ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
8 ta' Mejju 2008


Werrej

 

IV   Atti oħrajn

Paġna

 

 

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

 

 

Kumitat Konġunt taż-ŻEE

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 149/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 150/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness I (Materji veterninarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

6

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 151/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness I (materji veterninarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

9

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 153/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 154/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ZEE

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 158/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) u Anness VIII (Drittijiet ta' stabbiliment) tal-Ftehim taż-ŻEE

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness VI (is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 161/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness X (Servizzi Awdjoviżivi) għall-Ftehim taż-ŻEE

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 162/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness XI (Is-servizzi ta' telekomunikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 164/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 165/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 166/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 167/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 168/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 169/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 170/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 171/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

39

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


IV Atti oħrajn

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

Kumitat Konġunt taż-ŻEE

8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 148/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta' April 2007 dwar listi ta' annimali u prodotti li għandhom ikunu eżaminati fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri skond id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (2) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/276/KE tad-19 ta' April 2007 li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/881/KE u 2002/459/KE rigward il-lista ta' postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/345/KE ta' l-10 ta' Mejju 2007 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2002/308/KE li tistabbilixxi listi ta’ żoni approvati u rziezet approvati rigward waħda mill-mardiet tal-ħut jew aktar magħruf bħala s-settiċemija emorraġika virali (VHS) u n-nekrosi ematopoietika infettiva (IHN) (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni 2007/275/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/349/KE (5) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skond il-Ftehim.

(6)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punti 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE) u 46 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/459/KE) fil-Parti 1.2:

“—

32007 D 0276: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/276/KE tad-19 ta’ April 2007 (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 34).”

2.

Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 136 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/677/KE) fil-Parti 1.2:

“137.

32007 D 0275: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta' April 2007 dwar listi ta' annimali u prodotti li għandhom ikunu eżaminati fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri skond id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9).

Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda għaż-żoni koperti mill-atti speċifiċi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 tal-Parti tad-dħul.”

3.

It-test tal-punt 113 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/349/KE) tal-Parti 1.2 għandu jitħassar.

4.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/308/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32007 D 0345: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/345/KE ta' l-10 ta’ Mejju 2007 (ĠU L 130, 22.5.2007, p. 16).”

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjonijiet 2007/275/KE, 2007/276/KE u 2007/345/KE fl-ilsien Iżlandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE ta' miegħu.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 53.

(2)  ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9.

(3)  ĠU L 116, 4.5.2007, p. 34.

(4)  ĠU L 130, 22.5.2007, p. 16.

(5)  ĠU L 121, 8.5.2002, p. 6.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 149/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/142/KE tat-28 ta' Frar 2007 li tistabbilixxi Tim Veterinarju Komunitarju ta' Emerġenza sabiex jgħin lill-Kummissjoni fl-appoġġ għall-Istati Membri u pajjiżi terzi fi kwistjonijiet veterinarji marbuta ma' ċertu mard ta' l-annimali (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/10/KE tal-21 ta' Frar 2007 li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu f'żona ta' protezzjoni wara tifqigħa tal-marda ta' l-infafet (vexxikulari) (3) fil-ħnieżer għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/146/KE tat-28 ta' Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mill-projbizzjoni ta' spedizzjoni għal kummerċ intrakomunitarju u fir-rigward tad-demarkazzjoni taż-żoni ristretti fil-Bulgarija, Franza, il-Ġermanja, u l-Italja (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/174/KE ta' l-20 ta' Marzu 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti provinċji jew reġjuni fl-Italja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi bovina, il-bruċellożi bovina u l-lewkożi bovina enżootika u li reġjun tal-Polonja huwa uffiċjalment ħieles mil-lewkożi bovina enżootika (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/182/KE tad-19 ta' Marzu 2007 dwar stħarriġ fuq il-marda ta' tnewwin kroniku fiċ-ċriev (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/227/KE tal-11 ta' April 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tad-deni katarrali (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE tas-26 ta' April 2007 li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE biex tinkludi miżuri tas-saħħa supplimentari għall-kummerċ tan-naħal ħaj, u sabiex taġġorna l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/268/KE tat-13 ta’ April 2007 dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljenza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur ta’ l-irziezet u fl-għasafar selvaġġi li għandha titwettaq fl-Istati Membri u li temenda d-Deċiżjoni 2004/450/KE (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/354/KE tal-21 ta' Mejju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tad-deni katarrali (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(11)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/357/KE tal-22 ta' Mejju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tad-deni katarrali (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(12)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għall-Iżlanda u l-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jkun emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2007/10/KE u tad-Deċiżjonijiet 2007/142/KE, 2007/146/KE, 2007/174/KE, 2007/182/KE, 2007/227/KE, 2007/265/KE, 2007/268/KE, 2007/354/KE u 2007/357/KE, fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 53.

(2)  ĠU L 62, 1.3.2007, p. 27.

(3)  ĠU L 63, 1.3.2007, p. 24.

(4)  ĠU L 64, 2.3.2007, p. 37.

(5)  ĠU L 80, 21.3.2007, p. 11.

(6)  ĠU L 84, 24.3.2007, p. 37.

(7)  ĠU L 98, 13.4.2007, p. 23.

(8)  ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17.

(9)  ĠU L 115, 3.5.2007, p. 3.

(10)  ĠU L 133, 25.5.2007, p. 37.

(11)  ĠU L 133, 25.5.2007, p. 44.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma ġew indikati.


ANNESS

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 137 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE) fil-Parti 1.2:

“138.

32007 D 0142: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/142/KE tat-28 ta' Frar 2007 li tistabbilixxi Tim Veterinarju Komunitarju ta' Emerġenza sabiex jgħin lill-Kummissjoni fl-appoġġ tagħha għall-Istati Membri u għal pajjiżi terzi fi kwistjonijiet veterinarji marbuta ma' ċertu mard ta' l-annimali (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 27).

Dan l-att m'għandux japplika għall-Iżlanda.”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiġi jiddaħħal fil-punt 9 (Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE) fil-Parti 3.1:

“—

32007 L 0010: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/10/KE tal-21 ta' Frar 2007 (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 24).”

3.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 33 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE) fil-Parti 3.2:

“—

32007 D 0146: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/146/KE tat-28 ta' Frar 2007 (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 37),

32007 D 0227: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/227/KE tal-11 ta' April 2007 (ĠU L 98, 13.4.2007, p. 23),

32007 D 0354: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/354/KE tal-21 ta' Mejju 2007 (ĠU L 133, 25.5.2007, p. 37),

32007 D 0357: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/357/KE tat-22 ta' Mejju 2007 (ĠU L 133, 25.5.2007, p. 44).”

4.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE) fil-Parti 3.2:

“38.

32007 D 0268: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/268/KE tat-13 ta’ April 2007 dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljenza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur ta’ l-irziezet u fl-għasafar selvaġġi li għandha titwettaq fl-Istati Membri u li temenda d-Deċiżjoni 2004/450/KE (ĠU L 115, 3.5.2007, p. 3)

Dan l-att m'għandux japplika għall-Iżlanda.”

5.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 70 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32007 D 0174: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/174/KE ta' l-20 ta' Marzu 2007 (ĠU L 80, 21.3.2007, p. 11).”

6.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 45 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 197/2006) fil-Parti 7.2:

“46.

32007 D 0182: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/182/KE tad-19 ta' Marzu 2007 dwar stħarriġ fuq il-marda ta' tnewwin kroniku fiċ-ċriev (ĠU L 84, 24.3.2007, p. 37).

Dan l-att m'għandux japplika għall-Iżlanda.”

7.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-parti 4.1 u 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-parti 8.1:

“—

32007 D 0265: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE tas-26 ta' April 2007 (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).”


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 150/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness I (Materji veterninarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 139/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (2).

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/23/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 li temenda l-Appendiċi B ta' l-Anness VII ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005 fir-rigward ta' ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam, il-ħalib u l-ħut fir-Rumanija (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/26/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 li temenda l-Appendiċi ta' l-Anness VI ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta' ċerti stabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/27/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 li tadotta ċerti miżuri tranżitorji rigward it-twassil ta' ħalib nej lill-istabbilimenti ta' l-ipproċessar u l-ipproċessar ta' dan il-ħalib nej fir-Rumanija fir-rigward tar-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nri 852/2004 u 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/29/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 li tistipula miżuri tranżitorji għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill imdaħħla fil-Bulgarija u r-Rumanija minn pajjiżi terzi qabel l-1 ta' Jannar 2007 (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/30/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 li tistipula miżuri tranżitorji għall-kummerċ ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali miksuba fil-Bulgarija u r-Rumanija (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/31/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 li tistipula l-miżuri tranżitorji fir-rigward tal-kunsinna ta' ċerti prodotti tas-setturi tal-laħam u tal-ħalib koperti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/213/KE tat-2 ta' April 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/31/KE li tistipula l-miżuri tranżitorji fir-rigward tad-dispaċċ ta' ċerti prodotti tas-setturi tal-laħam u tal-ħalib koperti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/264/KE tal-25 ta' April 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/30/KE fir-rigward ta' miżuri tranżitorji għal ċerti prodotti tal-ħalib miksuba fil-Bulgarija (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(11)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/398/KE tal-11 ta' Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/31/KE li tistipula l-miżuri tranżitorji fir-rigward tal-kunsinna ta' ċerti prodotti tas-setturi tal-laħam u tal-ħalib koperti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(12)

Fejn jirrigwarda l-Kapitolu I ta' l-Anness I, din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Iżlanda bil-perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitoli 1 ta' Anness 1 għall-oqsma li ma kinux japplikaw għall-Iżlanda qabel ma ġie rivedut dan il-Kapitolu mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (12).

(13)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tal-Ftehim għandhom jiġu emendati kif hemm speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2007/23/KE, 2007/26/KE, 2007/27/KE, 2007/29/KE, 2007/30/KE, 2007/31/KE, 2007/213/KE, 2007/264/KE u 2007/398/KE, fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta’ L-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi..

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak li fih issir l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*) jew, jekk ikun suċċessiv, fil-jum li fih jidħol fis-seħħ il-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE.

Matul il-perjodu sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE, id-Deċiżjoni għandha tapplika b'mod provviżorju mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni dwar il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE ta' miegħu.

Magħmul fi Brussell, 7 December 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 53.

(2)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 64.

(3)  ĠU L 8, 13.1.2007, p. 9.

(4)  ĠU L 8, 13.1.2007, p. 35.

(5)  ĠU L 8, 13.1.2007, p. 45.

(6)  ĠU L 8, 13.1.2007, p. 57.

(7)  ĠU L 8, 13.1.2007, p. 59.

(8)  ĠU L 8, 13.1.2007, p. 61.

(9)  ĠU L 94, 4.4.2007, p. 53.

(10)  ĠU L 114, 1.5.2007, p. 16.

(11)  ĠU L 150, 12.6.2007, p. 8.

(12)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 27

(*)  Ġew indikati r-rekwiżiti konstituzzjonali


ANNESS

L-Annessi I u II tal-Ftehim għandhom jiġu emendati kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiddaħħal fil-punt 16 (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) u jiddaħħal qabel it-test ta' adattament fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I, u l-punt 54zzzh (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Kapitolu XII ta' l-Anness II tal-Ftehim:

“Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin:

32007 D 0027: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/27/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 li tadotta ċerti miżuri tranżitorji rigward il-kunsinni ta' ħalib nej lill-istabbilimenti ta' l-ipproċessar u l-ipproċessar ta' dan il-ħalib nej fir-Rumanija fir-rigward tar-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nri 852/2004 u 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 8, 13.1.2007, p. 45).

32007 D 0030: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/30/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 li tistipula miżuri tranżitorji għall-kummerċ ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali miksuba fil-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 8, 13.1.2007, p. 59), kif emendata bi:

32007 D 0264: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/264/KE tal-25 ta' April 2007 (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 16).

32007 D 0031: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/31/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 li tistipula l-miżuri tranżitorji fir-rigward tal-kunsinna ta' ċerti prodotti tas-setturi tal-laħam u tal-ħalib koperti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra (ĠU L 8, 13.1.2007, p. 61), kif emendata bi:

32007 D 0213: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/213/KE tat-2 ta' April 2007 (ĠU L 94, 4.4.2007, p. 53),

32007 D 0398: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/398/KE tal-11 ta’ Ġunju 2007 (ĠU L 150, 12.6.2007, p. 8).”

2.

Dan li ġej għandu jiġi inkluż wara l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness I tal-Ftehim:

“—

32007 D 0029: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/29/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 li tistipula miżuri tranżitorji għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill imdaħħla fil-Bulgarija u r-Rumanija minn pajjiżi terzi qabel l-1 ta' Jannar 2007 (ĠU L 8, 13.1.2007, p. 57).”

3.

Dan li ġej għandu jiddaħħal fil-punt 16 (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) u jiddaħħal qabel it-test ta' adozzjoni fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I, u l-punt 54zzzh (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Kapitolu XII ta' l-Anness II tal-Ftehim:

“Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għar-Rumanija (l-Anness VII, il-Kapitolu 5, it-Taqsima B, il-Parti I), kif emendat bi:

32007 D 0023: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/23/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 8, 13.1.2007, p. 9).”

4.

Dan li ġej għandu jiddaħħal qabel it-test ta' adozzjoni fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I, u l-punt 54zzzh (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Kapitolu XII ta' l-Anness II tal-Ftehim:

“Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (l-Anness VI, il-Kapitolu 4, it-Taqsima B), kif emendat bi:

32007 D 0026: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/26/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 8, 13.1.2007, p. 35).”


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 151/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness I (materji veterninarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 496/2007 tal-4 ta' Mejju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 rigward l-introduzzjoni ta’ limitu ta’ residwu massimu għall-addittiv fl-għalf Salinomax 120G, li jagħmel parti mill-grupp tal- coccidiostats u ta’ sustanzi mediċinali oħrajn (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 497/2007 tas-4 ta' Mejju 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta' l-endo-1,4-beta xylanase EC 3.2.1.8 (Safizym X) bħala addittiv fl-għalf (3) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2007 tas-7 ta' Mejju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1463/2004 dwar l-introduzzjoni tal-limitu massimu tar-residwu ta' għall-addittiv fl-għalf Sacox 120 microGranulate, li jamgħel parti mill-grupp ta' coccidiostats u ta' sustanzi mediċinali oħra (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 516/2007 ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' addittiv ta' l-għalf (5) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(6)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2007 tal- 15 ta’ Mejju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għall-prodott ta’ fermentazzjoni Aspergillus oryzae (NRRL 458) (Amaferm) bħala addittiv fl-għalf (6) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(7)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġu miżjud fil-punt 1zzb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1463/2004):

“—

32007 R 0500: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 500/2007 tas-7 ta' Mejju 2007 (ĠU L 118, 8.5.2007, p. 3).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiġu miżjud fil-punt 1zzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005):

“—

32007 R 0496: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 496/2007 ta' l-4 ta' Mejju 2007 (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 9).”

3.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 1zzzo (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2007):

“1zzzp.

32007 R 0497: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 497/2007 ta' l-4 ta' Mejju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta' l-endo-1,4-beta xylanase EC 3.2.1.8 (Safizym X) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 117, 5.5.2007, p. 11).

1zzzq.

32007 R 0516: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 516/2007 ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' addittiv ta' l-għalf (ĠU L 122, 11.5.2007, p. 22).

1zzzr.

32007 R 0537: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għall-prodott ta’ fermentazzjoni Aspergillus oryzae (NRRL 458) (Amaferm) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 13).”

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 496/2007, 497/2007, 500/2007, 516/2007 u 537/2007, fl-ilsien Islandiz u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandu jitqies bħala awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 62.

(2)  ĠU L 117, 5.5.2007, p. 9.

(3)  ĠU L 117, 5.5.2007, p. 11.

(4)  ĠU L 118, 8.5.2007, p. 3.

(5)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 22.

(6)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 13.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 152/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 538/2007 tal-15 ta' Mejju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ l-Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv ta’ l-għalf (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(3)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina prodotta minn Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittiv fl-għalf (3) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(4)

Deċiżjoni Nru 623/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 li temenda d-Direttiva 2002/2/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' l-għalf kompost (4) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(5)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 1zzzr (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2007):

“1zzzs.

32007 R 0538: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 538/2007 tal-15 ta' Mejju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ l-Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv ta’ l-għalf (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 16).

1zzzt.

32007 R 0634: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2007 tas- 7 ta’ Ġunju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina prodotta minn Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 146, 8.6.2007, p. 14).”

2.

Li ġej għandu jiżdied fis-16-il inċiż (id-Direttiva 2002/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-punt 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE):

“, kif emendat b'li ġej:

32007 D 0623: Deċiżjoni Nru 623/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 (ĠU L 154, 14.6.2007, p. 23).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 538/2007 u (KE) Nru 634/2007 u d-Deċiżjoni Nru 623/2007/KE, fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 62.

(2)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 16.

(3)  ĠU L 146, 8.6.2007, p. 14.

(4)  ĠU L 154, 14.6.2007, p. 23.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 153/2007

tas-7 ta' Diċembru 2007

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Potokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim” u b'mod partikolari għall-Atikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċizjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru. 132/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1)

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/48/KE tas-26 ta' Lulju 2007 li temenda d-Direttiva 2003/90/EC li tfassal miżuri ta' implimentazzjoni għall-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li se jkunu kopruti bħala minimu minn eżami u l-kundizzjonijiet minimi biex jiġu eżaminati xi varjetajiet ta' speċji ta' pjanti argrikoli (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/49/KE tas-26 ta' Lulju 2007 li temenda d-Direttiva 2003/91/EC li tfassal miżuri ta' implimentazzjoni għall-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li se jkunu kopruti bħala minimu minn eżami u l-kundizzjonijiet minimi biex jiġu eżaminati varjetajiet ta' xi speċji veġetali (3), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 920/2007 ta' l-1 ta' Awissu 2007 li jemenda r-Regolament Nru 930/2000 li jistabilixxi regoli ta' implimentazzjoni dwar kemm huwa xieraq d-denominazzjoni tal-varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli u speċi veġetali (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kapitolu III ta' Anness I għall-Ftehim se jiġi emedat kif ġej:

1.

Dan li ġej se jiġi miżjud mal-punt 14 (Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE):

“—

32007 L 0048: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/48/KE tas-26 ta' Lulju 2007 (ĠU L 195, 27.7.2007, p. 29).”

2.

Dan li ġej se jiġi miżjud fil-punt 15 (Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE) fit- Taqsima 1:

“—

32007 L 0049: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/49/KE tas-26 ta' Lulju 2007 (ĠU L 195, 27.7.2007, p. 33).”

3.

Dan li ġej se jiġi miżjud fil-punt 18 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 930/2000) fit-Taqsima 2:

“, kif emendat minn:

32007 R 0920: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 920/2007 tal-1 ta' Awwissu 2007 (ĠU L 201, 2.8.2007, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 920/2007 u d-Direttivi 2007/48/KE u 2007/49/EC fil-lingwi Iżlandiżi u Norveġiżi, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Dicembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE tal-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1

(2)  ĠU L 195, 27.7.2007, p. 29.

(3)  ĠU L 195, 27.7.2007, p. 33.

(4)  ĠU L 201, 2.8.2007, p. 3

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 154/2007

tas-7 ta' Diċembru 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ZEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea kif, emendat bil-Potokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim” u b'mod partikolari għall-Artikolu 98 tiegħu,

Billi

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz ta' Deċizjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru. 139/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1)

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/28/KE tal-25 ta' Mejju 2007 li temenda ċertu Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward ta' l-livelli massimi ta' residwi għall-azoxystrobin, klorfenapir, folpet, iprodjon, lambda-ċijalotrin, maleic hydrazide, metalaxyl-M u trifloxystrobin (2) għandha tiġi inkorporata f'dan il-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummisjoni 2007/29/KE tat-30 ta' Mejju 2007 li temenda d-Direttiva 96/8/EC fir-rigward ta' ittikkettar, reklamar jew preżentazzjoni ta' ikel għal użu f'dieti b'kaloriji ristretti għat-tnaqqis ta' piż żejjed (3) għandha tiġi inkorporata f'dan il-Ftehim.

(4)

Din id-deċiżjoni ma tapplikax għal Liechtenstein

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ

Artikolu 1

Kapitolu XII ta' l-Anness II għall-Ftehim se jiġi emedat kif ġej:

1.

Dan l-inċiż se jiġi miżjud f'punti 39 (Direttiva tal-Kunsill 86/363/ŻEE) u 54 (Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE):

“—

32007 L 0028: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/28/KE tal-25 ta' Mejju 2007 (ĠU L 135, 26.5.2007, p. 6)”

2.

Dan li ġej se jiġi miżjud ma' punt 54p (Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE):

“, kif emendat minn

32007 L 0029: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/29/KE tat-30 ta' Mejju 2007 (ĠU L 139, 31.5.2007, p. 22)”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2007/28/KE u 2007/29/KE fil-lingwi Iżlandizi u Norveġiżi, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Dicembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni se tiġi pubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmulfi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 64.

(2)  ĠU L 135, 26.5.2007, p. 6

(3)  ĠU L 139, 31.5.2007, p. 22

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 155/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 703/2007 tal-21 ta' Ġunju 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel li joriġina mill-annimali, fir-rigward ta’ Dihydrostreptomycin u Streptomycin (2) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied f'punt 14 (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90) tal-Kapitolu XIII ta' l-Anness II tal-Ftehim:

“—

32007 R 0703: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 703/2007 tal-21 ta’ Ġunju 2007 (ĠU L 161, 22.6.2007, p. 28).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 703/2007 bl-Iżlandiż u n-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 66

(2)  ĠU L 161, 22.6.2007, p. 28.

(*)  L-ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 156/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 141/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/395/KE tas-7 ta’ Ġunju 2007 rigward id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-użu ta’ paraffini klorinati short-chain notifikati mir-Renju ta’ l-Olanda skond l-Artikolu 95(4) tat-Trattat KE (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 12x (id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV ta' l-Anness II tal-Ftehim:

“12y.

32007 D 0395: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/395/KE tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirreferu għall-użu ta’ paraffini klorinati short-chain notifikati mir-Renju ta’ l-Olanda skond l-Artikolu 95(4) tat-Trattat KE (ĠU L 148, 9.6.2007, p. 17).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2007/395/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fit-Taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE ta' miegħu.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 68.

(2)  ĠU L 148, 9.6.2007, p. 17.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 157/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/22/KE tas-17 ta' April 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kosmetiċi, bil-għan li l-Annessi IV u IV tagħha jiġu adattati għall-progress tekniku (2) għandha tkun inkorporata mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE) tal-Kapitolu XVI ta' l-Anness II għall-Ftehim:

“—

32007 L 0022: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/22/KE tas-17 ta' April 2007 (ĠU L 101, 18.4.2007, p. 11).”

Artikolu 2

Id-dokumenti testwali tad-Direttiva 2007/22/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE ta' miegħu.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 101, 18.4.2007, p. 11.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 158/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) u Anness VIII (Drittijiet ta' stabbiliment) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness V tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2005 tal-11 ta' Marzu 2005 (1).

(2)

L-Anness VIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2005 tal-11 ta' Marzu 2005.

(3)

Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom li jiċcirkolaw u jirrisjedu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri, li temenda r-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 635/2006 tal-25 ta’ April 2006 li jħassar r-Regolament (KEE) Nru 1251/70 dwar id-dritt tal-ħaddiema li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru wara li kienu impjegati f'dak l-Istat (3) għandhu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva 2004/38/KE tħassar, b'effett mit-30 ta' April 2006, id-Direttivi tal-Kunsill 64/221/KE (4), 68/360/KEE (5), 72/194/KEE (6), 73/148/KEE (7), 75/34/KEE (8), 75/35/KEE (9), 90/364/KEE (10), 90/365/KEEC (11) u 93/96/KEEC (12), li huma inkorporati fil-Ftehim u li huma konsegwentement irrevokati taħt il-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva 2004/38/KE tħassar, b'effett mit-30 ta' April 2006, l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 (13), li huwa inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 635/2006 iħassar, b'effett mit-30 ta' April 2006, ir-Regolament (KEE) Nru 1251/70 (14), li huwa inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt dan il-Ftehim.

(8)

Il-kunċett ta' “Ċittadinanza ta' l-Unjoni” m'huwiex inkluż fil-Ftehim.

(9)

Il-politika ta' l-immigrazzjoni m'huwiex parti mill-Ftehim.

(10)

Dan il-Ftehim ma japplikax għal ċittadini ta' pajjiżi terzi. Il-membri tal-familja, fis-sens ta' tifsira tad-Direttiva, li jkollhom ċittadinanza ta' pajjiż terz, għandhom madankollu jgawdu minn ċerti drittijiet derivati bħal dawk previsti fl-Artikolu 12(2), 13(2) u 18 meta jidħlu jew joħorġu mill-pajjiż ospitanti.

(11)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 191/1999 (15) tas-17 ta' Diċembru 1999 introduċiet adattamenti settorjali ġodda għall-Anness V u l-Anness VIII dwar il-Liechtenstein, li ġew emendati skond il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fiż-Żona Ekonomika Ewropea (16), iffirmat fil-Lussemburgu fl-14 ta' Ottubru 2003.

(12)

L-inkorporazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE fil-Ftehim għandha tkun bla ħsara għal dawn l-adattamenti settorjali fir-rigward tal-Liechtehstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness VIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 73/148/KEE) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

32004 L 0038: Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċcirkolaw u jirrisjedu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri, li temenda r-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

(a)

Id-Direttiva tapplika, kif xieraq, għall-oqsma koperti mill-Anness.

(b)

Il-Ftehim japplika għal ċittadini tal-Partijiet Kontraenti. Madankollu, il-membri tal-familja tagħhom fis-sens tat-tifsira tad-Direttiva li għandhom ċittadinanza ta' pajjiż terz għandhom igawdu minn ċerti drittijiet skond id-Direttiva.

(c)

Il-kliem ‘Ċittadin(i) ta' l-Unjoni’ għandhom jinbidlu bil-kliem ‘ċittadin(i) ta' l-Istati Membri tal-KE u ta' l-Istati EFTA’.

(d)

Fl-Artikoli 24(1) il-kelma ‘Trattat’ għandha tinbidel bi ‘Ftehim’ u l-kliem ‘liġi sekondarja’ għandhom jinbidlu b' ‘liġi sekondarja inkorporata fil-Ftehim’.”

2.

It-test tal-punti 4 (Direttiva tal-Kunsill 75/34/KEE), 5 (Direttiva tal-Kunsill 75/35/KEE), 6 (Direttiva tal-Kunsill 90/364/KEE), 7 (Direttiva tal-Kunsill 90/365/KEE) u 8 (Direttiva tal-Kunsill 93/96/KEE) għandu jkun imħassar.

Artikolu 2

L-Anness V tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 64/221/KEE) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

“L-att imsemmi fil-punt 3 ta' l-Anness VIII ta' dan il-Ftehim (id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), kif adattat għall-iskop tal-Ftehim għandu japplika, kif xieraq, għall-oqsma koperti minn dan l-Anness.”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 2 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68):

“—

32004 L 0038: Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta' April 2004 (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).”

3.

It-test tal-punt 4 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1251/70) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

32006 R 0635: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 635/2006 tal-25 ta’ April 2006 li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1251/70 dwar id-dritt tal-ħaddiema li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru wara li kienu impjegati f'dak l-Istat (ĠU L 112, 26.4.2006, p. 9).”

4.

It-test ta' punti 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 68/360/KEE) u 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 72/194/KEE) għandu jiġi mħassar.

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 2004/38/KE u Regolament (KE) Nru 635/2006 bl-Iżlandiż u n-Norveġiż, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom jkunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 198, 25.7.2005, p. 45.

(2)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

(3)  ĠU L 112, 26.4.2006, p. 9.

(4)  ĠU 56, 4.4.1964, p. 850/64.

(5)  ĠU L 257, 19.10.1968, p. 13.

(6)  ĠU L 121, 26.5.1972, p. 32.

(7)  ĠU L 172, 28.6.1973, p. 14.

(8)  ĠU L 14, 20.1.1975, p. 10.

(9)  ĠU L 14, 20.1.1975, p. 14.

(10)  ĠU L 180, 13.7.1990, p. 26.

(11)  ĠU L 180, 13.7.1990, p. 28.

(12)  ĠU L 317, 18.12.1993, p. 59.

(13)  ĠU L 257, 19.10.1968, p. 2.

(14)  ĠU L 142, 30.6.1970, p. 24.

(15)  ĠU L 74, 15.3.2001, p. 29.

(16)  ĠU L 130, 29.4.2004, p. 11.

(*)  ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.


Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar id-Deċiżjoni Nru 158/2007 li tinkorpora d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim

Il-kunċett ta' Ċittadinanza ta' l-Unjoni kif introdott mit-Trattat ta' Maastricht (issa fl-Artikoli 17 seq. tat-Trattat tal-KE) m'għandhux ekwivalenti fil-Ftehim taż-ŻEE. L-inkorporazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE fil-Ftehim taż-ZEE għandu jkun bla ħsara għall-evalwazzjoni tar-relevanza taż-ŻEE għal leġiżlazzjoni futura ta' l-UE kif ukoll il-każistika futura tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja bbażata fuq il-kunċett ta' Ċittadinanza ta' l-Unjoni. Il-Ftehim taż-ŻEE ma jipprovdix bażi legali għad-drittijiet politiċi ta' ċittadini taż-ŻEE.

Il-Partijiet kontraenti jaqblu li l-politika ta' immigrazzjoni m'hijiex koperta mill-Ftehim taż-ZEE. Id-drittijiet ta' residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jaqgħu barra l-ambitu tal-Ftehim bl-eċċezzjoni tad-drittijiet mogħtija mid-Direttiva lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu membri tal-familja ta' ċittadin taż-ŻEE li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu skond il-Ftehim taż-ŻEE minħabba li dawn id-drittijiet ikunu riżultat tad-dritt għal moviment liberu taċ-ċittadini taż-ŻEE. L-Istati EFTA jagħrfu li huwa ta' importanza għaċ-ċittadini ŻEE li jagħmlu użu mid-dritt tagħhom għal moviment liberu tal-persuni, li l-membri tal-familja tagħhom fis-sens tat-tifsira tad-Direttiva u li għandhom ċittadinanza ta' pajjiżi terzi jgawdu wkoll ċerti drittijiet derivati bħal dawk previsti fl-Artikoli 12(2), 13(2) u 18. Dawn huwa bla ħsara għall-Artikolu 118 tal-Ftehim taż-ZEE u l-iżvilupp futur ta' drittijiet indipendenti ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jaqgħux taħt l-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE.


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 159/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness VI (is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi ta' sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 311/2007 tad-19 ta' Marzu 2007 li jemenda r-Regolment tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jimxu ġewwa l-Komunità (3) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness VI mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 1 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71):

“—

32006 R 1992: Ir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 392, 30.12.2006, p. 1).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 2 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72):

“—

32007 R 0311: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 311/2007 tad-19 ta' Marzu 2007 (ĠU L 82, 23.3.2007, p. 6).”

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1992/2006 u 311/2007 fl-ilsien Islandiz u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 392, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 82, 23.3.2007, p. 6.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 160/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/482/KE tad-9 ta' Lulju 2007 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE konnessa ma' kontrolli fuq assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili rigward l-użu ta' vetturi bil-mutur (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 8c (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2005/849/KE) ta' l-Anness IX għall-Ftehim:

“8d.

32007 D 0482: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/482/KE tad-9 ta' Lulju 2007 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE konnessa ma' kontrolli fuq assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili rigward l-użu ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 180, 10.7.2007, p. 42).”

Artikolu 2

It-testi ta' d-Deċiżjoni 2007/482/KE fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, se jkunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 180, 10.7.2007, p. 42.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 161/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness X (Servizzi Awdjoviżivi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness X tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 11/2004 tat-6 ta' Frar 2004 (1).

(2)

Rakkomandazzjoni 2005/865/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar il-wirt ċinematografiku u l-kompetittività ta' attivitajiet industrijali relatati (2), għandha tiġi nkorporata.fil-Ftehim

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej se jiddaħħal wara l-punt 4 (Riżoluzzjoni 1999/C 30/01 tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri) ta' l-Anness X tal-Ftehim

“5.

32005 H 0865: Rakkomandazzjoni 2005/865/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar il-wirt ċinematografiku u l-kompetittività ta' attivitajiet industrijali relatati, (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 57).”

Artikolu 2

It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2005/865/KE fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, se jkunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Dicembru 2007, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha taħt Artiklu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt tal-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 116, 22.4.2004, p. 60.

(2)  ĠU L 323, 9.12.2005, p. 57.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 162/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness XI (Is-servizzi ta' telekomunikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 143/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/98/EC ta' l-14 ta' Frar 2007 dwar l-użu armoniżżat ta' l-ispektrum tar-radju fil-meded ta' frekwenzi ta' 2 GHz għall-implimentazzjoni tas-sistemi li jipprovdu servizzi tas-satellita mobili (2)għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim

(3)

Id-Deċizjoni tal-Kummisjoni 2007/131/KE tal-21 ta' Frar 2007 dwar il-permess ta' użu ta' l-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ta' medda ultra-wiesgħa, b'mod armoniżżat fil-Komunità (3)għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej se jiġi inkluż wara l-punt 5cu (Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness XI tal-Ftehim:

“5cv.

32007 D 0098: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/98/EC ta' l-14 ta' Frar 2007 dwar l-użu armoniżżat ta' l-ispektrum tar-radju fil-meded ta' frekwenzi ta' 2 GHz għall-implimentazzjoni tas-sistemi li jipprovdu servizzi tas-satellita mobili(ĠU L 43, 15.2.2007, p. 32).

5cw.

32007 D 0131: Id-Deċizjoni tal-Kummisjoni 2007/131/KE tal-21 ta' Frar 2007 dwar il-permess ta' użu ta' l-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ta' medda ultra-wiesgħa, b'mod armoniżżat fil-Komunità(ĠU L 55, 23.2.2007, p. 33).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2007/98/KE u 2007/131/KE fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, se jkunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 84.

(2)  ĠU L 43, 15.2.2007, p. 32.

(3)  ĠU L 55, 23.2.2007, p. 33.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 163/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/32/KE ta’ l-1 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Anness VI tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja u l-Anness VI tad-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (2) għandha tiġi inkorporata f'dan il-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37a (id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE) u 37d (Direttiva 2001/16/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32007 L 0032: Direttiva tal-Kummissjoni 2007/32/KE tal-1 ta' Ġunju 2007 (ĠU L 141, 2.6.2007, p. 63).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2007/32/KE fil-lingwa Iżlandiża u fil-lingwa Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, se jkunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 89.

(2)  ĠU L 141, 2.6.2007, p. 63.

(*)  L-ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 164/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 653/2007 tat-13 ta' Ġunju 2007 dwar l-użu ta’ format komuni Ewropew għaċ-ċertifikati tas-sigurtà u d-dokumenti ta’ l-applikazzjoni skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dwar il-validità taċ-ċertifikati tas-sigurtà li nħarġu skond id-Direttiva 2001/14/KE (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF GEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej se jiddaħħal wara l-punt 42e (Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewopew u l-Kunsill) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

“42ea

32007 R 0653: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 653/2007 tat-13 ta' Ġunju 2007 dwar l-użu ta' format komuni Ewropew għaċ-ċertifikati ta' sigurtà u dokumenti ta' applikazzjoni skond Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-validità ta' ċertifikati tas-sigurtà kkunsinnati taħt id-Direttiva 2001/14/KE(ĠU L 153, 14.6.2007, p. 9)”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 653/2007 fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni se tidhol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Arikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ZEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni se tiġi ppublikata fis-Sezzjoni taz-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 89.

(2)  ĠU L 153, 14.6.2007, p. 9.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 165/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 93/2007 tat-30 ta' Jannar 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi Kumitat dwar is-Sigurtà ta' l-Ibħra u l-Prevenzjoni mit-Tniġġis mill-Bastimenti (COSS) (2)għandu jiġi inkorporat f'dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej se jiġi miżjud f'punt 56n (ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32007 R 0093: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 93/2007 tat-30 ta’ Jannar 2007 (ĠU L 22, 31.1.2007, p. 12).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 93/2007 fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Noreġiża, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, se jkunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni se tkun ippublikata fis-Sezzjoni u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 89.

(2)  ĠU L 22, 31.1.2007, p. 12.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 166/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 593/2007 tal-31 ta’ Mejju 2007 dwar miżati u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 593/2007 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 488/2005 (3), li jinsab inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt dan il-Ftehim.

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 66s (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 488/2005) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

32007 R 0593: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 593/2007 tal-31 ta’ Mejju 2007 dwar miżati u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea (ĠU L 140, 1.6.2007, p. 3)”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 593/2007 fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiżau tan-Norveġja, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, se jkunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni se tkun ippublikata fis-Sezzjoni u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 89.

(2)  ĠU L 140, 1.6.2007, p. 3.

(3)  ĠU L 81, 30.3.2005, p. 7, Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 779/2006 (ĠU L 137, 25.5.2006, p. 3).

(*)  L-ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 167/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (2), ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-arja fl-ajru uniku Ewropew (3) u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku ta' l-Ajru (4) kienu inkorporati fil-Ftehim b’Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2006 (5) tat-2 ta’ Ġunju 2006, b' addattamenti speċifiċi għal kull pajjiż.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' protokoll ta' trasferiment ta' messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta' titjiriet bejn ċentri ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 66wb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

“66wba.

32007 R 0633: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' protokoll ta' trasferiment ta' messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta' titjiriet bejn ċentri ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru (ĠU L 146, 8.6.2007, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 633/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropeau u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 89.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(4)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(5)  ĠU L 245, 7.9.2006, p. 18.

(6)  ĠU L 146, 8.6.2007, p. 7.

(*)  L-ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 168/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/151/KE tas-6 ta' Marzu 2007 li jikkonċernaw il-kwestjonarji għar-rapporti ta' l-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart, u l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punti 1ca (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/741/KE) u 1cb (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/622/KE) ta' l-Anness XX għall-Ftehim:

“, kif emendat b'li ġej:

32007 D 0151: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/151/KE tas-6 ta’ Marzu 2007 (ĠU L 67, 7.3.2007, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2007/151/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 92.

(2)  ĠU L 67, 7.3.2007, p. 7.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 169/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/534/KE ta' l-20 ta' Lulju 2006 dwar kwestjonarji għar-rapporti ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE matul il-perjodu 2005-2007 (2) għandha tiddaħħal fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 21abb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/529/KE) ta' l-Anness XX tal-Ftehim:

“21abc.

32006 D 0534: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/534/KE ta' l-20 ta' Lulju 2006 dwar kwestjonarji għar-rapporti ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE matul il-perjodu 2005-2007 (ĠU L 213, 3.8.2006, p. 4).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2006/534/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 92.

(2)  ĠU L 213, 3.8.2006, p. 4.

(*)  L-ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 170/2007

tas-7 ta' Diċembru 2007

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim” u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim ġie emendat permezz ta' Deċizjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1)

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2007 tas-16 ta’ Lulju 2007 li jtemm il-perjodu tranżitorju stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar prospetti ta’ l-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq (2) għandu jiġi inkorporat f'dan il-Ftehim

(3)

Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej se jiddaħħal wara l-punt 7fa (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2004) ta' l-Anness XXI tal-Ftehim

“7fb

32007 R 0833: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2007 tas-16 ta’ Lulju 2007 Li jtemm il-perjodu tranżitorju stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar prospetti ta’ l-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq (ĠU L 185, 17.7.2007, p. 9).

Għall-iskopijiet tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament se jinqraw b'din l-emenda li ġejja:

Dan ir-Regolament ma japplikax għall-Iżlanda.”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (KE) Nru 833/2007 fil-lingwa Norveġiża li se jiġi pubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, se jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 185, 17.7.2007, p. 9

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati


8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 171/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 610/2007 ta' l-1 ta' Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 10 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet tar-Rappurtaġġ Finanzjarju Internazzjonali (IFRIC) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 611/2007 ta' l-1 ta' Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 11 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom ikun miżjuda wara l-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003) ta' l-Anness XXII tal-Ftehim:

“—

32007 R 0610: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 610/2007 ta' l-1 ta' Ġunju 2007 (ĠU L 141, 2.6.2007, p. 46).

32007 R 0611: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 611/2007 ta' l-1 ta' Ġunju 2007 (ĠU L 141, 2.6.2007, p. 49).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 610/2007 u 611/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 20 jum wara l-adozzjoni tagħha, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 141, 2.6.2007, p. 46.

(3)  ĠU L 141, 2.6.2007, p. 49.

(*)  L-ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.