EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0167

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 167/2007 tas- 7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 124, 8.5.2008, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/167(2)/oj

8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 167/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (2), ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-arja fl-ajru uniku Ewropew (3) u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku ta' l-Ajru (4) kienu inkorporati fil-Ftehim b’Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2006 (5) tat-2 ta’ Ġunju 2006, b' addattamenti speċifiċi għal kull pajjiż.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' protokoll ta' trasferiment ta' messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta' titjiriet bejn ċentri ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 66wb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

“66wba.

32007 R 0633: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' protokoll ta' trasferiment ta' messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta' titjiriet bejn ċentri ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru (ĠU L 146, 8.6.2007, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 633/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropeau u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 89.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(4)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(5)  ĠU L 245, 7.9.2006, p. 18.

(6)  ĠU L 146, 8.6.2007, p. 7.

(*)  L-ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


Top