EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0170

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 170/2007 tas- 7 ta' Diċembru 2007 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 124, 8.5.2008, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/170(2)/oj

8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 170/2007

tas-7 ta' Diċembru 2007

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim” u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim ġie emendat permezz ta' Deċizjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1)

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2007 tas-16 ta’ Lulju 2007 li jtemm il-perjodu tranżitorju stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar prospetti ta’ l-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq (2) għandu jiġi inkorporat f'dan il-Ftehim

(3)

Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej se jiddaħħal wara l-punt 7fa (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2004) ta' l-Anness XXI tal-Ftehim

“7fb

32007 R 0833: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2007 tas-16 ta’ Lulju 2007 Li jtemm il-perjodu tranżitorju stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 dwar prospetti ta’ l-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq (ĠU L 185, 17.7.2007, p. 9).

Għall-iskopijiet tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament se jinqraw b'din l-emenda li ġejja:

Dan ir-Regolament ma japplikax għall-Iżlanda.”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (KE) Nru 833/2007 fil-lingwa Norveġiża li se jiġi pubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, se jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 185, 17.7.2007, p. 9

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati


Top