EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali

Netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Huwa jistabbilixxi r-regoli għall-aċċess għal:

  • trażmissjoni* tal-ass naturali networks;
  • ħżin tal-gass; u
  • faċilitajiet tal-gass naturali likwifikat.

Dawn ir-regoli għandhom l-għan li jaġixxu kontra l-ostakli għall-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-gass naturali u li jiżguraw t-tħaddim tiegħu mingħajr intoppi.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament jiddetermina:

  • kif jiġu ssettjati t-tariffi (unikament għall-aċċess għan-netwerks);
  • is-servizzi li jridu jiġu offruti;
  • l-allokazzjoni tal-kapaċità lil operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-gass (TSOs)*;
  • rekwiżiti ta’ trasparenza (bħar-regoli dwar il-pubblikazzjoni ta’ kif TSOs jew awtoritajiet nazzjonali rilevanti jaslu għat-tariffi tagħhom u l-istruttura tat-tariffi tagħhom); u
  • ibbilanċjar* regoli u nolijiet fuq l-iżbilanċ fis-suq.

Ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea b’deċiżjonijiet relatati maċ-ċertifikazzjoni ta’ TSO. Il-Kummissjoni għandha xahrejn biex tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtorità, li mbagħad tadotta d-deċiżjoni finali dwar ic-certifikazzjoni tat-TSO. Din id-deċiżjoni u l-opinjoni tal-Kummissjoni t-tnejn jiġu ppubblikati.

Ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistema ta’ ħżin

Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2022/1032 jirrikjedi li l-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE jiċċertifikaw l-operaturi kollha tas-siti għall-ħazna tal-gass taħt l-art. Dan għandu l-għan li jevita r-riskji potenzjali ta’ influwenza esterna fuq l-infrastrutturi kritiċi tal-ħżin, li jistgħu jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-energija tal-UE u interessi essenzjali oħra tas-sigurtà. Kwalunkwe operatur li ma jiksibx din iċ-ċertifikazzjoni ser ikollu jagħti s-sjieda jew il-kontroll tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass fl-UE.

Ħolqien tan-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass

It-TSOs tal-gass kellhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), l-abbozzi tal-istatuti għan-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Gass (ENTSOG), lista ta’ membri u abbozz tar-regoli ta’ proċedura sat-3 ta’ Marzu 2011.

Kodiċijiet tan-netwerk

Il-Kummissjoni trid tikkonsulta lill-ACER u lill-ENTSOG sabiex tistabbilixxi lista annwali tal-prijoritajiet għall-iżvilupp ta’ settijiet ta’ regoli magħrufa bħala kodiċijiet tan-network). Dawn il-kodiċijiet jiġu żviluppati bl-użu ta’ linja gwida mhux vinkolanti ppreżentata lill-Kummissjoni mill-ACER. Dawn il-kodiċijiet huma relatati, b’mod partikolari:

Il-kompiti tal-ENTSOG

L-ENTSOG huwa responsabbli għall-adozzjoni ta’:

  • għodod komuni għat-tħaddim tan-netwerk;
  • pjan ta’ żvilupp ta’ 10 snin għan-netwerk;
  • rakkomandazzjonijiet għal kooperazzjoni teknika kkoordinata bejn it-TSOs tal-UE;
  • programm ta’ ħidma annwali;
  • rapport annwali;
  • perspettivi annwali tal-provvista għas-sajf u għax-xitwa.

Spejjeż u tariffi

L-awtoritajiet regolatorji jiddeterminaw it-tariffi jew il-metodoloġiji għall-kalkolu tagħhom. L-Istati Memberi jistgħu jieħdu deċiżjonijiet relatati mat-tariffi, bħall-iffissar ta’ arranġamenti ta’ rkant.

Servizzi ta’ aċċess ta’ partijiet terzi

  • It-TSOs iridu joffru s-servizzi tagħhom lill-utenti kollha tan-netwerk b’mod mhux diskriminatorju. Ir-regoli ta’ allokazzjoni dettaljati huma stabbiliti fil-kodiċi tan-network dwar il-mekkaniżmi ta’ allokazzjoni tal-kapaċità.
  • L-operaturi tal-gass naturali likwifikat u l-operaturi ta’ faċilitajiet ta’ ħżin iridu joffru wkoll is-servizzi tagħhom fuq bażi mhux diskriminatorja u jagħmluhom kumpatibbli mal-użu ta’ netwerks interkonnessi tat-trasport tal-gass. L-Istati Membri jistgħu jistgħu jiddeċiedu dwar jekk l-aċċess għall-ħżin għandux jiġi rregolat jew innegozjat.

Ġestjoni tal-konġestjoni

  • Il-parteċipanti kollha fis-suq irid ikollhom aċċess għall-kapaċità massima tan-netwerk kif ukoll għal faċilitajiet ta’ ħżin u tal-LNG.
  • It-TSOs għandhom jipprattikaw u jippubblikaw proceduri ta’ gestjoni tal-kongestjoni trasparenti li jizguraw li l-iskambji transkonfinali fil-gass ikunu fuq bazi mhux diskriminatorja.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu fis-seħħ mit-3 ta’ Marzu 2011. Huwa ħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 mit-3 ta’ Marzu 2011.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Trażmissjoni. Ir-trasport ta’ gass miż-żoni ta’ produzzjoni sal-konsumaturi finali permezz ta’ pipelines taħt l-art.
Operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni (TSOs). Korp li jittrasporta l-enerġija, bħall-gass naturali, jew fil-livell nazzjonali jew inkella f’dak reġjonali, permezz ta’ infrastruttura fissa.
Ibbilanċjar. Nagħmlu l-irċevuti u l-kunsinni tal-gass fi jew l-irtirar tal-gass minn kumpanija ugwali. L-ibbilanċjar jista’ jinkiseb kuljum, kull xahar jew kull staġun, b’penali ġeneralment ivvalutati għal żbilanċ eċċessiv.
Ġestjoni tal-konġestjoni. Il-kongestjoni tirrizulta meta s-sistema ta’ trazmissjoni ma tkunx sufficjenti biex tigi trasferita potenza skont ir-rekwiziti tas-suq. Il-ġestjoni tal-konġestjoni tiżgura l-użu tal-potenza disponibbli mingħajr ma ssir vjolazzjoni tal-limiti tas-sistema.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (ĠU L 211, 14.8.2009, pp. 36-54).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 715/2009) ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1938 u (KE) Nru 715/2009 fir-rigward tal-ħżin tal-gass (ĠU L 173, 30.6.2022, pp. 17-33).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459 tas-16 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi kodiċi tan-network dwar il-mekkaniżmi ta’ allokazzjoni tal-kapaċità fis-sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru  984/2013 (ĠU 2017, 17.3.2017, pp. 1-28).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/460 tas-16 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi kodiċi tan-netwerk dwar strutturi tariffarji armonizzati għat-trażmissjoni tal-gass (ĠUL 72, 17.3.2017, pp. 29-56).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/703 tat-30 ta’ April 2015 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk għar-regoli dwar l-Interoperabbiltà u l-Iskambju ta’ Dejta (ĠU L 113, 1.5.2015, pp. 13-26).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2014 tas-26 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk dwar l-Ibbilanċjar tal-Gass tan-Netwerks ta’ Trażmissjoni (ĠU L 91, 27.3.2014, pp. 15-35).

l-aħħar aġġornament 31.10.2022

Top