This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Huwa jistabbilixxi r-regoli għall-aċċess għal:
Dawn ir-regoli għandhom l-għan li jaġixxu kontra l-ostakli għall-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-gass naturali u li jiżguraw t-tħaddim tiegħu mingħajr intoppi.
Ir-regolament jiddetermina:
Ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea b’deċiżjonijiet relatati maċ-ċertifikazzjoni ta’ TSO. Il-Kummissjoni għandha xahrejn biex tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtorità, li mbagħad tadotta d-deċiżjoni finali dwar ic-certifikazzjoni tat-TSO. Din id-deċiżjoni u l-opinjoni tal-Kummissjoni t-tnejn jiġu ppubblikati.
Ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistema ta’ ħżin
Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2022/1032 jirrikjedi li l-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE jiċċertifikaw l-operaturi kollha tas-siti għall-ħazna tal-gass taħt l-art. Dan għandu l-għan li jevita r-riskji potenzjali ta’ influwenza esterna fuq l-infrastrutturi kritiċi tal-ħżin, li jistgħu jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-energija tal-UE u interessi essenzjali oħra tas-sigurtà. Kwalunkwe operatur li ma jiksibx din iċ-ċertifikazzjoni ser ikollu jagħti s-sjieda jew il-kontroll tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass fl-UE.
Ħolqien tan-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass
It-TSOs tal-gass kellhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), l-abbozzi tal-istatuti għan-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Gass (ENTSOG), lista ta’ membri u abbozz tar-regoli ta’ proċedura sat-3 ta’ Marzu 2011.
Kodiċijiet tan-netwerk
Il-Kummissjoni trid tikkonsulta lill-ACER u lill-ENTSOG sabiex tistabbilixxi lista annwali tal-prijoritajiet għall-iżvilupp ta’ settijiet ta’ regoli magħrufa bħala kodiċijiet tan-network). Dawn il-kodiċijiet jiġu żviluppati bl-użu ta’ linja gwida mhux vinkolanti ppreżentata lill-Kummissjoni mill-ACER. Dawn il-kodiċijiet huma relatati, b’mod partikolari:
Il-kompiti tal-ENTSOG
L-ENTSOG huwa responsabbli għall-adozzjoni ta’:
Spejjeż u tariffi
L-awtoritajiet regolatorji jiddeterminaw it-tariffi jew il-metodoloġiji għall-kalkolu tagħhom. L-Istati Memberi jistgħu jieħdu deċiżjonijiet relatati mat-tariffi, bħall-iffissar ta’ arranġamenti ta’ rkant.
Servizzi ta’ aċċess ta’ partijiet terzi
Ġestjoni tal-konġestjoni
Dan ilu fis-seħħ mit-3 ta’ Marzu 2011. Huwa ħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 mit-3 ta’ Marzu 2011.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (ĠU L 211, 14.8.2009, pp. 36-54).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 715/2009) ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1938 u (KE) Nru 715/2009 fir-rigward tal-ħżin tal-gass (ĠU L 173, 30.6.2022, pp. 17-33).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459 tas-16 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi kodiċi tan-network dwar il-mekkaniżmi ta’ allokazzjoni tal-kapaċità fis-sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 984/2013 (ĠU 2017, 17.3.2017, pp. 1-28).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/460 tas-16 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar strutturi tariffarji armonizzati għat-trażmissjoni tal-gass (ĠUL 72, 17.3.2017, pp. 29-56).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/703 tat-30 ta’ April 2015 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk għar-regoli dwar l-Interoperabbiltà u l-Iskambju ta’ Dejta (ĠU L 113, 1.5.2015, pp. 13-26).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2014 tas-26 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk dwar l-Ibbilanċjar tal-Gass tan-Netwerks ta’ Trażmissjoni (ĠU L 91, 27.3.2014, pp. 15-35).
l-aħħar aġġornament 31.10.2022