Brussell, 7.6.2023

COM(2023) 298 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

dwar approċċ komprensiv lejn is-saħħa mentali


Is-saħħa mentali hija parti integrali mis-saħħa. Hija stat ta’ benessri li fih individwi jirrealizzaw il-ħiliet tagħhom stess u jkunu jistgħu jlaħħqu mal-istress tal-ħajja u jikkontribwixxu għall-ħajja komunitarja. Is-saħħa mentali hija prekondizzjoni għal ekonomija produttiva u għal soċjetà inklużiva u tmur lil hinn minn kwistjonijiet individwali jew tal-familja.

Is-saħħa mentali jew il-mard mentali ma jseħħx f’vakwu, huwa kkundizzjonat minn fatturi personali u esterni. Dan jirrifletti u huwa influwenzat mill-istat tas-soċjetà tagħna, mill-ekonomija tagħna, mill-ambjent tagħna u anke mill-istat tal-affarijiet fid-dinja madwarna. L-Unjoni Ewropea (UE) u d-dinja għaddew minn kriżijiet mingħajr preċedent, bħall-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-kriżi tal-enerġija u l-inflazzjoni, li qed iriegħdu r-realtà ta’ kuljum, l-aspettattivi u l-kunfidenza tan-nies. Il-kriżi planetarja trippla (it-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u t-tniġġis) qed tmur mill-ħażin għall-agħar. Iż-żieda fid-diġitalizzazzjoni, it-tibdil demografiku u l-bidliet radikali fis-suq tax-xogħol iġibu magħhom sfidi kif ukoll opportunitajiet. Lil hinn mill-indirizzar ta’ dawn il-kriżijiet, l-indirizzar tal-isfidi tas-saħħa mentali huwa kruċjali biex tingħata spinta lir-reżiljenza tal-individwi u tal-popolazzjoni.

Saħħa mentali aħjar hija kemm imperattiv soċjali kif ukoll wieħed ekonomiku. Qabel il-pandemija tal-COVID-19, il-problemi tas-saħħa mentali affettwaw lil madwar 84 miljun persuna fl-UE (persuna waħda minn kull sitt persuni), b’kost ta’ EUR 600 biljun jew aktar minn 4 % tal-PDG 1 , b’inugwaljanzi reġjonali, soċjali, bejn il-ġeneri u fl-età li huma sinifikanti. Fir-rigward tal-post tax-xogħol, 27 % tal-ħaddiema rrapportaw li esperjenzaw stress, depressjoni, jew ansjetà relatati max-xogħol matul l-aħħar 12-il xahar, li jżid il-possibbiltajiet ta’ assenteiżmu b’impatt serju fuq ħajjet il-ħaddiema u fuq l-organizzazzjoni tan-negozju. Il-kost tan-nuqqas ta’ azzjoni fuq is-saħħa mentali diġà huwa sinifikanti u sfortunatament, huwa previst li se jiżdied saħansitra aktar, fi qbil mal-fatturi ta’ stress globali. Diġà fl-2019, aktar minn 7 % tan-nies fl-UE kienu jbatu minn depressjoni 2 u 13 % kienu jħossuhom waħedhom fil-biċċa l-kbira taż-żmien.

Il-pandemija kienet theddida serja għas-saħħa mentali, speċjalment fost iż-żgħażagħ u għal dawk b’kundizzjonijiet tas-saħħa mentali preeżistenti. Matul il-pandemija, in-nies fl-UE affettwati mis-solitudni rduppjaw meta mqabbla mas-snin ta’ qabel il-pandemija, u f’xi reġjuni laħqu s-26 % 3 . Żieda fis-solitudni u tnaqqis fl-interazzjonijiet soċjali, tħassib dwar is-saħħa personali u dwar dik tal-għeżież, inċertezza dwar il-futur, l-ansjetà kkawżata mill-biża’ u t-telf 4 , ilkoll iġġeneraw disturbi minn stress posttrawmatiku.

Is-suwiċidju huwa t-tieni kawża maġġuri ta’ mwiet fost iż-żgħażagħ (15-19-il sena) 5 wara l-inċidenti tat-triq. Fl-UE, il-valur annwali tad-degradazzjoni tas-saħħa mentali, fit-tfal u fiż-żgħażagħ huwa stmat li jammonta għal EUR 50 biljun 6 .

Wara din l-istatistika hemm miljuni ta’ stejjer personali. Stejjer ta’ tfal u ta’ adolexxenti li għalihom it-tablets u l-ismartphones, flimkien mal-pjattaformi tal-media soċjali u l-applikazzjonijiet ta’ messaġġi, saru ħaġa integrali għall-ħajjithom, xi kultant għad-detriment tas-saħħa fiżika u mentali. Stejjer ta’ persuni soċjalment esklużi li qed jiffaċċjaw diskriminazzjoni. Stejjer ta’ anzjani li jħossuhom waħedhom, ta’ ħaddiema li jesperjenzaw l-eżawriment, ta’ ġenituri li ma għadhomx jistgħu jlaħħqu u ta’ nies li jħossuhom iżolati, minħabba f’min huma jew fejn jgħixu.

Skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, kulħadd għandu d-dritt ta’ aċċess għall-kura tas-saħħa preventiva u d-dritt li jibbenefika minn trattament mediku skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġijiet u l-prattiki nazzjonali. Skont il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, kulħadd għandu d-dritt għal aċċess f’waqtu għal kura tas-saħħa għall-but ta’ kulħadd, preventiva u kurattiva ta’ kwalità tajba.

Parti minn soċjetà b’saħħitha trid tkun li n-nies ikunu jafu li hemm għajnuna disponibbli, u li għandhom aċċess għal appoġġ u għal trattament għall-but ta’ kulħadd ta’ kwalità għolja. Għandu jkun għan ewlieni tal-politika pubblika li jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla lura, li ċ-ċittadini jkollhom aċċess ugwali għas-servizzi tal-prevenzjoni u tas-saħħa mentali madwar l-UE, u li r-riintegrazzjoni u l-inklużjoni soċjali jiggwidaw l-azzjoni kollettiva li tindirizza l-mard tas-saħħa mentali. Huma meħtieġa gwida, koordinazzjoni, appoġġ imsaħħaħ u azzjoni mmirata effettivi biex l-Ewropa titqarreb lejn dak il-għan. L-analiżi tat-tibdil demografiku tista’ sservi ta’ bażi għal interventi mmirati, peress li fatturi demografiċi jistgħu jgħinu biex jidentifikaw gruppi b’riskju għoli li jistgħu jeħtieġu appoġġ jew riżorsi speċifiċi, u jfasslu l-politika skont dan.

Bi tweġiba għal din ir-realtà u għas-sejħa taċ-ċittadini għal azzjoni dwar is-saħħa mentali fil-kuntest tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, il-President von der Leyen ħabbret inizjattiva ġdida dwar is-saħħa mentali fl-UE. Bħala parti mill-prijorità tal-Kummissjoni “Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna”, din l-inizjattiva timmarka punt ta’ bidla fil-mod kif is-saħħa mentali hija indirizzata fl-UE. Il-Kummissjoni qiegħda wkoll tagħti rispons lis-sejħa għal azzjoni mill-Parlament Ewropew wara r-riżoluzzjoni tiegħu mill-2022 dwar is-saħħa mentali fid-dinja diġitali tax-xogħol 7 fejn jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu l-kobor tal-problemi tas-saħħa mentali marbuta max-xogħol fl-UE u biex jaġixxu kif xieraq. Din il-Komunikazzjoni hija l-bidu ta’ approċċ strateġiku ġdid għas-saħħa mentali, ta’ natura transsettorjali, li jmur lil hinn mill-politika dwar is-saħħa. Tiffoka dwar kif tista’ tingħata għajnuna lill-persuni li jbatu minn problemi marbuta mas-saħħa mentali u dwar politiki ta’ prevenzjoni. Tissejjes fuq tliet prinċipji gwida li għandhom japplikaw għal kull ċittadin tal-UE: (i) li jkun hemm aċċess għal prevenzjoni adegwata u effettiva, (ii) li jkun hemm aċċess għal kura u trattament tas-saħħa mentali ta’ kwalità għolja u għall-but ta’ kulħadd, u (iii) li s-soċjetà tkun tista’ terġa’ tiġi integrata wara l-irkupru.

Dawn il-prinċipji ta’ gwida jservi ta’ bażi għall-aspetti kollha ta’ din l-inizjattiva u huma riflessi direttament fil-kapitoli tagħha.

L-approċċ komprensiv tal-lum għas-saħħa mentali jappella lill-atturi nazzjonali u reġjonali, lis-setturi tal-politika tas-saħħa u mhux tas-saħħa u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, li jvarjaw minn organizzazzjonijiet tal-pazjenti u tas-soċjetà ċivili, għall-akkademja, u l-industrija, biex jaħdmu flimkien. Għandu l-għan li jimplimenta għodod biex tiġi xprunata l-bidla, inkluż fuq livell globali, tingħata spinta lill-istrutturi eżistenti u jiġu mmonitorjati l-azzjonijiet.

Se jappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jilħqu l-miri tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għall-mard mhux komunikabbli sal-2025 8 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) 9 sal-2030, inkluż dwar is-saħħa mentali.

a.Integrazzjoni tas-saħħa mentali fil-politiki

Approċċ komprensiv irid jirrikonoxxi l-influwenza tal-fatturi bijoloġiċi u psikoloġiċi, kif ukoll l-importanza tal-familja, tal-komunità, tal-ekonomija, tas-soċjetà, tal-ambjent u tas-sigurtà. Dan jinkludi r-rwol tal-kombinament bejn ix-xogħol u l-kura, l-ambjent tal-iskola u tal-post tax-xogħol kif ukoll tad-determinanti tas-saħħa tad-dinja diġitali, tas-soċjetà (eż. il-livelli ta’ vjolenza esperjenzati, il-ġeneru, l-imġiba, l-edukazzjoni 10 ), ekonomiċi (eż. l-instabbiltà, l-inflazzjoni, il-faqar u l-qgħad) u kummerċjali (eż. il-pressjoni minn kummerċjalizzazzjoni aggressiva).

Għaldaqstant, il-politiki f’oqsma bħall-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, l-arti u l-kultura, l-ambjent, l-impjieg, il-koeżjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-protezzjoni soċjali, l-iżvilupp urban sostenibbli, u d-dinja diġitali, huma meħtieġa biex itejbu s-saħħa mentali u jappoġġaw ir-reżiljenza tas-saħħa mentali. L-ostakli għal saħħa mentali tajba ma jistgħux jingħelbu fi ħdan is-sistema tas-saħħa biss 11 .

Il-fatturi determinanti tas-saħħa mentali jinteraġixxu mal-inugwaljanzi eżistenti fis-soċjetà, u jpoġġu lil xi persuni f’riskju ta’ deterjorament tas-saħħa mentali ogħla minn oħrajn. Meta d-diskriminazzjoni msejsa fuq il-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, il-vjolenza u l-mibegħda jaġixxu bħala kawża għad-deterjorament tas-saħħa mentali, il-promozzjoni tal-ugwaljanza fis-soċjetajiet tagħna hija għodda importanti għall-prevenzjoni. Il-Kummissjoni adottat ħames strateġiji dwar l-ugwaljanza 12 fl-2020 u fl-2021 biex tagħmel progress lejn Unjoni ta’ Ugwaljanza. L-istrateġiji kollha jenfasizzaw ir-riskju li d-diskriminazzjoni twassal għal saħħa mentali iktar batuta. It-tfulija hi stadju kruċjali fil-ħajja biex tiġi determinata s-saħħa mentali, kif tisħaq l-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal 13 , li tappella għal approċċ komprensiv li jipprevjeni lit-tfal minn kwalunkwe għamla ta’ vjolenza kif ukoll li jħarishom.  

Is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 iffokat fuq l-istabbiliment mill-ġdid ta’ perspettiva pożittiva għaż-żgħażagħ u inkludiet l-attivitajiet li jappoġġaw is-saħħa mentali u l-benessri taż-żgħażagħ. Matul l-2023, is-Sena Ewropea tal-Ħiliet se tippromwovi l-investiment fit-taħriġ u fit-titjib tal-ħiliet biex jiżdiedu l-opportunitajiet tal-ħajja u biex tittejjeb l-adattabilità tan-nies u tal-ħaddiema għall-bidla, u dan huwa ta’ rilevanza għall-promozzjoni ta’ approċċ komprensiv għas-saħħa mentali.

Politika dwar is-saħħa mentali li tagħti riżultati għal kulħadd jeħtieġ li taħdem f’oqsma ta’ politika rilevanti. Għadd dejjem aktar ta’ riċerka tindika li r-relazzjonijiet interpersonali u l-konnessjoni mill-ġdid man-natura għandhom impatt pożittiv fuq is-saħħa mentali. Fl-istess ħin, l-impatt tat-tniġġis fuq is-saħħa mentali huwa rikonoxxut b’mod wiesa’, inkluż permezz tat-tniġġis tal-arja jew l-esponiment taċ-ċittadini għal sustanzi kimiċi tossiċi. Il-miri u l-azzjonijiet fl-ambitu tal-Patt Ekoloġiku Ewropew biex jippromwovu ambjent nadif, siti naturalizzati mill-ġdid u restawrati u ekoloġizzazzjoni urbana, jaffettwaw b’mod pożittiv is-saħħa fiżika u mentali tagħna.

Biex jirrimedja r-riskji relatati mal-użu tas-servizzi diġitali, inklużi r-riskji relatati mas-saħħa mentali, l-Att dwar is-Servizzi Diġitali 14 (DSA) joħloq sett wiesa’ ta’ obbligi ta’ diliġenza dovuta applikabbli għall-intermedjarji online. Sabiex jippermetti rimedji mmirati u jindirizza t-tħassib dwar il-politika pubblika b’mod effettiv, id-DSA jirrikonoxxi r-riskji speċifiċi relatati mal-effetti negattivi serji fuq il-benessri fiżiku u mentali ta’ persuna, kif ukoll il-konsegwenzi fuq l-iżvilupp fiżiku u mentali tat-tfal potenzjalment ikkawżati mill-użu ta’ dawn il-pjattaformi. L-akbar pjattaformi u magni tat-tiftix, jiġifieri dawk li għandhom aktar minn 45 miljun utent fl-Unjoni, huma obbligati jivvalutaw ir-riskji sistemiċi li s-servizzi tagħhom joħolqu fuq is-saħħa mentali u jadottaw miżuri biex itaffu r-riskji identifikati 15 .

Il-Kummissjoni diġà qed tappoġġa t-trasferiment tal-aħjar prattiki rilevanti mill-Istati Membri u mill-partijiet ikkonċernati biex tippromwovi s-saħħa mentali fil-politiki kollha fil-komunitajiet 16 permezz tal-Grupp ta’ Esperti dwar is-Saħħa Pubblika 17 .

Bħalissa għaddej studju biex tiġi analizzata l-effettività tat-titjib tal-politiki dwar is-saħħa u l-benessri mentali fl-Istati Membri 18   biex jiġi appoġġat aħjar it-tfassil tal-politika.

INIZJATTIVI EWLENIN

1. Inizjattiva Ewropea għall-Bini tal-Kapaċitajiet fis-Saħħa Mentali 

§Fl-2023, il-Kummissjoni se talloka EUR 11-il miljun fl-ambitu tal-programm l-UE għas-Saħħa biex tappoġġa lill-Istati Membri fil-bini tal-kapaċità għal approċċ li jippromwovi s-saħħa mentali fil-politiki kollha flimkien mal-WHO 19 .

§Il-Kummissjoni se talloka EUR 10 miljun 20 biex tappoġġa r-rwol tal-partijiet ikkonċernati fil-promozzjoni tas-saħħa mentali f’komunitajiet li jiffokaw fuq gruppi vulnerabbli, inklużi t-tfal u ż-żgħażagħ u l-popolazzjonijiet ta’ migranti/refuġjati.

§Fl-2024, il-Kummissjoni se tniedi pjan ta’ azzjoni (sett ta’ għodod) għal approċċ multidixxiplinarju għall-bini tal-kapaċitajiet tas-saħħa mentali 21 .

L-Istati Membri jitħeġġu jadottaw approċċ li jippromwovi s-saħħa mentali fil-politiki kollha. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-promozzjoni, il-prevenzjoni 22 , l-intervent bikri, l-indirizzar tal-istigma, l-iżgurar tal-inklużjoni soċjali tal-persuni li jgħixu bi problemi tas-saħħa mentali. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jappoġġaw il-programmi li jgħinu lin-nies isibu impjieg jew jieħdu sehem fi programmi ta’ ritorn għax-xogħol. Id-dominju diġitali, inkluż fuq il-post tax-xogħol, iġib miegħu riskji psikosoċjali li jaffettwaw b’mod sinifikanti lin-nies, lill-organizzazzjonijiet u lill-ekonomiji 23 . Hija meħtieġa attenzjoni partikolari għall-promozzjoni tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

b.Promozzjoni ta’ saħħa mentali tajba, prevenzjoni u intervent bikri tal-problemi tas-saħħa mentali

In-nies bi kwistjonijiet tas-saħħa mentali jridu jkunu jafu fejn jistgħu jitolbu l-għajnuna. Illum, is-servizzi u l-għodod disponibbli huma mxerrda u jvarjaw ħafna madwar l-UE. Barra minn hekk, ma humiex viżibbli u magħrufin biżżejjed min-nies. Dan jeħtieġ li jinbidel.

Il-promozzjoni ta’ saħħa mentali tajba, il-prevenzjoni ta’ problemi tas-saħħa mentali u l-interventi bikrija huma aktar effettivi u kosteffettivi mit-trattament. L-evidenza ekonomika għall-effettività tal-investimenti f’dan l-approċċ hija l-aktar b’saħħitha għall-interventi bikrija li jiffukaw fuq is-saħħa tal-ommijiet u tat-trabi, it-tfal u l-adolexxenti, is-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol (ara l-kapitolu e), u l-prevenzjoni tas-suwiċidju u tal-ħsara mill-persuni lilhom infushom 24 . Ir-riċerka jeħtieġ li tissaħħaħ f’dan il-qasam biex tirrikonoxxi aħjar is-sinjali ta’ tħassib bikrija u Orizzont Ewropa għandha baġit allokat għal dan 25 .

Is-saħħa tan-nies hija influwenzata mill-esperjenzi u mill-ambjenti tal-ħajja tagħhom li fihom iqattgħu ħajjithom. Il-fatturi determinanti tas-saħħa, min-nutrizzjoni u l-attività fiżika, il-konsum tal-alkoħol, tat-tabakk u tad-drogi li jagħmel ħsara, kif ukoll il-fatturi determinanti ambjentali, soċjali u kummerċjali, inklużi l-kundizzjonijiet tal-ħajja, akkomodazzjoni aħjar, l-arja nadifa, l-aċċess għall-isport, il-kultura, u ż-żoni ekoloġiċi, u bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, kif ukoll ir-riskji ta’ vjolenza lkoll għandhom impatt importanti fuq is-saħħa mentali.

L-attività fiżika u l-isport jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni ta’ saħħa mentali tajba. L-UE se tkompli tippromwovi l-isport u l-attività fiżika favur is-saħħa, permezz tal-pjan ta’ ħidma tal-UE għall-isport u l-Ġimgħa Ewropea tal-Isport.

Intervent bikri jista’ jiżgura appoġġ f’waqtu u jista’ jipprevjeni deterjorament ulterjuri tal-benessri u s-saħħa mentali, speċjalment fost iż-żgħażagħ 26 . Pereżempju, intervent bikri jista’ jkun kruċjali biex jiġu rikonoxxuti u indirizzati l-fatturi ta’ riskju u s-sinjali ta’ diversi forom ta’ diffikultà li jistgħu jkunu qed jesperjenzaw in-nies. Barra minn hekk, hemm varjetà ta’ ambjenti, bħall-iskejjel, il-postijiet tax-xogħol, id-djar tal-anzjani u l-ħabsijiet, li huma postijiet kruċjali għall-promozzjoni tas-saħħa mentali, għall-prevenzjoni, u għall-identifikazzjoni u l-intervent bikri. Il-programmi bbażati fl-iskejjel biex jippromwovu s-saħħa u l-benessri mentali u li jinvolvu varjetà ta’ atturi u ta’ servizzi 27 fil-komunità, pereżempju, jistgħu jidentifikaw u jindirizzaw il-problemi fi stadju bikri.

Il-Kummissjoni se tniedi sejħa, fl-2023, biex l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati jippreżentaw l-aħjar prattiki dwar il-promozzjoni tas-saħħa mentali, il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni bikrija u l-intervent bikri, permezz tal-Portal tal-Aħjar Prattiki tal-UE 28 . Se tiżviluppa, flimkien mal-Istati Membri, inizjattivi biex jiġu indirizzati l-fatturi determinanti ewlenin tal-imġiba, ekonomiċi, soċjali, ambjentali (inkluż it-tniġġis), transġenerazzjonali u kummerċjali tas-saħħa mentali permezz ta’ ħidma kollaborattiva, fl-ambitu tal-inizjattiva “Healthier Together” 29 . Se tappoġġa l-iżvilupp ta’ gwida dwar l-identifikazzjoni u l-intervent bikrija u l-iskrinjar ta’ gruppi vulnerabbli f’ambjenti ewlenin li għandhom jitmexxew mill-Istati Membri 30 . Il-Kummissjoni se żżid il-ħidma tagħha fuq ir-riċerka dwar il-moħħ bit-tnedija ta’ proġetti ġodda, inkluż permezz tal-użu ta’ data diġitali dwar is-saħħa 31 , l-informatika u l-infrastrutturi ta’ simulazzjoni 32 .

INIZJATTIVI EWLENIN    

2. Inizjattiva Ewropea għall-Prevenzjoni tad-Dipressjoni u tas-Suwiċidju

§Il-Kummissjoni se talloka EUR 6 miljun biex tnaqqas ir-riskju li n-nies jesperjenza problemi serji tas-saħħa mentali billi tappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki għall-prevenzjoni tad-depressjoni u tas-suwiċidju fl-Istati Membri abbażi tal-iskambju tal-aħjar prattika (2023).

3. Inizjattiva Healthier Together - saħħa mentali

§Il-Kummissjoni se talloka EUR 8,3 miljun biex issaħħaħ il-linja tas-saħħa mentali tal-inizjattiva tal-UE dwar il-mard mhux komunikabbli “Healthier Together”, bil-għan li tappoġġa l-azzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-promozzjoni tas-saħħa mentali, il-ħolqien ta’ ambjenti u politiki ta’ appoġġ, it-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali u l-indirizzar tal-istigma u tad-diskriminazzjoni assoċjati mal-problemi tas-saħħa mentali 33 .

4. Bieb ta’ aċċess għan-nies li jbatu minn problemi tas-saħħa mentali

§Il-Kummissjoni se toħloq repożitorju tal-UE fl-ambitu tal-Portal tal-Aħjar Prattika tal-UE 34 li jiġbor l-aħjar prattiki tal-Istati Membri biex jitgħallmu minn xulxin u jiggwida lin-nies lejn kura effettiva (hotlines, ċentri ta’ għajnuna, eċċ.).

§Biex jgħinu lin-nies jinnavigaw permezz tas-servizzi ta’ appoġġ disponibbli, l-Istati Membri se jiġu mistiedna 35 joħolqu siti web nazzjonali biex in-nies ikollhom punt ta’ referenza wieħed biex jittejjeb l-aċċess għat-trattament u għall-kura. 

5. Kodiċi Ewropew għas-Saħħa Mentali

§Il-Kummissjoni se tiddedika EUR 2 miljun 36 biex tagħti s-setgħa lin-nies li jbatu minn problemi marbuta mas-saħħa mentali biex jieħdu ħsieb aħjar tas-saħħa mentali tagħhom u tal-familja u tal-indokraturi tagħhom billi tipprovdi sett ta’ rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq l-evidenza li se jiġu promossi u jkunu magħmulin disponibbli b’mod attiv online.

6. Żvilupp ta’ Ekosistema konġunta għar-Riċerka dwar il-moħħ

§Il-Kummissjoni se ssaħħaħ ir-riċerka dwar is-saħħa tal-moħħ, inkluż dwar is-saħħa mentali, billi taħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex toħloq ekosistema. Din l-ekosistema trid tlaqqa’ flimkien lir-riċerkaturi u lill-partijiet ikkonċernati biex jiffaċilitaw u jikkoordinaw l-attivitajiet sabiex jimmassimizzaw l-investimenti fir-riċerka tal-UE u tal-Istati Membri.

L-Istati Membri huma mħeġġa jużaw l-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE u jikkollaboraw biex jimplimentaw l-inizjattivi u l-aħjar prattiki dwar il-promozzjoni u l-prevenzjoni tas-saħħa mentali, biex jindirizzaw ir-rabtiet bejn l-inugwaljanzi u s-saħħa mentali billi jżidu l-isforzi biex jiġu miġġielda l-istigma, id-diskriminazzjoni, id-diskors ta’ mibegħda u l-vjolenza, u biex jipprovdu taħriġ, titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid adegwat tal-forza tax-xogħol tas-saħħa u tal-kura soċjali fil-promozzjoni tas-saħħa mentali u tal-benessri. Il-pajjiżi għandhom jittrattaw ukoll l-isfidi relatati mal-prevenzjoni tal-problemi tas-saħħa mentali tal-komunitajiet vulnerabbli, isaħħu r-rikonoxximent bikri tal-problemi tas-saħħa mentali, u jipprovdu interventi u appoġġ bikrija, u jindirizzaw ir-rabtiet bejn l-esklużjoni, l-inugwaljanzi u s-saħħa mentali billi jżidu l-isforzi biex jiġu miġġielda d-diskriminazzjoni, id-diskors ta’ mibegħda u l-vjolenza.

c.Tisħiħ tas-saħħa mentali tat-tfal u taż-żgħażagħ

L-Ewropa qed tesperjenza deterjorament tas-saħħa mentali tal-ġenerazzjonijiet iżgħar tagħna. Matul il-pandemija tal-COVID-19, ħafna mit-tfal inżammu barra mill-klassijiet u ġew miċħuda mill-interazzjoni soċjali u mill-attività fiżika, u d-dipressjoni fost iż-żgħażagħ żdiedet b’aktar mid-doppju 37 . Is-solitudni, komponent importanti tal-benessri u tas-saħħa mentali, laħqet livelli allarmanti. Fl-2022, waħda minn kull ħames persuni fl-età ta’ bejn is-16 u l-25 sena rrapportat li tħossha waħedha fil-biċċa l-kbira tal-ħin 38 .

Il-faqar fost it-tfal jista’ jkollu effetti detrimentali fuq is-saħħa mentali. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal 39 tindirizza xi wħud minn dawk l-isfidi. Il-programmi ta’ prevenzjoni tal-bullying fl-iskejjel 40 huma mod effettiv biex jiġi appoġġat il-benessri psikoloġiku tat-tfal u taż-żgħażagħ.

Iż-żgħażagħ qegħdin iħabbtu wiċċhom dejjem aktar mal-ansjetà, mad-diqa jew mal-biża’, mal-ħsara lilhom infushom, mal-awtostima baxxa, mal-bullying u mad-disturbi tal-ikel. It-tfal spostati b’mod furzat u l-migranti, inklużi dawk li ġew imġiegħla jaħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna, u tfal li huma vittmi tal-isfruttament sesswali, ta’ delitti oħra u tal-abbuż, huma partikolarment f’riskju. 

It-tfal huma affettwati minn determinanti interkonnessi differenti tas-saħħa, ambjentali, soċjali u kummerċjali, u wkoll mill-konsegwenzi ta’ reati online bħall-abbuż sesswali fuq it-tfal online. Hemm każijiet meta t-tfal u ż-żgħażagħ iħabbtu wiċċhom ma’ avversitajiet matul uħud mill-aktar snin vulnerabbli u formattivi ta’ ħajjithom, li jistgħu jsawru s-saħħa u s-saħħa mentali tagħhom tul ħajjithom kollha.

Iż-żgħażagħ jinsabu wkoll imħassba ħafna bit-tibdil fil-klima u bit-telfien tal-bijodiversità. Skont studju riċenti 41 75 % tat-tfal u taż-żgħażagħ li wieġbu jqisu l-ġejjieni tagħhom bħala “tal-biża’”. Fl-istess ħin, l-istudju ħareġ fid-dieher li l-ansjetà u d-distress klimatiku kienu korrelatati mar-rispons perċepit mhux adegwat tal-gvern u mas-sentimenti assoċjati ta’ tradiment. L-impenji tal-UE li tilħaq in-newtralità klimatika sal-2050 u l-Qafas Globali tal-Bijodiversità Kunming-Montreal huma għalhekk importanti wkoll għas-saħħa mentali tat-tfal tagħna.

L-għodod diġitali jista’ jkollhom impatt pożittiv fuq is-saħħa mentali (eż. billi jipprovdu aċċess għall-informazzjoni, għal gruppi ta’ appoġġ, u għal servizzi ta’ terapija) iżda jistgħu wkoll jaffettwaw is-saħħa mentali b’mod negattiv. Hemm bżonn li nimxu lejn spazju diġitali aktar sikur u b’saħħtu għat-tfal 42 . Dan jinkludi: il-protezzjoni tagħhom minn kontenut mhux xieraq, il-ħżin intrużiv ta’ informazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni aggressiva online ta’ ikel, xorb, standards ta’ sbuħija, alkoħol u tabakk li jagħmlu ħsara lis-saħħa; l-użu prudenti tal-media soċjali, l-indirizzar tal-abbuż sesswali tat-tfal online, l-aċċess għad-droga illeċita u għal sustanzi psikoattiva ġodda, b’salvagwardji kontra l-bullying ċibernetiku, id-diskors ta’ mibegħda, il-ħin eċċessiv quddiem l-iskrin u l-editjar diġitali tal-istampi; l-użu bbilanċjat sew tal-logħob, li jgħin biex jiġi evitat l-użu kompulsiv u l-effetti negattivi fuq il-ħajja ta’ kuljum.

Fir-rigward tal-iżvilupp fiżiku u mentali tat-tfal, 43 l-Att dwar is-Servizzi Diġitali 44 (DSA) jirrikonoxxi ċerti riskji sistemiċi li jirriżultaw mid-disinn jew mill-funzjonament tas-servizz u tas-sistemi, inklużi s-sistemi algoritmiċi, ta’ dawk is-servizzi ddeżinjati bħala “pjattaformi online kbar ħafna” jew “magni tat-tiftix kbar ħafna”. Dawn ir-riskji jistgħu jinħolqu, pereżempju, b’rabta mad-diżinn ta’ interfaċċi online li intenzjonalment jew mhux intenzjonalment jisfruttaw id-dgħufijiet u n-nuqqas ta’ esperjenza tal-minorenni jew li jistgħu jikkawżaw imġiba ta’ dipendenza.

Għal dawk il-pjattaformi li mhumiex deżinjati bħala “kbar ħafna”, id-DSA jimponi wkoll miżuri mmirati biex jipproteġu aħjar lill-minorenni online billi, pereżempju, ifasslu l-interfaċċa tagħhom jew partijiet minnha bl-ogħla livell ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni b’mod awtomatiku, jadottaw standards ta’ protezzjoni jew jipparteċipaw f’kodiċijiet ta’ kondotta rilevanti. Barra minn hekk, id-DSA jipprojbixxi lill-fornituri tal-pjattaformi online li jippreżentaw reklamar online fuq l-interfaċċa tagħhom, meta jkunu konxji b’ċertezza raġonevoli li r-riċevitur tas-servizz huwa minorenni. 

L-istrateġija għal Internet Aħjar għat-Tfal (BIK +) 45 , komplementari għad-DSA, toffri appoġġ għas-saħħa mentali tat-tfal meta jkunu online permezz taċ-Ċentri għal Internet Aktar Sikur u tal-portal BIK li joffri rikkezza ta’ riżorsi adatti għall-età għat-tfal, għall-familji u għall-għalliema. Dawn il-linji telefoniċi għall-għajnuna taċ-Ċentri għal Internet Aktar Sikur joffru appoġġ u pariri prattiċi lit-tfal li qed iħabbtu wiċċhom ma’ problemi online, bħall-bullying ċibernetiku, il-grooming u l-kontenut inkwetanti, u lill-ġenituri jew il-kustodji tagħhom.

It-tfal jinsabu f’sitwazzjoni aktar vulnerabbli mill-adulti biex jesprimu t-tħassib tagħhom. Fi qbil mal-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal, fl-2024 il-Kummissjoni se tippreżenta inizjattiva dwar sistemi integrati għall-protezzjoni tat-tfal, li se tħeġġeġ lill-awtoritajiet u lis-servizzi rilevanti kollha biex jaħdmu aħjar flimkien f’sistema li tpoġġi lit-tfal fiċ-ċentru. It-tfal se jiġu kkonsultati fit-tħejjija tagħha, inkluż dwar id-dimensjoni tas-saħħa mentali, fl-ambitu tal-Pjattaforma dwar is-Sehem tat-Tfal tal-UE maħluqa dan l-aħħar. Leħen it-tfal għandu jinstema’, u għal dan, hemm bżonn ta’ għodod u ta’ inizjattivi mmirati. Il-Kummissjoni se tappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-isfruttament u l-abbuż sesswali tat-tfal 46  billi ttejjeb il-prevenzjoni, l-assistenza lill-vittmi, u l-isforzi ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni. Biex tindirizza l-isfidi speċifiċi tat-tfal u taż-żgħażagħ li jgħixu f’żoni rurali jew remoti u affettwati b’mod partikolari minn servizzi insuffiċjenti ta’ appoġġ għas-saħħa mentali, il-Kummissjoni se tinkludi azzjonijiet apposta għal dan, skont il-pjan ta’ azzjoni rurali tal-UE. Se tiżgura li l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà se jkompli jappoġġa l-attivitajiet relatati mal-prevenzjoni, mal-promozzjoni u mal-appoġġ fil-qasam tas-saħħa, fi qbil mal-HealthyLifeSle4All 47 , b’enfasi speċjali fuq l-appoġġ għal gruppi vulnerabbli jew żvantaġġati tal-popolazzjoni.

Il-prevenzjoni u l-interventi bikrija mill-professjonisti f’kuntatt mat-tfal, bħall-għalliema, jistgħu jippromwovu r-reżiljenza għas-saħħa mentali tat-tfal u taż-żgħażagħ u jtaffu l-ħsarat potenzjali, b’mod partikolari billi jagħtuhom vuċi. In-nurseries u l-iskejjel jirrappreżentaw l-ambjent ideali biex it-tfal żgħar jingħataw il-ħiliet biex jirregolaw l-emozzjonijiet tagħhom u jiżviluppaw il-fehim tagħhom tas-saħħa mentali, jiżviluppaw il-ħiliet, bħall-empatija, u jibnu l-awtogħarfien u l-fiduċja fihom infushom. Dan jeħtieġ persunal imħarreġ b’mod adegwat, investiment denju li jista’ jgħin biex titnaqqas l-istigma madwar il-kwistjonijiet tas-saħħa mentali u tinbena soċjetà aktar reżiljenti u koeżiva. L-inizjattivi bbażati fl-iskola, inklużi approċċi olistiċi għas-saħħa mentali, intwerew li jtejbu s-saħħa mentali, il-ħiliet konjittivi, it-tul tal-attenzjoni, ir-riżultati akkademiċi u r-reżiljenza għal fatturi stressanti tal-istudenti 48 . Iċ-Child Helpline International 49 tipprovdi appoġġ għas-saħħa mentali lit-tfal li jista’ jinkludi appoġġ emozzjonali, psikoloġiku u xi drabi legali lit-tfal li jikkuntattjaw il-linja tal-għajnuna.

Il-Kummissjoni se tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal, fi qbil mal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom u permezz tal-fondi tal-UE, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew Plus, u billi tiffaċilita l-iskambju tal-prattiki tajbin bejn il-Koordinaturi tal-Garanzija għat-Tfal. Il-pajjiżi se jiġu appoġġati wkoll fl-isforz tagħhom biex isaħħu l-bini tal-kapaċitajiet nazzjonali għall-kura tas-saħħa u għal professjonisti oħrajn, u se jiġu mistiedna jużaw l-opportunitajiet finanzjarji tal-baġit tal-UE biex iżidu l-azzjoni dwar il-prevenzjoni u l-interventi bikrija barra mis-settur tas-saħħa, jiġifieri fl-ambjent edukattiv. Il-Kummissjoni se timmonitorja wkoll il-progress permezz tas-Semestru Ewropew.

Il-Kummissjoni se tkompli timplimenta l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2019-2027) 50 biex tikseb saħħa u benessri mentali aħjar u ttemm l-istigma.

Il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-promozzjoni tas-saħħa mentali fl-ambjenti edukattivi billi tappoġġa l-implimentazzjoni tal-inizjattiva “Perkorsi għas-Suċċess fl-Iskola” 51 . Il-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar l-ambjenti ta’ apprendiment ta’ appoġġ għal gruppi f’riskju ta’ progress insuffiċjenti u għall-appoġġ tal-benessri fl-iskola se jiżviluppa linji gwida fl-2024 dwar approċċ sistemiku ta’ skola sħiħa għall-benessri għal dawk li jfasslu l-politika fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali u għall-iskejjel 52 . Il-Kummissjoni se tipproponi sett ta’ għodod ta’ awtovalutazzjoni u ta’ titjib personali dwar il-benessri fl-iskola u se tressaq rakkomandazzjonijiet għall-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-UE. Opportunitajiet ta’ finanzjament għall-proġetti se jkunu disponibbli permezz ta’ Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, biex irawmu s-saħħa mentali u l-benessri taż-żgħażagħ, filwaqt li l-Attività fit-tul ta’ Taħriġ u Kooperazzjoni tal-Erasmus+ dwar “Is-Saħħa Mentali fix-Xogħol taż-Żgħażagħ” se tkompli żżid s-sensibilizzazzjoni u tiżviluppa l-litteriżmu fis-saħħa mentali.

 INIZJATTIVI EWLENIN

7. Network għas-saħħa mentali tat-tfal u taż-żgħażagħ

§Fl-2024, il-Kummissjoni se tappoġġa l-ħolqien ta’ network tas-saħħa mentali tat-tfal u taż-żgħażagħ għall-iskambju ta’ informazzjoni, għall-appoġġ reċiproku u għas-sensibilizzazzjoni permezz tal-ambaxxaturi taż-żgħażagħ 53 .

8. Saħħa taż-Żgħażagħ 360

§Fl-2023, il-Kummissjoni se tiżviluppa sett ta’ għodod għall-prevenzjoni li jiffoka fuq il-prevenzjoni u fuq l-intervent bikri tat-tfal f’riskju, u li jindirizza l-interkonnessjonijiet bejn is-saħħa mentali u fiżika u l-fatturi determinanti ewlenin tas-saħħa 54 . Se tingħata attenzjoni speċjali lir-riskji tal-bullying fl-ambjenti edukattivi.

9. Flagship Youth First (Flagship tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku għall--2023 55 )

§Fl-2023, il-Kummissjoni se tiżviluppa għodod għat-tfal u għaż-żgħażagħ biex jindirizzaw b’mod attiv, pereżempju, stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa u l-prevenzjoni tal-problemi tas-saħħa mentali f’kooperazzjoni mill-qrib mat-tfal u maż-żgħażagħ 56  (EUR 2 miljun).

10. Skrins Tajbin għas-Saħħa, Żgħażagħ f’Saħħithom

Il-Kummissjoni se tappoġġa l-attivitajiet li ġejjin:

§il-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-istrateġija għal Internet Aħjar għat-Tfal (BIK +) 57 ;

§il-gwida prattika għall-awtoritajiet dwar it-titjib tal-protezzjoni talt-tfal fid-dinja diġitali, ikkumplimentata minn monitoraġġ tal-impatt tat-trasformazzjoni diġitali fuq il-benessri tat-tfal permezz tal-portal Internet Aħjar għat-Tfal;

§il-kodiċi ta’ kondotta dwar id-disinn adattat skont l-età 58 li għandu jiġi ffaċilitat mill-Kummissjoni li tissejjes fuq ir-regoli l-ġodda fis-DSA;

§il-faċilitazzjoni tal-kontinwazzjoni u t-tisħiħ tal-ħidma skont il-kodiċi ta’ kondotta dwar il-ġlieda kontra d-diskors illegali ta’ mibegħda online, fl-ambitu tad-DSA 59 . 

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkollaboraw fuq il-politiki u l-inizjattivi mmirati lejn l-isfidi speċifiċi relatati mas-saħħa mentali tat-tfal u taż-żgħażagħ, u biex jindirizzaw ir-rabtiet bejn il-problemi tas-saħħa mentali u d-determinanti tas-saħħa u l-użu ta’ għodod diġitali. Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jidentifikaw lit-tfal bħala grupp fil-mira ta’ prijorità fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom dwar is-saħħa mentali u jibnu networks mal-familji, mal-iskejjel, maż-żgħażagħ, u mal-partijiet ikkonċernati u mal-istituzzjonijiet l-oħra involuti fis-saħħa mentali tat-tfal. L-Istati Membri jitħeġġu jiżguraw li t-tfal ikollhom aċċess aħjar għas-servizzi tas-saħħa mentali, kif ukoll aċċess ugwali u faċli għal nutrizzjoni tajba għas-saħħa u għal attività fiżika regolari, jgħixu f’ambjenti sikuri u ta’ appoġġ, u jkunu protetti mill-konsum tal-alkoħol, tat-tabakk u l-problemi relatati mal-użu tad-drogi u l-impatti negattivi tal-użu diġitali. L-Istati Membri huma mistiedna jimplimentaw approċċi innovattivi u l-aħjar prattiki identifikati fl-inizjattiva “Healthier Together” dwar is-saħħa mentali tat-tfal u taż-żgħażagħ, u jipparteċipaw fil-ħidma kollaborattiva tal-inizjattiva biex jindirizzaw l-impatt tal-fatturi determinanti tas-saħħa, inklużi l-fatturi determinanti ekonomiċi, kummerċjali, soċjali u ambjentali, u l-impatt tat-trasformazzjoni diġitali fuq is-saħħa u l-benessri mentali tat-tfal u taż-żgħażagħ.

d.Ngħinu lil dawk l-aktar fil-bżonn

Il-mard mentali huwa assoċjat ma’ ħafna forom ta’ inugwaljanzi u trid tingħata attenzjoni speċjali lil nies f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. Individwi jistgħu jkunu jappartjenu għal grupp vulnerabbli wieħed jew aktar fl-istess ħin, bħal pereżempju ommijiet waħedhom fil-faqar jew persuni b’diżabilità li jkunu qed jirkupraw minn mard serju.

Fil-kuntest ta’ bidliet demografiċi ta’ sfida, is-servizzi tas-saħħa mentali, soċjali u tal-kura fit-tul iridu jkunu aċċessibbli, bi prezz tajjeb, integrati 60 , ibbażati fuq il-komunità u faċli biex jintużaw. L-anzjani 61 għandhom jingħataw is-setgħa biex jgħixu ħajja fi stat għas-saħħa u attiva, jimmaniġġaw is-saħħa mentali tagħhom stess u jżidu l-interazzjonijiet soċjali tagħhom 62 u jnaqqsu s-solitudni. Għandhom jitħeġġu soluzzjonijiet kreattivi bħall-akkomodazzjoni interġenerazzjonali.

Il-Kummissjoni beħsiebha żżid is-sensibilizzazzjoni dwar il-ħtieġa li s-solitudni u l-iżolament soċjali jiġu indirizzati biex tiġi promossa saħħa mentali tajba 63 , u se tappoġġa lill-Istati Membri permezz tal-ġbir u tat-trasferiment tal-aħjar prattiki permezz tal-Portal tal-UE dwar l-Aħjar Prattiki.

In-nisa huma kważi darbtejn aktar probabbli mill-irġiel li jesperjenzaw dipressjoni. Dan huwa dovut għall-għadd kbir ta’ fatturi bħall-bijoloġija, iċ-ċirkostanzi tal-ħajja u l-fatturi ta’ stress kulturali 64 .

Il-vittmi tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru (GBV) huma partikolarment vulnerabbli. Il-Kummissjoni se ttejjeb il-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluża l-vjolenza ċibernetika, permezz tal-implimentazzjoni tal-obbligi futuri tal-UE fl-ambitu tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul 65  u d-Direttiva futura tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika 66 . Il-Kummissjoni se tindirizza l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-prattiki dannużi kontra n-nisa u l-bniet 67 u se tistabbilixxi network tal-UE dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika. Id-dipressjoni ta’ wara t-twelid u kwistjonijiet oħra tas-saħħa mentali li jistgħu jinqalgħu matul it-tqala u wara għandhom jiġu indirizzati, biex tiġi protetta s-saħħa mentali kemm tat-tfal kif ukoll tan-nisa 68 . Il-proġett HappyMums iffinanzjat mill-UE 69 se jesplora l-mekkaniżmi fiżjoloġiċi biex jippermetti interventi kliniċi effettivi bbażati fuq ix-xjenza. Sfidi bħall-aċċess mhux ugwali għall-impjiegi, inklużi l-kuntratti mhux permanenti u/jew għal paga ugwali, il-kondiviżjoni mhux ugwali tar-responsabbiltajiet tal-kura domestika u tal-familja, u l-pressjonijiet ekonomiċi u d-dipendenzi esperjenzati min-nisa jridu jiġu indirizzati wkoll. Il-Kummissjoni se tikkontribwixxi għat-titjib tas-sitwazzjoni billi tiżgura li l-Istati Membri jittrasponu u japplikaw b’mod sħiħ u korrett il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-opportunitajiet indaqs u t-trattament ugwali tan-nisa u l-irġiel fil-kwistjonijiet tal-impjiegi u tax-xogħol, dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-indokraturi kif ukoll dwar it-trasparenza fil-pagi.

Id-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali, tal-identità tal-ġeneru, tal-espressjoni tal-ġeneru jew tal-karatteristiċi tas-sess jista’ jkollha wkoll impatt fuq is-saħħa mentali, speċjalment għaż-żgħażagħ. It-tbatija psikoloġika li tirriżulta minn esperjenzi ta’ emarġinazzjoni, ta’ diskriminazzjoni u ta’ stigmatizzazzjoni (“stress tal-minoranza”) iżżid ir-riskju ta’ mġiba suwiċidali, ħsara mill-persuni lilhom infushom jew ta’ dipressjoni, u sejra tiġi indirizzata fi qbil mal-istrateġija dwar l-ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025 70 .

Il-vjolenza fiżika u sesswali u t-theddid esperjenzat mill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jirriżultaw f’konsegwenzi fit-tul fuq is-saħħa mentali 71 . Id-Direttiva dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin tirrikonoxxi l-ħtiġijiet speċjali tal-vittmi bi problemi tas-saħħa mentali u tipprovdi servizzi tas-saħħa speċjalizzati, u appoġġ għall-irkupru u r-riabilitazzjoni fit-tul. Il-Kummissjoni tiffaċilita u tippromwovi l-programmi li jappoġġaw lill-vittmi fl-irkupru u fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom 72 , bħas-servizzi tas-saħħa u dawk psikoloġiċi, permezz tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 73 .

Ħafna kwistjonijiet tas-saħħa jistgħu jwasslu għal problemi tas-saħħa mentali jew jaggravawhom, pereżempju fost il-pazjenti bil-kanċer li jitqies li huma t-tieni kawża ewlenija tal-mewt. Il-kanċer ma jaffettwax biss lill-ġismek, jaffettwa wkoll lil moħħok u lis-sentimenti tiegħek u spiss iwassal għal depressjoni, ansjetà u biża’.

Id-diżabilitajiet spiss jistgħu jesponu lill-individwi għal riskju ogħla li jiżviluppaw problemi tas-saħħa mentali u dan jista’ jeħtieġ li l-approċċi jiġu adattati fi qbil mal- istrateġija għad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità 74 , li tirreferi għal azzjonijiet partikolarment rilevanti għan-nies b’diżabilità mentali u intellettwali, bħall-promozzjoni sabiex l-Istati Membri jimplimentaw prattiki tajba ta’ deistituzzjonalizzazzjoni fil-qasam tas-saħħa mentali.

L-awtonomija, l-indipendenza u l-parteċipazzjoni fis-soċjetà huma relatati mas-saħħa mentali, li hija partikolarment rilevanti għall-anzjani u għall-persuni b’diżabilità. Għalhekk, huwa kruċjali li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà fiżika, soċjali u finanzjarja, inkluż billi jittejjeb l-aċċess għas-suq tax-xogħol u jiġi ffaċilitat ir-ritorn tagħhom għax-xogħol. Tnejn mil-linji gwida tal-Pakkett dwar l-Impiegi għall-Persuni b’Diżabbiltà għall-impjegaturi huma maħsuba għax-xogħol b’mard kroniku u għar-ritorn għax-xogħol 75 . Il-Kummissjoni se toħroġ ukoll gwida lill-Istati Membri fir-rigward tal-għajxien indipendenti u l-inklużjoni fil-komunità qabel tmiem l-2023, u fl-2024, se tippreżenta qafas għas-Servizzi Soċjali ta’ Eċċellenza għall-persuni b’diżabbiltà, inkluża s-saħħa mentali.

Is-sintomi tal-kundizzjoni ta’ wara l-COVID-19, magħrufa b’mod komuni bħala l-COVID fit-tul, ġew irrapportati li għandhom impatt negattiv fuq is-saħħa mentali 76 , u d-deterjorament tas-saħħa mentali jista’ jżid ir-riskju li dak li jkun jiżviluppa COVID fit-tul. Il-Kummissjoni se tistabbilixxi network dwar COVID fit-tul mal-esperti tal-Istati Membri fl-2023.

Ir-refuġjati u n-nies spostati, b’mod partikolari dawk li qed jaħarbu mill-gwerra; il-persekuzzjoni jew il-kunflitt (bħan-nies spostati mill-Ukrajna) huma aktar suxxettibbli li jiżviluppaw problemi tas-saħħa mentali 77 u huma meħtieġa reazzjonijiet bikrija biex jitnaqqas id-distress. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-appoġġ psikosoċjali għan-nies spostati u b’mod partikolari għall-għoti tal-ewwel għajnuna psikoloġika lin-nies affettwati mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna 78 .

Il-Kummissjoni se tniedi sejħa għall-proposti fl-ambitu tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 79 li għandha l-għan li tnaqqas l-ostakli għall-migranti biex jaċċessaw is-servizzi tas-saħħa, inklużi s-servizzi tas-saħħa mentali u l-appoġġ psikoloġiku.

Id-degradazzjoni tas-saħħa mentali hija komuni fost in-nies li jesperjenzaw il-fenomenu tal-persuni mingħajr dar 80 u l-problema ta’ persuni mingħajr dar fit-tul u ripetutament, issaħħaħ id-degradazzjoni tas-saħħa mentali u d-diżabilità. Fil-qafas tal-pjattaforma Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-fenomenu tal-persuni mingħajr dar, qed jiġu indirizzati sfidi tas-saħħa mentali.

Ir-Rom jistgħu jkunu f’riskju ogħla ta’ problemi tas-saħħa mentali, minħabba s-sitwazzjoni ta’ spiss diffiċli tagħhom li tirriżulta minn introjtu soċjoekonomiku baxx, miċ-ċirkostanzi u mill-esklużjoni, min-nuqqas ta’ aċċess għall-edukazzjoni u għall-impjiegi, minn abitazzjoni mhux adegwata, mis-segregazzjoni, mill-esklużjoni u mid-diskriminazzjoni, inkluż f’aspetti relatati mas-saħħa. Il-qafas strateġiku tal-UE dwar ir-Rom għall-ugwaljanza, għalll-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni jinkludi l-objettiv settorjali tat-titjib tas-saħħa tar-Rom u ż-żieda tal-aċċess ugwali effettiv għall-kura tas-saħħa u għas-servizzi soċjali ta’ kwalità 81 .

Il-vittmi ta’ reati, b’mod partikolari dawk li sofrew dannu konsiderevoli minħabba s-severità tar-reat jew minħabba l-karatteristiċi personali tagħhom, bħall-vittmi tat-terroriżmu, il-vittmi tat-traffikar, il-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda, il-vittmi tfal jew kwalunkwe vittma oħra li teħtieġ għajnuna psikoloġika, għandu jkollhom aċċess għal din l-għajnuna mingħajr ħlas u sakemm ikun meħtieġ. Flimkien mar-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-vittmi 82 , il-Kummissjoni qed taħdem biex issaħħaħ l-aċċess tal-vittmi għall-għajnuna psikoloġika, b’mod partikolari billi tagħmel l-għajnuna psikoloġika mingħajr ħlas għal sakemm ikun meħtieġ għall-vittmi kollha li jeħtieġu din l-għajnuna.

.

In-nies li jgħixu f’żoni rurali jew remoti , bħall-bdiewa, għandhom sfidi partikolari tas-saħħa mentali assoċjati mar-riskju ta’ skonnessjoni u man-nuqqas ta’ aċċess għas-servizzi tas-saħħa mentali. Ir-rati ta’ suwiċidju fost il-bdiewa huma ta’ 20 % ogħla mill-medja nazzjonali f’ċerti Stati Membri 83 , u huwa għalhekk li se jiġi offrut appoġġ biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom. Il-fondi tal-PAK jistgħu jappoġġaw attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni inkluż fil-qasam tas-saħħa mentali pereżempju permezz ta’ servizzi ta’ konsulenza għall-farms. Barra minn hekk, jistgħu jiġu mmobilizzati wkoll fondi oħra, bħall-Fond Soċjali Ewropew+ jew il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, biex jittejbu l-investimenti fis-servizzi ta’ appoġġ soċjali fiż-żoni rurali u dawl remoti u b’hekk jiġi garantit li dawn ikunu aċċessibbli għall-bdiewa u għall-ħaddiema agrikoli fil-bżonn, irrispettivament mill-post ta’ residenza tagħhom.



INIZJATTIVI EWLENIN

11. Protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità

§Sat-tieni trimestru tal-2023, il-Kummissjoni se tfittex li ttejjeb l-aċċess tal-vittmi tal-kriminalità għal appoġġ għas-saħħa psikoloġika u mentali billi tirrevedi d-Direttiva li tistabbilixxi standards minimi dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità.

12. Missjoni dwar il-Kanċer: pjattaforma għas-superstiti żgħażagħ tal-kanċer

§Il-Kummissjoni se tipprovdi pjattaforma lis-superstiti żgħażagħ tal-kanċer li tgħinhom jagħtu spinta lis-saħħa mentali tagħhom, permezz tal-Missjoni dwar il-Kanċer ta’ Orizzont Ewropa 84 .

§Il-Kummissjoni se tappoġġa l-ħidma kollaborattiva bejn l-Istati Membri biex tipprovdi appoġġ psikoloġiku lill-pazjenti bil-kanċer, lill-indokraturi u lill-familji tagħhom (EUR 8 miljun) 85 .

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu l-aċċess għall-għodod diġitali li l-użu faċli tagħhom mill-anzjani ġie mixhud bi provi, biex itejbu s-saħħa mentali tagħhom u jgħinuhom jipparteċipaw fil-ħajja soċjali. L-Istati Membri jitħeġġu jiġbru data dwar l-istat tas-saħħa mentali tan-nies f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, inklużi l-persuni mingħajr saqaf fuq rashom, u dwar l-aċċessibbiltà tas-servizzi f’żoni marġinalizzati u remoti u żvantaġġati. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw aċċess ugwali mingħajr ostakli għal kura tas-saħħa u servizzi soċjali ta’ kwalità u għal but ta’ kulħadd, speċjalment għal dawk il-gruppi l-aktar f’riskju jew dawk li jgħixu f’lokalitajiet emarġinati jew remoti 86 u biex jindirizzaw is-sitwazzjoni speċifika għar-Rom, billi jittejjeb l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa mentali u għall-miżuri ta’ prevenzjoni primarja, pereżempju permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw prattiki tajbin għad-deistituzzjonalizzazzjoni, inkluż għat-tfal, u jsaħħu t-tranżizzjoni lejn servizzi bbażati fil-komunità.

e.Indirizzar tar-riskji psikosoċjali fuq ix-xogħol

In-nies iqattgħu parti sinifikanti minn ħinhom fuq ix-xogħol u ambjent tax-xogħol tajjeb huwa kruċjali għas-saħħa. L-istress u r-riskji psikosoċjali fuq ix-xogħol jistgħu jħallu impatt fuq is-saħħa mentali u jwasslu għal tnaqqis fis-sodisfazzjon mix-xogħol, f’kunflitti, f’produttività aktar baxxa, f’assenteiżmu, u fuq il-fatturat. Is-saħħa mentali hija prekundizzjoni għall-ħila, għall-kompetenza u għall-produttività fuq ix-xogħol. Madankollu, madwar nofs il-ħaddiema Ewropej iqisu li l-istress huwa komuni fil-post tax-xogħol tagħhom u jikkontribwixxi għal madwar nofs il-jiem tax-xogħol mitlufa kollha. Fl-istess ħin, ir-riskji psikosoċjali u l-istress relatat max-xogħol huma fost l-aktar kwistjonijiet ta’ sfida fis-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali.

Forom ġodda ta’ ħidma li ġabet magħha d-diġitalizzazzjoni u li ġew aċċellerati mill-pandemija tal-Covid-19 (bħax-xogħol fuq il-pjattaformi u x-xogħol mill-bogħod) affettwaw is-saħħa mentali tal-ħaddiema, anke jekk il-flessibbiltà ta’ dawn il-forom ta’ xogħol tista’ tkun ta’ benefiċċju wkoll. Il-ħaddiema essenzjali, u b’mod partikolari l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u tal-kura soċjali, dehru li kienu l-aktar f’riskju li jkunu esposti għal riskji psikosoċjali relatati max-xogħol fil-kuntest ta’ wara l-pandemija 87 .

L-impjegaturi jaqdu rwol ewlieni fl-iżgurar tas-sikurezza u tas-saħħa tal-ħaddiema kif definiti fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-Sikurezza u s-Saħħa Okkupazzjonali (OSH) 88 . Il-Kummissjoni indirizzat ir-riskji psikosoċjali u s-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol matul is-snin fl-oqfsa strateġiċi tagħha dwar l-OSH 89 . Hemm enfasi partikolari fuq ir-riskji għas-saħħa mentali u dawk psikosoċjali fil-Komunikazzjoni dwar “Qafas strateġiku tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol 2021-2027” 90 .

Barra minn hekk, il-ħtieġa ta’ riflessjoni dwar it-triq ’il quddiem fir-rigward tad-dritt għall-iskonnessjoni, bħala parti integrali mit-tnaqqis tal-istress relatat max-xogħol u l-promozzjoni ta’ bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, id-dritt għar-ritorn għax-xogħol wara mard mentali kif ukoll ambjent tax-xogħol psikoloġikament sikur huma kruċjali kemm għall-promozzjoni tas-saħħa mentali kif ukoll għall-ħolqien ta’ soċjetà aktar inklużiva.

Il-Kummissjoni wriet is-sodisfazzjoni tagħha rigward il-programm ta’ ħidma tal-2022-2024 tas-sħab soċjali transindustrijali Ewropej u n-negozjar kontinwu għal ftehim ġdid dwar it-telexogħol u d-dritt għall-iskonnessjoni, maħsub biex jiġi ppreżentat għall-adozzjoni fil-forma ta’ ftehim legalment vinkolanti implimentat permezz ta’ Direttiva. Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa lis-sħab soċjali fl-isforz tagħhom li jinnegozjaw ftehim ġdid dwar it-telexogħol u d-dritt għall-iskonnessjoni, se tiffaċilita d-diskussjonijiet u l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki, u se tivvaluta l-prattiki u r-regoli eżistenti relatati mad-dritt għall-iskonnessjoni. In-negozjati li għaddejjin bħalissa tas-sħab soċjali huma relatati mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ Jannar 2021 dwar id-dritt għall-iskonnessjoni li l-Kummissjoni hija impenjata li tagħti segwitu għaliha.

Il-Kummissjoni se tiżgura li l-EU-OSHA 91  tiffinalizza l-ħarsa ġenerali dwar l-OSH u d-diġitalizzazzjoni li tkopri s-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol u timplimenta ħarsa ġenerali lejn l-OSH dwar is-saħħa psikosoċjali u mentali fuq il-post tax-xogħol, inkluża informazzjoni dwar il-prattiki tajbin dwar ir-ritorn għax-xogħol u x-xogħol għan-nies b’kundizzjonijiet tas-saħħa mentali, u ta’ ħarsa ġenerali lejn l-OSH fis-setturi tas-Saħħa u l-Kura. Il-Kummissjoni se tiżgura li l-EU-OSHA tipprovdi gwida aġġornata bħala segwitu għall-pubblikazzjoni tal-2018 “Ħaddiema b’saħħithom, kumpaniji li jirnexxu - gwida prattika għall-benesseri fuq il-post tax-xogħol” 92 , u li twettaq proġett dwar il-prattiki tajbin għall-appoġġ għall-ħaddiema b’kundizzjoni tas-saħħa mentali relatata max-xogħol jew mhux relatata max-xogħol biex jibqgħu jaħdmu jew jirritornaw b’suċċess għax-xogħol wara assenza minħabba mard, b’rapport sal-2024.

Is-Summit dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH), li sar fil-15-16 ta’ Mejju 2023 mill-Presidenza Żvediża u mill-Kummissjoni Ewropea, identifika r-riskji psikosoċjali u s-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol bħala kwistjonijiet tal-OSH li kull ma jmur qegħdin jikbru li jeħtieġu kunsiderazzjoni intensifikata ulterjuri 93 . Il-Kummissjoni se tagħti segwitu lil dawn il-konklużjonijiet tas-Summit biex ittejjeb is-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol b’ħarsien sħiħ tal-prinċipju tat-tripartitiżmu. Se tkompli bil-ħidma tar-rieżami tad-Direttiva dwar il-postijiet tax-xogħol (89/654/KEE) 94 u d-Direttiva dwar ix-xogħol b’tagħmir li għandu display screen (90/270/KEE) 95 . Fl-aħħar, il-Kummissjoni se tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea għall-Kura 96 b’azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-benessri mentali tal-indokraturi u ta’ dawk li jkunu qed jingħataw il-kura.

INIZJATTIVI EWLENIN 97

13. Inizjattiva fil-livell tal-UE dwar ir-riskji psikosoċjali

§Il-Kummissjoni se twettaq rieżami bejn il-pari dwar l-approċċi leġiżlattivi u ta’ infurzar biex tindirizza r-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol fl-Istati Membri bil-għan, u soġġett għar-riżultati tiegħu u l-input tas-sħab soċjali, biex tippreżenta inizjattiva fil-livell tal-UE dwar ir-riskji psikosoċjali fuq perjodu ta’ żmien medju.

14. Kampanji tal-UE dwar il-postijiet tax-xogħol

§Il-Kampanja tal-EU-OSHA madwar l-UE kollha - Xogħol sikur u li jippromwovi s-saħħa fl-era diġitali, inkluż enfasi fuq is-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol (2023-2025);

§Il-Kampanja tal-Postijiet tax-Xogħol li jippromwovu s-Saħħa tal-EU-OSHA dwar ir-riskji psikosoċjali u s-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol b’enfasi fuq setturi tax-xogħol ġodda u injorati, inklużi l-agrikoltura u l-kostruzzjoni, u l-gruppi inklużi l-ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet, il-migranti jew ż-żgħażagħ (2026-2027/28).

L-Istati Membri jitħeġġu jżidu s-sensibilizzazzjoni dwar il-kwistjonijiet tas-saħħa mentali tal-bdiewa u tal-popolazzjonijiet f’żoni rurali b’appoġġ mill-politika agrikola komuni u jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u l-aħjar prattiki biex jgħinu jiffokaw fuq il-prevenzjoni u jsaħħu r-reżiljenza tal-ħaddiema essenzjali, inklużi l-professjonisti tas-saħħa, l-għalliema u l-bdiewa. Biex tgħin lill-Istati Membri, il-Kummissjoni se tiżgura li l-EU OSHA tipproduċi rapport li jindirizza r-riskji psikosoċjali fis-settur agrikolu.

L-Istati Membri jitħeġġu wkoll jippromwovu ulterjorment l-użu tal-Gwida tas-SLIC 98 fir-rigward tal-prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali sabiex jiżdiedu l-monitoraġġ u l-ispezzjonijiet effettivi tal-obbligi tal-OSH f’dan ir-rigward, kif ukoll biex jipparteċipaw f’avvenimenti ta’ taħriġ tas-SLIC għall-ispetturi tax-xogħol.

f.Tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa mentali u titjib tal-aċċess għat-trattament u għall-kura

Is-sistemi tas-saħħa jeħtieġ li jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jmexxu l-azzjoni dwar is-saħħa mentali, mill-prevenzjoni, għall-intervent bikri u d-dijanjożi, għat-trattament u l-ġestjoni tal-kura u l-appoġġ għar-riintegrazzjoni tal-pazjenti. Għaldaqstant, it-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa mentali u t-titjib tal-aċċess għat-trattament u għall-kura huma objettiv ewlieni.

Id-dritt ta’ kulħadd għal aċċess f’waqtu għal kura għall-but ta’ kulħadd, preventiva u kurattiva ta’ kwalità tajba huwa wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. In-nies li jbatu minn problemi tas-saħħa mentali fl-UE spiss ma jkollhomx aċċess faċli u ugwali għall-appoġġ u spiss ikun jinvolvi kostijiet li ma jkunux għall-but ta’ ħafna. Hemm disparitajiet bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom fir-rigward tal-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tan-nies b’mard mentali 99 . L-inugwaljanzi relatati mal-ġeneru, mal-etniċità, mal-post ġeografiku, inklużi mad-distakk urban-rurali, mal-edukazzjoni, mal-età u mal-orjentazzjoni sesswali, mal-identità tal-ġeneru jew mal-espressjoni u l-karatteristiċi tas-sess għandhom impatt importanti fuq is-saħħa mentali tal-popolazzjoni u l-aċċess tan-nies għal kura adegwata.

Huwa essenzjali li jiġu identifikati l-aħjar prattiki u s-soluzzjonijiet innovattivi biex jittejbu d-disponibbiltà, il-kwalità, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-kura tas-saħħa mentali. Biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi, għandha tingħata kura mfassla apposta lin-nies f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, inkluż in-nies spostati, ir-rifuġjati, il-migranti, il-persuni b’diżabilità u l-persuni LGBTIQ. Il-ħtiġijiet speċjali tal-kura tan-nies b’komorbiditajiet għandhom jiġu indirizzati wkoll biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal trattamenti effettivi, b’mod partikolari għan-nies b’disturbi tal-użu tad-droga, fi qbil mal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2021-2025 u mal-Pjan ta’ Azzjoni relatat.

It-tisħiħ tat-taħriġ tal-forza tax-xogħol tas-saħħa se jkun essenzjali biex ikomplu jittejbu l-ħiliet u l-kwalità tal-kura iżda wkoll biex jitnaqqsu l-istigma u d-diskriminazzjoni u biex tiżdied ir-reżiljenza ta’ wieħed mis-setturi tal-popolazzjoni li taħdem li l-aktar tinsab taħt pressjoni. Is-Sena tal-Ħiliet tal-UE toffri opportunità unika għall-partijiet ikkonċernati biex jagħtu spinta lit-taħriġ tal-professjonisti fil-qasam tas-saħħa mentali.

L-użu tal-għodod diġitali (eż. it-telemediċina, il-hotlines ta’ konsulenza) għandu jiġi esplorat għal dawk in-nies li jeħtieġu informazzjoni u kura aħjar, inkluż f’żoni rurali.

Il-preskrizzjoni soċjali hija approċċ innovattiv biex jittejbu l-benessri u s-saħħa, inkluża s-saħħa mentali. Fil-livell individwali, il-preskrizzjoni soċjali tagħti lil persuna l-għarfien, il-motivazzjoni u l-kunfidenza biex timmaniġġa aħjar is-saħħa u l-benessri tagħha stess u ttejjibhom  100 . Dan l-approċċ jista’ jiġi applikat fl-ambjent tal-kura primarja, fejn it-tobba jew professjonisti oħrajn tas-saħħa jistgħu jippreskrivu attivitajiet li jaqblu mal-ħtiġijiet u mal-interessi tal-persuna, bħall-ħin mqatta’ fin-natura, għall-isports, għall-joga jew għal attivitajiet soċjali u kulturali 101 .

Il-Kummissjoni se tkompli tiżviluppa azzjonijiet biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-indirizzar tal-ħtiġijiet mhux issodisfati għall-mediċini u se tirrieżamina l-potenzjal tat-telemediċina għat-titjib tal-aċċess għas-servizzi tas-saħħa mentali 102 .  Se tiġi inkluża taqsima dwar is-saħħa mentali fil-profili tas-saħħa tal-pajjiżi tal-2023, fl-ambitu tal-proġett L-Istat tas-Saħħa fl-UE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tniedi proċess ta’ kollaborazzjoni volontarja mal-Istati Membri (permezz tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni), biex issaħħaħ ir-rabtiet bejn il-kultura u s-saħħa mentali. Fl-aħħar nett, il-potenzjal ta’ teknoloġiji ġodda għall-prevenzjoni u għat-trattament tal-mard mentali se jiġi esplorat mal-esperti u l-Grupp ta’ Esperti dwar il-Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tas-Sistemi tas-Saħħa 103  se jindirizza s-saħħa mentali.

Il-ġbir u l-monitoraġġ tad-data għandhom jissaħħu biex jiġi ffaċilitat it-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmat. Għandhom jiġu żviluppati statistika u indikaturi ġodda u dawn għandhom jiġu gradwalment inkorporati fit-tfassil tal-politika biex jirriflettu kwistjonijiet bħall-inugwaljanzi, is-saħħa fiżika u s-saħħa mentali u l-valur tan-natura għan-nies u biex jivvalutaw l-impatt tal-azzjonijiet u l-finanzjament. Dan se jgħin biex jiġi mmonitorjat il-progress lejn il-benesseri, u biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni tal-isfidi politiċi u tal-għażliet biex dawn jiġu indirizzati b’mod li jkollu l-persuni u l-pjaneta fil-qalba tiegħu 104 .

L-Istati Membri diġà wrew ħtieġa qawwija għal appoġġ fl-oqsma tal-ippjanar tal-forza tax-xogħol fis-saħħa mentali u/jew tal-bini tal-kapaċitajiet, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tas-saħħa mentali, u l-promozzjoni u l-prevenzjoni fil-qasam tas-saħħa mentali (Illustrazzjoni 1) 105 .

Illustrazzjoni 1 – Il-ħtiġijiet ta’ prijorità tal-Istati Membri għall-bini tal-kapaċitajiet (is-27 Stat Membru tal-UE, in-Norveġja u l-Iżlanda)

Biex jiġu indirizzati dawn il-ħtiġijiet, se jiġi mmobbilizzat appoġġ finanzjarju fil-livell tal-UE biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jaġixxu. Dan se jinkludi aktar professjonisti mħarrġa u mħarrġa aħjar biex jindirizzaw problemi tas-saħħa mentali. Dan jimplika wkoll bidla minn kura istituzzjonalizzata għal kura bbażata fil-komunità.

Diversi Stati Membri inkludew taħt il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħhom miżuri biex isaħħu l-kura tas-saħħa mentali għall-popolazzjoni tagħhom. Dan huwa konformi mar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż adottati skont is-Semestru Ewropew tal-2020 li jistiednu lill-Istati Membri kollha jagħtu spinta lir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa tagħhom. Fir-rebbiegħa tal-2023, il-Kummissjoni pproponiet Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi li jippromwovu r-riforma tal-kura tas-saħħa għal sitt Stati Membri. Ir-rapporti tal-pajjiżi għal sitt Stati Membri addizzjonali rrikonoxxew il-ħtieġa li s-sistema tal-kura tas-saħħa tittejjeb aktar sabiex tikkomplementa l-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Barra minn hekk, ir-rapporti kollha tal-pajjiżi adottati fl-ambitu tas-Semestru Ewropew fihom taqsima tematika li tkopri s-saħħa tal-popolazzjoni u s-sistemi tas-saħħa fl-Istati Membri, li tenfasizza l-isfidi tas-saħħa mentali u r-riformi ppjanati f’każijiet speċifiċi. Is-Semestru Ewropew se jkompli jimmonitorjaw l-iżviluppi fil-kura tas-saħħa fil-livell nazzjonali.

INIZJATTIVI EWLENIN

15. Inizjattiva għal Aktar professjonisti mħarrġa Aħjar fl-UE

§Mill-2023, il-Kummissjoni se ssaħħaħ it-taħriġ għall-kura tas-saħħa u għal professjonisti oħra, bħall-għalliema u l-ħaddiema soċjali. Se jitnieda wkoll programm ġdid ta’ skambju transfruntier għall-professjonisti tas-saħħa mentali permezz ta’ appoġġ ta’ finanzjament maħsub għal dan fl-ambitu tal-programm l-UE għas-Saħħa (EUR 9 miljun). Dan għandu jippermetti li jkun hemm madwar 2 000 professjonist mħarreġ madwar l-UE sal-2026 u bħala medja 100 skambju fis-sena.

16. Appoġġ Tekniku għar-Riformi tas-Saħħa Mentali f’diversi setturi

Il-Kummissjoni se:

§Fl-2024, iżżid id-disponibbiltà u l-affordabbiltà tas-servizzi tas-saħħa mentali għan-nies billi toffri, fuq talba, appoġġ tekniku lill-Istati Membri biex ifasslu u jimplimentaw ir-riformi għat-titjib tad-disponibbiltà ta’ servizzi transsettorjali integrati tas-saħħa mentali permezz tal-istrument ta’ appoġġ tekniku 106 .

17. Ġbir tad-Data dwar is-saħħa mentali

§Mill-2025, il-Kummissjoni se tiżgura li l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti (EHIS) jinkludi data addizzjonali dwar is-saħħa mentali biex jiġu żgurati monitoraġġ u valutazzjoni stretti tal-progress dwar is-saħħa mentali madwar l-UE.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw aċċess għall-kura tas-saħħa mentali għall-but ta’ kulħadd, inkluż permezz tat-telemediċina u f’ambjenti transfruntiera. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jikkollaboraw fuq l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġetti biex itejbu s-servizzi tas-saħħa mentali u l-kura bbażata fil-komunità u d-deistituzzjonalizzazzjoni 107 u huma mistiedna jiżviluppaw mogħdijiet ta’ riferiment għall-professjonisti tas-saħħa mentali, filwaqt li jqisu wkoll il-ħidma ta’ fornituri tas-servizzi oħra.

g.Tegħlib tal-istigma

L-istigma u d-diskriminazzjoni jaggravaw l-impatti personali u ekonomiċi tal-mard mentali. Id-diskriminazzjoni lejn nies bi problemi tas-saħħa mentali hija komuni, speċjalment fil-media soċjali iżda wkoll fil-postijiet tax-xogħol b’50 % tal-ħaddiema li jqisu li l-iżvelar tal-kundizzjoni tas-saħħa mentali jkollu impatt negattiv fuq il-karriera tagħhom 108 .

Il-prinċipji tal-integrazzjoni mill-ġdid u tal-inklużjoni soċjali ta’ dawk affettwati minn problemi tas-saħħa mentali jridu jiggwidaw l-azzjoni tagħna. L-investiment fit-titjib tal-għarfien u tal-fehim tas-saħħa mentali, inkluż it-taħriġ dwar is-saħħa mentali u l-empatija fil-kurrikuli tal-iskejjel huwa kruċjali biex tittejjeb is-sitwazzjoni, bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha.

Il-Ġimgħa Ewropea tas-Saħħa Mentali annwali (li se ssir f’Mejju) u l-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali 109 (fl-10 ta’ Ottubru) huma okkażjonijiet biex tiġi indirizzata speċifikament l-istigma fil-livell tal-UE.

L-arti u l-kultura huma importanti fil-promozzjoni tas-saħħa mentali pożittiva u tal-benesseri tal-individwi u tas-soċjetà b’mod ġenerali billi jappoġġaw l-inklużjoni soċjali u jnaqqsu l-istigma tas-saħħa mentali 110 . Jistgħu jikkumplimentaw appoġġ aktar tradizzjonali għall-problemi tas-saħħa mentali, u jistgħu jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-problemi tas-saħħa mentali u biex tiġi indirizzata l-istigma tas-saħħa mentali. Il-Kummissjoni se tappoġġa lill-Istati Membri biex iżidu s-sensibilizzazzjoni dwar ir-rwol pożittiv tal-attivitajiet kulturali u artistiċi fit-titjib tas-saħħa mentali u tal-benessri ġenerali, pereżempju, permezz ta’ avveniment maħsub apposta li jesponi l-arti u l-kultura bħala strumenti ġodda għall-benessri u għas-saħħa mentali.

INIZJATTIVI EWLENIN

 

18. Indirizzar tal-istigma u tad-diskriminazzjoni

Il-Kummissjoni se talloka EUR 18-il miljun għal 111 :

§ it-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti, tal-familji tagħhom u tal-indokraturi (in)formali, inklużi l-pazjenti bil-kanċer, b’fokus partikolari fuq l-indirizzar tal-istigma u tad-diskriminazzjoni billi l-Istati Membri jiġu appoġġati jidentifikaw u jimplimentaw l-aħjar prattiki;

§bl-istess objettiv, se tappoġġa lill-partijiet ikkonċernati biex jimplimentaw proġetti, bħall-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni biex tingħeleb l-istigma u tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni, tiżgura l-inklużjoni soċjali, tipproteġi d-drittijiet tal-pazjenti, b’enfasi fuq il-gruppi vulnerabbli;

§tiżviluppa gwida tal-UE dwar it-tegħlib tal-istigma u l-indirizzar tad-diskriminazzjoni mal-Istati Membri fl-ambitu tal-Grupp ta’ Esperti dwar is-Saħħa Pubblika u l-gruppi kkonċernati;

§tintroduċi l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni biex tippromwovi s-sensibilizzazzjoni fil-ġlieda kontra l-istigma.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw kampanji ta’ komunikazzjoni biex jiċċaraw u jegħlbu l-istigma, u biex jiżviluppaw miżuri biex jiġġieldu kontra l-istigma u d-diskriminazzjoni billi jgħinu lill-individwi jerġgħu jintegraw fl-impjieg, jagħtu s-setgħa lill-pazjenti biex jaċċessaw is-servizzi li jissodisfaw l-aħjar il-ħtiġijiet tagħhom, u jxerrdu l-informazzjoni dwar l-użu tal-istrumenti legali biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni. Għandha ssir sensibilizzazzjoni (dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, l-impjegaturi, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, professjonisti oħrajn u l-pubbliku ġenerali u l-professjonisti tal-kura tas-saħħa dwar is-saħħa mentali u l-istigma, speċjalment tan-nies f’sitwazzjonijiet vulnerabbli) u jiġu appoġġati attivitajiet komunitarji (sports, arti, natura) li jgħinu biex tingħeleb l-istigma u jappoġġaw ir-riabilitazzjoni tas-saħħa mentali. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw il-politiki li jħeġġu l-integrazzjoni tan-nies bi problemi tas-saħħa mentali fil-komunità u fis-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta’ attivitajiet tal-ekonomija soċjali.

h.Trawwim tas-saħħa mentali globalment

Is-salvagwardja u l-promozzjoni tas-saħħa mentali ma humiex biss prijorità għall-UE, huma wkoll kwistjoni globali fejn l-UE tista’ tmexxi bl-eżempju u tikkontribwixxi b’mod immirat fil-livell internazzjonali u trawwem il-konverġenza fejn xieraq.

Fil-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati tat-30 u l-31 ta’ Mejju 2023, l-UE u l-Istati Uniti esprimew il-fehma kondiviża li l-pjattaformi online għandhom jeżerċitaw responsabbiltà akbar biex jiżguraw li s-servizzi tagħhom jikkontribwixxu għal ambjent online li jipproteġi, jagħti s-setgħa u jħares lit-tfal u liż-żgħażagħ u jieħu azzjonijiet responsabbli biex jindirizza l-impatt tas-servizzi tagħhom fuq is-saħħa u l-iżvilupp mentali tat-tfal u taż-żgħażagħ 112 .

L-Istrateġija tal-UE għas-Saħħa Globali 113 tipprovdi azzjonijiet globali, nazzjonali u reġjonali maħsuba biex jiffaċilitaw l-kisba tal-SDGs tan-NU relatati mas-saħħa, b’enfasi fuq tliet prijoritajiet interrelatati: (1) it-titjib tas-saħħa u tal-benessri aħjar tan-nies tul il-ħajja kollha; (2) it-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa u l-promozzjoni tal-kopertura tas-saħħa universali; u (3) l-iżgurar tas-sigurtà tas-saħħa pubblika, inklużi s-saħħa mentali u l-appoġġ psikosoċjali. L-enfasi għandha tkun fuq it-tisħiħ tal-kura tas-saħħa primarja fejn id-disponibbiltà tas-servizzi tas-saħħa mentali hija essenzjali.

Il-Pjan ta’ Azzjoni għaż-Żgħażagħ fl-azzjoni esterna tal-UE (2022-2027) 114 jirrikonoxxi s-saħħa u l-benessri bħala prerekwiżit biex iż-żgħażagħ jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom u jipparteċipaw fis-soċjetà. Huwa jippromwovi l-benessri tas-saħħa, l-benessri mentali u dik fiżika fil-qalba tal-“pilastru tal-għoti tas-setgħa” tiegħu. B’mod parallel, l-appoġġ għas-saħħa mentali u psikosoċjali (MHPSS) għandu jkun parti integrali mill-miżuri biex jissaħħu s-sistemi nazzjonali tas-saħħa fil-pajjiżi sħab, u jekk xieraq, biex jiġu appoġġati l-interventi globali tas-saħħa pubblika eż. il-Fond Globali għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkolużi u l-Malarja 115 , l-Inizjattiva Spotlight dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru 116 jew fil-kuntest tal-għajnuna umanitarja tal-UE. Skont id-WHO, aktar minn persuna waħda minn kull ħamsa f’ambjenti ta’ wara kunflitt tbati minn dipressjoni, ansjetà jew disturb ta’ stress posttrawmatiku 117 . Ħtiġijiet tas-saħħa mentali jinħolqu wkoll f’sitwazzjonijiet ta’ spostament u ta’ diżastri naturali. Għalhekk, l-MHPSS huwa element essenzjali ta’ rispons komprensiv għall-kriżijiet, integrat fl-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja ffinanzjati mill-UE b’EUR 111-il miljun iddedikati għal din il-prijorità mill-2019.

Aħna wkoll nixprunaw lil oħrajn biex jieħdu azzjoni billi nimmobbilizzaw u nżidu s-sensibilizzazzjoni tad-donaturi u tas-sieħba dwar l-importanza li jiġi pprovdut MHPSS ta’ kwalità f’emerġenzi umanitarji. Wara l-involviment b’suċċess fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta’ Fuq, se jiġu organizzati sessjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ bini tal-kapaċitajiet f’reġjuni oħra, li jibdew bl-Amerika Latina u bil-Karibew, qabel tmiem l-2023.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni qed tibni l-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati permezz tat-taħriġ u t-tixrid tal-Pakkett ta’ Servizz Minimu tal-Kumitat Permanenti Interaġenziji (IASC) dwar l-MHPSS 118 . Din l-għodda ta’ referenza ewlenija ġiet żviluppata mill-komunità umanitarja biex tistabbilixxi l-kwalità minima u tiffaċilita l-introduzzjoni tal-interventi tas-saħħa mentali f’waqthom u li jħallu impatt f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

Fl-Ukrajna 119 , il-Kummissjoni diġà tappoġġa ċentri komunitarji għat-tfal spostati u għall-indokraturi tagħhom, kif ukoll għat-tfal fl-istituzzjonijiet, biex tgħinhom jerġgħu jiksbu xi livell ta’ normalità u rutina. Madankollu, id-durata twila tal-aggressjoni u l-effett devastanti tagħha qed jaċċelleraw il-problemi tas-saħħa mentali għan-nies li jaħarbu mill-gwerra fl-UE u għal dawk spostati fl-Ukrajna, u dan jitlob appoġġ determinat u ambizzjuż.

It-tfal Ukreni bħalissa huma soġġetti għat-trawma tal-gwerra, li spiss tħallihom b’feriti psikoloġiċi profondi. Il-Kummissjoni, flimkien mal-Ukrajna, se tistabbilixxi programm speċjalizzat ta’ tagħlim elettroniku għall-pedjatri u għall-persunal mediku tal-kura primarja. Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa se jkollhom il-ħiliet meħtieġa biex jipprovdu kura għat-trawma u jtejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa mentali tat-tfal. Se jiġu offruti wkoll servizzi speċjalizzati ta’ riabilitazzjoni lit-tfal f’diffikultà kemm fl-Ukrajna kif ukoll fl-UE.

Il-Kummissjoni tappoġġa wkoll lis-sħab umanitarji biex iżidu l-kapaċità tagħhom biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-saħħa mentali tal-popolazzjonijiet tal-popolazzjonijiet affettwati mill-kunflitti, inkluż fl-oblasts ta’ Zaporizhzhia, Kharkiv, Dnipro u Mykolaiv. Fl-ambitu tal-programm l-UE għas-Saħħa, fl-2022 ġie allokat ftehim ta’ kontribuzzjoni ta’ EUR 28,4 miljun mal-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar biex tiġi pprovduta l-ewwel għajnuna psikoloġika, u qed jitwettqu erba’ proġetti 120 (total ta’ EUR 3 miljun) mill-partijiet ikkonċernati li jimplimentaw l-aħjar prattiki biex itejbu s-saħħa mentali u l-benessri psikosoċjali tal-popolazzjonijiet tal-migranti u tar-refuġjati. Għall-2023, aktar minn EUR 10,6 miljun huma pprogrammati fl-ambitu tal-programm l-UE għas-Saħħa biex itejbu l-aċċess għall-kura tas-saħħa u għall-prevenzjoni tal-mard mhux komunikabbli, b’mod partikolari il-kwistjonijiet tas-saħħa mentali. Il-Kummissjoni se tappoġġa wkoll lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati fl-implimentazzjoni tal-aħjar prattika iFightDepression 121 li tinkludi programm online ta’ awtoġestjoni li jista’ jgħin lill-persuni spostati, inklużi dawk mill-Ukrajna, biex jimmaniġġaw is-sintomi tagħhom stess.

Peress li l-assistenza umanitarja waħedha ma tistax tissodisfa l-ħtiġijiet potenzjali fit-tul, inkluża l-kura tas-saħħa, tan-nies persuni spostati b’mod furzat, il-Kummissjoni tappoġġa lill-pajjiżi sħab tagħha biex jintegraw il-komunitajiet spostati b’mod furzat fi strutturi nazzjonali eżistenti tal-forniment tas-servizzi. Din l-integrazzjoni ssir b’mod li tiżgura l-aċċess ugwali u ġust tar-rifuġjati għas-servizzi li jindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom, inkluż dwar is-saħħa mentali, l-istress posttrawmatiku, u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru. L-assistenza sostanzjali tal-UE biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-migranti tinkludi wkoll l-appoġġ psikosoċjali, b’mod partikolari għal dawk l-aktar vulnerabbli, inklużi t-tfal, il-vittmi tal-gwerra, il-vittmi tat-traffikar, il-migranti maqbuda f’pajjiż u dawk li jiġu rimpatrijati.

Il-Kummissjoni tappoġġa approċċ komprensiv għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tas-saħħa mentali u tal-benessri psikosoċjali tal-istudenti, u tal-għalliema u tal-indokraturi tagħhom permezz tal-azzjonijiet edukattivi. Il-Kummissjoni hija donatur ewlieni tal-fond “Education Cannot Wait”, li tqis lill-MHPSS bħala prijorità ewlenija tal-ħidma tagħha, u tas-Sħubija Globali għall-Edukazzjoni li tinvesti fit-tisħiħ tar-rabtiet bejn is-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni.

Il-Kummissjoni se tkompli tintegra s-saħħa mentali f’miżuri biex issaħħaħ is-sistemi tas-saħħa fil-livell reġjonali, nazzjonali u globali, fi qbil mal-isforzi lejn il-lokalizzazzjoni u r-rabta trippla umanitarja, żvilupp u paċi, u tiżgura li r-refuġjati, in-nies li qed jiċċaqilqu u dawk spostati f’sitwazzjonijiet ta’ wara l-emerġenza f’pajjiżi msieħba jkollhom aċċess għall-MHPSS fl-istess livell bħall-komunitajiet ospitanti.

INIZJATTIVI EWLENIN

19. Appoġġ għas-saħħa mentali għall-persuni spostati u affettwati tal-Ukrajna

·Il-Kummissjoni se tikkontribwixxi għall-għoti tal-ewwel għajnuna psikoloġika lin-nies milquta mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna billi tapprofondixxi l-ħidma kollaborattiva mal-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar 122 (EUR 28 miljun). Il-Kummissjoni se tfittex li ssaħħaħ l-appoġġ finanzjarju tagħha biex issaħħaħ l-appoġġ psikosoċjali għan-nies spostati mill-gwerra. Se jiġu esplorati wkoll għażliet għat-taħriġ (online) tal-persuni tal-ewwel rispons, tal-għalliema u tal-ħaddiema soċjali fl-ewwel għajnuna psikoloġika u fl-appoġġ psikosoċjali biex jgħinu aħjar lil dawk fil-bżonn. Se jiġu allokati EUR 0,5 miljun addizzjonali biex jissaħħaħ l-appoġġ psikosoċjali għan-nies affettwati f’ambjenti ta’ emerġenza.

·Il-Kummissjoni, flimkien mal-Ukrajna, se tistabbilixxi programm speċjalizzat ta’ tagħlim elettroniku għall-pedjatri u għall-persunal mediku tal-kura primarja biex tappoġġa lit-tfal Ukreni li jbatu minn stress u ansjetà minħabba l-gwerra. Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa se jkollhom il-ħiliet meħtieġa biex jipprovdu kura għat-trawma u jtejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa mentali tat-tfal.

·Il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri biex toffri għoti ta’ appoġġ psikosoċjali għall-but ta’ kulħadd disponibbli għan-nies li ħarbu mill-gwerra, biex tikkomplementa l-kura tas-saħħa diġà offruta skont id-Direttiva dwar il-protezzjoni temporanja.

20. Appoġġ għad-disseminazzjoni tal-Pakkett ta’ Servizz Minimu 123 124 tal-Kumitat Permanenti Interaġenziji dwar l-MHPSS:

·Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa d-disseminazzjoni tal-Pakkett ta’ Servizz Minimu maħsub biex jappoġġa lill-atturi umanitarji jipprovdu kura ta’ kwalità f’emerġenzi umanitarji. Huwa jipprovdi linji gwida dwar kif għandhom jiġu integrati servizzi tas-saħħa mentali f’waqthom, ikkoordinati u bbażati fuq l-evidenza fir-rispons umanitarju ġenerali.

Finanzjament tal-UE għas-saħħa mentali

Il-baġit għall-appoġġ tas-saħħa mentali għandu jaqbel mad-daqs tal-isfida. L-UE u l-Istati Membri jeħtieġ li jiddedikaw riżorsi adegwati biex jiżguraw li n-nies fil-bżonn jiksbu l-għajnuna li jeħtieġu.

Il-Kummissjoni qed timmobilizza l-istrumenti finanzjarji rilevanti kollha tal-baġit tal-UE fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) tal-2021-2027 biex tindirizza l-isfidi ewlenin tas-saħħa mentali u biex tappoġġa l-inizjattivi ewlenin u l-azzjonijiet identifikati f’din il-Komunikazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw mill-fondi disponibbli permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza 125 għall-finanzjament tar-riformi u għall-investimenti fis-saħħa, inkluża s-saħħa mentali.

B’kollox, ġew identifikati EUR 1,23 biljun ta’ appoġġ tal-UE għall-attivitajiet tas-saħħa mentali u dawn huma disponibbli biex jiffinanzjaw attivitajiet li jippromwovu direttament jew indirettament is-saħħa mentali, minn riċerka għal kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, mill-bini tal-kapaċitajiet u mit-trasferiment tal-aħjar prattiki tas-saħħa għall-appoġġ psikoloġiku lill-pazjenti bil-kanċer u lir-refuġjati tal-Ukrajna. L-impatt ta’ dawn il-proġetti u l-programmi se jiġi mmonitorjat regolarment. Dan mhux biss jeħtieġ li jkun hemm data affidabbli, komparabbli u riċenti iżda wkoll indikaturi, sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni, biex jiġu żgurati s-segwitu u r-responsabbiltà.

Għall-2022 u l-2023, ġew allokati EUR 69,7 miljun permezz tal-programm l-UE għas-Saħħa 126 ) għall-azzjonijiet li jippromwovu saħħa mentali tajba. Dan jinkludi EUR 51,4 miljun fl-ambitu tal-programm ta’ ħidma tal-2022 127 , biex jiġu appoġġati inizjattivi tal-bini tal-kapaċitajiet fl-Istati Membri u tiġi indirizzata s-saħħa mentali tal-gruppi vulnerabbli u l-EUR 18,3 miljun fl-ambitu tal-programm ta’ ħidma l-UE għas-Saħħa għall-2023 biex tiġi appoġġata l-ħidma kollaborattiva bejn l-Istati Membri u biex jiġi pprovdut appoġġ psikoloġiku lill-pazjenti bil-kanċer, lil dawk li jindukrawhom u lill-familji tagħhom 128 .

Se jiġi mmobbilizzat finanzjament ta’ EUR 765 miljun permezz tal-programmi Orizzont 2020 u Orizzont Ewropa 129 biex jappoġġa l-proġetti ta’ riċerka u l-innovazzjoni dwar is-saħħa mentali.

L-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jistgħu jużaw ukoll il-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), biex isaħħu l-aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa billi jinvestu, pereżempju, fl-infrastruttura u t-tagħmir rilevanti, fl-assistenti personali, fit-timijiet mobbli, fil-linji ta’ għajnuna, u fil-ħaddiema soċjali 130 . L-istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI) huwa disponibbli biex jipprovdi appoġġ tekniku lill-Istati Membri għall-proġetti dwar is-saħħa mentali (EUR 2 miljun fl-2023). Fl-2024, il-Kummissjoni beħsiebha timmobilizza aktar riżorsi mit-TSI biex tappoġġa l-bini tal-kapaċitajiet għas-saħħa mentali abbażi tad-domanda fl-Istati Membri.

Il-finanzjament (EUR 3,3 miljun) sar disponibbli fl-ambitu tal-“Programm Ewropa Kreattiva” tal-UE għal proġetti dwar il-kultura, il-benessri u s-saħħa mentali, u ġew mobilizzati EUR 28 miljun biex jappoġġaw attivitajiet ta’ appoġġ għas-saħħa mentali u psikosoċjali f’ambjenti ta’ emerġenza u umanitarji (Operazzjonijiet Ewropej ta’ Protezzjoni Ċivili u Għajnuna Umanitarja). Il-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri 131 (2023-2024) jipprovdi wkoll opportunitajiet ta’ finanzjament 132 għall-azzjonijiet dwar is-saħħa mentali tat-tfal u tal-vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru 133 . Biex jgħin fl-indirizzar tas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol, il-finanzjament se jkun disponibbli fl-ambitu tal-EU-OSHA.

Konklużjoni u passi li jmiss

L-isfidi tal-lum dwar is-saħħa mentali jaffettwaw lil kulħadd u jeħtieġu azzjonijiet miftiehma u l-impenn sħiħ tal-atturi kollha involuti. Is-saħħa mentali hija parti integrali mis-saħħa tan-nies. Tippermetti lill-individwu jirrealizza l-ħiliet tiegħu stess, ilaħħaq mal-istress tal-ħajja, jissoċjalizza, jaħdem u jikkontribwixxi għall-ħajja komunitarja

L-istituzzjonijiet u l-livelli kollha tal-gvern jistgħu, u għandhom, jagħtu sehemhom biex jegħlbu l-ostakli għal saħħa mentali tajba. Huma meħtieġa sforzi kkoordinati, mas-sistema tas-saħħa u lil hinn minnha, biex tiġi mmobbilizzata s-soċjetà kollha kemm hi u biex jittieħed approċċ tul il-ħajja bl-enfasi fuq l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri biex jaħdmu flimkien fil-promozzjoni tal-inizjattivi mressqa f’din il-Komunikazzjoni strateġika, li tistabbilixxi l-pedamenti għal azzjoni sostnuta fil-livell nazzjonali u tal-UE għal approċċ komprensiv, orjentat lejn il-prevenzjoni u li jinvolvi diversi partijiet ikkonċernati għas-saħħa mentali. Huma jippromwovu l-universalità tal-kura tas-saħħa għan-nies li jbatu minn problemi tas-saħħa mentali fl-UE u lil hinn minnha.

Il-prevenzjoni tal-problemi tas-saħħa mentali, l-aċċess għall-għajnuna u r-riintegrazzjoni fis-soċjetà huma integrali għad-dritt għall-kura tas-saħħa u permezz ta’ din l-inizjattiva l-UE tistabbilixxi ambizzjoni għolja biex tgħin lill-aktar fraġli u vulnerabbli fis-soċjetajiet tagħna, fi qbil mal-istil ta’ ħajja Ewropew fejn kull persuna tgħodd u għandu jkollha prospett ta’ ħajja prosperuża.

Din il-Komunikazzjoni hija l-bidu ta’ approċċ strateġiku ġdid biex is-saħħa mentali titpoġġa fl-istess livell tas-saħħa fiżika. Dan iżid pilastru ieħor mal-arkitettura tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa kemm billi jsaħħaħ ix-xogħol li għaddej kif ukoll billi jiftaħ flussi ġodda ta’ ħidma, żviluppati mas-sħab kollha u li jinkludu l-azzjonijiet ta’ implimentazzjoni. Dawn se jiġu mmonitorjati mill-qrib mal-Istati Membri fl-ambitu tal-Grupp ta’ Esperti dwar is-Saħħa Pubblika u b’mod partikolari s-sottogrupp tiegħu dwar is-saħħa mentali. Il-partijiet ikkonċernati se jkollhom l-opportunità li jikkollaboraw u jikkoordinaw l-input konġunt tagħhom għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet stabbiliti permezz tal-Pjattaforma tal-Politika tas-Saħħa tal-UE. Dawn l-isforzi miftiehma se jkunu t-triq lejn l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ approċċ ambizzjuż ġdid dwar is-saħħa mentali għal soċjetà aktar reżiljenti li tqiegħed lin-nies l-ewwel.

(1)

  Health at a Glance : Europe 2018.

(2)

Aħbarijiet tal-Eurostat — Eurostat (europa.eu) .

(3)

  New report: Loneliness doubles in Europe during the pandemic (europa.eu) .

(4)

  The consequences of the COVID-19 pandemic on mental health and implications for clinical practice | European Psychiatry | Cambridge Core .

(5)

  State of the World’s Children 2021 : On My Mind – Promoting, protecting and caring for children’s mental health, Regional brief: Europe, UNICEF, 2021.

(6)

  SOWC-2021-Europe-regional-brief.pdf (unicef.org) .

(7)

https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2022-0279_MT.html.

(8)

  On the road to 2025 (who.int) .

(9)

Mira 3.4 tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli “Mard mhux komunikabbli u saħħa mentali: Sal-2030, il-mortalità qabel iż-żmien mill-mard mhux komunikabbli titnaqqas b’terz permezz tal-prevenzjoni u t-trattament u l-promozzjoni tas-saħħa u l-benessri mentali.

(10)

  Education: a neglected social determinant of health - The Lancet Public Health . 

(11)

  Fitter Minds, Fitter Jobs : From Awareness to Change in Integrated Mental Health, Skills and Work Policies | Mental Health and Work | OECD iLibrary (oecd-ilibrary.org) .

(12)

L-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri ; l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ ; il- Qafas strateġiku dwar ir-Rom ; l- Istrateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità .

(13)

  L-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Garanzija Ewropea għat-Tfal |(europa.eu) .

(14)

Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=celex%3A32022R2065 .

(15)

Dan jista’ jinkludi, pereżempju, il-mitigazzjoni tal-effetti negattivi tar-rakkomandazzjonijiet personalizzati u l-korrezzjoni tal-kriterji użati fir-rakkomandazzjonijiet tagħhom, il-waqfien tad-dħul mir-reklamar għall-informazzjoni speċifika jew l-adattament tal-viżibbiltà tas-sorsi ta’ informazzjoni awtorevoli.

(16)

Bħall- Mudell tal-Aħjar Prattika tal-EAAD għat-Titjib tal-Kura tad-Dipressjoni u għall-Evitar tal-Imġiba Suwiċidali fl-Ewropa ffinanzjat taħt it-tielet Programm tal-UE għas-Saħħa: EUR 2 miljun.

(17)

  https://health.ec.europa.eu/non-communicable-diseases/expert-group-public-health_mt

(18)

Appoġġ finanzjarju fl-ambitu tal- programm ta’ ħidma l-UE għas-Saħħa għall-2021 : DP-g-07.2.1 Ġbir u appoġġ għall-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki innovattivi u r-riżultati tar-riċerka dwar il-mard mhux komunikabbli: baġit imsaħħaħ permezz tar-ridistribuzzjoni tal-fondi: EUR 1 miljun.

(19)

Permezz ta’ ftehim ta’ kontribuzzjoni mad-WHO (il-baġit imsaħħaħ bir-ridistribuzzjoni tal-fondi: EUR 11-il miljun) fl-ambitu tal- programm ta’ ħidma tal-UE għas-Saħħa għall-2022 : DP-g-22-07.02 L-indirizzar tal-isfidi tas-saħħa mentali.

(20)

Appoġġ finanzjarju bħala parti mill- programm ta’ ħidma l-UE għas-Saħħa għall-2022 : DP-g-22-07.01/03/04 Sejħa għall-proposti dwar il-promozzjoni tas-saħħa mentali: EUR 10 miljun.

(21)

  Il-bini tal-kapaċitajiet dwar is-saħħa mentali :programm ta’ taħriġ multidixxiplinari u programm ta’ skambju għall-professjonisti tas-saħħa: EUR 9 miljun

(22)

  Portal ta’ għarfien għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (prevenzjoni tad-dipressjoni, tal-istress marbut max-xogħol u tad-dimenzja ).

(23)

Il-Komunikazzjoni dwar “Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol 2021–2027” tirrikonoxxi l-importanza li jiġu indirizzati r-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol, inkluż fid-dawl tat-tranżizzjoni lejn id-diġitalizzazzjoni.

(24)

  https://www.annualreviews.org/doi/full/10.1146/annurev-publhealth-040617-013629 .

(25)

  Horizon Europe Health Calls 2023 - The Silver Deal - Person-centred health and care in European regions (Destination 1) (europa.eu) .

(26)

  Preventive psychiatry: a blueprint for improving the mental health of young people (nih.gov) .

(27)

Fi qbil mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il- Perkorsi għas-Suċċess fl-Iskola .

(28)

  Il-Portal tal-Aħjar Prattiki (europa.eu) .

(29)

Permezz tal-azzjonijiet iffinanzjati fl-ambitu tal- Programm l-UE għas-Saħħa (2021-2027) .

(30)

Permezz tal-finanzjament fl-ambitu tal- Programm l-UE għas-Saħħa għall-2022 (appoġġ tekniku għal gruppi ta’ esperti).

(31)

Il- Proposta għal Regolament dwar l-ispazju Ewropew tad-data dwar is-Saħħa għandha l-għan li tiffaċilita aċċess aħjar għad-data dwar is-saħħa għar-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż fil-qasam tar-riċerka dwar il-moħħ.

(32)

  Infrastrutturi tar-riċerka Ewropej (europa.eu) .

(33)

  Grupp ta’ Esperti dwar is-Saħħa Pubblika .

(34)

Il-Portal tal-Aħjar Prattiki tal-UE: Il-Portal tal-Aħjar Prattiki (europa.eu) .

(35)

Fl-ambitu tas-sottogrupp tal-Grupp ta’ Esperti dwar is-Saħħa Pubblika dwar is-saħħa mentali.

(36)

Il-programm ta’ Ħidma tal-UE għas-Saħħa għall-2023 (europa.eu) .

(37)

Mil-livelli ta’ qabel il-pandemija (2019 jew l-eqreb sena) għal-livelli tal-pandemija (April 2020 - Awwissu 2021): Health at a Glance: Europe report, 2022 .

(38)

  Loneliness publications (europa.eu) .

(39)

  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal .

(40)

  Il-benessri l-iskola | Iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (europa.eu) .

(41)

https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S2542519621002783.

(42)

  Il-ħolqien ta’ Internet aħjar għat-tfal | Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa (europa.eu).

(43)

L-Artikolu 34(2)(b) u (d).

(44)

 L- Att dwar is-Servizzi Diġitali .

(45)

Deċennju Diġitali għat-tfal u għaż-żgħażagħ: l-istrateġija Ewropea l-ġdida għal internet aħjar għat-tfal (BIK+) COM/2022/212 final.

(46)

L-is trateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal (europa.eu) .

(47)

L-inizjattiva HealthyLifestyle4All | Sports” (europa.eu) .

(48)

  How school systems can improve health and well-being: topic brief: mental health (who.int) .

(49)

  Home - Child Helpline International : funded under the Citizens, Equality, Rights and Values programme.

(50)

  EUR-Lex - 42018Y1218(01) - MT - EUR-Lex (europa.eu) .

(51)

  EUR-Lex - 32022H1209(01) - MT - EUR-Lex (europa.eu) .

(52)

Dawn il-linji gwida għandhom jinkludu l-benessri mentali u l-prevenzjoni tal-bullying, u jindirizzaw ukoll l-istress relatat max-xogħol tal-għalliema u l-vjolenza, kif ukoll il-bullying tal-għalliema bħala parti minn approċċ skolastiku sħiħ. Ħolqa: https://osha.europa.eu/mt/publications/occupational-safety-and-health-and-education-whole-school-approach

(53)

Fl-ambitu tal-inizjattiva Healthier Together u ffinanzjat fl-ambitu tal- programm l-UE għas-Saħħa .

(54)

Fl-ambitu tal-inizjattiva Healthier Together u ffinanzjat fl-ambitu tal- programm l-UE għas-Saħħa .

(55)

EUR 2 miljun fl-ambitu tal- programm ta’ ħidma TSI tal-2023 : il-proġett se jitnieda fil-ħarifa tal-2023.

(56)

 Il-Kummissjoni se tipprovdi appoġġ tekniku , flimkien mal-UNICEF, lil Ċipru, lill-Italja, lis-Slovenja u lill-Andalusija, biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn is-setturi differenti: tas-saħħa, tal-edukazzjoni, tas-servizzi soċjali u tas-sistemi ta’ protezzjoni tat-tfal: .

(57)

  Strateġija għal Internet Aħjar għat-Tfal .

(58)

Il-Kodiċi ta’ Kondotta dwar id-disinn adattat skont l-età se jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Artikolu 28 tad-DSA, u se jiġi rikonoxxut bħala kodiċi skont l-Artikolu 45 tad-DSA

(59)

L-involviment tal-Bord Ewropew tas-Servizzi Diġitali hu maħsub għal kwalunkwe Kodiċi ta’ Kondotta tad-DSA.

(60)

Sistema integrata tal-kura għall-persuni anzjani tfisser li l-adulti akbar fl-età jingħataw il-kura tas-saħħa li jeħtieġu, fejn u meta jeħtiġuha: L-unità tat-Tixjiħ u tas-Saħħa (who.int) .

(61)

Fl-2021, aktar minn 20,8 % tal-popolazzjoni tal-UE kellha aktar minn 65 sena, ċifra li hija mistennija li tiżdied għal 30,3 % sal-2058: Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Integrazzjoni tat-Tixjiħ fil-Politiki Pubbliċi .

(62)

  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Parteċipazzjoni u l-Benesseri ta’ Persuni Akbar fl-Età fl-Era tad-Diġitalizzazzjoni .

(63)

  Loneliness (europa.eu) .

(64)

  WMH REVIEW FINAL (who.int) .

(65)

Il-Konvenzjoni ta’ Istanbul: Action against violence against women and domestic violence .

(66)

  EUR-Lex - 52022PC0105 - MT - EUR-Lex (europa.eu)

(67)

  Il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2023 .

(68)

  https://cordis.europa.eu/project/id/101057390

(69)

  Il-proġett HappyMms .

(70)

  Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025 .

(71)

  Study on the economic, social and human costs of trafficking in human beings within the EU - Publications Office of the EU (europa.eu) .

(72)

 Fi qbil mal- Istrateġija tal-UE dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin (2021-2025) .

(73)

  Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (2021-2027) (europa.eu) .

(74)

Fl-2021, il-Kummissjoni Ewropea adottat l-istrateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità (2021-2030) fi qbil mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità li l-UE u l-Istati Membri tagħha huma parti għaliha.

(75)

  Pakkett dwar l-Impjiegi għall-Persuni b’Diżabbiltà .

(76)

  Long COVID and mental health correlates: a new chronic condition fits existing patterns - PubMed (nih.gov) .

(77)

Skont id-WHO, madwar persuna waħda minn kull ħamsa li llum qegħdin jesperjenzaw il-qerda tal-gwerra se tkun qed tħabbat wiċċha ma’ kundizzjoni tas-saħħa mentali fl-10 snin li ġejjin, u persuna waħda minn kull għaxra se jkollha kundizzjoni severa bħal disturb jew psikożi minn stress postrawmatiku.

(78)

Ara l-azzjoni ewlenija dwar l-appoġġ għas-Saħħa Mentali għall-persuni spostati u affettwati tal-Ukrajna.

(79)

  Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (2021-2027) (europa.eu) .

(80)

Nicholas Pleace (2023) Social and healthcare services for homeless people: a discussion paper forthcoming in European Platform on Combatting Homelessness.

(81)

  https://commission.europa.eu/system/files/2021-01/eu_roma_strategic_framework_for_equality_inclusion_and_participation_for_2020_-_2030_0.pdf .

(82)

Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI, ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57 – 73.

(83)

Ir-rapport tal-2018 mis-Saħħa Pubblika ta’ Franza

(84)

  Missjoni tal-UE: il-Kanċer (europa.eu) .

(85)

Appoġġ finanzjarju fl-ambitu tal-programm ta’ ħidma tal-UE għas-Saħħa għall-2023: CR-g-23-19.01 Għotjiet ta’ azzjoni dwar l-isfidi tas-saħħa mentali għall-pazjenti bil-kanċer u għas-superstiti tal-kanċer.

(86)

Pereżempju, kif stabbilit fir- Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom .

(87)

Ara https://osha.europa.eu/en/publications/osh-pulse-occupational-safety-and-health-post-pandemic-workplaces .

(88)

  Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol EU-OSHA (europa.eu) . Id-Direttiva Qafas dwar l-OSH (89/391/KEE) tistabbilixxi l-obbligu ta’ impjegatur li jevalwa r-riskji għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema, inklużi r-riskji psikosoċjali, u li jimplimenta miżuri protettivi. Id-Direttiva dwar ix-xogħol b’tagħmir li għandu display screen (90/270/KEE), id-Direttiva dwar il-post tax-xogħol (89/654/KEE), u d-Direttiva dwar il-prevenzjoni ta’ korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fis-settur tal-isptarijiet u tal-kura tas-saħħa (2010/32/UE) jindirizzaw ukoll aspetti tax-xogħol rilevanti għar-riskji psikosoċjali.

(89)

Pereżempju COM(2002) 118; COM(2007) 62; COM/2014/0332.

(90)

COM(2021) 323 final.

(91)

 L- Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol (europa.eu) .

(92)

  Ħaddiema b’saħħithom, kumpaniji li jirnexxu - gwida prattika għall-benesseri fuq il-post tax-xogħol .

(93)

  https://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=mt&catId=89&furtherNews=yes&newsId=10582#navItem-1  

(94)

  Id-Direttiva tal-Kunsill dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa fuq il-post tax-xogħol .

(95)

  Id-Direttiva tal-Kunsill dwar ix-xogħol b’tagħmir li għandu display screen .

(96)

  L-Istrateġija Ewropea għall-Kura .

(97)

Appoġġ finanzjarju pprovdut mill-baġit tal-EU-OSHA.

(98)

  https://osha.europa.eu/en/legislation/guidelines/labour-inspectors-guide-assessing-quality-risk-assessments-and-risk-management-measures-regard-prevention-msds

(99)

Health at a Glance: Rapport tal-Ewropa għall-2022 (ara n-nota 37 f’qiegħ il-paġna 8).

(100)

  Global developments in social prescribing - PubMed (nih.gov) .

(101)

  Systematic review of social prescribing and older adults: where to from here? - PubMed (nih.gov) .

(102)

  EUR-Lex - 52012SC0414 - EN - EUR-Lex (europa.eu) .

(103)

Ir-rapport tal-grupp ta’ esperti “Mapping metrics of health promotion and disease prevention for health system performance assessment” jinkludi studju tal-każ dwar is-saħħa mentali u l-aħjar prattiki dwar il-preskrizzjoni soċjali

(104)

 Il- Prospettiva strateġika (europa.eu) .

(105)

Sabiex jiġu appoġġati l-investimenti u r-riformi fl-Istati Membri permezz ta’ bini tal-kapaċità mmirat, f’April 2023 sar stħarriġ, permezz ta’ ħidma kollaborattiva bejn il-Kummissjoni, il-WHO u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), biex tiġi pprovduta stampa tal-politiki dwar is-saħħa mentali fl-Istati Membri.

(106)

  TSI 2024 Flagship - Is-saħħa mentali: It-trawwim tal-benesseri u tas-saħħa mentali (europa.eu)

(107)

Fi qbil man- Nazzjonijiet Uniti – Il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (UNCRPD).

(108)

OSH Pulse (flash Eurobarometer survey, 2022): “Occupational safety and health in post-pandemic workplaces”. Ir-rapport jinkludi r-riżultati tal-mistoqsijiet dwar ir-riskji psikosoċjali u l-iskedi informattivi tal-pajjiżi individwali u artiklu minn esperti ta’ segwitu dwar is-saħħa mentali u l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19.

(109)

World Mental Health Day (who.int) .

(110)

  C4H_SummaryReport_V11LP_shortsmall.pdf (cultureforhealth.eu) .

(111)

Iffinanzjati fl-ambitu tal- programm l-UE għas-Saħħa (EUR 18,36-il miljun: baġit fl-ambitu tal-programm ta’ ħidma għall-2023 maħsub għall-attivitajiet tas-saħħa mentali).

(112)

Id-Dikjarazzjoni Konġunta għall-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti tat-30 u l-31 ta’ Mejju 2023.

(113)

  EU Global Health Strategy to improve global health security and deliver better health for all (europa.eu) .

(114)

  Youth Action Plan (europa.eu) .

(115)

  Il-paġna ewlenija - Fond Globali għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkulożi u l-Malarja .

(116)

  L-inizjattiva Spotlight — X’nagħmlu aħna: Ending violence against women and girls | UN Women – Headquarters .

(117)

  New WHO prevalence estimates of mental disorders in conflict settings: a systematic review and meta-analysis - The Lancet .

(118)

  IASC Minimum Service Package : Mental Health and Psychosocial Support.

(119)

Appoġġ finanzjarju pprovdut fl-ambitu tal- Programm Reġjonali tas-Sħubija tal-Lvant tal-NDICI biex jipprovdi appoġġ psikoloġiku fl-Ukrajna.

(120)

  Il-proġetti tal-UE għas-Saħħa biex jipprovdu appoġġ għas-saħħa mentali lir-refuġjati Ukreni.

(121)

  https://ifightdepression.com/en/ : disponibbli bl-Ukren, u adattat għall-kultura.

(122)

Baġit: EUR 28,4 miljun mobilizzati fl-ambitu tal- programm ta’ ħidma l-UE għas-Saħħa għall-2022 .

(123)

Baġit: EUR 750 000 iffinanzjati fl-ambitu tal- Programm ta’ Kapaċità Msaħħa ta’ Rispons .

(124)

WHO, UNICEF, UNHCR u UNFPA https://mhpssmsp.org/en .

(125)

  Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (europa.eu).

(126)

  Ir-Regolament (UE) 2021/522 dwar il-Programm l-UE għas-Saħħa .

(127)

  com_2022-5436_annex2_en.pdf (europa.eu)

(128)

  wp2023_annex_en.pdf (europa.eu) .

(129)

  Orizzont Ewropa (europa.eu) .

(130)

Baġit globali ta’ EUR 7,2 biljun huwa disponibbli fl-ambitu tal-FEŻR għall-infrastruttura u t-tagħmir tas-saħħa, li jista’ jinkludi miżuri għas-saħħa mentali u l-inklużjoni soċjali.

(131)

  Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri (CERV) (europa.eu) .

(132)

Daphne u d-drittijiet tat-tfal: c_2022_8588_1_en_annexe_acte_autonome_cp_part1_v2.pdf (europa.eu) .

(133)

EUR 22,9 miljun fl-ambitu tas-sejħa Daphne tal-2024 għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza kontra t-tfal għall-finanzjament tal-azzjonijiet li jappoġġaw speċifikament lill-vittmi u lis-superstiti u biex ikomplu jiżviluppaw sistemi integrati ta’ protezzjoni tat-tfal.