This document is an excerpt from the EUR-Lex website
It-terminu strumenti legali Ewropej jirreferi għall-istrumenti disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom. L-istrumenti elenkati fl-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) huma:
Barra minn hekk, l-Artikolu 290 tat-TFUE jintroduċi l-possibbiltà għal-leġiżlatur Ewropew li jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ ambitu ġenerali li jissupplimentaw jew jemendaw elementi mhux essenzjali tal-atti leġiżlattivi.
Minbarra l-istrumenti elenkati fl-Artikolu 288 tat-TFUE, il-prattika wasslet għall-iżvilupp ta’ serje sħiħa ta’ dokumenti uniċi: ftehimiet interistituzzjonali, riżoluzzjonijiet, konklużjonijiet, komunikazzjonijiet, green papers u white papers.
Skont il-PESK, jintużaw strumenti legali speċifiċi, bħal azzjonijiet u pożizzjonijiet tal-UE.
ARA WKOLL