Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Moviment liberu tal-kapital

L-Artikolu 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxi kull restrizzjoni fuq il-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri tal-UE u bejn l-Istati Membri u pajjiżi mhux tal-UE, sakemm ma jkunux meħtieġa għal interessi pubbliċi leġittimi.

L-għan tal-moviment liberu tal-kapital huwa li jippermetti użu transkonfinali effiċjenti ta’ kapital fiżiku u finanzjarju għal skopijiet ta’ investiment u finanzjament.

Għall-individwi, dan ifisser li jkunu kapaċi jwettqu ħafna tranżazzjonijiet, inkluż li:

  • jiftħu kontijiet bankarji barra mill-pajjiż;
  • jixtru ishma f’kumpaniji barra mill-pajjiż;
  • jinvestu fejn hemm l-aħjar redditu;
  • jixtru propjetà immobbli f’pajjiż ieħor.

Għan-negozji, dan ifisser li jkunu kapaċi:

  • jinvestu f’negozji Ewropej oħra u jippossjeduhom;
  • isibu l-finanzi fejn huwa l-irħas.

ARA WKOLL

Top