Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Atti legali tal-Unjoni Ewropea

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Atti legali tal-Unjoni Ewropea

Sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UE) jadottaw diversi atti legali. Dawn l-atti jistgħu jkunu leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi. Skont in-natura tagħhom, huma jista’ jkollhom forza vinkolanti.

SOMMARJU

Sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UE) jadottaw diversi atti legali. Dawn l-atti jistgħu jkunu leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi. Skont in-natura tagħhom, huma jista’ jkollhom forza vinkolanti.

Introduzzjoni

It-Trattat ta’ Lisbona rreveda l-klassifikazzjoni tal-atti legali tal-UE. Fl-interessi tas-simplifikazzjoni, huwa naqqas in-numru ta’ atti legali għad-dispożizzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE minn aktar minn 10 għal 5.

Barra minn hekk, huwa ta ċ-ċans lill-Kummissjoni Ewropea tadotta kategorija ġdida ta’ atti: atti delegati. Huwa saħħaħ ukoll il-kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tadotta atti ta’ implimentazzjoni. Dawn iż-żewġ bidliet fittxew li jtejbu l-effettività tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u tal-implimentazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

Atti legali tal-UE u l-klassifikazzjoni tagħhom

Skont l-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-istituzzjonijiet Ewropej jistgħu jadottaw 5 tipi ta’ atti legali:

Ir-regolamenti, id-direttivi u d-deċiżjonijiet huma atti legali vinkolanti, filwaqt li r-rakkomandazzjoni u l-opinjoni mhumiex.

Deċiżjoni tista’ tindirizza speċifikament destinatarju wieħed jew aktar (pajjiżi tal-UE, negozji jew individwi). Hemm ukoll deċiżjonijiet mingħajr ebda destinatarju speċifiku, b’mod partikolari fil-qasam tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK).

Atti delegati

L-Artikolu 290 tat-TFUE jippermetti lil-leġiżlatur tal-UE (ġeneralment il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) sabiex jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tiddelega atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali li jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv.

Pereżempju, l-atti delegati jistgħu jżidu regoli (mhux essenzjali) ġodda jew jinvolvu emenda sussegwenti għal ċerti aspetti ta’ att leġiżlattiv. B’hekk, il-leġiżlatur jista’ jikkonċentra fuq id-direzzjoni u l-objettivi tal-politika mingħajr ma jidħol f’dibattiti dettaljati żżejjed u ta’ spiss tekniċi ħafna.

Madankollu, id-delega tas-setgħa li tadotta atti delegati hija soġġetta għal limiti stretti. Tabilħaqq, hija biss il-Kummissjoni li tista’ tiġi awtorizzata sabiex tadotta atti delegati. Barra minn hekk, l-elementi essenzjali ta’ qasam partikolari jistgħu ma jkunux soġġetti għal delega ta’ setgħa. Minbarra dan, l-objettivi, il-kontenut, il-kamp ta’ applikazzjoni u d-durata tad-delega tas-setgħa għandhom jiġu definiti fl-atti leġiżlattivi. Fl-aħħarnett, il-leġiżlatur għandu jistabbilixxi b’mod espliċitu fl-att leġiżlattiv il-kundizzjonijiet li taħthom tista’ tiġi eżerċitata din id-delega. F’dan ir-rigward, il-Parlament u l-Kunsill jistgħu jipprevedu d-dritt li jirrevokaw id-delega jew li jesprimu oġġezzjonijiet għall-att delegat.

Din il-proċedura tintuża b’mod wiesa’ f’ħafna oqsma, pereżempju: is-suq intern, l-agrikoltura, l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumaturi, it-trasport u l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

Atti ta’ implimentazzjoni

Ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta’ atti legalment vinkolanti tal-UE hija primarjament tal-pajjiżi tal-UE. Madankollu, xi atti legalment vinkolanti tal-UE jirrikjedu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni. F’dawn il-każijiet, il-Kummissjoni jew, f’każijiet speċifiċi debitament ġustifikati u fil-każijiet ipprovduti fl-Artikoli 24 u 26 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill huwa mogħti s-setgħa li jadotta atti ta’ implimentazzjoni (l-Artikolu 291 tat-TFUE).

Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. Dan il-kontroll jiġi esegwit permezz ta’ dawk li fit-terminoloġija tal-UE huma magħrufa bħala proċeduri ta’ “komitoloġija” , jiġifieri, il-Kummissjoni tiġi assistita minn kumitati li jikkonsistu f’rappreżentanti tal-pajjiżi tal-UE u li jiġu ppreseduti minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Kwalunkwe abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni jiġi ppreżentat lill-kumitat mill-president tiegħu.

Għal aktar tagħrif, ara l-liġi tal-UE fuq is-sit elettroniku tal-Unjoni Ewropea.

l-aħħar aġġornament 08.09.2015

Top