jintużaw f’setturi u f’oqsma differenti mingħajr ma jiġu kompromessi soluzzjonijiet li diġà jeżistu jew li qed jitfaċċaw f’oqsma speċifiċi għas-settur. Id-dipendenza fuq approċċi u mekkaniżmi armonizzati se tiffranka r-riżorsi u tagħmel possibbli każijiet ta’ użu ta’ benefiċċju kbir.

Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ spazji tad-data rilevanti mill-qrib għall-EMDS minħabba ħtiġijiet, settijiet tad-data, partijiet ikkonċernati ewlenin u ekosistemi kondiviżi.

1)L-ispazju komuni Ewropew tad-data tal-Patt Ekoloġiku se jiġi żviluppat bħala l-ekosistema tad-data tematika biex jintlaħqu ċerti objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew stabbiliti mill-pjan ta’ azzjoni għal tniġġis żero 29 , il-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija ċirkolari, l- 30 istrateġija għall-bijodiversità u l 31 -istrateġiji ta’ mitigazzjoni/adattament għat-tibdil fil-klima. Dan se jagħmel disponibbli data li hija attwalment frammentata u mxerrda minn diversi ekosistemi tad-data, kemm għas-setturi privati kif ukoll għal dawk pubbliċi u minnhom. Se jinkludi wkoll l-ispazju tad-data għal bliet u komunitajiet intelliġenti u sostenibbli li se jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika fil-kuntesti lokali u se jgħinu biex jiġu pprovduti servizzi li jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. L-EMDS li jkopri s-settur tat-trasport se jikkontribwixxi għal dan l-ispazju tad-data li jkopri diversi oqsma tematiċi u se jibbenefika minnu.

2)L-ispazju komuni Ewropew tad-data industrijali (tal-manifattura), fejn il-kondiviżjoni tad-data fl-industrija għandha l-potenzjal li tagħti spinta lit-tkabbir b’saħħtu, tgħin lill-kumpaniji jottimizzaw il-proċessi eżistenti, jiżviluppaw prodotti ġodda u joħolqu negozji ġodda. L-aġġornament tal-2020 tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida jispjega kif xieraq li spazju tad-data industrijali (tal-manifattura) se jwassal għal ktajjen tal-provvista aktar flessibbli u reżiljenti 32 li huma relatati mill-qrib mal-parti tal-loġistika u tal-merkanzija tas-settur tat-trasport u konsegwentement tal-EMDS.

3)L-ispazju komuni Ewropew tad-data dwar l-enerġija se jkun ta’ benefiċċju għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali li għaddejjin bħalissa fl-UE. Dan se jgħin biex jiġu integrati ulterjorment l-enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-enerġija, tiżdied il-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika ġenerali, jiġi ffaċilitat l-iċċarġjar intelliġenti u bidirezzjonali tal-vetturi elettriċi, ikun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi u għall-produtturi, u tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel u kompetittiva lejn l-elettrifikazzjoni ta’ setturi bħat-tisħin u t-trasport. Kif huwa stabbilit fil-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar id-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija 33 , l-allinjament bejn l-ispazji tad-data dwar il-mobilità u l-enerġija huwa importanti biex jiġu identifikati sinerġiji, tiġi appoġġata l-integrazzjoni tas-sistema u jiġu introdotti servizzi transsettorjali.

4)L-ispazju komuni Ewropew tad-data dwar it-turiżmu  34 se jappoġġa lin-negozji, lill-awtoritajiet lokali responsabbli għall-istrateġija u l-ġestjoni tat-turiżmu u lil atturi rilevanti oħra. Billi jappoġġa l-aċċess u l-flussi tad-data fis-settijiet differenti tad-data fis-settur u fi spazji oħra tad-data, se jipprovdi servizz lil diversi utenti tad-data bħall-intermedjarji tan-negozju, il-maniġers tad-destinazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tat-turiżmu u l-analisti tad-data. Dan se jkun ta’ benefiċċju partikolari għal destinazzjonijiet iżgħar kif ukoll għall-SMEs, li jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tal-partijiet ikkonċernati tas-settur privat fit-turiżmu fl-UE. Il-kombinazzjoni tad-data mis-setturi tal-mobilità u tat-turiżmu se tiftaħ każijiet ta’ użu tal-valur miżjud għad-destinazzjonijiet u għat-turisti kif deskritt fit-taqsima rilevanti ta’ hawn fuq.

Hekk kif l-ispazji tad-data rilevanti se jintużaw gradwalment, se jintalbu każijiet ta’ użu konġunt.

Iċ-Ċentru ta’ Appoġġ għall-Ispazji tad-Data (DSSC) 35 , li huwa ffinanzjat taħt il-Programm Ewropa Diġitali (DIGITAL) u tnieda f’Ottubru 2022, jappoġġa u jikkoordina l-azzjonijiet rilevanti kollha dwar l-ispazji komuni Ewropej tad-data. Dan għandu l-mandat li jipprovdi arkitettura ta’ pjan dettaljat komuni u rekwiżiti tal-infrastruttura tad-data għall-ispazji tad-data u jiżgura approċċ koerenti u armonizzat. L-azzjonijiet preparatorji u ta’ tnedija tal-EMDS, għandhom u se jitwettqu fi sħubija mill-qrib mad-DSSC biex jiggarantixxu l-allinjament mal-qafas tekniku tal-ispazji komuni Ewropej tad-data.

B’mod parallel, il-Kummissjoni qed takkwista pjattaforma midware intelliġenti cloud to-edge (Simpl) b’sors miftuħ, iffinanzjata minn DIGITAL, li se tindirizza l-ħtiġijiet tal-ispazji differenti tad-data u se tippermetti r-realizzazzjoni tal-Federazzjoni Ewropea tal-Cloud. Il-pjattaforma se tipprovdi elementi kostitwenti bażiċi sikuri u modulari li se jservu bħala saff abilitanti u bażi għall-introduzzjoni u l-interkonnessjoni tal-ispazji tad-data settorjali, inkluż l-EMDS 36 .

Il-Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali 37 introduċa qafas legali ġdid għall-implimentazzjoni ta’ proġetti multinazzjonali: il-Konsorzju għall-Infrastruttura Diġitali Ewropea (EDIC). Maħluq minn minimu ta’ tliet Stati Membri, l-EDIC jista’ jsir entità ġuridika bil-kapaċità li tiġbor flimkien il-kontributi Ewropej, nazzjonali u privati. Il-Ġermanja, in-Netherlands u l-Finlandja nnotifikaw minn qabel lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li joħolqu EDIC tad-data dwar il-mobilità u l-loġistika li jikkontribwixxi għall-objettivi tal-EMDS 38 . Tali EDIC ikollu l-għan li jiżgura s-sostenibbiltà ta’ infrastruttura komuni tad-data, isaħħaħ il-koordinazzjoni fost il-membri tiegħu u jixpruna l-adozzjoni permezz ta’ każijiet ta’ użu transfruntier. Stati Membri u organizzazzjonijiet addizzjonali esprimew l-interess tagħhom li jissieħbu. Il-Kummissjoni tilqa’ n-notifika minn qabel ta’ dan l-EDIC u se ssegwi mill-qrib l-istabbiliment possibbli tiegħu.

3.2.Inizjattivi rilevanti oħra u elementi kostitwenti

Minbarra l-inizjattivi msemmija hawn fuq, diversi ekosistemi, pjattaformi u postijiet tas-suq tad-data, li huma xprunati minn atturi pubbliċi jew privati, ifittxu li jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tad-data fejn l-elementi kostitwenti, l-arkitetturi ta’ referenza u l-mekkaniżmi ta’ governanza tad-data tagħhom jistgħu jintużaw biex jikkomplementaw l-EMDS komuni. Eżempji indikattivi jinkludu l-elementi kostitwenti tal-EC DIGIT 39 (eż. eDelivery), l-arkitettura ta’ referenza tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Ispazju tad-Data (IDSA) 40 u l-komponenti tal-pjattaforma tas-software b’sors miftuħ ta’ FIWARE 41 . Ta’ interess simili huwa x-xogħol li qiegħed isir taħt il-proġetti fanal ta’ Gaia-X 42  (eż. EONA-X 43 , li jiffoka fuq każijiet ta’ mobilità, trasport u użu tat-turiżmu; u l-Ispazju Ġermaniż tad-Data dwar il-Mobilità 44 ). Eżempji mis-settur tal-loġistika jinkludu iSHARE 45  uFEDeRATED 46 , proġett kofinanzjat mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE).

L-appoġġ tal-UE (taħt Orizzont Ewropa u DIGITAL) fl-iżvilupp ta’ infrastruttura, servizzi u ktajjen tal-valur cloud-to-edge fl-UE se jipprovdi ekosistema favorevoli għall-iżvilupp tal-EMDS. Dan se jippermetti sinerġiji b’saħħithom b’inizjattivi relatati mal-IA bħall-faċilità għall-ittestjar u l-esperimentazzjoni tal-IA għall-bliet u l-komunitajiet intelliġenti 47 . Fl-aħħar nett, l-investimenti fl-infrastruttura tal-komunikazzjoni diġitali, bħall-infrastruttura 5G f’żoni transfruntiera u f’żoni ta’ falliment tas-suq tul mogħdijiet ewlenin tat-trasport  48 , huma abilitanti essenzjali għall-kondiviżjoni tad-data dwar il-mobilità u l-merkanzija.

4.Lejn spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobilità koerenti u armonizzat

4.1.Inizjattivi eżistenti u futuri fil-qasam tad-data dwar il-mobilità u t-trasport

Is-settur tal-mobilità u tat-trasport huwa kkaratterizzat minn sett ta’ leġiżlazzjoni tal-UE stabbilit sew u li għadu qed jevolvi u inizjattivi komplementari, li jorganizzaw il-kondiviżjoni tad-data kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija fl-oqsma min-negozju għall-konsumatur (B2C), min-negozju għan-negozju (B2B), min-negozju għall-gvern (B2G), mill-gvern għan-negozju (G2B) u mill-gvern għall-gvern (G2G). Madankollu, ix-xenarju kurrenti huwa ferm eteroġenu u frammentat, b’diversi oqfsa ta’ kondiviżjoni tad-data u ekosistemi tad-data. L-għan tal-EMDS huwa li jiffaċilita l-interkonnessjoni ta’ dawn l-ekosistemi u, fejn rilevanti, jintroduċi armonizzazzjoni progressiva ulterjuri, inkluż fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data.

Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-oqfsa għandhom il-governanza, l-arkitettura u l-pjattaformi tagħhom stess. Dawn spiss jinkludu kisbiet importanti fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kondiviżjoni tad-data u huma meqjusa bħala elementi importanti u elementi kostitwenti tal-EMDS (kif iddikjarat fl-istrateġija Ewropea għad-data). Dawn se jitqiesu kif xieraq fl-istabbiliment tal-EMDS. Sett mhux eżawrjenti ta’ dawn il-biċċiet ta’ leġiżlazzjoni u inizjattivi rilevanti għad-data dwar il-mobilità u t-trasport tal-UE huwa deskritt hawn taħt skont is-settur tat-trasport: fuq l-ilma u loġistika; trasport ferrovjarju; sistemi intelliġenti tat-trasport; networks u infrastruttura tat-trasport; vetturi; avjazzjoni; u trasport bit-triq u sikurezza fit-triq. 

Fuq l-ilma u loġistika

Il-Forum dwar it-Trasport u l-Loġistika Diġitali (DTLF) 49 , li huwa grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni, jaħdem fuq interoperabbiltà diġitali fuq skala sħiħa sabiex jiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti mill-mezzi kollha tat-trasport fi spazju tad-data sigur u affidabbli dwar it-trasport tal-merkanzija u l-loġistika. Għal dan il-għan, id-DTLF jiddefinixxi l-prinċipji tad-disinn kif ukoll l-elementi kostitwenti tekniċi u ta’ governanza għal qafas komuni federat għall-iskambju tad-data li jgħaqqad il-pjattaformi u l-ekosistemi eżistenti tat-trasport u tal-loġistika faċilment u f’ambjent kollaborattiv u affidabbli. Id-DTLF kellu rwol importanti fit-tħejjija tar-Regolament tal-UE dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (eFTI) 50 u għadu essenzjali fil-ħidma ta’ implimentazzjoni relatata. Ir-Regolament dwar l-eFTI jistabbilixxi qafas legali li se jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jipprovdu informazzjoni dwar it-trasport tal-merkanzija biex jagħtu prova tal-konformità mar-regoli tal-UE u dawk nazzjonali għat-trasport intra-UE f’format elettroniku.

Ir-Regolament dwar l-ambjent tas-Sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea (EMSWe) 51 jistabbilixxi regoli armonizzati għall-għoti tal-informazzjoni li hija meħtieġa għas-sejħiet fil-portijiet. B’mod partikolari, dan jiżgura li l-istess settijiet ta’ data jistgħu jiġu rrapportati f’kull Stat Membru bl-istess mod u li ladarba jiġu pprovduti, id-data tista’ terġa’ tintuża mill-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) 52  għandha tipprovdi qafas effettiv għall-introduzzjoni u l-użu ta’ RIS armonizzata fl-UE u ttejjeb l-interoperabbiltà tas-servizzi ta’ informazzjoni u l-kondiviżjoni tad-data fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni.

Ferrovjarju

Fis-settur ferrovjarju, id-data dwar l-infrastruttura hija l-bażi għall-bini ta’ data dwar il-mobilità. L-ispeċifikazzjonijiet komuni riveduti għar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja (RINF) 53 jistabbilixxu r-RINF bħala s-sors komuni tad-data dwar l-infrastruttura ferrovjarja. Huwa bbażat fuq l-ontoloġija tal-ERA 54 li tiddefinixxi elementi tad-data strutturati u li jinqraw mill-magni tas-sistema ferrovjarja u hija l-element kostitwenti tal-EMDS għall-ferroviji.

Ir-rieżami tal-qafas regolatorju għall-kondiviżjoni interoperabbli tad-data fit-trasport ferrovjarju 55 permezz tar-rieżami tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (TSIs) relatati mas-subsistema tal-applikazzjonijiet telematiċi se jissimplifika l-iskambji ta’ informazzjoni relatati mal-ġestjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tat-traffiku kemm tas-servizzi tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija. Ir-rieżami se jistabbilixxi wkoll qafas armonizzat ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi għall-biljetti tas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri.

Ir-Regolament riformulat dwar id-drittijiet tal-passiġġieri ferrovjarji 56 jistabbilixxi obbligu għall-maniġers tal-infrastruttura u għall-impriżi ferrovjarji li jipprovdu informazzjoni dinamika f’ħin reali dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar, mhux biss lill-impriżi ferrovjarji iżda wkoll lill-bejjiegħa tal-biljetti u lill-operaturi tat-turs, sabiex ikunu disponibbli għall-utenti ferrovjarji. L-għoti ta’ permess lill-entitajiet tal-bejgħ tal-biljetti biex jaċċessaw informazzjoni dwar id-dewmien, ir-riżervazzjonijiet u t-talbiet għad-disponibbiltà f’ħin reali se jagħti spinta lis-suq tal-biljetti ferrovjarji u se jappoġġa sforzi biex jiġu offruti biljetti aktar innovattivi billi t-trasportaturi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti/l-operaturi tat-turs ikunu jistgħu jbigħu biljetti f’daqqa minn operaturi ta’ trasport differenti u għal varjetà ta’ konnessjonijiet.

Sistemi intelliġenti tat-trasport

L-ispeċifikazzjonijiet tal-UE adottati skont id-Direttiva tal-ITS 57 għandhom l-għan li jarmonizzaw il-forniment tas-servizzi tal-ITS u l-aċċess għad-data abbażi ta’ standards komuni. Dawn jeħtieġu l-aċċessibbiltà tad-data dwar it-traffiku, l-ivvjaġġar u l-infrastruttura multimodali permezz ta’ network ta’ punti ta’ aċċess nazzjonali (NAPs) stabbilit mill-Istati Membri. Il-proġett NAPCORE 58 ffinanzjat mill-FNE, li jinvolvi lill-Istati Membri kollha kif ukoll lis-sħab assoċjati, jippermetti kooperazzjoni madwar l-UE lejn il-ħolqien ta’ soluzzjonijiet komuni biex jiġi ffaċilitat aħjar l-użu mill-ġdid tad-data tal-ITS u għal viżjoni komuni għad-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tad-data tal-ITS fl-UE.

Dan il-qafas qed jevolvi b’mod kostanti, bil-għan li jiżdiedu d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tad-data tal-ITS permezz tal-NAPs. Ir-reviżjoni tad-Direttiva tal-ITS 59 għandha l-għan li tagħmel id-data kruċjali disponibbli madwar l-UE, sabiex trawwem l-użu tas-servizzi tal-ITS u tiżgura li l-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu sfruttati. Barra minn hekk, fir-reviżjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1926 dwar is-servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali, il-Kummissjoni teħtieġ li d-detenturi tad-data jagħmlu d-data dwar l-ivvjaġġar f’ħin reali aċċessibbli permezz tal-NAPs, u dan għandu jtejjeb il-kwalità tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali u jiffaċilita l-ippjanar għall-passiġġieri.

Networks u infrastruttura tat-trasport

Ir-Regolament dwar in-Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T)  60 , li bħalissa qed jiġi rivedut 61 , jindirizza l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta’ network madwar l-UE ta’ linji ferrovjarji, toroq, passaġġi fuq l-ilma interni, rotot marittimi, portijiet, ajruporti u terminals ferrovjarji kif ukoll l-użu ta’ sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) għal dawn il-mezzi kollha tat-trasport. TENtec hija s-sistema ta’ informazzjoni u ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni għall-koordinazzjoni u l-appoġġ tal-politika tat-TEN‑T. Il-portal pubbliku tat-TENtec 62 jipprovdi informazzjoni f’waqtha lill-pubbliku (ċittadini u professjonisti) permezz ta’ mapep interattivi u librerija tal-mapep. Sabiex tiġi żgurata tali data f’waqtha u aġġornata, bħalissa qed jiġu analizzati soluzzjonijiet ta’ “skambju awtomatizzat tad-data” flimkien mal-Istati Membri u korpi rilevanti oħra tal-UE. Il-kunċett ta’ gwida huwa l-prinċipju ta’ “darba biss” sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri billi tintalab l-istess informazzjoni darba biss. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni qed tappoġġa l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ “skambju awtomatizzat tad-data” permezz tal-assistenza teknika tal-FNE 63 .

Ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi (AFIR) 64 jeħtieġ li l-operaturi tal-punti tal-iċċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil jagħmlu d-data rilevanti disponibbli permezz tal-NAPs lil utenti oħra tad-data mingħajr ħlas, u jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw l-aċċessibbiltà ta’ din id-data. Barra minn hekk, l-Osservatorju Ewropew tal-Fjuwils Alternattivi (EAFO) 65 se jsostni r-rwol tiegħu bħala l-għodda ta’ informazzjoni pubblika ewlenija dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi. L-iżvilupp futur tal-EAFO se jappoġġa l-ħolqien ta’ servizzi ġodda ta’ informazzjoni u se jippermetti monitoraġġ effettiv tal-politika tal-iżviluppi tas-suq. F’dan il-kuntest, l-EMDS komuni jista’ jgħin biex jiġi appoġġat aċċess usa’ għad-data dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi u biex tiġi skoperta.

Id-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED)  66 tistabbilixxi obbligu fuq l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni biex jagħmlu disponibbli informazzjoni qrib il-ħin reali dwar is-sehem tal-enerġija rinnovabbli u l-kontenut tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-elettriku li jfornu lill-utenti tal-vetturi elettriċi, aggregaturi u fornituri ta’ servizzi ta’ mobilità elettronika u parteċipanti fis-suq tal-elettriku.

Vetturi

Fis-settur tal-vetturi, il-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ aċċess għal fornituri ta’ servizzi ta’ partijiet terzi għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. Bħalissa, din il-leġiżlazzjoni qiegħda tiġi rieżaminata 67 f’inizjattiva li għandha l-għan li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess u l-użu ta’ data ġġenerata fil-vettura, kif ukoll riżorsi u funzjonijiet tal-vetturi. Għandha l-għan li tippermetti regoli tal-UE ċari u li jirrispettaw il-kompetizzjoni għal żvilupp aktar mgħaġġel ta’ servizzi li huma bbażati fuq l-aċċess għad-data, il-funzjonijiet u r-riżorsi tal-vetturi (eż. il-manutenzjoni dijanjostika mill-bogħod u ta’ tbassir, il-mobilità bħala servizz, il-mobilità konnessa u awtomatizzata, il-ġestjoni tal-flotta, l-iċċarġjar intelliġenti tal-vetturi elettriċi, car-sharing, l-għoti ta’ skop mill-ġdid lill-batteriji f’vetturi elettriċi biex jiġi estiż it-tmiem tal-ħajja, u l-assigurazzjoni). L-iffaċilitar tal-aċċess għad-data fil-vetturi għall-awtoritajiet pubbliċi jista’ wkoll iżid b’mod sinifikanti l-adozzjoni ta’ metodi moderni ta’ tfassil tal-politika (xprunati mid-data) fl-oqsma tas-sikurezza fit-toroq, tat-trasport, tal-mobilità u tal-ambjent. Għall-finijiet tas-sikurezza fit-toroq, se jkun kruċjali li l-ispetturi awtorizzati tal-vetturi (pubbliċi u privati) ikollhom aċċess faċli u liberu għad-data speċifika għall-vetturi li jeħtieġu sabiex iwettqu testijiet tal-affidabilità stradali fuq vetturi moderni. Il-valutazzjoni tal-aspetti taċ-ċibersigurtà tal-vetturi konnessi u awtomatizzati – inklużi l-Vetturi Elettriċi – hija kwistjoni ta’ prijorità, peress li jistgħu jippreżentaw implikazzjonijiet għaċ-ċiberspjunaġġ, għall-interferenza barranija jew għas-sigurtà tad-data. F’konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva NIS2, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS u mal-ENISA 68 , se tikkunsidra l-identifikazzjoni ta’ ktajjen tal-provvista rilevanti relatati ma’ vetturi konnessi u awtomatizzati sabiex twettaq valutazzjoni tar-riskju koordinata fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li tqis ir-riskju tekniku, u fejn rilevanti, fatturi ta’ riskju mhux tekniċi.

L-Avjazzjoni

Fl-2020, il-Kummissjoni emendat il-proposta tagħha għal regolament dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew 69 , parzjalment sabiex tinkludi (i) dispożizzjonijiet ġodda dwar id-disponibbiltà tad-data u b’mod partikolari biex tagħmel data operazzjonali (bħall-ħin stmat tal-wasla għat-titjiriet skedati) disponibbli fuq bażi transfruntiera u madwar l-UE; u (ii) il-prinċipji tal-ipprezzar li għandhom jiġu ddefiniti ulterjorment sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-aċċess għas-suq għall-fornituri tas-servizzi tad-data fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru.

Data4Safety (D4S) 70 hija sħubija volontarja bejn l-Istati Membri tal-UE u l-industrija biex jiġu identifikati aħjar ir-riskji sistemiċi tas-sikurezza tal-avjazzjoni fil-livell tal-UE kif ukoll il-mitigazzjoni tagħhom. Dan isir permezz tal-ġbir tad-data dwar l-avjazzjoni u l-bini ta’ kapaċità analitika biex isir użu tajjeb minn din id-data, li tinġabar minn fost is-sistema tal-avjazzjoni (eż. rapporti dwar is-sikurezza, data dwar it-titjiriet mil-linji tal-ajru, u data dwar it-traffiku mis-sistema tal-ATM jew data dwar it-temp). Id-data tintuża mill-esperti mill-Istati Membri tal-UE u mill-industrija li jikkollaboraw max-xjenzati tad-data tad-D4S.

ICARE (Informational Core for Aviation Related Extractions - il-qalba informattiva għall-estrazzjonijiet relatati mal-avjazzjoni) hija għodda użata mill-Kummissjoni Ewropea għall-analiżi tad-data u r-rapportar fil-qasam tal-avjazzjoni. Din tgħin lil dawk li jfasslu l-politika jieħdu deċiżjonijiet infurmati aħjar. Din tagħmilha possibbli li jiġu analizzati l-provvista u d-domanda tat-traffiku globali tat-trasport bl-ajru fis-swieq tal-avjazzjoni kif irrapportat mit-trasportaturi tal-iskedi tat-titjiriet (provvista) tagħhom u mill-Eurostat (domanda).

L-Atlas tal-Ajru 71 huwa għodda ġeografika li tuża data bbażata fuq ICARE biex tikkonverti informazzjoni mmexxija mid-data f’ċarts ibbażati fuq il-mapep (eż. informazzjoni dwar it-TEN-T, l-ASAs, l-ajruporti u t-traffiku tal-ajru). L-Atlas tal-Ajru jippermetti lill-utenti jiftħu direttament rapporti f’ICARE jew f’data relatata mat-traffiku.

Skont ir-Regolament dwar l-Avjazzjoni ReFuelEU 72 , il-Kummissjoni pproponiet li l-EASA għandha (mill-2025 u kull sena wara) tippubblika rapport tekniku bbażat fuq ir-rapporti annwali ppubblikati mill-fornituri tal-fjuwil, mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru u mill-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruporti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. Dan ir-rapport se jkun fih indikaturi ewlenin dwar l-iżvilupp tal-avjazzjoni sostenibbli fl-UE, bħall-ammont aggregat ta’ fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF) fornut u użat madwar l-UE, l-istat tas-suq tal-SAF (inklużi l-prezzijiet u x-xejriet fil-produzzjoni tal-SAF) u l-istatus ta’ konformità tal-partijiet ikkonċernati affettwati mir-Regolament.

Trasport bit-triq u sikurezza fit-triq

Fis-settur tat-trasport bit-triq, għadd ta’ bażijiet tad-data u sistemi ta’ skambju tad-data jagħmluha aktar faċli għall-operaturi tat-trasport bit-triq u għall-awtoritajiet nazzjonali biex jikkonformaw mar-regoli tal-UE dwar it-trasport bit-triq u jikkontrollaw il-konformità magħhom. Is-sistemi ewlenin li jippermettu l-iskambji tad-data tal-G2G, tal-B2G u tal-G2B huma r-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Toroq (ERRU) 73 , TACHOnet 74 u s-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) 75 .

Fis-sikurezza fit-toroq, il-bażi tad-data EU CARE 76 tinkludi data annwali dwar il-ħabtiet kollha fit-toroq li jwasslu għal mewt jew korriment fil-pajjiżi tal-UE u tal-EFTA 77 . Hija bbażata l-aktar fuq id-data tal-pulizija. Ir-rabta tar-rekords tal-pulizija ma’ dawk tal-isptarijiet ittejjeb b’mod sinifikanti l-kwalità tad-data dwar is-severità tal-korrimenti. Qed jinġabru wkoll indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tas-sikurezza fit-toroq permezz tal-proġett Trendline ffinanzjat mill-UE 78 .

Dawn l-inizjattivi u l-ekosistemi tagħhom huma parti importanti mill-iżvilupp tal-EMDS. Il-valur miżjud tal-EMDS se jkun l-interkonnessjoni ta’ dawk l-ekosistemi u, fejn jiġu identifikati nuqqasijiet, l-għoti ta’ rakkomandazzjonijiet jew, fejn rilevanti, proposti, għal aktar armonizzazzjoni biex jiġi ffaċilitat l-aċċess, l-użu mill-ġdid u l-kondiviżjoni tad-data.

4.2.Tfassil ta’ qafas ġenerali komuni u komponenti ewlenin

Sabiex jiġu indirizzati l-objettivi msemmija fit-Taqsima 2, il-Kummissjoni se tappoġġa l-iżvilupp ta’ qafas tal-EMDS.

Il-qafas tal-EMDS se jkollu dimensjonijiet tekniċi (eż. elementi tal-infrastruttura) u ta’ governanza (eż. sett ta’ regoli, proċeduri, rwoli u responsabbiltajiet li se jkollhom jiġu żviluppati u adattati fuq bażi ta’ każ b’każ, f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE). Dan se jiffaċilita l-aċċess, l-użu mill-ġdid u l-kondiviżjoni tad-data f’ambjent federat, fdat u sigur bejn l-ekosistemi tad-data dwar il-mobilità u t-trasport u l-partijiet ikkonċernati tagħhom, u ma’ spazji oħra tad-data settorjali.

L-EMDS jeħtieġ struttura ta’ governanza definita b’mod ċar, kompatibbli mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, bi rwoli u b’responsabbiltajiet għall-istabbiliment u l-operat effettivi tiegħu. Il-Kummissjoni, abbażi ta’ proġetti ddedikati u konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, se tanalizza l-oqfsa ta’ governanza eżistenti fis-settur tal-mobilità u t-trasport, u se tivvaluta l-għażliet għall-istabbiliment ta’ struttura ta’ governanza organizzazzjonali tal-EMDS. Dan jista’ jinkludi rwol operazzjonali, li jinkludi pereżempju r-rakkomandazzjonijiet ta’ elementi kostitwenti u standards, iċ-ċertifikazzjoni tal-konformità mal-qafas tal-EMDS u l-operat ta’ saff ta’ interkonnessjoni. Dan jista’ jinvolvi livelli differenti ta’ governanza. Dan għandu jiżgura l-parteċipazzjoni attiva ta’ partijiet ikkonċernati differenti u jirrispetta l-prinċipji tal-ġustizzja u tat-trasparenza.

Dan il-qafas tal-EMDS se jikkonsisti mill-komponenti ewlenin li ġejjin.

1)Elementi kostitwenti:

Abbażi tal-kontribut tal-partijiet ikkonċernati u tal-proġetti ddedikati, il-Kummissjoni l-ewwel se tanalizza l-elementi kostitwenti użati fl-ekosistemi eżistenti tad-data dwar il-mobilità u t-trasport, u f’setturi industrijali oħra li jistgħu jerġgħu jintużaw taħt l-EMDS. Abbażi ta’ dan, se jiġi deskritt sett ta’ elementi kostitwenti komuni għall-interoperabbiltà, is-sovranità tad-data  79 , il-fiduċja u l-ħolqien tal-valur, kif ukoll id-dimensjonijiet ta’ governanza, ta’ negozju u dawk legali. Dawn l-elementi kostitwenti għandhom jiġu deskritti bħala parti minn arkitettura ta’ referenza koerenti. L-għan huwa li jintużaw mill-ġdid kemm jista’ jkun elementi kostitwenti eżistenti (b’mod partikolari elementi kostitwenti ġeneriċi tal-ispazju tad-data), iżda wkoll li jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta’ elementi kostitwenti ġodda (jekk ikun meħtieġ).

2)Standards:

Illum hemm għadd sinifikanti ta’ standards obbligatorji skont l-acquis tal-UE dwar it-trasport – minbarra standards oħra tal-industrija li qed jintużaw ukoll. Il-Kummissjoni se tanalizza x-xenarju tal-istandards eżistenti (b’mod partikolari dawk rilevanti għall-kwalità tad-data, il-komparabbiltà, il-livell ta’ servizz u l-aċċessibbiltà), u se tqis l-opportunità li tadotta miżuri ta’ segwitu xierqa, inkluż il-pubblikazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti biex titrawwem il-konverġenza tal-istandardizzazzjoni u tiġi permessa l-interoperabbiltà tas-sorsi tad-data u tal-ekosistemi li jiffaċilitaw l-iskambju tad-data abbażi ta’ qafas federat. Huwa importanti li jiġi nnotat li l-iżvilupp ta’ standards ġodda ma huwiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EMDS. L-għan huwa li jiġu rrakkomandati standards eżistenti għall-kondiviżjoni tad-data li jistgħu jintużaw minn ekosistemi tal-mobilità u tat-trasport eżistenti u dawk futuri, u li dawk l-istandards li jkunu l-aktar rilevanti meta jkun hemm rabta mal-EMDS jiġu stabbiliti b’mod ċar.

3)Saff tal-interkonnessjoni:

Abbażi tad-diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-proġetti ddedikati, il-Kummissjoni se timmira li l-ewwel tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet u mbagħad tappoġġa l-użu ta’ saff ta’ interkonnessjoni li se jippermetti l-interkonnettività tal-ispazji u l-oqsma eżistenti u emerġenti tad-data dwar il-mobilità u t-trasport. Dan se jiffaċilita b’mod notevoli s-sejbien u l-aċċessibbiltà tad-data minn dawk l-ispazji u l-oqsma tad-data. B’dan il-mod, dan is-saff huwa mistenni li jsir il-qalba tal-EMDS.

Il-komponenti kollha tal-EMDS se jiġu allinjati ma’ linji gwida u rekwiżiti essenzjali definiti skont il-leġiżlazzjoni transsettorjali dwar id-data u mal-qafas ġeneriku għall-ispazji komuni Ewropej tad-data, b’mod partikolari rakkomandazzjonijiet mill-EDIB, mid-DSSC u mill-elementi kostitwenti rilevanti, eż. ipprovduti minn Simpl (ara t-taqsima 3.1).

Il-kunċett previst tal-EMDS jintwera fil- Figure 1 . Dan il-kunċett neċessarjament se jevolvi hekk kif l-implimentazzjoni timxi ’l quddiem u jeħtieġ ċerta flessibbiltà sabiex il-qafas ġenerali jkun jista’ jiġi adattat. Il-qafas se jsegwi linji gwida u rekwiżiti essenzjali ddefiniti fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-data transsettorjali, jallinja ma’ inizjattivi orizzontali u spazji tad-data settorjali oħra (ara t-Taqsima 3.1), ekosistemi u inizjattivi tad-data dwar il-mobilità pubblika jew privata (ara t-Taqsima 3.2) u jkun mibni fuq oqsma, leġiżlazzjoni u inizjattivi tad-data eżistenti u futuri dwar il-mobilità tal-UE(ara t-Taqsima 4.1). Fl-istess ħin, il-qafas se jikkontribwixxi dawn l-inizjattivi, l-ekosistemi u l-ispazji tad-data ma’ data oħra u rakkomandazzjonijiet rilevanti. L-utenti finali tal-EMDS se jkunu jistgħu jiskopru, jaċċessaw u jiskambjaw data ma’ din il-firxa wiesgħa ta’ ekosistemi, sabiex ikunu jistgħu joħolqu servizzi innovattivi ta’ mobilità u jippermettu każijiet ta’ użu b’valur miżjud fis-settur tat-trasport (ara t-Taqsima 2.2).

Illustrazzjoni1: kunċett previst tal-EMDS

4.3.Fażijiet tal-iżvilupp u l-istrumenti ta’ finanzjament tal-EMDS

F’konformità mal-impenn meħud fl-istrateġija Ewropea tad-data, l-iżvilupp tal-komponenti tal-EMDS komuni se jitwettaq f’fażijiet, wara approċċ inkrementali u iterattiv. Il-Kummissjoni qed tappoġġa dan l-iżvilupp billi tiffinanzja għadd ta’ proġetti taħt DIGITAL 80 u l-FNE 81 b’finanzjament kurrenti totali ta’ EUR 11,4-il miljun. Inizjattivi oħra se jkollhom ukoll effetti importanti għall-iżvilupp tal-EMDS (eż. il-fażi ppjanata li jmiss tal-proġett NAPCORE (EUR 9,5 miljun)).

L-azzjonijiet kollha li għaddejjin u dawk ippjanati se jinkludu l-konsultazzjoni meħtieġa mal-partijiet ikkonċernati mal-Istati Membri, mal-awtoritajiet pubbliċi, mal-atturi privati u mal-pubbliku ġenerali. Il-konsultazzjonijiet pubbliċi diġà bdew bis-sejħa għall-evidenza 82 (Novembru-Diċembru 2022) u komplew b’workshops pubbliċi u esperti 83 , li involvew total ta’ aktar minn 1 000 parteċipant fl-2023.

Fażi 1 (minn Settembru 2022)

Fl-ewwel fażi, għaddejja ħidma biex jiġu identifikati u mmappjati inizjattivi eżistenti u emerġenti rilevanti fil-qasam tal-mobilità u t-trasport. Din se twassal ukoll għall-ewwel sett ta’ linji gwida li l-atturi ta’ oqsma u ekosistemi eżistenti u futuri jistgħu jimplimentaw b’mod volontarju biex ikomplu jiżviluppaw u jarmonizzaw (f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tad-DSSC, meta jkunu disponibbli).

B’mod aktar speċifiku, taħt DIGITAL, f’Ottubru 2022 bdiet azzjoni ta’ koordinazzjoni u appoġġ ta’ 12-il xahar (CSA) – “PrepDSpace4Mobility 84 (EUR 1 miljun) – b’żewġ objettivi ewlenin. L-ewwel objettiv ewlieni kien li jitfassal inventarju tal-inizjattivi eżistenti tad-data dwar il-mobilità u t-trasport, l-ekosistemi u l-pjattaformi u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom. It-tieni objettiv kien li jiġu pprovduti rakkomandazzjonijiet dwar prinċipji komuni possibbli tad-disinn u elementi kostitwenti, u li jiġu esplorati għażliet għal qafas komuni għall-kondiviżjoni tad-data fis-settur tal-mobilità u t-trasport. Laqqgħet ukoll lill-partijiet ikkonċernati flimkien u ħeġġet il-konverġenza fl-ekosistema diversa tal-mobilità u t-trasport.

Taħt l-FNE, il-Kummissjoni qiegħda tippjana li tniedi studju ta’ assistenza teknika ta’ 12-il xahar (EUR 500 000) fl-ewwel trimestru tal-2024. Dan se jgħin biex jiġu ddefiniti l-aspetti ta’ governanza tal-qafas tal-EMDS kif ukoll biex jiġu żviluppati l-ispeċifikazzjonijiet għas-saff ta’ interkonnessjoni li se jiffaċilita s-sejbien u l-aċċessibbiltà tad-data billi tiġi ddefinita l-metadata komuni minn oqsma eżistenti u emerġenti tad-data dwar il-mobilità u t-trasport. Se tiżviluppa wkoll rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti li jippermettu l-interoperabbiltà tas-sorsi tad-data u tal-ekosistemi eżistenti li jiffaċilitaw l-iskambju tad-data abbażi ta’ qafas federat. L-istudju se jikkomplementa r-riżultati tal-inizjattiva PrepDSpace4Mobility.

Fażi 2 (minn Novembru 2023)

It-tieni fażi se tiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-qafas tal-EMDS. Se jkun meħtieġ appoġġ u kollaborazzjoni għall-implimentazzjoni progressiva ta’ dan il-qafas minn inizjattivi eżistenti dwar it-trasport u d-data dwar il-mobilità biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għad-data dwar il-mobilità, il-ġbir u l-kondiviżjoni fi ħdan is-settur tal-mobilità u bejn is-setturi.

Sabiex tiġi appoġġata t-tieni fażi, f’Novembru 2023 tnieda proġett 85 taħt DIGITAL (EUR 8 miljun) u se jdum għaddej għal 36 xahar. Dan se juża spazju operattiv tad-data sabiex il-parteċipanti jkunu jistgħu jagħmlu d-data disponibbli u jaqsmu d-data b’mod ikkontrollat, sempliċi u sigur. Se jiffoka fuq każijiet ta’ użu ta’ kondiviżjoni tad-data relatati mal-ivvjaġġar, it-traffiku u l-indikaturi tal-mobilità urbana.

Barra minn hekk, taħt l-FNE, hija ppjanata inizjattiva ta’ użu għall-ewwel trimestru tal-2025 (EUR 1,9 miljun). Din se tibni fuq l-eżitu tal-proġetti DIGITAL, l-istudju tal-assistenza teknika tal-FNE u l-inizjattivi nazzjonali u tal-UE eżistenti li se jkomplu jiżviluppaw, jittestjaw u jivvalidaw il-qafas ġenerali għall-EMDS. L-enfasi se tkun fuq:

·is-saff tal-interkonnessjoni;

·l-identifikazzjoni ulterjuri tal-elementi kostitwenti meħtieġa dwar l-interoperabbiltà tad-data u s-semantika, is-sovranità, il-fiduċja u l-ħolqien tal-valur;

·rakkomandazzjonijiet għall-istandards għall-kwalità tad-data, il-livell ta’ servizz u l-aċċessibbiltà.

Jistgħu jiġu previsti aktar azzjonijiet ta’ użu komplementari ffinanzjati mill-UE. 

Perspettiva fit-tul

Il-perspettiva fit-tul hija spazju tad-data stabbilit li se jippermetti l-kondiviżjoni tad-data bejn il-partijiet ikkonċernati differenti kollha. Din se tevolvi kontinwament peress li tkopri aktar u aktar każijiet, parteċipanti u utenti. Barra minn hekk, fis-snin li ġejjin jistgħu jkunu meħtieġa aktar inizjattivi (inklużi miżuri leġiżlattivi), kemm fil-livell tal-EMDS kif ukoll/jew fil-livell tal-komponenti tiegħu. Inizjattivi bħal dawn jistgħu jinkludu t-trawwim ta’ ftehimiet fost ekosistemi u partijiet ikkonċernati ewlenin, u l-identifikazzjoni ta’ każijiet ta’ użu u mudelli ġodda ta’ negozju – u b’hekk jintwera l-valur tal-EMDS u l-appoġġ għall-integrazzjoni progressiva ta’ inizjattivi qodma u ġodda. Il-Kummissjoni se tiżgura l-operat fit-tul u s-sostenibbiltà tal-EMDS billi tappoġġa l-istabbiliment ta’ struttura ta’ governanza xierqa u se tanalizza soluzzjonijiet għall-vijabbiltà ekonomika tiegħu.

Sommarju

Biex tfassal u timplimenta l-qafas ġenerali tal-EMDS komuni, il-Kummissjoni qiegħda tippjana li tniedi jew diġà nediet l-azzjonijiet li ġejjin b’finanzjament totali ta’ EUR 11,4-il miljun:

Fażi 1

·DIGITAL CSA (12-il xahar – minn Ottubru 2022 sa Settembru 2023): EUR 1 miljun

Punti ewlenin:

ol-immappjar tal-ekosistemi eżistenti tad-data dwar il-mobilità u t-trasport

ol-ewwel identifikazzjoni tal-elementi kostitwenti u l-istandards komuni rakkomandati

·Studju dwar l-assistenza teknika tal-FNE (12-il xahar – mill-ewwel trimestru tal-2024 sal-ewwel trimestru tal-2025): EUR 500 000

Punti ewlenin:

odefinizzjoni tal-aspetti ta’ governanza tal-qafas tal-EMDS

odefinizzjoni tas-saff ta’ interkonnessjoni

Fażi 2

·Azzjoni ta’ użu DIGITAL (36 xahar – minn Novembru 2023 sa Novembru 2026): EUR 8 miljun

Punti ewlenin:

oil-proġetti pilota tal-ispazju tad-data ffukaw fuq l-indikaturi tal-mobilità tat-traffiku u dik urbana

·L-użu tal-FNE (36 xahar – mill-ewwel trimestru tal-2025 sal-ewwel trimestru tal-2028): EUR 1,9 miljun

Punti ewlenin:

ol-użu tas-saff ta’ interkonnessjoni

oaktar identifikazzjoni tal-elementi kostitwenti u l-istandards komuni rakkomandati

5.Konklużjoni u l-passi li jmiss

Il-feedback b’reazzjoni għas-sejħa għall-evidenza u d-diversi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati jikkonfermaw mhux biss il-ħtiġijiet u l-benefiċċji potenzjali kbar, iżda wkoll l-isfidi tal-istabbiliment ta’ EMDS komuni. Għalhekk, l-iżvilupp tal-EMDS jeħtieġ li jsegwi perkors sekwenzjali li l-ewwel jidentifika l-isfidi ġenerali deskritti f’din il-komunikazzjoni u mbagħad iħejji miżuri xierqa biex jimplimentah. L-eteroġeneità u d-diversità tat-tipi ta’ data u tal-partijiet ikkonċernati, u l-frammentazzjoni tal-bażijiet tad-data eżistenti u tal-istandards tal-kondiviżjoni tad-data bħalissa jagħmlu kwalunkwe eżerċizzju ta’ interoperabbiltà diffiċli ħafna. L-ekosistemi eżistenti huma differenti ħafna wkoll minħabba li wħud minnhom joħolqu d-data filwaqt li oħrajn jiskambjaw biss id-data; u xi wħud huma miftuħa għal kulħadd filwaqt li l-biċċa l-kbira huma disponibbli biss għal atturi speċifiċi u xi wħud jikkonċernaw data kunfidenzjali u l-aċċess huwa ristrett. L-isforzi tad-diġitalizzazzjoni f’xi setturi għadhom għaddejjin u mhux id-data rilevanti kollha ġiet diġitalizzata.

Il-bini tal-EMDS se jkun proċess dinamiku. L-elementi tiegħu se jiġu identifikati, irfinuti u żviluppati ulterjorment filwaqt li jkunu konsistentement allinjati ma’ spazji tad-data settorjali oħra u ma’ inizjattivi ta’ appoġġ (eż. id-DSSC). Se jkun meħtieġ ċertu livell ta’ flessibbiltà biex jiżdiedu inizjattivi ġodda u jiġu rfinati oħrajn. Il-feedback u l-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati kollha fis-settur tal-mobilità u tat-trasport tal-UE se jkunu fundamentali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-EMDS. L-EMDS għandu jinbena primarjament għall-partijiet ikkonċernati tal-mobilità u tat-trasport u minnhom, filwaqt li jwieġeb għall-ħtiġijiet tagħhom u jingrana l-inizjattivi eżistenti u emerġenti madwar l-UE.

L-EMDS komuni se jgħin biex titħaffef it-trasformazzjoni diġitali u ekoloġika tas-settur tal-mobilità u tat-trasport tal-UE, filwaqt li jsaħħaħ il-prestazzjoni u l-effiċjenza tagħha, u jikkontribwixxi għas-sikurezza, in-newtralità klimatika, is-sostenibbiltà, ir-reżiljenza u l-aġilità. Dan se jnaqqas il-frammentazzjoni kurrenti fis-settur u se jtejjeb l-aċċess għad-data dwar il-mobilità u t-trasport minn atturi pubbliċi u privati b’mod bla xkiel, mhux diskriminatorju, affidabbli u armonizzat. Se jipprovdi wkoll benefiċċji transsettorjali permezz tas-sinerġiji tiegħu ma’ spazji oħra tad-data settorjali.

EMDS li jiffunzjona se jġib vantaġġi sinifikanti għall-Istati Membri, għall-awtoritajiet pubbliċi rilevanti kollha, għall-atturi tas-suq u għall-pubbliku ġenerali. L-iffaċilitar tal-aċċess għad-data rilevanti dwar il-mobilità u t-trasport u l-kondiviżjoni tagħha jistgħu jappoġġaw it-tfassil tal-politika tat-trasport u jżidu l-konnettività transfruntiera, u b’hekk jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku. L-aċċess issimplifikat għal data komprensiva jiffaċilita deċiżjonijiet infurmati dwar l-ippjanar tal-infrastruttura u tat-trasport, u b’hekk jirriżulta f’sistemi aktar effiċjenti. L-atturi tas-suq jistgħu jaħtfu opportunitajiet ġodda ta’ negozju permezz tal-kondiviżjoni tad-data, jiffurmaw sħubijiet u jintegraw servizzi għal koordinazzjoni mtejba. Informazzjoni f’ħin reali tottimizza l-operazzjonijiet tal-atturi privati u pubbliċi, u b’hekk tiżgura l-konformità mar-regolamenti. Fl-aħħar mill-aħħar, il-passiġġieri, dawk li jivvaġġaw għal raġunijiet ta’ xogħol u l-vjaġġaturi jibbenefikaw minn esperjenza mtejba u aktar inklużiva tal-ivvjaġġar b’sistemi ta’ trasport effiċjenti, aġġornamenti f’ħin reali, sikurezza, sostenibbiltà u aċċessibbiltà mtejba permezz tal-integrazzjoni tas-sistema u l-multimodalità.

(1)

  COM(2020) 789 final

(2)

  COM(2020) 789 final

(3)

  COM(2019) 640 final

(4)

  Ewropa lesta għall-era diġitali (europa.eu)

(5)

  COM(2020) 66 final

(6)

  SWD(2022) 45 final, Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-Ispazji tad-Data

(7)

li jwassal ukoll għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-arja u tal-istorbju relatati mat-trasport

(8)

 “Federazzjoni tal-ispazji tad-data: L-organizzazzjoni ta’ żewġ spazji tad-data jew aktar li jkunu qablu fuq standards għal operazzjoni armonizzata, taħt qafas ta’ governanza komuni biex jiġu realizzati sinerġiji reċiproċi biex jiġu realizzati sinerġiji reċiproċi. Għalkemm joperaw b’mod awtonomu u b’arkitetturi interni differenti possibbli, l-għan huwa li joperaw b’mod konġunt bħala ekosistema unika u armonizzata lejn il-parteċipanti.”; Preparatory Actions for the Data Space for Mobility, Deliverable D3.1 (Glossarju), 2023 p, 13 .

(9)

“Elementi kostitwenti tal-ispazji tad-data: Unità jew komponent bażiku li jista’ jiġi implimentat jew kapaċità li tista’ tintuża u li tista’ tiġi kkombinata ma’ elementi kostitwenti oħrajn biex tinkiseb il-funzjonalità ta’ spazju tad-data. L-elementi kostitwenti tal-ispazji tad-data jistgħu jinqasmu f’elementi kostitwenti organizzattivi u tan-negozju u f’elementi kostitwenti tekniċi.”; https://dssc.eu/space/Glossary/176554169/10.+DSSC-specific+terms

(10)

“Huwa importanti wkoll li jiġi rikonoxxut ir-rwol li jġib il-fiduċja ta’ partijiet terzi bħall-intermedjarji tad-data, bħal dawk regolati mid-DGA, li jistgħu jaġixxu bħala faċilitaturi newtrali u faċilitaturi tal-użu mill-ġdid tad-data fi spazju komuni Ewropew tad-data. Dawn l-atturi huma medjaturi bejn il-fornituri tad-data, is-suġġetti tad-data, il-fornituri tal-ħżin tad-data, u l-utenti tad-data. Skont il-ħtiġijiet speċifiċi, dawn jistgħu jservu ta’ tlaqqigħ bejn il-provvista u d-domanda għad-data, joffru servizzi u teknoloġiji rilevanti biex jgħinu fl-iskambju tad-data b’mod aktar faċli, u jipprovdu garanzija li d-data tiġi ttrattata b’mod affidabbli u legalment konformi.”;

Il-Kummissjoni Ewropea, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, Farrell, E., Minghini, M., Kotsev, A. et al.,European data spaces – Scientific insights into data sharing and utilisation at scale, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2023;  https://data.europa.eu/doi/10.2760/400188

(11)

Il-Kummissjoni Ewropea, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, Micheli, M., Farrell, E., Carballa-Smichowski, B. et al., Mapping the landscape of data intermediaries – Emerging models for more inclusive data governance, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2023; https://data.europa.eu/doi/10.2760/261724

(12)

  https://uvarbox.eu/  

(13)

Id-data għandha tiġi pprovduta b’mod aċċessibbli f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi, ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70–115 (l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà), li japplika għall-għoti ta’ informazzjoni dwar is-servizz tat-trasport, inkluża informazzjoni dwar l-ivvjaġġar f’ħin reali.

(14)

  Ir-Rapport PIANC Nru 21 – Smart Shipping on Inland Waterways, Marzu 2022, p.52 .

(15)

  https://www.emsa.europa.eu/sustainable-ports/port-call-optimisation.html  

(16)

Sal-1 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jivvaluta t-titjib possibbli jew il-miżuri addizzjonali għall-mekkaniżmu ta’ flessibbiltà eżistenti tal-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF) imsemmi fl-Artikolu 15 tar- Ir-Regolament (UE) 2023/2405 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar l-iżgurar ta’ kondizzjonijiet ekwi għal trasport bl-ajru sostenibbli (ReFuelEU Aviation), ĠU L, 2023/2405, 31.10.2023 .

(17)

  Ir-Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar il-governanza Ewropea tad-data u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (Att dwar il-Governanza tad-Data), ĠU L 152, 3.6.2022, p. 1.

(18)

  COM(2022) 68 final, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha (L-Att dwar id-Data).

(19)

  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/138 tal-21 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi lista ta’ settijiet tad-data speċifiċi ta’ valur għoli u l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni u għall-użu mill-ġdid tagħhom, ĠU L 19, 20.1.2023, p. 43.

(20)

  https://inspire.ec.europa.eu/Themes/115/2892

(21)

  Ir-Regolament (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (riformulazzjoni), ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56.

(22)

  COM(2022) 720 final, proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli ta’ interoperabbiltà tas-settur pubbliku madwar l-Unjoni (Att dwar l-Ewropa Interoperabbli)

(23)

  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(24)

  Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2), ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80.

(25)

  COM/2022/454 final, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti orizzontali taċ-ċibersigurtà għall-prodotti b’elementi diġitali u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 .

(26)

  Ir-Regolament (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE.

(27)

COM(2021) 281 final, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward l-istabbiliment ta’ qafas għal Identità Diġitali Ewropea.  

(28)

  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).  

(29)

  COM/2021/400 final

(30)

  COM(2020) 98 final  

(31)

  COM/2020/380 final

(32)

  Stqarrija għall-istampa tal-2021 tal-Kummissjoni Ewropea, “L-aġġornament tal-Istrateġija Industrijali tal-2020: lejn Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa” .

(33)

 Pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar id-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija COM(2022) 552 final u SWD/2022/341 final

(34)

  C(2023)4787

(35)

  https://dssc.eu/

(36)

  https://digital-strategy.ec.europa.eu/mt/news/simpl-cloud-edge-federations-and-data-spaces-made-simple  

(37)

  Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali, ĠU L 323, 19.12.2022, p. 4.

(38)

  https://digital-strategy.ec.europa.eu/mt/news/digital-assembly-2023-digital-open-and-secure-europe  

(39)

  https://ec.europa.eu/digital-building-blocks/

(40)

  https://internationaldataspaces.org/  

(41)

  https://www.fiware.org/

(42)

  https://gaia-x.eu/  

(43)

  https://eona-x.eu/  

(44)

  https://mobility-dataspace.eu/  

(45)

  https://ishare.eu/  

(46)

  http://www.federatedplatforms.eu/  

(47)

  www.citcom.ai  

(48)

  https://digital-strategy.ec.europa.eu/mt/policies/cross-border-corridors

(49)

  https://transport.ec.europa.eu/transport-themes/digital-transport-and-logistics-forum-dtlf_en  

(50)

  Ir-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija, ĠU L 249, 31.7.2020, p. 33.

(51)

  Ir-Regolament (UE) 2019/1239 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea u li jħassar id-Direttiva 2010/65/UE, ĠU L 198, 25.7.2019, p. 64.

(52)

  Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità, ĠU L 255 30.9.2005, p. 152.

(53)

  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/777 tas-16 ta’ Mejju 2019 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni għar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/880/UE, ĠU L 139I, 27.5.2019, p. 312 ; u dokumentazzjoni ta’ gwida assoċjata ( https://www.era.europa.eu/domains/registers/rinf_en ) għal aċċess għal RINF ( https://rinf.era.europa.eu/rinf/ ).

(54)

  https://data-interop.era.europa.eu/era-vocabulary/  

(55)

  COM(2020) 66 final

(56)

  Ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni), ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1.

(57)

  Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport, ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.

(58)

  https://napcore.eu/  

(59)

  COM/2021/813 final, Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport

(60)

  Ir-Regolament (UE) 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE, ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.

(61)

  COM(2021) 812 final, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1153 u r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) 1315/2013.

(62)

  https://ec.europa.eu/transport/infrastructure/tentec/tentec-portal/map/maps.html

(63)

  https://cinea.ec.europa.eu/funding-opportunities/calls-proposals/cef-transport-technical-assistance-member-states-general-envelope_en  

(64)

  Ir-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE, ĠU L 234, 22.9.2023, p. 1.

(65)

  https://alternative-fuels-observatory.ec.europa.eu/

(66)

  Id-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652, ĠU L, 2023/2413, 31.10.2023.

(67)

  Aċċess għad-data, il-funzjonijiet u r-riżorsi tal-vetturi (europa.eu)

(68)

  https://www.enisa.europa.eu/  

(69)

  COM(2020) 579 final, Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (riformulazzjoni).

(70)

  https://www.easa.europa.eu/en/domains/safety-management/data4safety

(71)

  https://ec.europa.eu/transport/modes/air/aos/aos_public.html  

(72)

  Ir-Regolament (UE) 2023/2405 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar l-iżgurar ta’ kondizzjonijiet ekwi għal transport bl-ajru sostenibbli (ReFuelEU Aviation), ĠU L, 2023/2405, 31.10.2023.

(73)

  ERRU hija sistema elettronika għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar l-impriżi tat-trasport bit-triq u dwar il-konformità tagħhom mar-regoli tal-UE dwar it-trasport bit-triq;   European Register of Road Transport Undertakings (ERRU) (europa.eu)

(74)

TACHOnet hija sistema għall-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar il-kards tat-takografu tas-sewwieqa; https://transport.ec.europa.eu/transport-modes/road/tachograph/tachonet_en .

(75)

L-IMI hija għodda online sigura u multilingwi ġestita mill-Kummissjoni li tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri involuti fl-implimentazzjoni prattika tad-dritt tal-UE. L-IMI tgħin lill-awtoritajiet jissodisfaw l-obbligi ta’ kooperazzjoni amministrattiva transfruntiera tagħhom f’diversi oqsma ta’ politika tas-suq uniku; IMI-Net - Is-Suq Uniku tal-UE (europa.eu)

(76)

  https://road-safety.transport.ec.europa.eu/statistics-and-analysis/methodology-and-research/care-database_en

(77)

  https://www.efta.int/  

(78)

  https://www.baseline.vias.be/  

(79)

“Is-sovranità tad-data tinvolvi t-tisħiħ tal-kontroll mill-organizzazzjonijiet u mill-individwi fuq data li jikkontribwixxu li tinħoloq. Dan jimplika l-parteċipazzjoni fil-governanza tad-data u jippermetti lill-individwi u lill-organizzazzjonijiet jiddeterminaw huma stess kif, meta u b’liema prezz l-oħrajn jistgħu jużaw id-data tagħhom tul il-katina tal-valur. Dan ifisser li d-detenturi tad-data jistgħu jissalvagwardjaw id-data tal-utent u jiżguraw li tintuża biss f’konformità ma’ regoli definiti b’mod strett.”;

Il-Kummissjoni Ewropea, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, Farrell, E., Minghini, M., Kotsev, A. et al.,European data spaces – Scientific insights into data sharing and utilisation at scale, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2023; https://data.europa.eu/doi/10.2760/400188 .

Ir-regoli dwar is-sovranità tad-data dejjem għandhom ikunu oġġettivi, mhux diskriminatorji u trasparenti.

(80)

  Digital Europe Programme, Work Programme for 2021-2022, Annex, p 47. Data space for mobility

(81)

  Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014, ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38.

(82)

  Data dwar it-trasport – noħolqu spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà (komunikazzjoni) (europa.eu)

(83)

Tliet eżempji huma l- 10 Forum Intermodali ta’ Firenze: Creating a Common European Mobility Data Space - Florence School of Regulation (eui.eu) (Novembru 25, 2022) ; Workshops PrepDSpace4Mobility tal-esperti tal-partijiet ikkonċernati pubbliċi ( mobilitydataspace-csa.eu ); u workshop online tal-partijiet ikkonċernati mid-DĠ MOVE “Workshop pubbliku dwar il-ħolqien ta’ spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobilità (EMDS)” (is-16 ta’ Frar 2023)

(84)

  PrepDSpace4Mobility; https://mobilitydataspace-csa.eu/  

(85)

  DIGITAL-2022-CLOUD-AI-03-DS-MOBILITY