EUR-Lex Adgang til EU-lovgivningen

Tilbage til forsiden

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (KE) Nru. 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Dan jistabbilixxi regoli biex jiġu protetti d-drittijiet tas-sigurtà soċjali meta tiċċaqlaq ġol-Unjoni Ewropea (UE) u l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera.
  • Hu jirrikonoxxi li Stati Membri tal-UE jiddeċiedu fuq aspetti bħall-benefiċjarji tas-sistemi tagħhom tas-sigurtà soċjali, il-livelli ta’ benefiċċji u kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà.
  • Dan ir-regolament dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali ma jissostitwixxix sistemi nazzjonali permezz ta’ sistema Ewropea waħda.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

  • Ir-regolament jkopri il-fergħat tradizzjonali kollha tas-sigurtà soċjali, jiġifieri:
    • il-mard,
    • il-maternità u l-paternità,
    • il-pensjonijiet tax-xjuħija,
    • il-pensjonijiet tal-invalidità u ta’ qabel l-irtirar,
    • il-benefiċċji għas-superstiti u l-għotjiet marbutin ma’ mewt,
    • il-qgħad,
    • il-benefiċċji tal-familja,
    • l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard okkupazzjonali.
  • Benefiċjarji huma ggarantit li l-benefiċċji tagħhom ser jitħallsu, li huma ser ikunu koperti għal kura tas-saħħa u li ser jirċievu l-benefiċċji familjari anki jekk jiċċaqilqu għal ġo Stat Membru ieħor.

Benefiċjarji

  • Iċ-ċittadini tal-UE kollha (u l-familji tagħhom) li huma koperti mil-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta’ Stat Membru jistgħu jibbenefikaw minn dawn ir-regoli ta’ koordinazzjoni. Huma japplikaw għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom, għall-impjegati taċ-ċivil, għall-istudenti u għall-pensjonanti, iżda wkoll għall-persuni qiegħda, li għadhom ma bdewx jaħdmu jew li ma għadhomx jaħdmu.
  • Ir-regoli ser japplikaw ukoll għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi u membri tal-familji tagħhom li jgħixu legalment fl-UE.

Prinċipji bażiċi

Il-benefiċjarji:

  • huma koperti mil-leġiżlazzjoni ta’ pajjiż wieħed u jħallsu primjums f’dak il-pajjiż - l-organizzazzjonijiet li jieħdu ħsieb is-sigurtà soċjali jiddeċiedu dwar il-ġuriżdizzjoni leġali li għaliha jappartjenu (il-prinċipju tal-liġi unika applikabbli);
  • għandhom l-istess drittijiet u obbligi bħaċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż fejn huma koperti (il-prinċipju ta’ trattament indaqs jew nondiskriminazzjoni);
  • huma ggarantiti li perjodi preċedenti ta’ assigurazzjoni, xogħol jew residenza ġo Stati Membri oħra jitqiesu fil-kalkolu tal-benefiċċji tagħhom (il-prinċipju ta’ aggregazzjoni ta’ perjodi);
  • jistgħu, jekk huma intitolati għal benefiċċju fi flus ġo Stat Membru, jiġbru dan il-benefiċċju jekk ma jgħixux ġo dak l-Istat Membru (il-prinċipju tal-esportabbiltà ta’ benefiċċji għall-Istati Membri kollha fejn il-benefiċjarju jew il-membri tal-familja jgħixu).

Il-karta Ewropea tal- Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC)

  • L-EHIC (li hi b’xejn tippermetti lin-nies li jgħixu ġo Stat Membru ieħor li mhux il-pajjiż ta’ residenza tagħhom, inkluż waqt vaganza, li jkollhom aċċess għal benefiċċji mediċi waqt is-soġġorn tagħhom fuq l-istess termini u bl-istess spiża bħaċ-ċittadini ta’ dak il-paajjiż.
  • L-ispejjeż mediċi mbagħad jitħallsu/jiġu rimborsati mis-sistema tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. L-EHICs jinħarġu mis-servizzi tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż tal-persuna assigurata.

Strumenti ta’ koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali

  • L-istituzzjonijiet iridu jirrispondu għal kull talba f’ammont raġunevoli ta’ ħin u jridu jikkomunikaw kull informazzjoni meħtieġa minn dawk ikkonċernati biex jaffermaw id-drittijiet tagħhom taħt ir-regolament.
  • Huma jridu wkoll jaħdmu fil-qrib flimkien u jassistu lil xulxin reċiprokament għall-benefiċċju taċ-ċittadini.

Kummissjoni Amministrattiva u l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol

  • Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi tas-Sigurtà Soċjali, annessa mal-Kummissjoni Ewropea, hi magħmula minn rappreżentanti mill-Istati Membri u hi assistita, fejn meħtieġ, minn konsulenti esperti. Din għandha x’taqsam ma’ kwistjonijiet amministrattivi u mistoqsijiet ta’ interpretazzjoni fir-rigward ta’ regoli dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali. Hi tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaħdmu flimkien fuq kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali.
  • Ftehim ta’ kooperazzjonit bejn l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, stabbilita taħt Regolament (UE) 2019/1149, u l-Kummissjoni Amministrattiva tistabbilixxi r-regoli għal kooperazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet biex tikkoordina l-attivitajiet tagħhom u biex tevita duplikazzjoni f’każijiet ta’ medjazzjoni bejn Stati Membri, li jirrigwardaw iż-żewġ kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali u l-liġi tax-xogħol.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-regolament ilu japplika mill-1 ta’ Mejju 2010. F’dik id-data, tabilħaqq, ir-Regolament (KE) Nru. 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni ta’ Regolament (KE) Nru. 883/2004 sar applikabbli.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, pp. 1-123). Test ippubblikat f’rettifika (ĠU L 200, 7.6.2004, pp. 1-49).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 883/2009 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 lli jistabbilixxi l-proċedura għar-Regolament ta’ implimentazzjoni (KE) Nru. 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, pp. 1-42).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 12.12.2022

Op