EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Paritajiet tal-kapaċità tal-akkwist

Paritajiet tal-kapaċità tal-akkwist (PPPs)* huma mod kif jiġu mkejla d-differenzi fil-prezzijiet bejn il-pajjiżi. L-Unjoni Ewropea (UE) qablet fuq regoli biex dawn jiġu kkalkolati fl-istituti nazzjonali tal-istatistika u fl-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-UE. Dawn ir-regoli għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità u l-komparabbiltà tad-dejta miġbura u kalkulata.

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli komuni għall-provvista ta' informazzjoni bażika dwar il-Paritajiet tas-Setgħa ta' l-Infiq u għall-kalkolu u d-disseminazzjoni tagħhom

SOMMARJU

Paritajiet tal-kapaċità tal-akkwist (PPPs)* huma mod kif jiġu mkejla d-differenzi fil-prezzijiet bejn il-pajjiżi. L-Unjoni Ewropea (UE) qablet fuq regoli biex dawn jiġu kkalkolati fl-istituti nazzjonali tal-istatistika u fl-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-UE. Dawn ir-regoli għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità u l-komparabbiltà tad-dejta miġbura u kalkulata.

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Jistabbilixxi r-regoli għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għall-kalkolu ta’ PPPs u r-responsabbiltajiet tad-diversi partijiet involuti.

PUNTI EWLENIN

Rwoli u responsabbiltajiet

  • Il-Eurostat jikkalkula l-PPPs kull sena kalendarja. Il-kompiti tiegħu jinkludu:
    • il-koordinazzjoni tal-għoti ta’ informazzjoni bażika,
    • il-ġbir ta’ informazzjoni mill-pajjiżi tal-UE għall-kalkolu tal-PPPs,
    • il-kalkolu u l-pubblikazzjoni tal-PPPs, u
    • l-iżvilupp u l-komunikazzjoni tal-metodoloġija, f’konsultazzjoni mal-pajjiżi tal-UE.
  • Il-pajjiżi tal-UE għandhom:
    • isegwu l-proċedura għall-ġbir ta’ dejta bażika stabbilita fir-Regolament,
    • jiċċertifikaw ir-riżultati tal-istħarriġ li għalihom huma responsabbli ladarba tkun tlestiet il-validazzjoni tad-dejta,
    • japprovaw il-metodoloġija tal-ġbir tad-dejta u jiċċekkjaw il-plawżibbiltà tad-dejta pprovduta mill-Eurostat.

Kontroll tal-kwalità

  • Kull pajjiż għandu jżomm rekords ta’ kif ikun implimenta dan ir-regolament. Il-proċess tal-PPP tagħhom għandu jiġi vvalutat tal-anqas darba kull 6 snin.

Riżultati ppubblikati

  • Ir-riżultati jiġu ppubblikati mill-Eurostat mhux aktar tard minn 3 snin wara t-tmiem tas-sena ta’ referenza. Jinkludu tal-anqas dawn li ġejjin:
    • PPPs fil-livell tal-Prodott Domestiku Gross (PDG),
    • PPPs għan-nefqa privata tal-konsum ta’ familja* u l-konsum individwali reali*,
    • indiċi tal-livell tal-prezzijiet* meta mqabbla mal-medja tal-UE,
    • il-PDG, in- nefqa fuq il-konsum privat ta’ unità domestika u l-konsum individwali reali u l-figuri rispettivi per capita fi standard tal-kapaċità tal-akkwist*.

Użu ta' PPPs

Il-PPPs jintużaw biex jikkalkulaw:

Għotja disponibbli

  • Peress li fundamentalment il-PPPs huma statistika internazzjonali u għandhom biss skop nazzjonali limitat, il-Eurostat jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja li tkopri sa 70 % tal-ispejjeż imġarrba minn dawk il-pajjiżi tal-UE li huma eliġibbli skont ir-regoli dwar l-għotjiet (Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 - ir-Regolament Finanzjarju tal-UE).

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mid-9 ta' Jannar 2008.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

* Paritajiet tal-kapaċità tal-akkwist (PPP): indikaturi tad-differenzi fil-livell tal-prezzijiet bejn il-pajjiżi. Jipprovdu tqabbil dirett bejn l-ammont ta’ unitajiet monetarji meħtieġa għax-xiri ta’ kwantità partikulari ta’ oġġetti jew servizzi f’pajjiżi differenti.

* Nefqa fuq il-konsum finali tal-unitajiet domestiċi: in-nefqa mġarrba minn unitajiet domestiċi residenti fuq il-konsum ta’ oġġetti jew servizzi.

* Konsum individwali reali: il-valur totali tal-infiq tal-konsum individwali tal-unitajiet domestiċi, tal-NPISHs (Istituzzjonijiet mhux għall-profitt għas-servizz tal-unitajiet domestiċi) u tal-gvern ġenerali. Kejl tal-oġġetti u s-servizzi individwali li l-unitajiet domestiċi verament jikkunsmaw minflok dawk li fir-realtà jixtru.

* Indiċi tal-livell tal-prezzijiet: il-proporzjonijiet tal-PPPs mar-rati tal-kambju. Jipprovdu kejl tad-differenzi fil-livelli tal-prezzijiet bejn il-pajjiżi billi jindikaw l-għadd ta’ unitajiet tal-munita komuni meħtieġa biex jinxtara l-istess volum tal-livell ta’ aggregazzjoni jew tal-kategorija analitika f’kull pajjiż.

* Standard tal-kapaċità tal-akkwist: munita komuni artifiċjali li fiha jiġu espressi l-aggregati tal-kontijiet nazzjonali (eż. konsum aggregat, investiment aggregat) meta jiġu aġġustati għad-differenzi fil-livell tal-prezzijiet permezz tal-PPPs. Dan jippermetti komparabbiltà tar-riżultati.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007

9.1.2008

-

ĠU L 336, 20.12.2007, pp. 1-24

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Ir-Regolament (UE) Nru 193/2011

21.3.2011

-

ĠU L 56, 1.3.2011, pp. 1-2

Ir-Regolament (UE) 2015/1163

5.8.2015

-

ĠU L 188, 16.7.2015, pp. 6-27

l-aħħar aġġornament 13.08.2015

Top